This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009L0040-20100728
Directive 2009/40/EC of the European Parliament and of the Council of 6 May 2009 on roadworthiness tests for motor vehicles and their trailers (Recast) (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
No longer in force
)
2009L0040 — MT — 28.07.2010 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DIRETTIVA 2009/40/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p.12) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/48/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-5 ta’ Lulju 2010 |
L 173 |
47 |
8.7.2010 |
DIRETTIVA 2009/40/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Mejju 2009
dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq
(Tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-testijiet dwar jekk vetturi u l-karrijiet tagħhom humiex tajba għat-triq ( 3 ) ġiet emendata kemm-il darbab’mod sinjifikattiv ( 4 ). Billi għandhom isiru iżjed emendi, din id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
Fil-qafas tal-politika tat-trasport komuni, ċertu traffiku tat-triq fi ħdan il-Komunità għandu jopera taħt l-iktar ċirkostanzi favorevoli fir-rigward ta’ kemm is-sigurtà kif ukoll il-kondizzjonijiet kompetittivi li japplikaw għal trasportaturi fl-Istati Membri. |
(3) |
Iż-żieda tat-traffiku tat-triq u ż-żieda riżultanti f’perikolu u effetti negattivi jippreżentaw l-Istati Membri kollha bi problemi ta’ sigurtà ta’ natura u serjetà simili. |
(4) |
L-ittestjar tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-vettura għandu jkun relattivament sempliċi, ta’ malajr u mhux għali. |
(5) |
L-istandards minimi Komunitarji u l-metodi li għandhom jintużaw għall-ittestjar tal-elementi previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk ikunu definiti f’Direttivi separati. |
(6) |
Hu neċessarju li jkun hemm adattament rapidu għall-progress tekniku tal-istandards u l-metodi stabbiliti fid-Direttivi separati u, sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dan l-iskop, li tkun stabbilita proċedura għal koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan kumitat dwar l-adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq. |
(7) |
Fir-rigward ta’ sistemi tal-brejkijiet huwa diffiċli li jiġu stabbiliti valuri għal elementi bħas-settings tal-pressjoni tal-arja u ta’ perjodi ta’ build-up, minħabba differenzi f’tagħmir u metodi fi ħdan il-Komunità. |
(8) |
Hu rikonoxxut minn dawk kollha kkonċernati bl-ittestjar ta’ vetturi li l-metodu ta’ ttestjar u, b’mod partikolari, jekk il-vettura hi eżaminata f’kondizzjoni mgħobbija, parzjalment mgħobbija jew mhux mgħobbija, jistgħu jinfluwenzaw il-grad ta’ kunfidenza li t-testers għandhom fir-rigward tal-kondizzjoni tas-sistema tal-brejkijiet għat-triq. |
(9) |
Il-preskrizzjoni tal-valuri ta’ referenza tal-forza tal-brejkijiet għal kondizzjonijiet varji ta’ tagħbija għal kull mudell ta’ vettura għandha tgħin biex terġa tinkiseb dik il-kunfidenza. Din id-Direttiva għandha tagħmel possibbli l-ittestjar taħt dan ir-reġim bħala alternattiva għall-ittestjar relattivament għal valuri minimi ta’ prestazzjoni għal kull kategorija ta’ vettura. |
(10) |
Fir-rigward ta’ sistemi ta’ brejkijiet l-ambitu ta’ din id-Direttiva għandu jirrelata l-aktar mal-vetturi li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent taħt id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi tal-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 5 ) għalkemm hu rikonoxxut li ċerti tipi ta’ vettura ngħataw din l-approvazzjoni konformemt ma’ standards nazzjonali li jistgħu jkunu differenti mir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. |
(11) |
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-ambitu tat-test tal-brejkijiet biex jinkludu vetturi jew elementi ta’ test barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva. |
(12) |
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu t-test ta’ brejkijiet iktar strett jew iżidu l-frekwenza tal-ittestjar. |
(13) |
Din id-Direttiva hija maħsuba sabiex iżżomm l-emissjonijiet f’livell baxx tul il-ħajja utli ta’ vettura permezz ta’ testijiet regolari tal-emissjonijiet tal-exhaust u tassigura li l-vetturi li jniġġsu ħafna jkunu rtirati mis-servizz sa meta jinġabu fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni. |
(14) |
It-tuning impreċiż u l-manutenzjoni inadegwata huma ta’ detriment mhux biss għall-magna imma wkoll għall-ambjent ladarba jikkawżaw żieda fit-tniġġiż u fil-konsum tal-karburant. Hu importanti li jiġi żviluppat trasport li jkun favorevoli għall-ambjent. |
(15) |
Fil-każ ta’ magni li jaqbdu bil-kompressjoni (diesel) il-kejl tal-opaċità tad-dħaħen tal-exhaust hu meqjus li jkun indikatur adegwat tal-kondizzjoni tal-istat ta’ manutenzjoni tal-vettura, fejn għandhom x’jaqsmu l-emissjonijiet. |
(16) |
Għall-magni positive-ignition tal-petrol, il-kejl tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-carbon mill-pajp tal-exhaust meta l-magna tkun imqabbda huwa meqjus bħala indikatur adegwat tal-istat tal-manutenzjoni tal-vettura, fir-rigward ta’ emissjonijiet. |
(17) |
Ir-rata ta’ falliment fit-testijiet tal-emissjoni tal-exhaust għall-vetturi li ma ġewx mantenuti b’mod regolari tista’ tkun għolja. |
(18) |
Fil-każ ta’ vetturi b’magna tal-petrol li l-istandards tal-approvazzjoni tat-tip tagħhom jispeċifikaw li għandhom ikunu mgħammra b’sistemi avvanzati tal-kontroll tal-emissjonijiet bħal konvertituri katalitiċi three-way li jkunu kkontrollati b’lambda-probe, l-istandards tat-test tal-emissjoni regolari għandhom ikunu iktar stretti mill-vetturi konvenzjonali. |
(19) |
Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 relatata mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis tal-arja minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur ( 6 ) teħtieġ l-introduzzjoni, mis-sena 2000, ta’ sistema ta’ dijanjosi abbord (OBD) fil-każ tal-karozzi li jaħdmu bil-petrol u l-vetturi kummerċjali ħfief biex jiġi immonitorjat il-funzjonament tas-sistema tal-kontroll tal-emissjoni waqt l-użu tal-vettura. Bl-istess mod, mill-2003 huma meħtiega sistemi OBD għall-vetturi ġodda diesel. |
(20) |
L-Istati Membri jistgħu, jekk xieraq, jeskludu mill-ambitu ta’ din id-Direttiva ċerti vetturi li huma kkunsidrati ta’ interess storiku. Filwaqt li jistgħu ukoll jistabbilixxu l-istandards ta’ ttestjar tagħhom stess għal dawn il-vetturi. Madanakollu, dan id-dritt m’għandux iwassal għall-applikazzjoni ta’ standards iktar stretti minn dawk li l-vetturi kkonċernati kienu orġinarjament proġettati li jilħqu. |
(21) |
Hemm disponibbli sistemi semplici u komuni ta’ dijanjosi li jistgħu jintużaw mill-organizzazzjonijiet li jittestjaw biex jigu ttestjati l-bicca l-kbira tal-limitaturi tal-velocità installati. Fil-każ ta’ dawk il-vetturi li ma jintlaħqux b’din l-għodda ta’ dijanjosi komunement disponibbli, l-awtoritajiet ikollhom bżonn jew li jagħmlu użu mill-apparat li jkun sar disponibbli mill-manifattur originali tal-vettura jew jipprovdu għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni adatta tat-test mill-manifattur tal-vettura jew mill-organizzazzjoni konċessjonarja tagħha. |
(22) |
Il-verifika ta’ kull tant żmien tal-funzjonament korrett tal-limitatur tal-velocità għandha tiġi ffaċilitata fil-każ tal-vetturi li jkunu mgħammra b’apparat ġdid tal-irrekordjar (it-takografu diġitali) taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2135/98 tal-24 ta’ Settembru 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar l-apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u d-Direttiva 88/599/KEE rigward l-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 ( 7 ). Mis-sena 2003 “l hawn, il-vetturi l-ġodda huma mgħammra b” dak l-apparat. |
(23) |
Ir-rekwiżiti tekniċi relatati mat-taxis u l-ambulanzi huma simili għal dawk ta’ karrozzi privati. L-elementi li għandhom ikunu eżaminati jistgħu għalhekk ikunu simili, għalkemm il-frekwenza tat-testijiet hija differenti. |
(24) |
Kull Stat Membru għandu jassigura, fiż-żona tiegħu ta’ ġurisdizzjoni, li t-testijiet dwar il-kondizzjoni tal-vetturi għat-triq jiġu mmexxija metodikament u jkunu ta’ standard għoli. |
(25) |
Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-applikazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva. |
(26) |
Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar testijiet ta’ vetturi għat-triq, il-prevenzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi ta’ fuq it-triq u l-garanzija ta’ kontrolli u manutenzjoni adegwati ta’ vetturi, ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri waħedhom, u għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(27) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 8 ). |
(28) |
B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tiddefinixxi ċerti standards u metodi minimi għall-ittestjar kif ukoll sabiex dawn jiġu adattati għall-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, jeħtieġ li dawn jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(29) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi previsti fl-Anness III, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
1. F’kull Stat Membru, il-vetturi bil-mutur reġistrati f’dak l-Istat u l-karrijiet u s-semikarrijiet tagħhom għandhom jiġu suġġetti għal testijiet perjodiċi tal-kondizzjoni għat-triq konformement ma’ din id-Direttiva.
2. Il-kategoriji tal-vetturi li għandhom jiġu ttestjati, il-frekwenza tat-testijiet tal-kondizzjoni għat-triq u l-elementi li għandhom jiġu ttestjati huma elenkati fl-Annessi I u II.
Artikolu 2
It-testijiet tal-kondizzjoni għat-triq previsti f’din id-Direttiva għandhom jitwettqu mill-Istat Membru, jew minn korp pubbliku inkarigat mill-Istat jew minn korpi jew stabbilimenti indikati u direttament immexxija mill-Istat, inklużi korpi privati awtorizzati kif dovut. B’mod partikolari, fejn stabbilimenti indikati bħala ċentri ta’ ttestjar tal-vetturi ukoll iwettqu tiswijiet fuq vetturi bil-mutur, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jassiguraw l-objettività u l-kwalità għolja tal-ittestjar tal-vettura.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri li jqisu neċessarji biex ikun possibbli li tingħata prova li vettura għaddiet minn test tal-kondizzjoni għat-triq li jikkonforma ma’ mill-inqas id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummssjoni.
2. Kull Stat Membru għandu, fuq l-istess bażi daqslikieku hu stess ħareġ il-prova, jagħraf il-prova maħruġa fi Stat Membru ieħor li turi li vettura bil-mutur reġistrata fit-territorju ta’ dak l-Istat l-ieħor, flimkien mal-karru jew is-semi karru tagħha, għaddiet test tal-kondizzjoni għat-triq li jikkonforma ma’ mill-inqas id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri għandhom japplikaw proċeduri xierqa biex jistabbilixxu, sa fejn hu prattikabbli, li l-prestazzjoni tal-brejkijiet tal-vetturi reġistrati fit-territorju tagħhom tissodisfa r-rekwiżiti speċifikati f’din id-Direttiva.
