Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.
Dokument 02010D0166-20170203
Commission Decision of 19 March 2010 on harmonised conditions of use of radio spectrum for mobile communication services on board vessels (MCV services) in the European Union (notified under document C(2010) 1644) (Text with EEA relevance) (2010/166/EU)
Konsolidirano besedilo: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1644) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2010/166/UE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1644) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2010/166/UE)
Ne velja več
)
02010D0166 — MT — 03.02.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1644) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 072 20.3.2010, p. 38) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 29 |
63 |
3.2.2017 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Marzu 2010
dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1644)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/166/UE)
Artikolu 1
Il-fini ta' din id-Deċiżjoni hu li tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz, 1 800 MHz, 1 900 /2 100 MHz, 2 600 MHz għal sistemi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet mobbli abbord il-bastimenti fl-ibħra territorjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
1. “servizzi ta” komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV)' tfisser servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi, kif imfisser fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), mogħtijin minn impriża sabiex tippermetti li dawk li jkunu abbord bastiment jikkomunikaw permezz ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni bl-użu ta' sistema soġġetta għall-Artikolu 3 mingħajr ma jkunu stabbiliti konnessjonijiet diretti man-netwerks mobbli terrestri;
2. “il-medda ta’ frekwenzi ta” 900 MHz’ tfisser il-medda ta’ frekwenzi 880-915 MHz fil-każ ta’ konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta’ bażi ta’ riċezzjoni) u l-medda ta’ frekwenzi 925-960 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta’ bażi trażmettitur u terminal ta’ riċezzjoni);
3. “il-medda ta” frekwenza ta’ 1 800 MHz’ tfisser il-medda ta’ frekwenzi 1 710 -1 785 MHz fil-każ ta’ konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta’ bażi ta’ riċezzjoni) u l-medda ta’ frekwenzi 1 805 -1 880 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta’ bażi trażmettitur u terminal ta’ riċezzjoni);
4. “sistema tal-GSM” tfisser netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, konformi mal-Istandards tal-GSM, kif ippubblikati mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari EN 301 502 u EN 301 511;
5. “fuq bażi ta” mingħajr interferenza u mingħajr protezzjoni’ tfisser li ma tista’ tiġi kkawżata l-ebda interferenza ta’ ħsara lil kwalunkwe servizz ta’ radjukomunikazzjoni u li ma tista’ ssir l-ebda talba għall-protezzjoni ta’ dawn is-servizzi mill-interferenza li tagħmel il-ħsara li toriġina minn servizzi oħra ta’ radjukomunikazzjoni;
6. “baħar territorjali” għandha tiġi interpretata fl-istess sens kif imfissra fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;
7. “Stazzjon ta' Bażi Transciever ta' Bastiment (BS tal-bastiment)” tfisser piko-ċellula mobbli li tinsab fuq il-bastiment u li tappoġġa s-servizzi tal-GSM, LTE jew UMTS konformi mal-Anness għal din id-Deċiżjoni;
8. “Il-medda 1 900 /2 100 MHz” tfisser il-medda ta' 1 920 -1 980 MHz fil-każ ta' konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta' bażi ta' riċezzjoni) u l-medda 2 110 -2 170 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta' bażi trażmettitur u terminal ta' riċezzjoni);
9. “il-medda 2 600 MHz” tfisser il-medda 2 500 -2 570 MHz fil-każ ta' konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta' bażi ta' riċezzjoni) u l-medda ta' frekwenzi 2 620 -2 690 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta' bażi trażmettitur u terminal ta' riċezzjoni);
10. “Sistema LTE” tfisser netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, kif definit fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE ( 2 );
