This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016M018
Consolidated version of the Treaty on European Union#TITLE III - PROVISIONS ON THE INSTITUTIONS#Article 18
Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU III - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET
Artikolu 18
Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU III - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET
Artikolu 18
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/26 |
Artikolu 18
1. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, bi ftehim mal-President tal-Kummissjoni, għandu jaħtar ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. Il-Kunsill Ewropew jista' jtemm il-mandat tiegħu bl-istess proċedura.
2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jmexxi l-politika estera u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni. Huwa għandu jikkontribwixxi bil-proposti tiegħu għall-iżvilupp ta' din il-politika u jwettaqha bħala mandatarju tal-Kunsill. L-istess għandu japplika għall-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni.
3. Ir-Rappreżentant Għoli jippresjedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin.
4. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun wieħed mill-Viċi-Presidenti tal-Kummissjoni. Huwa għandu jassigura l-koerenza ta' l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Huwa għandu jkun responsabbli fi ħdan il-Kummissjoni għar-responsabbiltajiet tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni u għall-koordinazzjoni ta' aspetti oħra ta' l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Fl-eżerċizzju ta' dawn ir-responsabbiltajiet fi ħdan il-Kummissjoni, u għal dawn ir-responsabbiltajiet biss, ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun marbut bil-proċeduri li jirregolaw il-funzjonament tal-Kummissjoni sakemm dan ikun kompatibbli mal-paragrafi 2 u 3.