KAPITOLU II
EĊĊEZZJONIJIET
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jeskludu mill-ambitu ta’ din id-Direttiva vetturi li jappartjenu għall-forzi armati, għall-forzi tal-liġi u tal-ordni u għas-servizz kontra n-nar.
2. L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsulktaw lill-Kummissjoni, jeskludu mill-ambitu ta’ din id-Direttiva jew suġġett għal dispożizzjonijiet speċjali, ċerti vetturi operati jew użati f’kondizzjonijiet eċċezzjonali u vetturi li qatt, jew bil-kemm, huma użati fuq toroq maġġuri pubbliċi, inklużi vetturi ta’ interess storiku fabbrikati qabel l-1 ta’ Jannar 1960 jew li jkunu temporanjament irtirati miċ-ċirkolazzjoni.
3. L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jistabilixxu l-istandards tal-ittestjar tagħhom għal vetturi kkunsidrati li huma ta’ interess storiku.
Artikolu 5
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Annessi I u II, l-Istati Membri jistgħu:
(a) iġibu 'l quddiem id-data għall-ewwel test obbligatorju tal-kondizzjoni għat-triq u, fejn ikun il-każ, jesiġu ttestjar tal-vettura qabel ir-reġistrazzjoni;
(b) iqassru l-intervall bejn żewġ testijiet obbligatorji suċċessivi;
(c) jagħmlu obbligatorju l-ittestjar ta’ tagħmir mhux obbligatorju;
(d) iżidu n-numru ta’ elementi suġġetti għall-ittestjar;
(e) jestendu r-rekwiżit tat-test perjodiku għal kategoriji oħra ta’ vetturi;
(f) jippreskrivu testijiet speċjali addizzjonali;
(g) jesiġu għal vetturi reġistrati fit-territorju tagħhom standards minimi ogħla għall-effiċjenza tal-brejkijiet minn dawk speċifikati fl-Anness II u jinkludu test fuq vetturi b’tagħbijiet itqal sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jeċċedux dawk tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali tal-vettura.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 6
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-Direttivi separati li jkunu neċessarji biex jiġu definiti l-istandards minimi u l-metodi ta’ ttestjar tal-elementi previsti fl-Anness II, kif ukoll kull emenda neċessarja biex dawk l-istandards u l-metodi jiġu adattati għall-progress tekniku.
2. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).
Artikolu 7
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna minn Kumitat dwar l-adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva dwar dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 8
Mhux iktar tard minn tliet snin wara l-introduzzjoni ta’ ttestjar regolari ta’ strumenti għal-limitazzjoni tal-veloċità, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk, fuq il-bażi tal-esperjenza akkwistata, it-testijiet stabbiliti humiex suffiċjenti biex jiskopru strumenti tal-limitazzjoni tal-veloċità li jkunu difettużi jew li jkunu ġew manipulati jew jekk ir-regoli jeħtieġux li jiġ emendati.
Artikolu 9
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 10
Id-Direttiva 96/96/KE, kif emendata mill-Atti elenkati fl-Anness III, Parti A, hija imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fl-Anness III, Parti B.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 11
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 12
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
IL-KATEGORIJI TA’ VETTURI SUĠĠETTI GĦAL TESTIJIET TA’ KONDIZZJONI GĦAT-TRIQ U L-FREKWENZA TAT-TESTIJIET
Il-kategoriji tal-vettura |
Il-frekwenza tat-testijiet |
1. Vetturi bil-mutur użati għat-trasport ta’ passiġġieri u b’iktar minn tmien siġġijiet, bl-esklużjoni tas-siġġu tax-xufier |
Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena |
2. Vetturi bil-mutur użati għat-trasport tal-merkanzija u li jkollhom massa massima permessibbli li teċċedi 3 500 kg |
Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena |
3. Karrijiet u semi-karrijiet b’massa massima permissibbli li teċċedi 3 500 kg |
Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena |
4. Taxis, ambulanzi |
Sena wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata, imbagħad wara kull sena |
5. Vetturi bil-mutur li jkollhom mill-inqas erba’ roti, normalment użati għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija u b’massa massima permissibbli li ma teċċedix 3 500 kg, bl-esklużjoni ta’ tratturi u makkinarju agrikolu |
Erba’ snin wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata imbagħad wara kull sentejn |
6. Vetturi bil-mutur li jkollhom mill-inqas erba’ roti, użati għat-trasport ta’ passiġġieri u b’mhux iktar minn tmien siġġijiet, bl-esklużjoni tas-siġġu tax-xufier |
Erba’ snin wara d-data li fiha l-vettura kienet l-ewwel użata mbagħad wara kull sentejn |
ANNESS II
ELEMENTI LI GĦANDHOM JIĠU TTESTJATI B’MOD OBBLIGATORJU
WERREJ |
|
1. |
Introduzzjoni |
2. |
Ambitu tal-Ispezzjoni |
3. |
Iċ-ċertifikat li l-vettura hija tajba għat-triq |
4. |
Rekwiżiti minimi tal-ispezzjoni |
0. |
Identifikazzjoni tal-vettura |
1. |
Tagħmir tal-brejkijiet |
2. |
L-istering |
3. |
Il-viżibbiltà |
4. |
Fanali, rifletturi u tagħmir elettriku |
5. |
Il-fusijiet, ir-roti, it-tajers u s-suspenxin |
6. |
Ix-xażi u l-aċċessorji tax-xażi |
7. |
Tagħmir ieħor |
8. |
Effetti negattivi |
9. |
Testijiet supplimentari għall-vetturi li jġorru l-passiġġieri M2, M3 |
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Anness jidentifika s-sistemi u l-komponenti tal-vettura li għandhom jiġu ttestjati; huwa jiddeskrivi l-metodu ta’ kif għandhom jiġu ttestjati u l-kriterji li għandhom jintużaw meta jiġi stabbilit jekk il-kundizzjoni tal-vettura hijiex aċċettabbli.
Meta jinstab li l-vettura hija difettuża fir-rigward tal-elementi tat-test elenkati, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jadottaw proċedura sabiex jistabbilixxu l-kundizzjonijiet fejn il-vettura tista’ tintuża qabel ma tgħaddi minn test ieħor dwar jekk hijiex tajba għat-triq.
It-test irid ikopri tal-inqas l-elementi elenkati hawn isfel, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mat-tagħmir tal-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata fl-Istat Membru kkonċernat.
It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintużaw metodi u tagħmir attwalment disponibbli mingħajr l-użu ta’ għodod sabiex tiġi żarmata jew titneħħa xi parti tal-vettura.
L-elementi kollha elenkati għandhom jitqiesu bħala obbligatorji f’test perjodiku tal-vetturi, għajr dawk immarkati bl-indikazzjoni (X), li huma relatati mal-kundizzjoni tal-vettura u s-sostenibbiltà tagħha għall-użu fit-triq iżda li mhumiex ikkunsidrati bħala essenzjali f’test perjodiku.
Ir-“Raġunijiet għall-Falliment” ma japplikawx f’każijiet fejn dawn jirreferu għal rekwiżiti li ma kinux preskritti fil-leġislazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fiż-żmien tal-ewwel reġistrazzjoni, l-ewwel dħul fis-servizz u r-rekwiżiti dwar il-modifiki li jsiru wara.
Meta metodu ta’ spezzjoni jingħata bħala viżwali, dan ifisser illi minbarra milli jħares lejn l-elementi, l-ispettur għandu, jekk ikun meħtieġ, imisshom, jevalwa l-ħsejjes u juża kwalunkwe mezz ta’ spezzjoni ieħor xieraq mingħajr l-użu ta’ tagħmir.
2. AMBITU TAL-ISPEZZJONI
L-ispezzjoni għandha tkopri tal-inqas l-elementi msemmija hawn isfel, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mat-tagħmir installat tal-vettura li tkun qiegħda tiġi ttestjata.
0) L-identifikazzjoni tal-vettura;
1) L-apparat tal-brejkijiet;
2) L-istering;
3) Il-viżibbiltà;
4) It-tagħmir tad-dawl u l-partijiet tas-sistema elettrika;
5) Il-fusijiet, ir-roti, it-tajers, is-suspenxin;
6) Ix-xażi u l-aċċessorji tax-xażi;
7) Tagħmir ieħor;
8) Effetti negattivi;
9) Testijiet supplimentari għal vetturi li jġorru l-passiġġieri M2 u M3
3. IĊ-ĊERTIFIKAT LI L-VETTURA HIJA TAJBA GĦAT-TRIQ
L-operatur jew is-sewwieq tal-vettura jrid jiġi nnotifikat bil-miktub dwar id-difetti, ir-riżultat tat-test u l-konsegwenzi legali.
Iċ-ċertifikati li l-vettura hija tajba għat-triq, maħruġa fil-każ tat-testijiet perjodiċi obbligatorji tal-vetturi, għandhom ikopru mill-anqas l-elementi li ġejjin:
1) in-numru tal-VIN
2) in-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni u s-simbolu tal-pajjiż tal-istat tar-reġistrazzjoni
3) il-post u d-data tat-test
4) il-qari tal-odometru fil-ħin tat-test jekk ikun disponibbli
5) il-kategorija tal-vettura jekk disponibbli
6) id-difetti identifikati (huwa rakkomandat li tiġi segwita l-ordni numerika tal-Paragrafu 5 ta’ dan l-Anness) u l-kategorija tagħha
7) l-evalwazzjoni ġenerali tal-vettura
8) id-data tat-test perjodiku li jmiss (jekk din l-informazzjoni ma tkunx ipprovduta b’mezzi oħra)
9) l-isem tal-organizzazzjoni li tagħmel l-ispezzjoni u l-firma u l-identifikazzjoni tal-ispettur responsabbli għat-test
4. REKWIŻITI MINIMI TAL-ISPEZZJONI
L-ispezzjoni għandha tkopri tal-inqas l-elementi u tuża l-istandards minimi u l-metodi elenkati hawn isfel. Ir-raġunijiet ta’ falliment huma eżempji ta’ difetti li jistgħu jinstabu.
