Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R1368-20210218

    Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1368 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-għajnuna lis-settur tal-apikultura

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1368/2021-02-18

    02015R1368 — MT — 18.02.2021 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1368

    tas-6 ta' Awwissu 2015

    li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-għajnuna lis-settur tal-apikultura

    (ĠU L 211 8.8.2015, p. 9)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/166 tal-10 ta’ Frar 2021

      L 48

    1

    11.2.2021




    ▼B

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1368

    tas-6 ta' Awwissu 2015

    li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-għajnuna lis-settur tal-apikultura



    KAPITOLU 1

    DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni li jirregolaw l-għajnuna tal-Unjoni għall-programmi nazzjonali għas-settur tal-apikultura kif imsemmi fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (“programmi tal-apikultura”).

    Artikolu 2

    Is-Sena tal-Apikoltura

    Għall-finijiet tal-programmi tal-apikultura, “is-Sena tal-Apikoltura” għandha tfisser il-perjodu ta' 12-il xahar konsekuttiv mill-1 ta' Awwissu sal-31 ta' Lulju.



    KAPITOLU 2

    PROGRAMMI TAL-APIKOLTURA

    Artikolu 3

    Notifika tal-programmi tal-apikultura

    Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-proposta tiegħu għal programm tal-apikultura uniku għat-territorju kollu tiegħu sa mhux aktar tard mill-15 ta' Marzu li jiġi qabel tibda l-ewwel Sena tal-Apikultura tal-programm.

    ▼M1

    Sal-15 ta’ Marzu 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-emenda għall-programmi nazzjonali tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Din l-emenda għandha tqis il-kontribuzzjoni miżjuda tal-Unjoni mill-2021.

    ▼B

    Artikolu 4

    Kontenut tal-programmi tal-apikultura

    Il-programmi tal-apikultura għandhom jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness.

    Artikolu 5

    Approvazzjoni tal-programmi tal-apikultura

    1.  
    Il-programmi tal-apikultura għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju li jiġi qabel il-bidu tal-ewwel Sena tal-Apikultura tal-programm tal-apikultura kkonċernat.

    ▼M1

    L-emendi tal-programmi tal-apikultura skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni, skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sal-15 ta’ Ġunju 2021.

    ▼B

    2.  
    Il-programmi tal-apikultura approvati għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Kummissjoni fuq is-sit tagħha.

    Artikolu 6

    Emendi għall-programmi tal-apikultura

    1.  
    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jemendaw il-miżuri inklużi fil-programmi tal-apikultura tagħhom matul is-sena tal-apikultura, pereżempju billi jintroduċu jew jirtiraw miżuri jew tipi ta' azzjonijiet, billi jintroduċu bidliet fid-deskrizzjoni tal-miżuri jew bidliet fil-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà jew billi jittrasferixxu fondi bejn il-miżuri tal-programm, sakemm dawk il-miżuri jibqgħu jikkonformaw mal-Artikolu 55(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    Il-limiti finanzjarji għal kull miżura jistgħu jiġu emendati, sakemm il-limitu massimu totali tal-previżjonijiet tal-ispejjeż annwali ma jinqabiżx u l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi tal-apikultura jibqa' ekwivalenti ta' 50 % tal-infiq magħmul mill-Istati Membri għal dawk il-programmi kif approvati.

    2.  
    Talbiet għal emendi għall-programmi tal-apikultura li jinvolvi l-introduzzjoni ta' miżura ġdida jew l-irtirar ta' miżura għandu jiġi nnotifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri u approvati mill-Kummissjoni qabel ma jiġu implimentati.
    3.  

    It-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni skont il-proċedura li ġejja:

    (a) 

    l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi li kkollaboraw mal-Istati Membru fit-tħejjija tal-programmi tal-apikoltura jiġu kkonsultati;

    (b) 

    l-emenda għandha titqies bħala approvata jekk il-Kummissjoni ma tkunx għamlet osservazzjonijiet dwar it-talba wara perijodu ta' 21 jum tax-xogħol minn meta tasal it-talba. Jekk il-Kummissjoni tkun għamlet osservazzjonijiet, l-emenda għandha titqies bħala approvata malli l-Istat Membru jkun infurmat mill-Kummissjoni li l-osservazzjonijiet tiegħu ġew indirizzati b'mod sħiħ.



    KAPITOLU 3

    KONTRIBUZZJONI TAL-UNJONI

    Artikolu 7

    Eliġibbiltà ta' infiq u ħlasijiet

    Hija biss in-nefqa magħmula fl-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-programm tal-apikultura tal-Istat Membru li għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-Unjoni.

    Il-pagamenti, mill-Istati Membri lill-benefiċjarji, b'rabta ma' miżuri implimentati matul kull Sena tal-Apikultura għandhom isiru fi żmien il-perjodu ta' 12-il xahar li jibda fis-16 ta' Ottubru ta' dik is-Sena tal-Apikultura u jintemm fil-15 ta' Ottubru tas-sena ta' wara.

