This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2010_019_R_0007_01
Decision of the European Parliament of 25 November 2009 on discharge in respect of the implementation of the European Union general budget for the financial year 2007, Section II — Council#Resolution of the European Parliament of 25 November 2009 with observations forming an integral part of the Decision on discharge in respect of the implementation of the European Union general budget for the financial year 2007, Section II — Council
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta’ Novembru 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 Taqsima II – Il-Kunsill
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta’ Novembru 2009 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima II – Il-Kunsill

ĠU L 19, 23.1.2010, p. 7–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/7 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-25 ta’ Novembru 2009
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 Taqsima II – Il-Kunsill
(2010/40/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1),
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0417/2008) (2),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati (3),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 (5) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2007, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta’ ma’ dik id-deċiżjoni,
wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 60, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni li tikkonċerna r-rimborż ta’ spejjeż ta’ vvjaġġar ta’ delegati ta’ Membri tal-Kunsill,
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (7) (IIA)
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0150/2009),
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0047/2009),
1. |
Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2007; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Jerzy BUZEK
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(4) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 18.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-25 ta’ Novembru 2009
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima II – Il-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1),
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0417/2008) (2),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati (3),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 (5) li jipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2007, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta’ ma’ dik id-deċiżjoni,
wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 60, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni li tikkonċerna r-rimborż ta’ spejjeż ta’ vvjaġġar ta’ delegati ta’ Membri tal-Kunsill,
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (7) (IIA),
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0150/2009),
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0047/2009),
1. |
Jenfasizza l-fatt li kiseb sodisfazzjon mill-Kunsill dwar it-tliet talbiet l-aktar importanti li huwa għamel fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta’ April 2009 (8), li huma:
|
2. |
Iqis li l-Parlament wettaq dmiru li jiggarantixxi t-trasparenza u r-responsabilità massima possibbli rigward l-użu tal-flus ta’ min iħallas it-taxxa; |
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex ikompli jtejjeb il-koperazzjoni mal-kumitati kompetenti tal-Parlament fuq il-bażi tal-prattika riċenti tiegħu; |
4. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet biex ifasslu u jinkludu fil-Ftehim Interistutuzzjonali anness li jittratta speċifikament il-proċedura ta’ kwittanza għall-Kunsill; |
5. |
Jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza tal-Kunsill li jmiss, biex jivverifika l-progress dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
6. |
Itenni t-talba li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex fir-Rapporti Annwali tagħha li ħiereġ dalwaqt, tagħti attenzjoni speċjali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill. |
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
(4) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 18.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.