Element |
Metodu |
raġuni għall-falliment |
0. IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA |
||
0.1 Il-pjanċi bin-numru tar-reġistrazzjoni (jekk meħtieġ mir-rekwiżiti) () |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Il-pjanċa(i) bin-numru hija/huma neqsin jew imwaħħlin tant laxki li x’aktarx li jaqgħu. (b) Kitba nieqsa jew ma tinqarax. (c) Mhux skont id-dokumenti jew ir-rekords tal-vettura |
0.2 In-numru tax-xażi/serjali ta’ identifikazzjoni tal-vettura |
Spezzjoni viżwali |
(a) Nieqes jew ma jistax jinstab. (b) Inkomplet, ma jinqarax. (c) Mhux skont id-dokumenti jew ir-rekords tal-vettura. |
1. TAGĦMIR TAL-BREJKIJIET |
||
1.1 Il-kondizzjoni mekkanika u l-funzjonament |
||
1.1.1 Il-pern tal-pedala tas-service brake/tal-hand lever |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona. Nota: Il-vetturi b’sistemi ta’ brejkijiet power-assisted għandhom jiġu spezzjonati bil-magna mitfija. |
(a) Pern issikat iżżejjed. (b) Ittiekel jew laxk wisq. |
1.1.2 Il-kundizzjoni tal-pedali/hand lever u t-travel tal-mezz li jopera l-brejkijiet |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona. Nota: Il-vetturi b’sistemi tal-brejkijiet power-assisted għandhom jiġu spezzjonati bil-magna mitfija. |
(a) Travel żejjed jew riserva ta’ travel insuffiċjenti. (b) Kontroll tal-brejkijiet li ma jirrilaxxax kif suppost (c) Id-dispożizzjoni kontra ż-żliq ta’ fuq il-pedala tal-brejkijiet mhix hemm, maħlula jew ittieklet bl-użu |
1.1.3 Il-pompa tal-vakwu jew il-kompressur u l-akkumulaturi |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti fi pressjoni operattiva normali. Ħin ta’ ttestjar meħtieġ sakemm il-pressjoni tal-vakwu jew il-pressjoni tal-arja jilħqu livell sikur ta’ tħaddim u jibdew jiffunzjonaw il-mezz ta’ twissija, il-valv ta’ protezzjoni ta’ sistema multi-circuit u l-valv għar-rilaxx tal-pressjoni. |
(a) Il-pressjoni tal-arja/vakwu hija insuffiċjenti biex tassisti għal mill-inqas żewġ applikazzjonijiet tal-brejkijiet wara li l-mezz ta’ twissija jkun iffunzjona (jew il-gauge juri qari mhux ta’ min joqgħod fuqu). (b) Il-ħin meħtieġ biex il-pressjoni tal-arja/vakwu jilħqu l-livell sikur ta’ tħaddim ma jissodisfax ir-rekwiżiti () (c) Il-valv ta’ protezzjoni ta’ sistema multi-circuit jew il-valv għar-rilaxx tal-pressjoni ma jaħdimx (d) Tnixxija tal-arja li tikkawża waqgħa notevoli fil-pressjoni jew tnixxijiet tal-arja li jinstemgħu. (e) Ħsara esterna li x’aktarx taffettwa l-funzjonament tas-sistema tal-brejkijiet. |
1.1.4 Gauge jew indikatur li juri twissija ta’ pressjoni baxxa |
Kontroll tal-funzjonament. |
Gauge jew indikatur difettuż jew jaħdem ħażin. |
1.1.5 Il-valv manwali ta’ kontroll tal-brejkijiet |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona. |
(a) Il-kontroll imxaqqaq, bil-ħsara jew mittiekel wisq. (b) Il-kontroll mhux imwaħħal sew mal-valv jew il-valv mhux imwaħħal sod. (c) Konnessjonijiet laxki fis-sistema jew tnixxijiet fis-sistema. (d) Funzjonament mhux sodisfaċenti. |
1.1.6 Il-mezz li jattiva l-brejk tal-ipparkjar, il-kontroll tal-lieva, ir-ratchet tal-brejk tal-ipparkjar, l-ipparkjar elettroniku |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona. |
(a) Ir-ratchet mhux jorbot sew. (b) Il-pern tal-lieva jew il-mekkaniżmu tar-ratchet ittiekel wisq. (c) Moviment eċċessiv tal-lieva li jindika aġġustament inkorrett. (d) L-attivatur nieqes, bil-ħsara jew ma jaħdimx. (e) Funzjonament ħażin, l-indikatur ta’ twissija jaħdem ħażin. |
1.1.7 Il-valvi tal-brejkijiet (foot valves, unloaders, governors) |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.. |
(a) Valv bil-ħsara jew tnixxija eċċessiva tal-arja. (b) Skarika eċċessiva ta’ żejt mill-kompressur. (c) Valv jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin. (d) Ħruġ jew tnixxija ta’ fluwidu idrawliku. |
1.1.8 Couplings għall-brejkijiet tal-karrijiet (tal-elettriku u tal-arja) |
Skonnettja u kkonnettja mill-ġdid il-couplings kollha tas-sistema tal-brejkijiet bejn il-vettura li tirmonka u l-karru. |
(a) Difett fit-tapp jew fil-valvola li tissiġilla lilha nnifisha. (b) Vit jew valv jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin. (c) Tnixxijiet eċċessivi. (d) Ma jaħdmux sew. |
1.1.9 Akkumulatur tal-pressjoni |
Spezzjoni viżwali |
(a) It-tank bil-ħsara, imsaddad jew inixxi. (b) Il-mezz li bih jiġi mbattal ma jaħdimx. (c) It-tank jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin. |
1.1.10 Unitajiet servo tal-brejk, il-mastruċilindru (sistemi idrawliċi) |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona. |
(a) Is-servo unit difettuż jew mhux effettiv. (b) Il-mastruċilindru difettuż jew inixxi. (c) Il-mastruċilindru mhux imwaħħal sod. (d) Il-fluwidu tal-brejkijiet huwa insuffiċjenti. (e) It-tapp tat-tank tal-mastruċilindru nieqes. (f) Il-bozza ta’ twissija tal-fluwidu tal-brejkijiet mixgħula jew difettuża (g) Il-mezz li jwissi li l-livell tal-fluwidu tal-brejkijiet ma jaħdimx sew. |
1.1.11 Pajpijiet riġidi tal-brejkijiet |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona. |
(a) Riskju imminenti li jċedu jew jinqasmu. (b) Pajpijiet jew konnessjonijiet li jnixxu. (c) Il-pajpijiet bil-ħsara jew imsadda żżejjed. (d) Il-pajpijiet mhux f’posthom. |
1.1.12 Hoses flessibbli tal-brejkijiet |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona. |
(a) Riskju imminenti li jċedu jew jinqasmu. (b) Hoses bil-ħsara, mittiekla, mibrumin jew qosra wisq. (c) Hoses jew konnessjonijiet li jnixxu. (d) Hoses minfuħin bil-pressjoni. (e) Hoses porużi. |
1.1.13 Linings u pads tal-brejkijiet |
Spezzjoni viżwali |
(a) Il-lining jew il-pad mittiekla wisq. (b) Il-lining jew il-pad ikkontaminati (żejt, griż, eċċ.). (c) Lining jew pad neqsin. |
1.1.14 Drums tal-brejkijiet, diski tal-brejkijiet |
Spezzjoni viżwali |
(a) Id-drum jew id-disk mittiekla wisq, fihom wisq taħfir, imxaqqin, mhux imwaħħlin sod jew maqsumin. (b) Id-drum jew id-disk ikkontaminati (żejt, grease, eċċ.). (c) Id-drum jew id-disk neqsin. (d) Il-back plate mhix imwaħħla sod. |
1.1.15 Kejbils, vireg, livers u linkages tal-brejkijiet |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona. |
(a) Kejbil bil-ħsara jew mgħaqqad. (b) Komponent mittiekel wisq jew imsaddad. (c) Kejbil, virga jew ġonta mhux imwaħħlin sod. (d) Il-gwida tal-kejbil difettuża. (e) Restrizzjoni għall-moviment ħieles tas-sistema tal-brejkijiet. (f) Ċaqliq mhux normali tal-livers/linkage li jindika twaħħil ħażin jew li ttieklu wisq. |
1.1.16 Actuators tal-brejkijiet (inkluż brejkijiet bil-molla jew ċilindri idrawliċi) |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona. |
(a) L-actuator maqsum jew bil-ħsara. (b) L-actuator inixxi. (c) L-actuator jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin. (d) L-actuator imsaddad wisq. (e) Travel eċċessiv jew insuffiċjenti tal-pistun operattiv jew tal-mekkaniżmu tad-dijaframma. (f) L-għatu ta’ protezzjoni mit-trab għandu ħsara kbira jew mhux hemm. |
1.1.17 Valv li jħoss it-tagħbija |
Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona. |
(a) Linkage difettuż. (b) Linkage aġġustat ħażin. (c) Valv iġġammjat jew ma jaħdimx. (d) Ma hemmx valv. (e) Ma hemmx pjanċa tad-dejta. (f) Id-dejta ma tinqarax jew mhix skont ir-rekwiżiti (). |
1.1.18 Indikaturi u mezzi għall-aġġustament tal-laxkezza |
Spezzjoni viżwali |
(a) Il-mezz għall-aġġustament tal-laxkezza bil-ħsara, iġġammjat jew jiċċaqlaq b’mod anormali, tekil eċċessiv jew aġġustament inkorrett. (b) Il-mezz għall-aġġustament tal-laxkezza difettuż. (c) Installati jew mibdula ħażin. |
1.1.19 Sistema EBS (meta mgħammra jew meħtieġa) |
Spezzjoni viżwali |
(a) Konnetturi jew mountings mhux imwaħħlin sod. (b) Is-sistema għandha difetti ċari jew ma hemmx sistema. |
1.1.20 Funzjonament awtomatiku tal-brejkijiet tal-karru |
Skonnettja l-coupling tal-brejkijiet bejn il-vettura tal-irmunkar u l-karru |
Il-brejk tal-karru ma jidħolx awtomatikament xħin jiġi skonnettjat il-coupling. |
1.1.21 Sistema tal-brejkijiet kompleta |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Mezzi oħra tas-sistema (eż., il-pompa tal-anti-freeze, id-dryer tal-arja, eċċ) bi ħsara esterna jew imsaddin wisq tant li jaffettwaw ħażin lis-sistema tal-brejkijiet. (b) Tnixxija ta’ arja jew tal-anti-freeze. (c) Kwalunkwe komponent li mhux imwaħħlal sod jew imwaħħal ħażin. (d) Tiswija jew modifika mhux xierqa għal kwalunkwe komponen (1) |
1.1.22 Konnessjonijiet li jintużaw għall-ittestjar (meta mgħammra jew meħtieġa) |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Nieqsa. (b) Bil-ħsara, ma jistgħux jintużaw jew inixxu. |
1.2 Prestazzjoni u effiċjenza tas-service brejk |
||
1.2.1 Prestazzjoni |
waqt test fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku jew, jekk ma jkunx possibbli waqt test fit-triq applika l-brejkijiet b’mod gradwali sakemm tapplika l-ogħla sforz possibbli. |
(a) M’hemmx biżżejjed saħħa ta’ bbrejkjar fuq rota waħda jew iżjed. (b) Is-saħħa ta’ bbrejkjar minn kwalunkwe rota tkun inqas minn 70 % tal-ogħla saħħa ta’ bbrejkjar irreġistrata mir-rota l-oħra fuq l-istess fus. Jew fil-każ ta’ ttestjar fit-triq, il-vettura tiddevja b’mod eċċessiv minn linja dritta. (c) Ebda varjazzjoni gradwali tas-saħħa tal-ibbrejkjar (qbid). (d) Dewmien anormali fil-funzjonament tal-brejk ta’ kwalunkwe rota. (e) Is-saħħa tal-brejkijiet tvarja wisq fil-perjodu li fih ir-rota ddur dawra sħiħa. |