    ▼M1

    B’deroga mit-tieni paragrafu, il-pagamenti marbuta mal-miżuri implimentati mill-1 ta’ Awwissu 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022 għandhom isiru bejn is-16 ta’ Ottubru 2022 u l-15 ta’ Ottubru 2023.

    ▼B



    KAPITOLU 4

    MONITORAĠĠ U VERIFIKI

    Artikolu 8

    Verifiki

    1.  
    L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki biex jaraw li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-finanzjament tal-Unjoni jintlaħqu. Dawk il-verifiki għandhom jikkonsistu kemm f'verifiki amministrattivi kif ukoll dawk fuq il-post u jsegwu l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
    2.  

    Fejn jidħlu l-verifiki fuq il-post, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu verifika ta' dawn li ġejjin:

    (a) 

    l-implimentazzjoni korretta tal-miżuri inklużi fil-programmi tal-apikultura, b'mod partikolari l-miżuri ta' investiment u tas-servizzi;

    (b) 

    in-nefqa mġarrba realment hija minn tal-anqas ekwivalenti għall-appoġġ finanzjarju mitlub,

    (c) 

    fejn rilevanti, l-għadd ta' duqqajs dikjarat huwa konsistenti mal-għadd ta' duqqajs misjub li jinżammu mill-applikant meta titqies id-dejta addizzjonali mogħtija minn dawk li jrabbu n-naħal dwar attività matul is-Sena tal-Apikultura kkonċernata.

    3.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn tal-anqas 5 % tal-applikanti għall-għajnuna fi ħdan il-qafas tal-programmi ta' apikultura tagħhom isirulhom verifiki fuq il-post.

    Il-kampjuni għall-verifika għandhom jittieħdu mill-popolazzjoni kollha tal-applikanti u għandhom jinkludu:

    (a) 

    għadd ta' applikanti magħżula b'mod aleatorju sabiex tinkiseb rata ta' żball rappreżentattiva;

    (b) 

    għadd ta' applikanti magħżula abbażi ta' analiżi tar-riskju bbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

    (i) 

    l-ammont ta' finanzjament allokat lill-benefiċjarji;

    (ii) 

    in-natura tal-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-miżuri tal-apikultura;

    (iii) 

    il-konklużjonijiet ta' verifiki fuq il-post preċedenti;

    (iv) 

    kriterji oħra li għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri.

    Artikolu 9

    Pagamenti mhux dovuti u penali

    1.  
    L-interess miżjud mal-ammont ta' pagamenti mhux dovuti rkuprati f'konformità mal-Artikolu 54(1), 58(1)(e) jew 63(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014.
    2.  
    F'każ ta' frodi jew ta' negliġenza serja li huma responsabbli għaliha, il-benefiċjarji għandhom, apparti milli jroddu lura l-pagamenti mhux dovuti u l-interessi tagħhom f'konformità mal-Artikolu 63(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, iħallsu ammont daqs id-differenza bejn l-ammont imħallas inizjalment u l-ammont li huma intitolati għalih.



    KAPITOLU 5

    REGOLI DWAR IN-NOTIFIKI U L-PUBBLIKAZZJONI

    Artikolu 10

    Rapport annwali ta' implimentazzjoni

    1.  
    Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena mill-2018, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni rapport annwali ta' implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-programm ta' apikultura tagħhom matul is-Sena tal-Apikultura preċedenti.
    2.  

    Ir-rapport ta' implimentazzjoni annwali għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

    (a) 

    sommarju tal-ispiża mġarrba f'euro matul is-Sena tal-Apikultura, miġbura skont il-miżura;

    (b) 

    ir-riżultati abbażi tal-indikaturi tal-prestazzjoni magħżula għal kull miżura implimentata.

    Artikolu 11

    Data tan-notifika tal-għadd ta' duqqajs

    In-notifika msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1366 għandha ssir sal-15 ta' Marzu ta' kull sena mill-2017.

    Artikolu 12

    Regoli dwar in-notifiki

    In-notifiki msemmija fl-Artikoli 3, 6, 10 u 11 ta' dan ir-Regolament għandhom isiru f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 1 ).

    Artikolu 13

    Pubblikazzjoni tad-dejta aggregata

    Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament fuq is-sit tagħha d-dejta aggregata dwar dan li ġej:

    (a) 

    l-għadd ta' duqqajs notifikat f'konformità mal-Artikolu 11;

    (b) 

    l-għadd ta' duqqajs notifikat f'konformità mal-Artikolu 10;

    (c) 

    l-istudju dwar l-istruttura tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tat-trobbija tan-naħal, kif imsemmi fil-punt (3) tal-Anness, inkluż fil-programm tal-apikultura notifikat skont l-Artikolu 3.