11. “Sistema UMTS” tfisser netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definit fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/251/UE.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas 2 MHz ta' spettru fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali u 2 MHz ta' spettru korrispondenti fid-direzzjoni ta' konnessjoni dixxendentali akkoppjat fil-meded 900 u/jew 1 800 Mhz għal sistemi GSM sakemm is-servizzi MCV fuq bażi bla interferenza u mhux protetta fl-ibħra territorjali tagħhom;
2. Malajr kemm jista' jkun, u sitt xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli 5 MHz ta' spettru fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali u 5 MHz ta' spettru korrispondenti fid-direzzjoni ta' konnessjoni dixxendentali, akkoppjati fi ħdan il-meded 1 900 /2 100 MHz għas-sistemi UMTS u fil-meded 1 800 MHz u 2 600 MHz għal sistemi LTE li jipprovdu servizzi MCV fuq bażi ta' mingħajr interferenza u mingħajr protezzjoni, fl-ibħra territorjali tagħhom.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jikonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom iżommu taħt reviżjoni l-użu tal-meded ta' frekwenzi mis-sistemi li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tagħhom, li huma msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2), b'mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza kontinwa tal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3 u tal-każijiet ta' interferenza dannuża.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sejbiet tagħhom fir-rigward tar-reviżjoni imsemmija fl-Artikolu 4 għal din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni Ewropea għandha, meta jkun xieraq, tagħmel ir-reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu mħarsa mis-sistemi li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, biex tiġi evitata interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri
(1) Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mis-sistemi tal-GSM li joperaw fil-medda ta' 900 MHz u l-medda ta' 1 800 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri.
Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) Is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn żewġ mili nawtiċi ( 3 ) mil-linja bażi, kif definit fil- Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;
(b) Jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS tal-bastimenti bejn żewġ u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;
(c) Limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment:
Parametru |
Deskrizzjoni |
Qawwa tat-trażmissjoni/densità tal-potenza |
Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastiment u kkontrollati permezz tal-BS tal-bastiment fil-medda ta' 900 MHz, il-qawwa massima tal-output irradjat: 5 dBm |
Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastimenti u kkontrollati permezz tal-BS tal-bastimenti fil-medda ta' frekwenzi ta' 1 800 MHz, il-qawwa massima tal-output irradjat: 0 dBm |
|
Għall-istazzjonijiet ta' bażi abbord il-bastiment, id-densità massima tal-qawwa mkejla f'partijiet esterni tal-bastiment, b'referenza għal kejl ta' gain ta' antenna ta' 0 dBi: – 80 dBm/200 kHz |
|
Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni |
Għandhom jintużaw tekniki għat-tnaqqis tal-interferenza li mill-inqas jipprovdu rendiment ekwivalenti għal dak ta' dawn il-fatturi ta' tnaqqis, abbażi tal-istandards tal-GSM: — bejn 2 u 3 mili nawtiċi mil-linja bażi, is-sensittività tar-riċevitur u l-livell massimu tad-diskonnessjoni (livelli ACCMIN (1) u min RXLEV (2)) tat-terminal mobbli użat abbord il-bastiment għandu jkun daqs jew ogħla minn — 70 dBm/200 kHz u bejn 3 u 12-il mil nawtiku mil-linjua bażi daqs jew ogħla minn — 75 dBm/200 kHz; — it-trażmissjoni mhux kontinwa (3) għandha tiġi attivata fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali; — il-valur tal-avvanz tal-ħin (4) tal-BS tal-bastiment għandu jiġi ssettjat fil-valur minimu. |
(1) ACCMIN (RX_LEV_ACCESS_MIN); kif deskritt fl-istandard ETSI TS 144 018 tal-GSM (2) RXLEV (RXLEV-FULL-SERVING-CELL); kif deskritt fl-istandard ETSI TS 148 008 tal-GSM (3) Trażmissjoni mhux kontinwa, jew DTX; kif deskritt fl-istandard ETSI TS 148 008 tal-GSM (4) Avvanz tal-ħin; kif deskritt fl-istandard ETSI TS 144 018 tal-GSM |
(2) Kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mis-sistemi UMTS fil-meded 1 900 /2 100 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri.