1.2.2 Effiċjenza |
Test fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku jew, jekk ma tkunx tista’ tintuża waħda għal raġunijiet tekniċi, test fit-triq bl-użu ta’ deċelometru li jirrekordja. Il-vetturi jew karru b’piż massimu permissibbli ogħla minn 3 500 kg iridu jiġu spezzjonati skont l-istandards mogħtija mill-ISO 21069 jew metodi ekwivalenti. It-testijiet fit-triq iridu jsiru f’kundizzjonijiet xotti fi triq dritta u ċatta. |
Ma jagħtix għall-inqas iċ-ċifra minima kif ġej:- Vetturi rreġistrati l-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva: — Kategorija N1: 50 % — Kategorija M1: 58 % — Kategorija M2 u M3: 50 % — Kategorija N2 u N3: 50 % — Kategorija O2 (XX) (), O3 u O4 —— għas-semi-karrijiet: 45 % — għall-karrijiet draw-bar: 50 % Vetturi rreġistrati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva: Kategorija N1: 45 % Kategorija M1, M2 u M3: 50 % (2) Kategorija N2 u N3: 43 % (3) Kategorija O2 (XX) (); O3 u O4 40 % (4) Kategoriji oħra (XX) (): — Kategoriji L (iż-żewġ brejkijiet): —— Kategorija L1e: 42 % — Kategorija L2e, L6e: 40 % — Kategorija L3e: 50 % — Kategorija L4e: 46 % — Kategorija L5e, L7e: 44 % — Kategoriji L (brejk tar-rota ta’ wara): —— il-kategoriji kollha: 25 % |
1.3 Il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-brejkijiet sekondarji (ta’ emerġenza) (jekk milħuqa minn sistema separata) |
||
1.3.1 Prestazzjoni |
Jekk is-sistema tal-brejkijiet sekondarja tkun separata mis-sistema tas-service brake, uża l-metodu speċifikat f’1.2.1. |
(a) Saħħa ta’ bbrejkjar inadegwata fuq rota waħda jew aktar. (b) Is-saħħa ta’ bbrejkjar minn kwalunkwe rota hija inqas minn 70 % tal-ogħla saħħa ta’ bbrejkjar irreġistrata minn rota oħra li tkun fuq l-istess fus. Jew fil-każ tal-ittestjar fit-triq, il-vettura tiddevja iżżejjed minn linja dritta. (c) L-ebda varjazzjoni gradwali tas-saħħa tal-ibbrejkjar (qbid). |
1.3.2 Effiċjenza |
Jekk is-sistema tal-brejkijiet sekondarja tkun separata mis-sistema tas-service brake, uża l-metodu speċifikat f’1.2.2. |
Sforz ta’ bbrejkjar ta’ inqas minn 50 % (5) tal-prestazzjoni tas-service brake definita fis-sezzjoni 1.2.2 fir-rigward tal-piż massimu awtorizzat jew, fil-każ tas-semi-karrijiet, is-somma tat-tagħbijiet awtorizzati fuq il-fus. (ħlief L1e u L3e). |
1.4 Il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-brejk tal-ipparkjar |
||
1.4.1 Prestazzjoni |
Applika l-brejk fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku u/jew waqt test fit-triq b’deċelerometru. |
Il-brejk ma jaħdimx fuq naħa waħda jew fil-każ ta’ ttestjar fit-triq, il-vettura tiddevja żżejjed minn linja dritta. |
1.4.2 Effiċjenza |
Test fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku jew test fit-triq bl-użu ta’ deċelometru li jindika jew jirrekordja jew bil-vettura f’niżla ta’ gradjent magħruf. Il-vetturi għall-ġarr ta’ oġġetti għandhom, jekk ikun possibbli, jiġu ttestjati mgħobbija. |
Għall-kategoriji kollha tal-vettura, ma jagħtix għall-inqas 16 % bħala proporzjon tal-brejkijiet fir-rigward tal-piż massimu awtorizzat, jew, għal vetturi bil-mutur, 12 % fir-rigward tal-massa massima awtorizzata tal-kombinazzjoni tal-vettura, skont liema tkun l-ikbar (ħlief L1e u L3e). |
1.5. Prestazzjoni tal-EBS (Endurance Braking System) |
Spezzjoni viżwali u, fejn ikun possibbli, ittestja jekk is-sistema taħdimx. |
(a) L-effiċjenza ma tvarjax b’mod gradwali (mhux applikabbli għal sistemi tal-ibbrejkjar bl-egżost). (b) Is-sistema ma taħdimx. |
1.6 Sistema ta’ brejkijiet anti-lock (ABS) |
Spezzjoni viżwali u spezzjoni tal-mezz ta’ twissija. |
(a) Il-mezz ta’ twissija ma jaħdimx sewwa. (b) Il-mezz ta’ twissija juri funzjonament ħażin fis-sistema. (c) Is-sensers tal-veloċità tar-roti nieqsa jew bil-ħsara. (d) Il-wajers bil-ħsara. (e) Komponenti oħra neqsin jew bil-ħsara. |
1.7 Sistema ta’ brejkijiet elettroniċi (EBS) |
Spezzjoni viżwali tal-mezz ta’ twissija. |
(a) Il-mezz ta’ twissija ma jaħdimx sewwa. (b) Il-mezz ta’ twissija juri funzjonament ħażin fis-sistema. |
2. L-ISTERING |
||
2.1 Il-kundizzjoni mekkanika |
||
2.1.1 Il-kundizzjoni tal-apparat tal-istering |
Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank u bir-roti tat-triq maqtugħin mill-art jew fuq turn tables, dawwar ir-rota tal-istering minn naħa għall-oħra. Spezzjoni viżwali tal-ħidma tal-apparat tal-istering. |
(a) Guffaġni fil-funzjonament tal-apparat. (b) Ix-xaft tas-settur mgħawweġ jew biċ-ċwievet mikula. (c) Ix-xaft tas-settur ittiekel wisq. (d) Moviment eċċessiv tax-xaft tas-settur. (e) Tnixxija. |
2.1.2 It-tqabbid tal-kejsing tar-rota tal-istering |
Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank u l-piż tar-roti tat-triq tal-vettura fuq l-art, dawwar ir-rota tal-istering/il-handle bar favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ jew billi tuża detector adattat apposta għal-laxkezza tar-rota. Spezzjoni viżwali tat-tqabbid tal-kejsing tal-apparat max-xażi. |
(a) Il-kejsing tal-apparat tal-istering mhux imqabbad sewwa. (b) Toqob ta’ tqabbid imtawlin fix-xażi. (c) Boltijiet tat-tqabbid neqsin jew miksura. (d) Il-kejsing tal-apparat tal-istering miksur. |
2.1.3 Il-kundizzjoni tal-linkage tal-istering |
Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank u bir-rota tat-triq fuq l-art, dawwar ir-rota tal-istering favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ jew billi tuża detector adattat apposta għal-laxkezza tar-rota. Spezzjoni viżwali tal-komponenti tal-istering għal użu eċċessiv, ksur u sigurtà. |
(a) Moviment relattiv bejn komponenti li għandhom ikunu fissi. (b) Il-ġonot ittieklu wisq. (c) Ksur jew deformazzjoni ta’ xi komponent. (d) Nuqqas ta’ mezzi li jorbtu. (e) Allinjament ħażin tal-komponenti (eż. it-track rod jew id-drag link). (f) Tiswija jew modifika mhux xierqa. (g) L-għatu ta’ kontra t-trab nieqes, bil-ħsara jew iddeterjora ħafna. |
2.1.4 Il-funzjonament tal-linkage tal-istering |
Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank u bir-roti tat-triq fl-art u bil-magna taħdem (power steering), dawwar ir-rota tal-istering minn naħa għall-oħra. Spezzjoni viżwali tal-moviment tal-linkages. |
(a) Iċ-ċaqliq tal-linkage tal-istering jaħbat ma’ xi parti fissa tax-xażi. (b) Waqfiet tal-istering li ma jaħdmux jew li huma nieqsa. |
2.1.5 Il-power steering |
Iċċekkja s-sistema tal-istering għal tnixxijiet u l-livell tal-fluwidu idrawliku (jekk jidher). Bir-roti tat-triq mal-art u bil-magna taħdem, iċċekkja li s-sistema tal-power steering qiegħda taħdem. |
(a) Tnixxija ta’ fluwidu. (b) Fluwidu insuffiċjenti. (c) Il-mekkaniżmu ma jaħdimx. (d) Il-mekkaniżmu miksur jew mhux marbut sewwa. (e) Komponenti allinjati ħażin jew jaħbtu ma’ xulxin. (f) Tiswija jew modifika mhux xierqa. (g) Kejbils/pajpijiet bil-ħsara, imsadda żżejjed. |
2.2 L-istering, il-kolonna u l-handle bar |
||
2.2.1 Il-kundizzjoni tal-istering/handle bar |
Bir-roti tat-triq mal-art, dawwar l-istering minn naħa għall-oħra f’angoli ta’ disgħin grad mal-kolonna u applika pressjoni ħafifa ‘l isfel u ‘l fuq. Spezzjoni viżwali tal-laxkezza. |
(a) Moviment relattiv bejn l-istering u l-kolonna li jindika laxkezza. (b) Nuqqas ta’ mezz li jżomm fuq il-buttun tal-istering. (c) Ksur jew laxkezza fil-buttun tal-istering, ir-rim jew l-imgħażel. |
2.2.2 Il-kolonna/yokes u l-frieket tal-istering |
Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank u bil-piż tal-vettura mal-art, imbotta u iġbed l-istering f’linja mal-kolonna, imbotta l-istering/handle bar f’diversi direzzjonijiet f’angoli retti mal-kolonna/frieket. Spezzjoni viżwali tal-laxkezza, u tal-kundizzjoni tal-couplings flessibli jew tal-ġonot universali. |
(a) Moviment eċċessiv taċ-ċentru tal-istering ‘il fuq u ‘l isfel. (b) Moviment eċċessiv tal-parti ta’ fuq tal-kolonna b’mod radjali mill-fus tal-kolonna. (c) Coupling flessibbli deterjorat. (d) Aċċessorju difettuż. (e) Tiswija jew modifika mhux xierqa. |
2.3 Il-laxkezza tal-istering |
Bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank, il-piż tal-vettura fuq ir-roti tat-triq, il-magna taħdem għal vetturi b’power steering u bir-roti tat-triq fil-pożizzjoni dritta, dawwar bil-mod l-istering favur l-arloġġ u kontra l-arloġġ kemm jista’ jkun mingħajr ma ċċaqlaq ir-roti tat-triq. Spezzjoni viżwali tal-moviment liberu. |
Laxkezza eċċessiva fl-istering (pereżempju moviment ta’ punt fuq ir-rim li huwa aktar minn għoxrin fil-mija tad-dijametru tal-istering jew mhux skont ir-rekwiżiti) (). |
2.4 L-allinjament tar-roti (X) () |
Iċċekkja l-allinjament tar-roti misjuqa b’tagħmir xieraq. |
L-allinjament mhuwiex skont id-dejta jew ir-rekwiżiti tal-manifattur. (). |
2.5 Turntable tal-fus immexxija minn karru |
Spezzjoni viżwali jew billi tuża detector adattat apposta tal-laxkezza tar-roti. |
(a) Komponent bil-ħsara jew imxaqqaq. (b) Laxkezza eċċessiva. (c) Aċċessorju difettuż. |
2.6 Power Steering Elettroniku (EPS) |
Spezzjoni viżwali u kontroll tal-konsistenza bejn l-angolu tal-istering u l-angolu tar-roti meta l-magna tinxtegħel/tintefa. |
(a) Il-Bozza li Tindika Funzjonament Ħażin (MIL) tal-EPS tindika xi tip ta’ falliment tas-sistema. (b) Inkonsistenza bejn l-angolu tal-istering u l-angolu tar-roti. (c) L-assistenza tal-magna ma taħdimx. |
3. IL-VIŻIBBILTÀ |
||
3.1 L-ispazju tal-viżjoni |
