Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2011_250_R_0215_01

    2011/600/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2011 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009
    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2011 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009

    ĠU L 250, 27.9.2011, p. 215–218 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 250/215


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tal-10 ta’ Mejju 2011

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009

    (2011/600/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (1),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05892/2011 — C7-0052/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 36 tagħha,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0133/2011),

    1.

    Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust finanzjarja 2009;

    2.

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Jerzy BUZEK

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 144.

    (2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tal-10 ta’ Mejju 2011

    li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (1),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05892/2011 — C7-0052/2011),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 36 tagħha,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0133/2011),

    A.

    billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

    B.

    billi fit-5 ta’ Mejju 2010, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008 (5), u billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu flimkien mad-deċiżjoni ta’ kwittanza, inter alia:

    jilqa’ l-konklużjoni tal-24 ta’ Settembru 2008 tal-Ftehim Prattiku dwar l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-OLAF;

    jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li fl-2008 l-Aġenzija kienet għadha bil-problemi fir-rigward tat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet, anki jekk l-ammont kien inqas minn tas-sena ta’ qabel (13 % tal-approprjazzjonijiet tal-baġit finali, minflok 25 % tal-approprjazzjonijiet trasferiti fl-2007),

    jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri sabet defiċjenzi fil-proċeduri tal-akkwist, bħal fit-tliet snin ta’ qabel,

    C.

    billi l-baġit tal-Aġenzija għall-2009 kien ta’ EUR 26 400 000 fl-2009, li huwa 6,4 % aktar mis-sena finanzjarja 2008,

    Prestazzjoni

    1.

    Jilqa l-inizjattiva tal-Aġenzija biex tinkludi Indikaturi ta’ Prestazzjoni Ewlenin fil-pjani tal-unità tal-2010; jistieden, madankollu, lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar dawn l-indikaturi ewlenin u r-rabtiet tagħhom mal-objettivi, l-baġit u l-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija; iqis, fil-fatt, li l-fatt li l-indikaturi jintrabtu mal-objettivi, mal-baġit u mal-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija se jagħmilha possibbli għall-partijiet ikkonċernati li jevalwaw aħjar ir-rendiment tal-Aġenzija;

    2.

    Jilqa’ l-inizjattiva tal-Awtorità li ppreżentat, f’tabella mehmuża mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri tal-2009, tqabbil ċar tal-operazzjonijiet li twettqu matul l-2009 u l-2008 bil-għan li l-awtorità ta’ kwittanza tkun tista’ tevalwa l-prestazzjoni tal-Awtorità b’mod aktar effettiv minn sena għall-oħra;

    Trasferiment ta’ approprjazzjonijiet għas-sena ta’ wara

    3.

    Josserva b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri m’hix toħroġ rimarki dwar il-livell tat-trasferimenti ‘l quddiem u tal-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet għall-2009;

    4.

    Jinnota li l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-Aġenzija għandha tiġi bbażata aktar fuq il-prestazzjoni tagħha matul is-sena;

    5.

    Jistieden lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bil-passi meħuda biex tevita li tittrasferixxi l-approprjazzjonijiet, peress li dawn it-trasferimenti ’l quddiem ta’ approprjazzjonijiet kienu kwistjoni kostanti matul il-proċeduri preċedenti ta’ kwittanza;

    Titjib fil-proċeduri ta’ akkwist

    6.

    Jifraħ lill-Aġenzija għall-istabbiliment ta’ miżuri li jistmaw il-valur fis-suq ta’ prodotti/servizzi rilevanti qabel ma tibda proċedura ta’ akkwist; iqis din l-inizjattiva bħala prattika importanti li għandha tiġi segwita minn aġenziji oħra; jilqa’, barra minn dan, il-pjan ta’ akkwist annwali tal-Eurojust għall-2009 li għen ħafna lill-unitajiet tal-aġenzija u s-servizzi fil-ġestjoni tal-offerti tagħhom; jikkunsidra li dawn l-inizjattivi jtejjbu l-gwida u l-kontroll tal-uffiċjali li jawtorizzaw;

    Ir-riżorsi umani

    7.

    Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri reġgħet innotat nuqqasijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ reklutaġġ; jinnota, b’mod partikolari, li r-rata ta’ postijiet vakanti (24 %) għadha għolja wisq, għalkemm inqas sinifikanti milli kienet fl-2007 (33 %); jistieden, konsegwentement, lill-Aġenzija biex tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni komprensiv għar-reklutaġġ biex tnaqqas b’mod sinifikanti r-rata ta’ pożizzjonijiet vakanti u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar dan; jilqa’, madankollu, l-intenzjoni tal-Aġenzija li tnaqqas ir-rata ta’ pożizzjonijiet vakanti għal inqas minn 8 % sal-aħħar tal-2011;

    8.

    Jifraħ dwar il-fatt li fl-2009 l-Aġenzija rnexxilha tnaqqas in-numru ta’ persunal temporanju “li jaġixxi bħala membri tal-persunal” minn 31 għal 10 sal-aħħar ta’ dik is-sena; jistieden, madankollu, lill-Aġenzija biex tkompli tnaqqas dan in-numru kif rakkomandat mis-Servizz tal-Awditjar Intern;

    9.

    Jirrikonoxxi li l-Aġenzija nediet il-proċedura l-ġdida tagħha ta’ reklutaġġ fl-2009 li ddisponiet li membri tal-bord ta’ selezzjoni għandhom jistiednu għat-testijiet orali lil dawk l-applikanti biss li jġibu minimu ta’ 75 % fl-evalwazzjoni preliminari u għandhom ipoġġu fil-listi ta’ riżerva lil dawk il-kandidati biss li jġibu minimu ta’ 75 % fl-evalwazzjoni tat-testijiet orali u fit-testijiet bil-miktub;

    10.

    Jesprimi tħassib li l-Qorti tal-Awdituri rraportat li tliet pożizzjonijiet minn sitta fil-ġestjoni intermedja (Kapijiet ta’ Unità) fl-Aġenzija ttieħdu minn membri “aġenti” tal-persunal fuq bażi temporanja; jissottolinja li din is-sitwazzjoni tindika diffikultajiet biex jiġi attirat u jinżamm il-persunal korrett; jilqa’, madankollu, il-pjan tal-Aġenzija li tadotta deċiżjoni li se tiddisponi li l-evalwazzjoni finali tal-applikanti se tkun ibbażata fuq il-kumbinazzjoni tal-grad mogħti fil-mument tat-tlestija tal-formola ta’ applikazzjoni u r-riżultat tat-testijiet orali u tat-testijiet bil-miktub; iqis li dan l-approċċ huwa titjib tal-proċeduri ta’ selezzjoni tal-Aġenzija peress li jqis il-merti ta’ kull kandidat b’mod effettiv;

    Verifika interna

    11.

    Jirrikonoxxi li minn 26 rakkomandazzjoni mogħtija mis-Servizz tal-Awditjar Intern fil-31 ta’ Diċembru 2008, 4 biss ġew riżolti (li tnejn minnhom kienu kkunsidrati bħala “kritiċi”); jinnota, barra minn hekk, li s-Servizz tal-Awditjar Intern ħareġ rakkomandazzjoni addizzjonali f’Diċembru 2009 u li 15 mit-23 rakkomandazzjoni li fadal għandhom skadenza għall-implimentazzjoni ta’ iktar minn 12-il xahar; jistieden, għalhekk, lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bir-raġunijiet għal dan id-dewmien u biex tieħu azzjoni immedjata biex ittejjeb il-proċedura ta’ reklutaġġ, tnaqqas in-numru ta’ staff intermedjarju, tirristruttura l-Unità għar-Riżorsi Umani, tiżviluppa pjan ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani, issaħħaħ il-monitoraġġ tal-attivitajiet tar-riżorsi umani u tirrevedi l-kontenut tar-reġistru ta’ eċċezzjonijiet;

    12.

    Jilqa’ l-inizjattiva tal-Aġenzija li tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza ir-Rapport Annwali dwar il-Verifika Interna tas-Servizz tal-Awditjar Intern fir-rigward tal-Aġenzija; iqis li dan huwa sinjal ta’ trasparenza u prattika tajba li għandu jiġi segwit mill-aġenziji l-oħra kollha rilevanti;

    13.

    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


    (1)  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 144.

    (2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

    (5)  ĠU L 252, 25.9.2010, p. 202.

    (6)  Testi adottati, P7_TA(2011)0163 (Ara paġna 269 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    Top