This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1176
Commission Regulation (EC) No 1176/2003 of 1 July 2003 amending Regulation (EC) No 1019/2002 on marketing standards for olive oil
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1176/2003 tal-1 ta’ Lulju 2003 li jemenda ir-Regoalment (KE) Nru 1019/2002 dwar standards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1176/2003 tal-1 ta’ Lulju 2003 li jemenda ir-Regoalment (KE) Nru 1019/2002 dwar standards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa
ĠU L 164, 2.7.2003, p. 12–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 02/02/2012; Imħassar b' 32012R0029
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R1019 | Sostituzzjoni | artikolu 12.2 | 05/07/2003 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32012R0029 |
Official Journal L 164 , 02/07/2003 P. 0012 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1176/2003 tal-1 ta’ Lulju 2003 li jemenda ir-Regoalment (KE) Nru 1019/2002 dwar standards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u xaħmijiet [1], kif emendat l-aħħar darba bir-Regolament (KE) Nru 1513/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 35a tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) 1964/2002 [4], jistipola li barra mill-Artikolu 2, 3, 5 u 6, li għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2003, ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2002, barra mill-każ ta’ prodotti li kienu magħmula legalment u twaħħlet it-takketta fil-Komunità Ewropea jew importata legalment fil-Komunità u ġew rilaxxati ghaċ-ċirkolazzjoni qabel l-1 ta’ Novembru 2003, u li jistgħu jitqgħedu fis-suq sakemm jiwaqqfu l-ħażniet. (2) Skond l-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002, il-kwalitajiet pożitivi msemmija fl-Anness XII ghar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta’ Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mill-fdalijiet taż-żebbuġ u dwar il-metodi rilevanti ta’ analiżi [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 796/2002 [6], jista’ jiġi użat. Madankollu, minħabba n-numru żgħir ħafna ta’ kwalitajiet organolettiċi spjegati fl-istess l-Anness, l-operaturi qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jiddeskrivu il-karatteristiċi organolettiċi fuq it-tikketti taż-żjut tagħhom. (3) Peress li ma hemmx metodu oġġettiv bħalissa li jivverifika ċerti karatteristiċi organolettiċi li jsaħħu bil-kbir iż-żejt taż-żebbuġa f’dan li ghandu x’jaqsam ma’ toghma, riħa u kulur, liema kwalitajiet ma jistghux jidhru fuq it-tikketta. Barra dan, il-kwalitajiet organoletti ċi pożitivi msemmija fl-Anness XII ghar-Regolamenti (KEE) Nru 2568/91 ma tistgħax tkopri il-firxa kollha ta’ tipi differenti ta’ żebbuġ jew togħmiet ta’ żjut taż-żebbuġa verġni. (4) Minħabba l-fatt li r-riċerka f’metodi ġodda ta’ evalwazzjoni organoletti ċi bil-għan li jwessa’ il-firxa ta’ kwalitajiet pożitivi ta’ żejt taż-żebbuġa verġni għadu għaddej, u sabiex jagħti lill-korpi responsabbli mill-iżvilupp ta’ metodi ġodda aktar komprensivi zmien biżżejjed li jistabbilixxu dawn il-metodi, id- data fejn l-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 għandu japplika ser tiġi posposta b’sena. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002 għandu jigi emendat skond ma ntqal hawn fuq. (6) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija taż-Żjut u x-Xaħmijiet, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) No 1019/2002 jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. Għandu jgħodd mill-1 ta’ Novembru 2002. L-Artikolu 2 u 3, l-Artikolu 5(a), (b) u (d) u l-Artikolu 6 għandhom jgħoddu mill-1 ta’ Novembru 2003. L-Artikolu 5(c) għandu jgħodd mill-1 ta’ Novembru 2004. L-Artikolu 11 għandu jgħodd mill-1 ta’ Lulju 2002. Madankollu, prodotti li huma fabbrikati legalment u tikkettati fil-Komunità jew importati legalment fil-Komunità u tkun f’ċirkolazzjoni libera qabel l-1 ta’ Novembru 2003 jistgħu ikun imqiegħda fis-suq sakemm il-ħażniet jintużaw kollha." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Lulju 2003. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 201, tas-26.7.1, p. 4. [2] ĠU L 201, tas-26.7.1, p. 4. [3] ĠU L 155, ta' l-14.6.2, p. 27. [4] ĠU L 300, tal-5.11.2, p. 3. [5] ĠU L 248, tal-5.9.91, p. 1. [6] ĠU L 128, tal-15.5.2, p. 8. --------------------------------------------------