Spezzjoni viżwali mis-siġġu tas-sewwieq. |
Ostruzzjoni fl-ispazju tal-viżjoni tas-sewwieq li taffettwa materjalment il-veduta tiegħu fuq quddiem u fil-ġnub. |
3.2 Il-kundizzjoni tal-ħġieġ |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Ħġieġ jew panew trasparenti (jekk permess) imxaqqaq jew li tilef il-lewn. (b) Ħġieġ jew panew trasparenti (fosthom tertuqa li tirrifletti jew mlewna) li ma jikkonformax mal-ispeċifikazzjonijiet fir-rekwiżiti () (XX) (). (c) Ħġieġ jew panew trasparenti f’kundizzjoni mhux aċċettabbli. |
3.3 Mirja jew mezzi li juru wara |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Il-mera jew il-mezz huwa nieqes jew mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti (). (b) Il-mera jew il-mezz ma jaħdimx, bil-ħsara, laxk jew mhux imwaħħal sod. |
3.4 Il-wajpers tal-windskrint |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Il-wajpers ma jaħdmux jew huma neqsin. (b) Il-lastku tal-wajper huwa nieqes jew ċar li difettuż. |
3.5 Tagħmir li jaħsel il-windskrin |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
It-tagħmir li jaħsel il-windskrin ma jaħdimx sew. |
3.6 Is-sistema li tneħħi ċ-ċpar (X) () |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimha. |
Is-sistema ma taħdimx jew hija ċara li difettuża. |
4. FANALI, RIFLETTURI U TAGĦMIR ELETTRIKU |
||
4.1 Il-fanali ta’ quddiem |
||
4.1.1 Il-kundizzjoni u l-funzjonament |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Dawl/sors ta’ dawl difettuż jew nieqes. (b) Sistema ta’ projezzjoni difettuża jew nieqsa (riflettur jew lenti). (c) Il-bozza mhix imqabbda sewwa. |
4.1.2 L-allinjament |
Stabbilixxi l-mira orizzontali ta’ kull fanal ta’ quddiem fuq dawl baxx billi tuża strument jew skrin biex timmira l-fanal ta’ quddiem. |
Il-mira ta’ fanal ta’ quddiem mhijiex fil-limiti stipulati fir-rekwiżiti (). |
4.1.3 Is-swiċċijiet |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti () (Għadd ta’ fanali jixegħlu fl-istess ħin) (b) Funzjoni indebolita tal-mezz ta’ kontroll.. |
4.1.4 Il-konformità mar-rekwiżiti (). |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Il-fanal, il-kulur emess, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti (). (b) Prodotti fuq il-lenti jew fuq is-sors tad-dawl li jidher ċar li jnaqqsu l-intensità tad-dawl jew ibiddlu l-kulur emess (c) Is-sors tad-dawl u l-fanal mhumiex kompatibbli. |
4.1.5 L-istrument ta’ livellar (fejn obbligatorju) |
Spezzjoni viżwali u jekk possibbli, bi tħaddim. |
(a) L-istrument ma jaħdimx. (b) L-istrument manwali ma jistax jitħaddem mis-siġġu tax-xufier. |
4.1.6 Il-mezz li jnaddaf il-fanali ta’ quddiem (fejn obbligatorju) |
Spezzjoni viżwali u jekk possibbli, bi tħaddim. |
Il-mezz ma jaħdimx. |
4.2 Il-fanali ta’ quddiem u ta’ wara, il-fanali tal-ġenb u l-fanali li jimmarkaw il-linja ta’ barra |
||
4.2.1 Il-kundizzjoni u l-funzjonament |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Is-sors tad-dawl difettuż. (b) Il-lenti difettuża. (c) Il-fanal mhux imqabbad sewwa. |
4.2.2 Is-swiċċijiet |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (). (b) Funzjoni indebolita tal-mezz ta’ kontroll. |
4.2.3 Il-konformità mar-rekwiżiti (). |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Il-fanal, il-kulur li joħroġ, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti (). (b) Prodotti fuq il-lenti jew fuq is-sors tad-dawl li jnaqqsu l-intensità tad-dawl jew ibiddlu l-kulur li joħroġ. |
4.3 Il-fanali tal-waqfien |
||
4.3.1 Il-kundizzjoni u l-funzjonament |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Is-sors tad-dawl difettuż. (b) Il-lenti hija difettuża. (c) Il-fanal mhux imqabbad sewwa. |
4.3.2 Is-swiċċijiet |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (). (b) Funzjoni indebolita tal-mezz ta’ kontroll. |
4.3.3 Il-konformità mar-rekwiżiti (). |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Il-fanal, il-kulur li joħroġ, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti (). |
4.4 Lampi li jindikaw id-direzzjoni u lampi ta’ twissija ta’ periklu |
||
4.4.1 Il-kundizzjoni u l-funzjonament |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Is-sors tad-dawl difettuż. (b) Il-lenti difettuża. (c) Il-fanal mhuwiex imqabbad sewwa. |
4.4.2 Is-swiċċijiet |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (). |
4.4.3 Il-konformità mar-rekwiżiti (). |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Il-fanal, il-kulur li joħroġ, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti (). |
4.4.4 Il-frekwenza li biha jixegħlu u jitfu |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Ir-rata li biha jixegħlu u jitfu mhix skont ir-rekwiżiti (). |
4.5 Il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u ta’ wara |
||
4.5.1 Il-kundizzjoni u l-funzjonament |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Is-sors tad-dawl difettuż (b) Il-lenti difettuża. (c) Il-fanal mhux imqabbad sewwa. |
4.5.2 L-allinjament (X) () |
bit-tħaddim u billi tuża strument għall-immirar tal-fanal ta’ quddiem. |
Il-fanal taċ-ċpar ta’ quddiem barra mhux allinjat orizzontalment meta fid-disinn tad-dawl ikun hemm linja ta’ qtugħ. |
4.5.3 Is-swiċċijiet |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (). |
4.5.4 Il-konformità mar-rekwiżiti (). |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Il-fanal, il-kulur li joħroġ, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti () (b) Is-sistema ma taħdimx skont ir-rekwiżiti () |
4.6 Il-fanali tas-sewqan b’lura |
||
4.6.1 Il-kundizzjoni u l-funzjonament |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Is-sors tad-dawl difettuż. (b) Il-lenti difettuża. (c) Il-fanal mhux imqabbad sewwa. |
4.6.2 Il-konformità mar-rekwiżiti () |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Il-fanal, il-kulur li joħroġ, il-pożizzjoni jew l-intensità mhumiex skont ir-rekwiżiti (). (b) Is-sistema ma taħdimx skont ir-rekwiżiti (). |
4.6.3 Is-swiċċijiet |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Is-swiċċ ma jaħdimx skont ir-rekwiżiti (). |
4.7 Il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara |
||
4.7.1 Il-kundizzjoni u l-funzjonament |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Il-fanal jixħet dawl dirett lura. (b) Is-sors tad-dawl difettuż. (c) Il-fanal mhux imqabbad sewwa. |
4.7.2 Il-konformità mar-rekwiżiti () |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Is-sistema ma taħdimx skont ir-rekwiżiti (). |
4.8 Ir-rifletturi ta’ wara, l-immarkar tal-konspikwità (jirrifletti wara) u l-pjanċi li jimmarkaw wara |
||
4.8.1 Il-kundizzjoni |
Spezzjoni viżwali. |
(a) It-tagħmir li jirrifletti huwa difettuż jew bil-ħsara. (b) Ir-riflettur mhux imqabbad sewwa. |
4.8.2 Il-konformità mar-rekwiżiti () |
Spezzjoni viżwali. |
L-istrument, il-kulur rifless jew il-pożizzjoni mhumiex skont ir-rekwiżiti (). |
4.9 Indikaturi obbligatorji għat-tagħmir tad-dawl |
||
4.9.1 Il-kundizzjoni u l-funzjonament |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Ma jaħdmux. |
4.9.2 Il-konformità mar-rekwiżiti () |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
4.10 Il-konnessjo-nijiet elettriċi bejn il-vettura li tiġbed u l-karru jew is-semi-karru |
Spezzjoni viżwali: jekk ikun possibbli, eżamina l-kontinwità elettrika tal-konnessjoni. |
(a) Il-komponenti fissi mhumiex imqabbda sewwa. (b) Iżolazzjoni bil-ħsara jew iddeterjorata. (c) Il-konnessjonijiet elettriċi tal-karru jew tal-vettura li tiġbed mhux jaħdmu sewwa. |
4.11 Il-wajering elettriku |
Spezzjoni viżwali tal-vettura fuq ħofra jew fuq parank, inkluż ġewwa l-kompartiment tal-magna f’xi każijiet. |
(a) Il-wajering maħlul jew mhux marbut sewwa. (b) Il-wajering iddeterjora. (c) Insulazzjoni bil-ħsara iddeterjorata. |
4.12 Fanali u rifletturi ta’ wara mhux obbligatorji (X) () |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Fanal/riflettur ta’ wara mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti (). (b) Tħaddim tal-fanal mhux skont ir-rekwiżiti (). (c) Il-fanal/retroriflettur mhux imwaħħal sewwa. |
4.13 Batterija(i) |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Mhux marbuta. (b) Tnixxi. (c) Swiċċ difettuż (jekk meħtieġ). (d) Fjusijiet difettużi (jekk meħtieġa). (e) Ventilazzjoni inadegwata (jekk meħtieġa). |
5. IL-FUSIJIET, IR-ROTI, IT-TAJERS U S-SUSPENXIN |
||
5.1 Il-fusijiet |
||
5.1.1 Il-fusijiet |
Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’piż gross tal-vettura (GVM) ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati. |
(a) Fus imxaqqaq jew sfurmat. (b) Mhux imwaħħal sew mal-vettura. (c) Tiswija jew modifika mhux xierqa. |
5.1.2 Stub axles |
Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’GVM ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati. Applika forza vertikali jew laterali għal kull rota u nnota l-ammont ta’ moviment bejn l-axle beam u l-istub axle. |
(a) L-istub axle imxaqqaq. (b) L-iswivel pin u/jew il-bushes ittieklu wisq. (c) Moviment eċċessiv bejn l-istub axle u l-axle beam. (d) Il-pin tal-istub axle laxk fil-fus. |
5.1.3 Il-bearings tar-rota |
Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’GVM ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati. Heżheż ir-rota jew applika forza laterali għal kull rota u nnota l-ammont ta’ moviment ‘il fuq tar-rota meta mqabbel mal-istub axle. |
(a) Laxkezza eċċessiva f’bearing tar-rota. (b) Il-bearing tar-rota ssikkat iżżejjed, iġġammjat. |
