EUR-Lex Hozzáférés az európai uniós joghoz

Vissza az EUR-Lex kezdőlapjára

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum JOL_2009_331_R_0001_01

2009/940/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar l-iffirmar mill-Komunità Ewropea tal-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji, adottat fil-Lussemburgu fit- 23 ta’ Frar 2007

ĠU L 331, 16.12.2009., 1—16. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar l-iffirmar mill-Komunità Ewropea tal-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji, adottat fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Frar 2007

(2009/940/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 61(c) flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Komunità qed taħdem biex tistabbilixxi żona ġudizzjarja komuni bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċizjonijiet ġudizzjarji.

(2)

Il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll Ferrovjarju”), adottat fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Frar 2007, jagħti kontribut siewi għar-regolamentazzjoni fil-livell internazzjonali fil-qasam tiegħu. Hu għalhekk mixtieq li d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-istrument li jikkonċernaw materji li jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Komunità għandhom jiġu applikati mill-aktar fis possibbli.

(3)

Il-Kummissjoni nnegozjat il-Protokoll Ferrovjarju f’isem il-Komunità, għall-partijiet li jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Komunità.

(4)

L-Artikolu XXII(1) tal-Protokoll Ferrovjarju jipprovdi li l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika, li għandhom kompetenza fuq ċerti materji rregolati minn dak il-Protokoll, jistgħu jiffirmawh.

(5)

Il-Protokoll Ferrovjarju jibqa’ miftuħ għall-iffirmar sad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(6)

Uħud mill-materji rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (2), ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (3), id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (Tfassil mill-ġdid) (4) u r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija) (5) huma wkoll ittrattati fil-Protokoll Ferrovjarju.

(7)

Il-Komunità għandha kompetenza esklużiva fuq xi wħud mill-materji rregolati mill-Protokoll Ferrovjarju, filwaqt li l-Istati Membri għandhom kompetenza fuq materji oħra rregolati minn dan l-istrument.

(8)

Il-Komunità għandha għalhekk tiffirma l-Protokoll Ferrovjarju.

(9)

L-Artikolu XXII(2) tal-Protokoll Ferrovjarju jipprovdi li, fil-ħin tal-iffirmar, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika għandha tagħmel dikjarazzjoni fejn tispeċifika l-materji rregolati minn dak il-Protokoll li fir-rigward tagħhom il-kompetenza ġiet ittrasferita lil dik l-Organizzazzjon mill-Istati Membri tagħha. Il-Komunità għandha għalhekk tagħmel tali dikjarazzjoni fil-waqt tal-iffirmar tal-Protokoll Ferrovjarju.

(10)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(11)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji (il-“Protokoll Ferrovjarju”), adottat fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Frar 2007, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

It-test tal-Protokoll Ferrovjarju huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i mogħtija s-setgħa li tiffirma/jiffirmaw, il-Protokoll Ferrovjarju f’isem il-Komunità, soġġett għall-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

Meta tkun qed tiffirma l-Protokoll Ferrovjarju, il-Komunità għandha tagħmel id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness, skont l-Artikolu XXII (2) tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

(4)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.


ANNESS

Dikjarazzjoni li għandha ssir skont l-Artikolu XXII(2) dwar il-kompetenza tal-Komunità Ewropea fuq materji rregolati mill-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji (“il-Protokoll Ferrovjarju”), adottat fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Frar 2007, li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri ttrasferew il-kompetenza tagħhom lill-Komunità

1.

L-Artikolu XXII tal-Protokoll Ferrovjarju jipprovdi li l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika li huma ffurmati minn Stati sovrani u li għandhom kompetenza fuq ċerti materji rregolati minn dak il-Protokoll jistgħu jiffirmawh bil-kondizzjoni li huma jagħmlu d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu XXII(2). Il-Komunità ddeċidiet li tiffirma l-Protokoll Ferrovjarju u għalhekk qed tagħmel dik id-dikjarazzjoni.

2.

Il-Membri attwali tal-Komunità huma r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

3.