    KAPITOLU 6

    DISPOŻIZZJONI FINALI

    Artikolu 14

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS

    Il-programmi tal-apikultura għandhom jinkludu tal-anqas l-elementi li ġejjin:

    (1) 

    evalwazzjoni tar-riżultati miksuba sal-lum matul l-implimentazzjoni tal-programm tal-apikultura preċedenti, jekk kien hemm tali programm fis-seħħ. Mill-programmi tal-apikultura ta' bejn l-2020 u l-2022, dik l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar żewġ rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 10;

    (2) 

    deskrizzjoni tal-metodu użat biex jiġi determinat l-għadd ta' duqqajs f'konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1366;

    (3) 

    studju mwettqa mill-Istat Membru dwar l-istruttura tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tat-trobbija tan-naħal fit-territorju tiegħu. L-istudju għandu jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja, li tkopri l-aħħar sentejn kalendarji ta' qabel in-notifika tal-programm tal-apikultura għall-approvazzjoni;

    (i) 

    l-għadd ta' dawk li jrabbu n-naħal;

    (ii) 

    l-għadd ta' dawk li jrabbu n-naħal li jġestu aktar minn 150 duqqajsa;

    (iii) 

    l-għadd totali ta' duqqajs ġestiti minn dawk li jrabbu n-naħal li għandhom aktar minn 150 duqqajsa;

    (iv) 

    l-għadd ta' dawk li jrabbu n-naħal organizzati f'assoċjazzjonijiet ta' dawk li jrabbu n-naħal;

    (v) 

    il-produzzjoni nazzjonali annwali ta' għasel f'kg fl-aħħar sentejn kalendarji ta' qabel in-notifika tal-programm tal-apikultura għall-approvazzjoni;

    (vi) 

    il-firxa ta' prezzijiet għal għasel multiflorali fis-sit ta' produzzjoni;

    (vii) 

    il-firxa ta' prezzijiet għal għasel multiflorali bl-ingrossa mingħand il-grossista;

    (viii) 

    ir-rendiment medju stmat f'kg ta' għasel għal kull duqqajsa u għal kull sena;

    (ix) 

    il-kost tal-produzzju medju stmat (fiss u varjabbli) għal kull kg ta' għasel prodott;

    (x) 

    l-għadd ta' duqqajs determinat fl-aħħar sentejn kalendarji ta' qabel in-notifika tal-programm tal-apikultura għall-approvazzjoni għal dawk l-Istati Membri li ma kellhomx programm bħal dan fis-seħħ għat-tliet snin preċedenti;

    (4) 

    evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tas-settur tal-apikultura fl-Istat Membru, abbażi, minn tal-anqas, tal-evalwazzjoni tar-riżultati tal-programm tal-apikultura preċedenti jekk ikun hemm waħda, studju dwar l-istruttura tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tat-trobbija tan-naħal, u r-riżultati ta' kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-qasam tat-trobbija tan-naħal;

    (5) 

    deskrizzjoni tal-għanijiet tal-programm tal-apikoltura u r-rabta bejn dawn l-għanijiet u miżuri tal-apikultura magħżula fil-lista fl-Artikolu 55(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

    (6) 

    deskrizzjoni dettaljata tal-azzjonijiet li se jitwettqu taħt il-miżuri tal-apikultura magħżula fil-lista fl-Artikolu 55(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inklużi l-ispejjeż stmati u l-pjan ta' finanzjament imqassma skont is-sena u skont il-miżura;

    (7) 

    il-kriterji stabbiliti mill-Istati Membri biex jiżguraw li ma jkunx hemm finanzjament doppju ta' programmi tal-apikultura skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1366;

    (8) 

    l-indikaturi tal-prestazzjoni użati għal kull miżura tal-apikultura magħżula. L-Istati Membri għandhom jagħżlu minn tal-anqas indikatur ta' prestazzjoni rilevanti wieħed għal kull miżura;

    (9) 

    l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-programm tal-apikultura, inklużi:

    (i) 

    il-ħatra mill-Istati Membri ta' punt ta' kuntatt responsabbli għall-ġestjoni tal-programmi tal-apikultura;

    (ii) 

    deskrizzjoni tal-proċedura għal verifiki ta' monitoraġġ;

    (iii) 

    deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu f'każ ta' ħlasijiet mhux dovuti lill-benefiċjarji, inklużi l-pieni;

    (iv) 

    id-dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-programm approvat huwa pubbliċizzat fl-Istat Membru;

    (v) 

    l-azzjonijiet meħuda biex jikkooperaw ma' organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-qasam tat-trobbija tan-naħal;

    (vi) 

    deskrizzjoni tal-metodu użat sabiex jiġu evalwati r-riżultati tal-miżuri tal-programm tal-apikutura għas-settur tal-apikultura tal-Istat Membru kkonċernat.



    ( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).

    Top