5.2 Ir-roti u t-tajers |
||
5.2.1 Il-buttun tar-roti tat-triq |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Xi skorfini jew pernijiet nieqsa jew laxki. (b) Il-buttun mittiekel jew bil-ħsara. |
5.2.2 Ir-roti |
Spezzjoni viżwali taż-żewġ naħat ta’ kull rota bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. |
(a) Kwalunkwe ksur jew difett fil-welding. (b) Iċ-ċrieki li jżommu t-tajers mhux imwaħħla sewwa. (c) Ir-rota mgħawġa ħafna jew mittiekla. (d) Id-daqs jew it-tip tar-rota mhumiex skont ir-rekwiżiti () u jaffettwaw is-sigurtà fit-triq. |
5.2.3 It-tajers |
Spezzjoni viżwali tat-tajer sħiħ jew billi ddawwar ir-rota tat-triq biha maqtugħa mill-art u l-vettura fuq ħofra jew fuq parank, jew billi tmexxi l-vettura lura u ‘l quddiem fuq ħofra. |
(a) Id-daqs tat-tajers, il-kapaċità ta’ tagħbija, il-marka tal-approvazzjoni jew il-klassifikazzjoni tal-veloċità mhumiex skont ir-rekwiżiti () u jaffettwaw is-sigurtà fit-triq. (b) It-tajers fuq l-istess fus jew fuq roti doppji ta’ daqsijiet differenti. (c) It-tajers fuq l-istess fus huma ta’ kostruzzjoni differenti (radjali/cross-ply). (d) Kwalunkwe ħsara jew qtugħ serju fit-tajer. (e) Il-ħxuna tat-tajer mhix skont ir-rekwiżiti (). (f) It-tajer iħokk ma’ komponenti oħra. (g) Tajers re-grooved mhux skont ir-rekwiżiti (). (h) Is-sistema li timmonitorja l-pressjoni tal-arja taħdem ħażin jew jidher ċar li ma taħdimx. |
5.3 Is-sistema tas-suspenxin |
||
5.3.1 Il-molol u l-istabbilizzatur |
Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’GVM ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati. |
(a) Il-molol mhumiex imqabbdin sod max-xażi jew mal-fus. (b) Komponent tal-molol bil-ħsara jew miksur. (c) Molla nieqsa. (d) Tiswija jew modifika mhux xierqa. |
5.3.2 L-assorbituri tal-iskossi |
Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank jew billi tuża tagħmir speċjali, jekk ikun disponibbli. |
(a) L-assorbituri tal-iskossi mhumiex imqabbdin sod max-xażi jew mal-fus. (b) Assorbitur tal-iskossi bil-ħsara li juri sinjali ta’ leakage jew funzjonament ħażin jew severi. |
5.3.2.1 L-ittestjar tal-effiċjenza tad-damping (X) () |
Uża tagħmir speċjali u qabbel id-differenzi bejn ix-xellug u l-lemin u/jew il-valuri assoluti mogħtija mill-manifatturi. |
(a) Differenza sinifikanti bejn ix-xellug u l-lemin. (b) Il-valuri minimi mogħtija ma ntlaħqux. |
5.3.3 Torque tubes, radius arms, wishbones u suspension arms |
Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’GVM ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati. |
(a) Komponent mhux imqabbad sod max-xażi jew mal-fus. (b) Komponent bil-ħsara, miksur jew imsaddad ħafna. (c) Tiswija jew modifika mhux xierqa. |
5.3.4 Il-ġonot tas-suspenxin |
Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. Jistgħu jintużaw detectors tal-laxkezza tar-roti u huma rakkomandati għal vetturi b’GVM ta’ iżjed minn 3,5 tunnellati. |
(a) L-iswivel pin u/jew il-bushes jew il-ġonot tas-suspenxin ittieklu wisq. (b) L-għatu għal kontra t-trab nieqes jew deterjorat ħafna. |
5.3.5 Is-suspenxin tal-arja |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Is-sistema ma tistax titħaddem. (b) Xi komponent bil-ħsara, modifikat jew deterjorat b’mod li jaffettwa ħażin il-funzjonament tas-sistema. (c) Leakage li jinstema’ fis-sistema. |
6. IX-XAŻI U L-AĊĊESSORJI TAX-XAŻI |
||
6.1 Ix-xażi jew il-frejm u l-aċċessorji |
||
6.1.1 Il-kundizzjoni ġenerali |
Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. |
(a) Ksur jew deformazzjoni ta’ xi naħa jew tal-cross member. (b) Il-pjanċi jew l-irbit tat-tisħiħ mhumiex sodi. (c) Sadid eċċessiv li jaffettwa r-riġidità tal-assemblaġġ. |
6.1.2 Il-pajpijiet tal-egżost u s-silencers |
Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank. |
(a) Sistema tal-egżost mhux sikura jew li tnixxi. (b) Dħaħen li jidħlu fil-kabina jew fil-kompartiment tal-passiġġieri. |
6.1.3 It-tank tal-fjuwil u l-pajpijiet (inkluż it-tank tal-fjuwil u l-pajpijiet) |
Spezzjoni viżwali bil-vettura fuq ħofra jew fuq parank, uża strumenti li jsibu t-tnixxijiet fil-każ ta’ sistemi LPG/CNG. |
(a) Tank jew pajpijiet mhux sikuri. (b) Fjuwil inixxi jew tapp tal-filler nieqes jew mhux effettiv. (c) Pajpijiet bil-ħsara jew irritati. (d) L-istopcock tal-fjuwil (jekk meħtieġ) ma jaħdimx sewwa. (e) Riskju ta’ ħruq minħabba: — tnixxija ta’ fjuwil — depożiti ta’ fjuwil jew ta’ egżost mhux protetti sewwa — il-kundizzjoni tal-kompartiment tal-magna. (f) Is-sistema tal-LPG/CNG jew tal-idroġenu mhix skont ir-rekwiżiti (). |
6.1.4 Il-bumpers, mezzi ta’ protezzjoni laterali u tal-qiegħ fuq wara |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Il-laxkezza jew il-ħsara x’aktarx li tikkawża korriment meta xi ħadd iħokk magħha jew imissha. (b) Jidher ċar li l-mezz mhux skont ir-rekwiżiti (). |
6.1.5 Il-karru tar-rota żejda (jekk imwaħħal) |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Il-karru mhux f’kundizzjoni tajba. (b) Il-karru huwa miksur jew mhux sikur. (c) Ir-rota żejda mhix imwaħħla sewwa u x’aktarx li taqa’. |
6.1.6 Il-mekkaniżmi ta’ coupling u t-tagħmir tal-irmunkar |
Spezzjoni viżwali għall-użu u l-funzjonament korrett b’attenzjoni speċjali għal kwlaunkwe strument tas-sigurtà li jkun imwaħħal u/jew l-użu ta’ strument tal-kejl. |
(a) Komponent bil-ħsara, difettuż jew imxaqqaq. (b) Komponent mittiekel wisq. (c) L-attachment difettuż. (d) Xi strument tas-sigurtà nieqes jew mhux jaħdem sewwa. (e) Xi indikatur mhux jaħdem. (f) Pjanċa tar-reġistrazzjoni jew kwalunkwe lampa mgħottija (meta ma tkunx qiegħda tintuża). (g) Tiswija jew modifika mhux xierqa. |
6.1.7 It-trażmissjoni |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Boltijiet li torbot bihom laxki jew nieqsa. (b) Il-bearings tax-xaft tat-trażmissjoni ttieklu wisq. (c) Il-ġonot universali ttieklu wisq. (d) Igganċjar flessibbli. (e) Xaft bil-ħsara jew mgħawweġ. (f) Il-housing tal-bearings miksur jew mhux sikur. (g) L-għatu ta’ kontra t-trab nieqes jew deterjorat severament. (h) Modifika illegali tal-power-train. |
6.1.8 Il-mountings tal-magna |
Spezzjoni viżwali mhux neċessarjament fuq ħofra jew fuq parank. |
Mountings deterjorati, bi ħsara li tidher ċar jew severa, laxki jew miksura. |
6.1.9 Il-prestazzjoni tal-magna |
Spezzjoni viżwali. |
(a) L-unità ta’ kontroll modifikata b’mod illegali. (b) Modifika illegali fil-magna. |
6.2 Il-kabina u x-xogħol fuq il-bodi |
||
6.2.1 Il-kundizzjoni |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Panew jew parti laxka jew bil-ħsara li tista’ tikkawża korriment. (b) Il-pilastru tal-bodi mhux sikur. (c) Tippermetti d-dħul ta’ dħaħen tal-magna jew tal-egżost. (d) Tiswija jew modifika mhux xierqa. |
6.2.2 L-immuntar |
Spezzjoni viżwali fuq ħofra jew fuq parank. |
(a) Il-bodi jew il-kabina mhux siguri. (b) Jidher ċar li l-bodi/kabina mhux pożizzjonati b’mod kwadrat fuq ix-xażi. (c) Twaħħil mhux sikur jew nieqes tal-bodi/kabina max-xażi jew il-cross members. (d) Sadid eċċessiv f’punti ta’ twaħħil fuq korpi integrali. |
6.2.3 Il-bibien u l-molol tal-bibien |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Bieba ma tinfetaħx jew ma tingħalaqx sewwa. (b) Bieba li aktarx tinfetaħ għal għarrieda jew li ma tibqax magħluqa. (c) Il-bieba, iċ-ċappetti, il-molol, il-pilastru, neqsin, laxki jew iddeterjoraw. |
6.2.4 L-art |
Spezzjoni viżwali fuq ħofra jew fuq parank. |
L-art mhux sikura jew deterjorata b’mod eċċessiv. |
6.2.5 Is-siġġu tax-xufier |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Siġġu jiċċaqlaq jew bi struttura difettuża. (b) Il-mekkaniżmu ta’ aġġustament ma jaħdimx sewwa. |
6.2.6 Siġġijiet oħra |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Is-siġġijiet f’kundizzjoni difettuża jew mhux sikura. (b) Is-siġġijiet mhux imwaħħla skont ir-rekwiżiti (). |
6.2.7 Il-kontrolli tas-sewqan |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Xi kontroll neċessarju għat-tħaddim sikur tal-vettura li ma jkunx qed jaħdem kif suppost. |
6.2.8 It-turġien tal-kabina |
Spezzjoni viżwali. |
(a) It-tarġa jew iċ-ċirku tat-tarġa mhumiex marbuta sod. (b) It-tarġa jew iċ-ċirku f’kundizzjoni li tista’ tikkawża korriment lil min jużahom. |
6.2.9 Aċċessorji u tagħmir intern u estern |
Spezzjoni viżwali. |
(a) It-tqabbid ta’ fitting jew tagħmir ieħor difettuż. (b) Fitting jew tagħmir ieħor mhux skont ir-rekwiżiti (). (c) Tagħmir idrawliku jnixxi. |
6.2.10 Mudguards (wings), mezzi li jnaqqsu t-titjir |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Neqsin, jiċċaqalqu jew imsaddin ħafna. (b) Spazju insuffiċjenti għar-rota tat-triq. (c) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
7. TAGĦMIR IEĦOR |
||
7.1 Iċ-ċinturini tas-sigurtà/bokkli u sistemi ta’ rbit |
||
7.1.1 Is-sigurtà tal-immuntar taċ-ċinturini tas-sigurtà/tal-bokkli |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Il-punt ta’ ankoraġġ deterjorat ħafna. (b) Ankoraġġ laxk. |
7.1.2 Il-kundizzjoni taċ-ċintorini tas-sigurtà/bokkli |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Iċ-ċintorin obbligatorju tas-sigurtà huwa nieqes jew mhux imwaħħal. (b) Iċ-ċintorin tas-sigurtà huwa bil-ħsara. (c) Iċ-ċintorin tas-sigurtà mhux skont ir-rekwiżiti (). (d) Il-bokkla taċ-ċintorin tas-sigurtà hija bil-ħsara jew ma taħdimx sew. (e) Ir-retrattur taċ-ċintorin tas-sigurtà huwa bil-ħsara jew ma jaħdimx sewwa. |