Madankollu din id-dikjarazzjoni ma tapplikax għar-Renju tad-Danimarja, skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Din id-dikjarazzjoni mhix applikabbli fil-każ tat-territorji tal-Istati Membri li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ma japplikax u hija bla ħsara għal tali atti jew pożizzjonijiet li jistgħu jkunu adottati skont il-Protokoll Ferrovjarju mill-Istati Membri kkonċernati f’isem u fl-interessi ta’ dawk it-territorji.

5.

L-Istati Membri tal-Komunità Ewropea ttrasferew il-kompetenza tagħhom lill-Komunità fir-rigward ta’ materji li jaffettwaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċeduri ta’ falliment (2), ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (3), id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (Tfassil mill-ġdid) (4) u r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija) (5).

6.

Safejn tirrigwarda s-sistema tan-numerazzjoni tal-vetturi, il-Komunità adottat, permezz tad-Deċiżjoni 2006/920/KE (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Awwissu 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà relatata mas-sottosistema Tħaddim u Ġestjoni tat-Traffiku tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea), sistema ta’ numerazzjoni li tkun adatta għall-fini ta’ identifikazzjoni ta’ vetturi ferrovjarji kif imsemmi fl-Artikolu V (2) tal-Protokoll Ferrovjarju.

Barra minn hekk, safejn jirrigwarda l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri tal-Komunità u r-Reġistru Internazzjonali, il-Komunità għamlet progress konsiderevoli permezz tad-Deċiżjoni 2007/756/KE (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE). Skont dik id-Deċiżjoni l-Istati Membri tal-Komunità qed jimplimentaw Reġistri Nazzjonali tal-Vetturi u d-duplikazzjoni tad-data mar-Reġistru Internazzjonali għandha tiġi evitata.

7.

L-eżerċizzju tal-kompetenza li l-Istati Membri ttrasferew lill-Komunità skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea huwa, fin-natura tiegħu, soġġett għal żvilupp kontinwu. Fil-qafas ta’ dak it-Trattat, l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jieħdu deċiżjonijiet li jiddeterminaw il-miżura tal-kompetenza tal-Komunità. Din tal-aħħar għaldaqstant tirriżerva d-dritt li temenda din id-Dikjarazzjoni kif adatt, mingħajr ma dan ikun jikkostitwixxi prerekwiżit għall-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha fir-rigward ta’ materji rregolati mill-Protokoll Ferrovjarju.


(1)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

(4)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.


TRADUZZJONI

PROTOKOLL TAL-LUSSEMBURGU GĦALL-KONVENZJONI DWAR IL-GARANZIJI INTERNAZZJONALI FUQ TAGĦMIR MOBBLI GĦAL KWISTJONIJIET SPEĊIFIĊI TAL-VETTURI FERROVJARJI

Preambolu

KAPITOLU I   AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI U D-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu I

Termini Mfissra

Artikolu II

Applikazzjoni tal-Konvenzjoni fir-rigward tal-vetturi ferrovjarji

Artikolu III

Deroga

Artikolu IV

Kapaċità rappreżentattiva

Artikolu V

Identifikazzjoni tal-ftehim dwar il-vetturi ferrovjarji

Artikolu VI

Għażla tal-liġi

KAPITOLU II   RIMEDJI GĦAL INADEMPJENZA, PRIJORITAJIET U ĊESSJONIJIET

Artikolu VII

Modifika tad-dispożizzjonijiet dwar rimedji għal inadempjenza

Artikolu VIII

Modifika tad-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri provviżorji

Artikolu IX

Rimedji dwar l-insolvenza

Artikolu X

Assistenza għall-insolvenza

Artikolu XI

Dispożizzjonijiet dwar id-debitur

KAPITOLU III   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IS-SISTEMI TA’ REĠISTRAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-GARANZIJI INTERNAZZJONALI FIL-VETTURI FERROVJARJI

Artikolu XII

L-Awtorità ta’ Sorveljanza u r-Reġistratur

Artikolu XIII

Postijiet ta’ dħul magħżula

Artikolu XIV

Identifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji għal skopijiet ta’ reġistrazzjoni

Artikolu XV

Modifiki addizjonali għad-dispożizzjonijiet dwar ir-Reġistru

Artikolu XVI

Tariffi Internazzjonali tar-Reġistru

Artikolu XVII

Avviżi għal bejgħ

KAPITOLU IV   ĠURISDIZZJONI

Artikolu XVIII

Ir-rinunzji tal-immunità sovrana

KAPITOLU V   RELAZZJONI MA’ KONVENZJONIJIET OĦRA

Artikolu XIX

Relazzjoni mal-Konvenzjoni tal-Unidroit dwar il-Leasing Finanzjarju Internazzjonali

