This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R0912
Commission Regulation (EC) No 912/2001 of 10 May 2001 laying down the marketing standard for beans
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2001 ta’ l-10 ta’ April 2001 li jippreskrivi n-norma għall-marketing tal-fażola
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2001 ta’ l-10 ta’ April 2001 li jippreskrivi n-norma għall-marketing tal-fażola
ĠU L 129, 11.5.2001, p. 4–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31962R0058 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32001R0912R(01) | (LT) | |||
Modified by | 32003R0046 | Tlestija | anness | 31/01/2003 | |
Modified by | 32004R0907 | Tlestija | anness | 20/05/2004 | |
Repealed by | 32008R1221 | 01/07/2009 |
Official Journal L 129 , 11/05/2001 P. 0004 - 0007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2001 ta’ l-10 ta’ April 2001 li jippreskrivi n-norma għall-marketing tal-fażola Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2001 [2] u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu, Billi: (1) Il-fażola hija mniżżla fost il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalihom iridu jiġu adottati n-normi. Ir-regolament Nru 58 tal-Kummissjoni li jippreskrivi il-kwalitajiet komuni tal-kwalità għal ċerti prodotti elenkati taħt l-Anness I B tar-Regolament nru 23 dwar l-istabiliment progressiv ta’ l-organiżazzjoni komuni tas-suq tal-frott u tal-ħaxix [3], skond l-aħħar emenda permezz tar-Regolament (Ke) Nru 2561/1999 [4], kien is-suġġett ta’ ħafna amendi u m’għadux jassikura kjarezza legali. (2) Għaldaqstant, ir-regoli in kwistjoni għandhom jiġu żviluppati u r-Regolament Nru 58 għandu jitħassar. Għal dan l-iskop, għar-raġunijiet tat-trasparenza fis-suq dinji, għandu jitqies bħala n-norma għall-fażola rakkomandata mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istandardizzazzjoni tal-Prodotti li Jmorru u ta’ l-Iżvilupp tal-Kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/EKE). (3) L-applikazzjoni ta’ dawn ir-riżultati għandha tirriżulta f’li prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċenti jitneħħew mis-suq, iġibu l-produzzjoni f’linja mal-ħteġijiet tal-konsumaturi u jiffaċilitaw ir-relazzjonijiet kummerċjali bażati fuq il-kompetizzjoni bil-fier, biex b’hekk jgħinu t-titjib fil-qligħ (ta’ flus) tal-produzzjoni. (4) In-norma huma applikabbli għall-istadji kollha tal-bejgħ fis-suq.Il-ġarr fuq distanzi twal, il-ħażna għal ċertu tul taż-żmien jew it-tqandil bl-idejn jistgħu jwasslu għal deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew in-natura tagħhom li jmorru. Dan id-deterjorament għandha tiġi meqjusa meta jiġu applikati n-normi fl-istadji tal-bejgħ fis-suq wara li l-prodotti jintbagħat biex jinbiegħ. Ġaladarba l-prodotti tal-klassi "Extra" iridu jingħażlu u jiġu pakkjati b’kura partikolari, huwa n-nuqqas ta’ freskezza u ta’ kemm ikunu weqfin dawn il-prodotti illi jkunu jridu jttqjiesu f’dawn il-każijiet (5) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix ta’ l-Ikel, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 In-norma għall-bejgħ fis-suq tal-fażola li jidħol fil-kodiċi NM 0708 20 għandu jkun skond l-Anness. In-norma għandu japplika fl-istadji kollha tal-bejgħ fis-suq, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KE) Nru 2200/96. Madankollu, fi stadji wara d-dispaċċ, il-prodotti jistgħu juru fejn għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet dwar il-livell stabbilit: - n-nuqqas ta’ freskezza u ta’ kemm ikunu weqfin, u - għall-prodotti gradati fi klassijiet oħra għajr il-klassi "Extra", deterjorament ħafif minħabba l-iżvilupp u x-xejra tagħhom li jinqerdu. Artikolu 2 Ir-Regolament Nru 58 jiġi mħassar. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika ill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jidħol fis-seħħ. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Mejju 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [2] Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [3] ĠU C 56, tas-7.7.1962, p. 1606/62. [4] ĠU L 310, ta’ l-4.12.1999, p. 7. -------------------------------------------------- L-ANNESS IN-NORMI GĦALL-FAŻOLA I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT Din in-norma tapplika għall-fażola tal-varjetajiet (varjetajiet imnissla bil-kultivazzjoni) imkabbra mill-Phaseolus vulgaris L. u l-Phaseolus coccineus L. li jridu jiġu forniti friski lill-konsumatur, bl-esklużżjoni tal-fażola għall-ipproċessar industrijali jew għall-kisi (‘shelling’). II. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITÀ L-għan tan-norma huwa li tiddefinixxi l-ħtieġa tal-kwalità għall-fażola wara t-tħejjija u l-ippakkjar. A. Ħtiġiet minimi Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-fażola trid tkun: - bla mittiefsa [1], - b’saħħtu; il-prodott affettwat mit-tinwir jew mid-deterjorazzjoni hekk li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum jiġi mwarrab, - nadif, prattikament ħieles għal kollox minn kull materjal barrani li jidher, - frisk fid-dehra, - ħielsa mill-parċmina (endodem iebes), - prattikment ħieles mid-dud u l-insetti qerrieda, - prattikament ħieles mill-ħsara kawżata mid-dud u l-insetti qerrieda, - ħieles minn umdita mhux tas-soltu fuq barra, - ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranin. L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-fażola jridu jkunu tali illi jgħinuha: - jiflaħ għall-ġarr u t-tqandil bl-idejn, u - jasal f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni. B. Klassifika Il-fażola hija klassifikata fi tliet klassijiet definiti hawn taħt. (i) Il-klassi "Extra" Il-fażola ta’ din il-klassi trid tkun ta’ kwalità superjuri. Trid Trid tkun karateristika tal-varjeta’ u/jew tip kummerċjali fir-rigward tal-forma, svilupp u kulur. Trid tkun: - wieqfa u faċilment tinqasam, - tenera ħafna, - dritta f’mod prattiku, - mingħajr ħajta. Jekk ikun hemm iż-żerriegħa, trid tkun żgħira u ratba. Madankollu, il-fażola tat-tip ‘needle’ trid tkun mingħajr żerriegħa. Trid tkun ħielsa mid-difetti għajr xi difetti ħfief ħafna u superfiċjali, jekk kemm-il darba din ma teffettwax id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkett. (ii) Għall-Klassi I Il-fażola li taqa’ taħt din il-klassi trid ikun ta’ kwalità tajba. triTrid tkun karatteristika tal-varjeta’ u/jew tat-tip kummerċjali fir-rigward tal-forma, svilupp u kulur. Trid tkun: - minfuħa, - żgħira u tenera, - prattikament mingħajr ħajta ħlief fil-każ tal-fażola għat-tqattiegħ. Jekk ikun iż-żerriegħa, tridu tkun żgħira u ratba. Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jitħallew basta iżda illi dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkeġġ: - difetti żgħir fil-forma, - difett żgħir fil-kulur, - difett ħafif fil-qoxra. (iii) Għall-Klassi II Din il-klassi tinkludi l-fażola li ma tikkwalifikax biex tidħol fil-klassijiet l-iktar għolja iżda tissodisfa l-ħteġijiet minimi speċifikati hawn fuq. Trid tkun: - raġġonevolment tenera, - ħielsa minn tikkek tas-sadid fil-każ ta’ fażola tat-tip ‘needle’. Iż-żerriegħa, jekk preżenti, m’għandhomx ikunu kbar wisq u jridiu jkunu raġġonevolment ratba. Jistgħu jitħallew id-difetti li ġejjin, basta iżda illi l-fażola iżżomm il-karatteristiċi tal-kwalità’ essenzjali tagħha, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni: - difetti fil-forma, - difetti fil-kulur, - difetti fil-qoxra, - ħajt, - tikkek żgħar tas-sadid ħlief fil-każ ta’ fażola tat-tip ‘needle’. III. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-GĦOTI TAD-DAQS Id-daqs huwa determinat mill-massimu wisa’ tal-qoxra mkejla f’angoli ta’ 90 grad mal-parti magħquda. L-għoti tad-daqs huwa obbligatorju għall-fażola tat-tip ‘needle’ biss, skond il-klassifikazzjoni segwenti: —Tajba ħafna: | Wisa' tal-qoxra li ma teċċedix is-6 mm, | —Tajba: | Wisa' tal-qoxra li ma' teċċedix id-9 mm, | —Medja: | Wisa' tal-qoxra li ma' teċċedix it-12 mm. | Fażola medja tat-tip ‘needle’ tista titqiegħed fil-klassi "Extra". IV. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IT-TOLLERANZI Jistgħu jiġu permessi tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs (jekk ikunu ġew imdaqqsa) f’kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax il-ħteġijiet tal-klassi indikata, A. Tolleranzi għall-kwalità (i) Il-klassi "Extra" 5 % skond in-numru jew l-użin tal-fażola li ma tissodisfax il-ħteġijiet għall-klassi, iżda li tilħaq dawk tal-Klassi I jew, eċċezzjonalment, li jidħol fit-tolleranzi għal dik il-klassi. (ii) Għall-Klassi I 10 % skond in-numru jew l-użin tal-fażola li ma tissodisfax il-ħteġijiet għal din il-klaasi, imma li tilħaq ddik tal-Klassi II jew, eċċezzjonalmet, li tidħol fit-tolleranzi għal din il-klassi. Fost din it-tolleranza, massima ta’ 5 % ikkalkulati skond in-numru jew il-piż jista’ jkollha ħajt fil-każ ta’ varjeta’ u/jew tip kummerċjali li għandha tkun mingħajr ħajta. Barra minn hekk, mhux aktar minn massimu ta’ 15 % bin-numru jew bil-piż tal-fażola (bl-esklużjoni tal-fażola tat-tip ‘needle’) jista’ jkollha z-zokk u sezzjoni żgħira tal-parti dejqa ta’ l-għonq nieqsam, jekk kemm-il darba dan il-qxur jiibqa’ magħluq, niexef u mingħajr kulur. (iii) Għall-Klassi II 10 % skond in-numru jew l-użin tal-fażola li ma jissodisfax il-ħteġijiet tal-klassi u lanqas il-ħteġijiet minimi, għajr il-prodott affettwati mill-Kolletototrichum lidemuthianum (marda tat-tikkek tal-fażola), tħassir jew kwalunkwe deterjorazzjoni li jirrenduha mhux tajjeb għall-konsum. Barra minn hekk, mhux iktar minn massimu ta’ 30 % bin-numru jew bil-piż tal-fażola (bl-esklużjoni tal-fażola tat-tip ‘needle’) jista’ jkollha iz-zokk u sezzjoni żgħira tal-parti rqiqa tal-parti nieqsa mill-għonq, jekk kemm-il darba dan il-qxur jibqa’ magħluq, niexef u mingħajr kulur. B. Tolleranzi għad-daqs Għall-klassijiet (jekk imdaqqsa): 10 % bin-numru jew bil-piż tal-fażola li ma tissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tad-daqs. V. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-PREŻENTAZZJONI A. L-uniformità Il-kontenut ta’ kull pakkett irid ikun indaqs u jkun fih biss fażola ta’ l-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u daqs (jekk ikun ittieħed id-daqs tagħha). Il-parti li tidher tal-kontenut tal-pakkeġġ trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu. B. Il-pakkjar Il-fażola trid ikun ippakkjata b’tali mod li jitħares il-prodott kif jixraq. Il-materjali wżati ġewwa l-pakkeġġ iridu jkunu ġodda, nodfa u tal-kwalità hekk li jevitaw milli jikkawżaw kull ħsara fuq barra u fuq ġewwa tal-prodott. Huwa mħolli l-użu ta’ materjali, partikolarment il-karta jew it-timbri li jġorru speċifikazzjonijiet kummerċjali basta iżda illi l-istampar jew it-tikkettjar ikunu ġew magħmula minn linka jew kolla li mhumiex tossiċi. Il-pakkeġġi jridu jkunu ħielsa minn kull materjal barrani. VI. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-BEJGĦ FIS-SUQ Kull-pakkeġġ irid iġorr il-partikolaritajiwet li ġejjin, f’ittri miġjuba fi gruppi fuq l-istess naħa, markati leġibbilmnt u li ma jitħassrux, u li jidhru minn fuq barra: A. L-identifikazzjoni Min jippakkja u jew min jiddispaċċja: l-isem u l-indirizz jew il-marka uffiċjali jew aċċettata tal-kodiċi. Madankollu, fejn tiġi wżata l-marka tal-kodiċi, ir-referenza "ippakkjat minn u/jew mibgħut minn" (jew taqsiriet ekwivalenti) għandhom jiġu indikati qrib ħafna tal-marka tal-kodiċi. B. In-natura tal-prodott - "Fażola" u/jew tip kummerċjali tal-kotenut mhumiex viżibbli minn barra. - L-isem tal-varjetà (fuq għażla). C. L-orġini tal-prodott - Il-pajjiż ta’ l-oriġini u, b’għażla, id-distrett fejn ikun tkabbar, jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew tal-post (lokali). D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali - Il-klassi. - Daqs: - Għall-fażola tat-tip ‘needle’ indikat mill-kliem "tajbin ħafna", "tajbin" jew "medji"; - għall-fażola oħra (jekk imdaqqsa) indikata mill-wisa’ minima u massima tal-qoxra. E. Il-marka uffiċjali tal-kontroll (b’għażla) [1] Minħabba l-kultivazzjoni tal-fażola (bl-esklużjoni tal-fażola tat-tip ‘needle’) u l-grad tal-ħsara permissibbli fit-tarf taz-zokk skond it-tolleranzi indikati. --------------------------------------------------