7.1.3 Il-limitatur tat-tagħbija taċ-ċintorin tas-sigurtà |
Spezzjoni viżwali. |
Jidher ċar li l-limitatur tat-tagħbija huwa nieqes jew mhux adatt mal-vettura. |
7.1.4 Il-pretensioners taċ-ċintorin tas-sigurtà |
Spezzjoni viżwali. |
Jidher ċar li l-pretensioners huma neqsin jew mhux adatti mal-vettura. |
7.1.5 L-airbag |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Jidher ċar li l-airbags huma neqsin jew mhux adatti mal-vettura (b) Jidher ċar li l-airbag ma taħdimx |
7.1.6 Is-Sistemi SRS |
Spezzjoni viżwali tal-MIL. |
L-MIL tal-SRS jindika xi tip ta’ falliment tas-sistema. |
7.2 L-apparat tat-tifi tan-nar (X) () |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Nieqes. (b) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
7.3 Is-serraturi u t-tagħmir kontra s-serq |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) It-tagħmir ma jiffunzjonax biex jimpedixxi l-vettura milli tiġi misjuqa. (b) Għeluq jew imblukkar difettuż jew aċċidentali. |
7.4 It-trijangolu ta’ twissija (jekk meħtieġ)(X) () |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Nieqes jew mhux komplut. (b) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
7.5 Il-kit tal-ewwel għajnuna (jekk meħtieġ)(X) () |
Spezzjoni viżwali. |
Nieqes, inkomplet jew mhux skont ir-rekwiżiti (). |
7.6 Iċ-chock(s) tar-roti (wedges) (jekk meħtieġa) (X) () |
Spezzjoni viżwali. |
Neqsin jew mhux f’kundizzjoni tajba. |
7.7 Strument ta’ twissija li jinstema’ |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimu. |
(a) Ma jaħdimx. (b) Kontroll mhux sikur. (c) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
7.8 L-ispidometru |
Spezzjoni viżwali jew billi jitħaddem waqt test fit-triq jew b’mezzi elettroniċi. |
(a) Mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti (). (b) Ma jaħdimx. (c) Ma jistax ikun imdawwal. |
7.9 It-takografu (jekk imwaħħal/meħtieġ) |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti (). (b) Ma jaħdimx. (c) Siġilli difettużi jew neqsin. (d) Il-plakka tal-kalibrazzjoni nieqsa, ma tinqarax sew jew skaduta. (e) Tbagħbis jew manipulazzjoni ovvji. (f) Id-daqs tat-tajers mhux kompatibbli mal-parametri tal-kalibrazzjoni. |
7.10 L-istrument li jillimita l-veloċità (jekk imwaħħal/meħtieġ) |
Spezzjoni viżwali u billi jitħaddem jekk it-tagħmir ikun disponibbli. |
(a) Mhux imwaħħal skont ir-rekwiżiti (). (b) Jidher ċar li ma jaħdimx. (c) Veloċità ssettjata ħażina (jekk iċċekkjata). (d) Siġilli difettużi jew nieqsa. (e) Il-plakka tal-kalibrazzjoni nieqsa, illeġibbli jew skaduta. (f) Id-daqs tat-tajers mhux kompatibbli mal-parametri tal-kalibrazzjoni. |
7.11 L-odometru, jekk disponibbli (X) () |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Jidher ċar li manipulat (frodi) (b) Jidher ċar li ma jaħdimx. |
7.12 Il-Kontroll Elettroniku tal-Istabilità (ESC) jekk imwaħħal/meħtieġ |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Is-sensors tal-veloċità tar-roti neqsin jew bil-ħsara. (b) Ħsara fis-sistema tal-wajering. (c) Komponenti oħra neqsin jew bil-ħsara. (d) Is-swiċċ bil-ħsara jew mhux jaħdem sewwa. (e) Il-MIL tal-ESC jindika xi tip ta’ falliment tas-sistema. |
8. EFFETTI NEGATTIVI |
||
8.1 Storbju |
||
8.1.1 Is-sistema tat-trażżin tal-istorbju |
Evalwazzjoni suġġettiva (sakemm l-ispettur ma jikkunsidrax li l-livell tal-istorbju jista’ jkun qrib il-limitu, f’liema każ jista’ jsir test tal-istorbju billi jintuża miter tal-istorbju). |
(a) Livelli ta’ storbju li jaqbżu dawk permezzi fir-rekwiżiti (). (b) Kwalunkwe parti tas-sistema tat-trażżin tal-istorbju laxka, li x’aktarx li taqa’, bil-ħsara, imwaħħla ħażin, nieqsa jew jidher ċar li ġiet modifikata b’mod li jaffettwa ħażin il-livelli tal-istorbju. |
8.2 L-emissjonijiet tal-egżost |
||
8.2.1 L-emissjonijiet minn magni petrol |
||
8.2.1.1 Tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-egżost |
Spezzjoni viżwali. |
(a) It-tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet imgħammar mill-manifattur ma ġiex installat, ġie mmodifikat jew jidher ċar li huwa difettuż. (b) Tnixxijiet li jaffettwaw il-kejl tal-emissjonijiet. |
8.2.1.2 Emissjonijiet ta’ gass |
Kejl li juża analizzatur tal-gass tal-egżost konformi mar-rekwiżiti (). Jew, għal vetturi mgħammrin b’sistemi dijanjostiċi on-board (OBD) adegwati, il-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-emissjonijiet jista’ jiġi ċċekkjat permezz tal-qari tajjeb tal-mezz OBD u ċċekkjar tal-funzjonament tajjeb tas-sistema OBD installata tal-kejl ta’ emissjonijiet bil-magna f’veloċità minima (idle) skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-kondizzjona-ment tal-manifattur u rekwiżiti oħra (). |
(a) Jew, l-emissjonijiet tal-gass huma ogħla mil-livelli speċifiċi indikati mill-manifattur; (b) Jew, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO jkunu ogħla minn: i) għal vetturi mhux ikkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata: — 4,5 %, jew — 3,5 % skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew l-użu speċifikat fir-rekwiżiti (). ii) għal vetturi kkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata: — bil-magna b’veloċità baxxa: 0,5 % — bil-magna b’veloċità għolja: 0,3 % — jew — bil-magna b’veloċità baxxa: 0,3 % (6) — bil-magna b’veloċità għolja: 0,2 % skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti (). (c) Il-valur Lambda huwa barra mill-medda 1 ± 0,03 jew ma jaqbilx mal-ispeċifikazzjoni tal-manifattur. (d) Il-valur moqri mill-OBD jindika funzjonament ħażin ħafna. |
8.2.2 Emissjonijiet minn magni diżil |
||
8.2.2.1 Tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-egżost |
Spezzjoni viżwali. |
(a) It-tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet imgħammar mill-manifattur ma ġiex installat jew jidher ċar li huwa difettuż. (b) Tnixxijiet li jaffettwaw il-kejl tal-emissjonijiet. |
8.2.2.2 L-opaċità Il-vetturi rreġistrati jew li bdew jintużaw qabel l-1 ta’ Jannar 1980 huma eżentati minn dan ir-rekwiżit. |
(a) L-opaċità tal-gass tal-egżost għandha tiġi mkejla waqt aċċellerazzjoni ħielsa (mingħajr tagħbija mill-veloċità idle sal-veloċità tal-cut-off) bil-gear fil-pożizzjoni newtrali u l-klaċċ magħfus. (b) Il-prekondizzjonament tal-vettura: 1. Il-vetturi jistgħu jiġu ttestjati mingħajr prekondizzjonament għalkemm għal raġunijiet ta’ sigurtà, għandhom isiru kontrolli li l-magna tkun sħuna u f’kundizzjoni mekkanika sodisfaċenti. 2. Ir-rekwiżiti tal-prekondizzjoni: i) Il-magna trid tkun sħuna għal kollox, per eżempju t-temperatura taż-żejt tal-magna mkejla b’sonda fil-pajp tal-ħadida li timmarka l-livell taż-żejt trid tkun mill-anqas 80 °C, jew temperatura normali ta’ tħaddim f’każ li din tkun aktar baxxa, jew it-temperatura tal-blokka tal-magna mkejla permezz tal-livell ta’ radjazzjoni infrared għandha tkun mill-anqas daqs temperatura ekwivalenti. Jekk, minħabba l-konfigurazzjoni tal-vettura, dan il-kejl ma jkunx prattiku, il-mod kif tiġi stabilita t-temperatura normali ta’ tħaddim tal-magna jista’ jsir b’mezzi oħra, pereżempju bit-tħaddim tal-fan tat-tkessiħ tal-magna. ii) Is-sistema tal-egżost għandha tiġi mnaddfa b’mill-anqas tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew b’metodu ekwivalenti. (c) Il-proċedura tat-test: 1. Il-magna u kwalunkwe turboċarġer imwaħħal, iridu jkunu idle qabel il-bidu ta’ kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa. Għall-vetturi diżil heavy-duty, dan ifisser stennija ta’ mill-anqas 10 sekondi wara r-rilaxx tat-throttle (il-kontroll tal-karburant). 2. Sabiex jinbeda kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-pedala tat-throttle trid tingħafas għal kollox, bil-ħeffa u b’mod kontinwu (f’inqas minn sekonda) iżda mhux bil-goff, sabiex tinkiseb il-kwantità massima ta’ fjuwil mill-pompa tal-injezzjoni. 3. Matul kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-magna għandha tilħaq il-veloċità tal-cut-off jew, għall-vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, il-veloċità speċifikata mill-manifattur jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, allura il-veloċità ta’ żewġ terzi tal-veloċità tal-cut-off, qabel ma jiġi rilaxxat it-throttle. Dan jista’ jiġi ċċekkjat, pereżempju, billi tiġi mmonitorjata l-veloċità tal-magna jew billi jitħalla jgħaddi biżżejjed ħin bejn l-għafis inizjali tat-throttle u r-rilaxx tiegħu, li fil-każ tal-vetturi tal-kategorija 1 u 2 tal-Anness 1, għandu jkun ta’ mill-anqas żewġ sekondi. 4. Il-vetturi għandhom jiġu mwaħħla fit-testijiet fil-każ biss li l-medji aritmetiċi ta’ mill-anqas l-aħħar tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jaqbżu l-valuri tal-limitu. Dan jista’ jiġi kkalkulat billi jiġi injorat kull kejl li ma jaqbilx b’mod sinifikanti mill-medja mkejla, jew ir-riżultat ta’ kwalunkwe kalkolu statistiku ieħor li jikkunsidra t-tifrix tal-kejlijiet. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru taċ-ċikli tat-testijiet. 5. Sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jwaħħlu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm ogħla mill-valuri ta’ limitu wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċikli tat-tnaddif. Daqstant ieħor, sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm aktar baxxi mil-limiti wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċikli tat-tnaddif. |