Artikolu XX

Relazzjoni mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija - Convention concerning International Carriage by Rail (COTIF)

KAPITOLU VI   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu XXI

Iffirmar, ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni

Artikolu XXII

Organizzazzjonijiet Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika

Artikolu XXIII

Dħul fis-seħħ

Artikolu XXIV

Unitajiet territorjali

Artikolu XXV

Servizz pubbliku bil-vetturi ferrovjarji

Artikolu XXVI

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Artikolu XXVII

Dikjarazzjonijiet marbuta ma’ ċerti dispożizzjonijiet

Artikolu XXVIII

Riżervi u dikjarazzjonijiet

Artikolu XXIX

Dikjarazzjonijiet u Konvenzjonijiet

Artikolu XXX

Dikjarazzjonijiet sussegwenti

Artikolu XXXI

Irtirar tad-dikjarazzjonijiet

Artikolu XXXII

Denunzji

Artikolu XXXIII

Konferenzi ta’ Reviżjoni, emendi u materji relatati

Artikolu XXXIV

Depożitarju u l-funzjonijiet tiegħu

PROTOKOLL TAL-LUSSEMBURGU GĦALL-KONVENZJONI DWAR IL-GARANZIJI INTERNAZZJONALI FUQ TAGĦMIR MOBBLI GĦAL KWISTJONIJIET SPEĊIFIĊI TAL-VETTURI FERROVJARJI

L-ISTATI KONTRAENTI GĦAL DAN IL-PROTOKOLL

WAQT LI JIKKUNSIDRAW li hu neċessarju li tiġi implimentata l-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq Tagħmir Mobbli (il-“Konvenzjoni”) minħabba li għandha x’taqsam mal-vetturi ferrovjarji, fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fil-preambolu għall-Konvenzjoni,

KONXJI mill-bżonn li l-Konvenzjoni tkun adattata biex tilqa’ għall-ħtiġiet partikolari tal-vetturi ferrovjarji u l-finanzjament tagħhom,

QABLU fuq id-dispożizzjonijiet li ġejjin marbuta mal-vetturi ferrovjarji:

KAPITOLU I

AMBITU TAL-APPLIKAZZJONI U D-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu I

Termini mfissra

1.   F’dan il-Protokoll, ħlief fejn il-kuntest ikun jitlob mod ieħor, it-termini użati fih għandhom it-tifsiriet stipulati fil-Konvenzjoni.

2.   F’dan il-Protokoll it-termini li ġejjin jintużaw fit-tifsiriet stabbiliti hawn taħt:

(a)

“kuntratt ta’ garanzija” ifisser kuntratt iffirmat minn persuna bħala l-garanti;

(b)

“garanti” tfisser persuna li, għall-iskop li tiġi żgurata l-prestazzjoni ta’ kull obbligu favur kreditur garantit minn ftehim ta’ sigurtà jew skont ftehim, jagħti jew joħroġ sigurtà jew jitlob garanzija jew ittra “stand-by” għall-kreditu jew kwalunkwe forma oħra ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu;

(ċ)

“avveniment marbut ma’ insolvenza” tfisser:

(i)

il-bidu tal-proċeduri tal-insolvenza; jew

(ii)

l-intenzjoni ddikjarata ta’ sospensjoni jew is-sospensjoni fattwali ta’ pagamenti mid-debitur fejn id-drittijiet tal-kreditur biex jibda l-proċeduri tal-insolvenza kontra d-debitur jew jeżerċita rimedji skont il-Konvenzjoni tkun miżmuma jew sospiża mil-liġi jew minn azzjoni tal-Istat.