Għandhom japplikaw dawn il-kundizzjonijiet:
(a) is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn żewġ mili nawtiċi mil-linja bażi, kif definit fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;
(b) jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS tal-bastimenti bejn żewġ u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;
(c) tista' tintuża wisa' tal-medda sa 5 MHzbiss (duplex) biss;
(d) limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment:
Parametru |
Deskrizzjoni |
Qawwa tat-trażmissjoni/Densità tal-qawwa |
Għal terminals mobbli li jittrażmettu fil-medda 1 900 Mhz użati abbord il-bastimenti u kkontrollati mill-BS tal-bastiment li jittrażmetti fil-medda 2 100 Mhz, il-qawwa massima tal-output irradjat: 0 dBm/5 MHz |
Emissjonijiet fuq il-gverta |
Emissjonijiet ta' BS tal-bastiment ta' fuq il-gverta għandhom ikunu daqs jew inqas minn — 102 dBm/5 MHz (Kanal Komuni tal-Piloti) |
Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni |
Bejn 2 u 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, il-kriterji ta' kwalità (il-livell minimu meħtieġ tas-sinjal irċevut f'ċellola) għandu jkun daqs jew ogħla minn: – 87 dBm/5 MHz |
It-timer tal-għażla tan-netwerk mobbli terrestri pubbliku għandu jkun issettjat għal 10 minuti |
|
Il-parametru tal-avvanz tal-ħin għandu jiġi ssettjat skont il-firxa ta' ċelloli mqassma ta' sistemi distribwiti ta' antenni MCV ugwali għal 600 m |
|
Ir-rilaxx tat-timer tar-rilaxx tal-inattività tal-utent tal-Kontroll tar-Riżorsi tar-Radju għandu jkun ta' żewġ sekondi. |
|
Nuqqas ta' allinjament ma' netwerks fuq l-art |
It-trasportatur MCV tal-frekwenza ċentrali ma għandux jiġi allinjata ma' trasportaturi fuq netwerks tal-art. |
(3) Kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti minn sistemi fil-medda 1 800 MHz u 2 600 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għal netwerks mobbli bbażati fuq l-art
Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) Is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn 4 mili nawtiċi mil-linja bażi, kif definit fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;
(b) Jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS ta' bastimenti bejn erba' u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;
(c) Faxxa tal-frekwenza biss sa 5 MHz (duplex) jistgħu jintużaw għal kull banda ta' frekwenzi (1 800 MHz u 2 600 MHz);
(d) Limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment:
Parametru |
Deskrizzjoni |
Qawwa tat-trażmissjoni/Densità tal-qawwa |
Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastimenti u li huma kkontrollati permezz ta' BS ta' bastimenti fil-medda ta' frekwenzi ta' 1 800 Mhz u 2 600 MHz, il-potenza massima tal-output irradjat: 0 dBm |
Emissjonijiet fuq il-gverta |
L-emissjonijiet ta' BS ta' bastimenti ta' fuq il-gverta għandhom ikunu daqs jew inqas minn – 98 dBm/5 MHz (ekwivalenti għal – 120 dBm/15 kHz) |
Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni |
Bejn erba' u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi, il-kriterji ta' kwalità (il-livell ta' sinjal irċevut minimu meħtieġ fiċ-ċellola) għandhom ikunu daqs jew ogħla minn – 83 dBm/5 MHz (ekwivalenti għal – 105 dBm/15 kHz) |
It-timer tal-għażla tan-Netwerk Mobbli Terrestri Pubbliku għandu jkun issettjat għal 10 minuti |
|
Il-parametru tal-avvanz tal-ħin għandu jiġi ssettjat skont il-firxa ta' ċelloli mqassma ta' sistemi distribwiti ta' antenni MCV ugwali għal 400 m |
|
It-timer tal-inattività tal-utent għar-rilaxx tal-Kontroll tar-Riżorsi tar-Radju għandu jiġi ssetjat għal żewġ sekondi. |
|
Nuqqas ta' allinjament ma' netwerks fuq l-art |
It-trasportatur MCV tal-frekwenza ċentrali ma għandux jiġi allinjata ma' trasportaturi fuq netwerks tal-art. |
( 1 ) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
( 2 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta' April 2011 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità (ĠU L 106, 27.4.2011, p. 9)
( 3 ) Mil nawtiku = 1 852 metru