(a) Għal vetturi rreġistrati jew użati għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti (): l-opaċità tkun aktar mil-livell reġistrat fuq il-pjanċa li l-manifattur iwaħħal mal-vettura. (b) Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżiti () ma jippermettux l-użu ta’ valuri ta’ referenza, għal magni li jiddependu mill-pressjoni atmosferika biex jiġbdu l-arja għall-kompressjoni (naturally aspirated engines): 2,5 m-1, għal magni turbo-charged: 3,0 m-1, jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti () jew irreġistrati jew użati għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti (): 1,5 m-1 (7). |
8.3 Trażżin tal-interferenza elettromanjetika |
||
Interferenza mir-radju (X) () |
Spezzjoni viżwali. |
Kwalunkwe ħtiġijiet tar-rekwiżiti () mhux issodisfati. |
8.4 Elementi oħra relatati mal-ambjent |
||
8.4.1 Tnixxijiet ta’ fluwidi |
Spezzjoni viżwali. |
Kwalunkwe tnixxija ta’ fluwidu eċċessiv li tista’ tagħmel ħsara lill-ambjent jew toħloq riskju tas-sigurtà għal utenti oħra tat-triq. |
9. TESTIJIET SUPPLIMENTARI GĦAL VETTURI LI JĠORRU L-PASSIĠĠIERI M2, M3 |
||
9.1 Il-bibien |
||
9.1.1 Il-bibien tad-dħul u tal-ħruġ |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Funzjonament difettuż. (b) Kundizzjoni deterjorata. (c) Il-kontroll tal-emerġenza difettuż. (d) Kontroll mill-bogħod difettuż tal-bibien u tal-istrumenti ta’ twissija. (e) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.1.2 Il-ħruġ tal-emerġenza |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom (fejn ikun xieraq). |
(a) Funzjonament difettuż. (b) Nödutgångsskyltar saknas eller är oläsliga. (c) Il-martell biex tkisser il-ħġieġ mhux qiegħed hemm. (d) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.2 Is-sistema tat-tneħħija taċ-ċpar u tas-silġ (X) () |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Mhux jaħdmu sewwa. (b) Emissjoni ta’ gassijiet tossiċi jew tal-egżost fil-kompartiment tax-xufier jew tal-passiġġieri. (c) Sistema tat-tneħħija tas-silġ difettuża (jekk obbligatorja) |
9.3 Is-sistema ta’ ventilazzjoni u tat-tisħin (X) () |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Funzjonament difettuż. (b) Emissjoni ta’ gassijiet tossiċi jew tal-egżost fil-kompartiment tax-xufier jew tal-passiġġieri. |
9.4 Is-siġġijiet |
||
9.4.1 Is-siġġijiet tal-passiġġieri (inklużi s-siġġijiet għall-persunal ta’ akkumpan-jament) |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Is-siġġijiet f’kundizzjoni difettuża jew mhux sikura. (b) Is-siġġijiet li jintwew (jekk permessi) mhux jaħdmu b’mod awtomatiku. (c) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.4.2 Is-siġġu tax-xufier (rekwiżiti addizzjonali) |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Tagħmir speċjali bħal protezzjoni kontra d-dawl qawwi jew skrin kontra t-tgħammix li huwa difettuż. (b) Protezzjoni mhux sikura għax-xufier jew mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.5 Mezzi tad-dawl intern u tad-destinazzjoni (X) () |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Mezz difettuż jew mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.6 Passaġġi, żoni fejn toqgħod bilwieqfa |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Art mhux sikura. (b) Poġġamani jew imqabad difettużi. (c) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.7 It-turġien. |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom (fejn ikun xieraq). |
(a) Kundizzjoni deterjorata jew bil-ħsara. (b) It-turġien li jinġibdu ‘l ġewwa mhux jaħdmu sewwa. (c) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.8 Is-sistema ta’ komunikazzjoni għall-passiġġieri (X) () |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
Sistema difettuża. |
9.9 L-avviżi (X) () |
Spezzjoni viżwali. |
(a) Avviż nieqes, żbaljat jew ma jinqarax. (b) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.10 Rekwiżiti rigward it-trasport tat-tfal. (X) () |
||
9.10.1 Il-bibien |
Spezzjoni viżwali. |
Il-protezzjoni tal-bibien mhix skont ir-rekwiżiti () fir-rigward ta’ din il-forma ta’ trasport. |
9.10.2 Sinjalazzjoni u tagħmir speċjali |
Spezzjoni viżwali. |
Sinjalazzjoni jew tagħmir speċjali neqsin jew mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.11 Rekwiżiti rigward it-trasport ta’ persuni b’diżabilità (X) () |
||
9.11.1 L-art, ir-rampi u l-liftijiet |
Spezzjoni viżwali u billi tħaddimhom. |
(a) Funzjonament difettuż. (b) Kundizzjoni deterjorata. (c) Kontroll(i) difettuż(i). (d) Strument(i) ta’ twissija difettuż(i). (e) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.11.2 Attrezzaturi għas-siġġijiet tar-roti |
Spezzjoni viżwali u jekk ikun xieraq billi tħaddimhom. |
(a) Funzjonament difettuż. (b) Kundizzjoni deterjorata. (c) Kontroll(i) difettuż(i). (d) Mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.11.3 Senjalar u tagħmir speċjali |
Spezzjoni viżwali. |
Senjalar jew tagħmir speċjali nieqes jew mhux skont ir-rekwiżiti (). |
9.12 Tagħmir speċjali ieħor (X) () |
||
9.12.1 Installazzjonijiet għall-preparazzjoni tal-ikel |
Visuell kontroll. |
(a) L-installazzjoni mhix skont ir-rekwiżiti (). (b) L-installazzjoni hija bil-ħsara tant li jkun perikoluż li tużaha. |
9.12.2 Installazzjoni sanitarja |
Spezzjoni viżwali. |
L-installazzjoni mhix skont ir-rekwiżiti. (). |
9.12.3 Strumenti oħra (eż. sistemi awdjo-viżivi) |
Spezzjoni viżwali. |
Mhux skont ir-rekwiżiti. (). |
(1) Tiswija jew modifika mhux xierqa tfisser tiswija jew modifika li taffettwa ħażin is-sigurtà tal-vettura fit-triq jew li jkollha effett negattiv fuq l-ambjent. (2) 48 % għal vetturi mhux mgħammra bl-ABS jew tip approvat qabel l-1 ta’ Ottubru 1991. (3) 45 % għal vetturi rreġistrati wara l-1988 jew mid-data speċifikata fir-rekwiżiti liema waħda minnhom tkun l-aħħar. (4) 43 % għal semi-karrijiet u karrijiet draw-bar irreġistrati wara l-1988 jew mid-data fir-rekwiżiti liema waħda minnhom tkun l-aħħar. (5) 2,2 m/s2 għal vetturi N1, N2 u N3. (6) Approvazzjoni tat-tip skont il-limiti fir-ringiela A jew B sezzjoni 5.3.1.4. tal-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE jew aktar tard jew irreġistrata jew bdiet tintuża l-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2002. (7) Approvazzjoni tat-tip skont il-limiti fir-ringiela B sezzjoni 5.3.1.4. tal-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE jew wara; ringiela B1, B2 jew Ċ sezzjoni 6.2.1 tal-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE kif emendata bid-Direttiva 1999/96/KE jew wara jew irreġistrata jew bdiet tintuża l-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2008. (8) Ir-“rekwiżiti” huma stipulati skont ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip fid-data tal-approvazzjoni, l-ewwel reġistrazzjoni jew l-ewwel dħul fis-servizz kif ukoll l-obbligi tal-modifiki wara jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni. (9) Tidentifika elementi li għandhom x’jaqsmu mal-kundizzjoni tal-vettura u s-sostenibbiltà tagħha għall-użu fit-triq iżda li mhumiex ikkunsidrati bħala essenzjali f’test perjodiku. (10) (XX) Din ir-raġuni għall-falliment tapplika biss jekk l-ittestjar ikun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
ANNESS III
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 10)
Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE (ĠU L 46, 17.2.1997, p. 1) |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 1999/52/KE (ĠU L 142, 5.6.1999, p. 26) |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2001/9/KE (ĠU L 48, 17.2.2001, p. 18) |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2001/11/KE (ĠU L 48, 17.2.2001, p. 20) |
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2003/27/KE (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 41) |
|
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) |
L-Anness III, punt 68 biss |
PARTI B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 10)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
96/96/KE |
fid-9 ta’ Marzu 1998. |
1999/52/KE |
fit-30 ta’ Settembru 2000. |
2001/9/KE |
fid-9 ta’ Marzu 2002. |
2001/11/KE |
fid-9 ta’ Marzu 2003. |
2003/27/KE |
fl-1 ta’ Jannar 2004. |
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 96/96/KE |
Din id-Direttiva |
Artikoli 1 – 4 |
Artikoli 1 – 4 |
Artikolu 5, sentenza ta’ introduzzjoni |
Artikolu 5, kliem introduttorju |
Artikolu 5, l-ewwel sas-seba’ inċiż |
Artikolu 5, punti (a) sa (g) |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 6(1) |
— |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 8(2) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 8(2) it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 8 (3) |
— |
Artikolu 9(1) |
— |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 11(1) |
— |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 9 |
Artikolu 11(3) |
— |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Annessi I-II |
Annessi I-II |
Annessi III-IV |
— |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
( 1 ) ĠU C 224, 30.8.2008, p. 66.
( 2 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2009.
( 3 ) ĠU L 46, 17.2.1997, p. 1.
( 4 ) Ara l-Anness III, Parti A.
( 5 ) ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37.
( 6 ) ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1.
( 7 ) ĠU L 274, 9.10.1998, p. 1.
( 8 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.