This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31985R3795
Council Regulation (EEC) No 3795/85 of 20 December 1985 adapting, on account of the accession of Spain and Portugal, Regulation (EEC) No 1674/72 laying down general rules for granting and financing aid for seed
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3795/85 tal-20 ta’ Diċembru, 1985 li jadatta, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, ir-Regolament (KEE) Nru 1647/72 li jistabilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-finanzjament ta’ għajnuna għaż-żrieragħ
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3795/85 tal-20 ta’ Diċembru, 1985 li jadatta, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, ir-Regolament (KEE) Nru 1647/72 li jistabilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-finanzjament ta’ għajnuna għaż-żrieragħ
ĠU L 367, 31.12.1985, p. 21–21
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31972R1674 | Żieda | artikolu 1.3 | 01/03/1986 |
Official Journal L 367 , 31/12/1985 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0039
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 40 P. 0023
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0039
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 40 P. 0023
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3795/85 tal-20 ta’ Diċembru, 1985 li jadatta, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, ir-Regolament (KEE) Nru 1647/72 li jistabilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-finanzjament ta’ għajnuna għaż-żrieragħ IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u partikolarment Artikolu 396 ta’ dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, għandhom isiru adattamenti, bi qbil ma’ Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, għar-Regolament (KEE) Nru 1674/72 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1659/81 [2]; Billi, skond Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet jistgħu jadottaw, qabel l-adeżjoni, il-miżuri għalihom jirreferi Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-paragrafu li ġej jiżdied ma’ Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1674/72: "3. Matul it-tul kollu taż-żmien tad-derogi li għalihom jirreferi Artikolu 344(1) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, tingħata għajnuna wkoll għal żrieragħ bażiċi u ċertifikati li huma prodotti fil-Portugall u li dwarhom tittieħed deċiżjoni skond Artikolu 344(3) ta’ dan il-Att." Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu, 1986, bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-20 ta’ Diċembru, 1985. Għall-Kunsill Il-President R. Steichen [1] ĠU L 177, ta’ l-4.8.1972, p. 1 [2] ĠU L 166, ta’ l-24.6.1981, p. 1. --------------------------------------------------