(d)

“ġurisdizzjoni primarja ta’ insolvenza” tfisser l-Istat Kontraenti li fih ikun jinsab iċ-ċentru tal-interess garanziji prinċipali tad-debitur, li għal dan l-iskop għandu jfisser li jkun il-post tas-sede statutorja tad-debitur jew, jekk ma jkunx hemm wieħed, il-post fejn id-debitur hu inkorporat jew iffurmat, sakemm ma titressaq prova li turi mod ieħor;

(e)

“vetturi ferrovjarji” tfisser vetturi mobbli fuq binarji fissi jew li qegħdin direttament fuq jew taħt guideway, flimkien ma’ sistemi ta’ trazzjoni, magni, brejkijiet, fusien, bogies, pantografi, aċċessorji u elementi oħrajn, tagħmir u partijiet, li f’kull każ ikunu installati fuq il-vettura jew inkorporati fiha, u flimkien mad-dejta, il-manwali u r-rekords kollha relatati magħhom.

Artikolu II

Applikazzjoni tal-Konvenzjoni fir-rigward tal-vetturi ferrovjarji

1.   Il-Konvenzjoni għandha tapplika b’rabta mal-vettruri ferrovjarji kif ipprovdut mit-termini ta’ dan il-Protokoll.

2.   Il-Konvenzjoni u dan il-Protokoll għandhom jissejħu l-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq Tagħmir Mobbli kif applikat għall-vetturi ferrovjarji.

Artikolu III

Deroga

Permezz ta’ ftehim bil-miktub, il-partijiet jistgħu jeskludu l-applikazzjoni tal-Artikolu IX u, fir-relazzjoni tagħhom ma’ xulxin, jidderogaw minn jew ivarjaw l-effett ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan il-Protokoll ħlief għall-Artikolu VII(3) u (4).

Artikolu IV

Kapaċitajiet rappreżentattivi

B’rabta mal-vetturi ferrovjarji, persuna tista’ tidħol fi ftehim, tirreġistra kif hu definit mill-Artikolu 16(3) tal-Konvenzjoni u tasserixxi d-drittijiet u l-garanziji taħt il-Konvenzjoni, fil-kapaċità ta’ aġenzija, fiduċjarju jew rappreżentant.

Artikolu V

Identifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji fil-ftehim

1.   Għall-iskopijiet tal-Artikolu 7(ċ) tal-Konvenzjoni u l-Artikolu XVIII(2) ta’ dan il-Protokoll, deskrizzjoni ta’ vetturi ferrovjarji tkun biżżejjed għall-identifikazzjoni tal-vettura ferrovjarja jekk ikun fiha:

(a)

deskrizzjoni tal-vettura ferrovjarja permezz tal-oġġett;

(b)

deskrizzjoni tal-vettura ferrovjarja permezz tal-mudell;

(ċ)

dikjarazzjoni li l-ftehim ikopri l-vetturi ferrovjarji kollha preżenti u ġejjiena; jew

(d)

dikjarazzjoni li l-ftehim ikopri l-vetturi ferrovjarji kollha preżenti u ġejjiena ħlief għal oġġetti jew mudelli speċifiċi.

2.   Għall-fini tal-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni, garanzija fil-vetturi ferrovjarji ġejjiena identifikat skont il-paragrafu preċedenti għandu jiġi kkostitwit bħala garanzija internazzjonali malli l-garanti ta’ dritt, il-bejjiegħ kundizzjonali jew il-kerrej jakkwistaw is-setgħa li jiddisponu mill-vetturi ferrovjarji, mingħajr il-bżonn li jsir att ġdid ta’ trasferiment.

Artikolu VI

Għażla tal-Liġi

1.   Dan l-Artikolu japplika biss fejn Stat Kontraenti jkun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXVII.

2.   Il-partijiet għal ftehim jew kuntratt ta’ garanzija relatat jew ftehim ta’ subordinazzjoni jistgħu jiftiehmu dwar il-liġi li għandha tirregola d-drittijiet jew l-obbligi kuntrattwali tagħhom, fit-totalità tagħhom jew b’mod parzjali.

3.   Ħlief fejn ikun sar ftehim mod ieħor, ir-referenza fil-paragrafu preċedenti għal-liġi magħżula mill-partijiet hija għar-regoli domestiċi tal-liġi tal-Istat indikat jew, jekk l-Istat ikun jikkonsisti f’diversi unitajiet territorjali, għal-liġi domestika tal-unità territorjali indikata.

KAPITOLU II

RIMEDJI GĦAL INADEMPJENZA, PRIJORITAJIET U ĊESSJONIJIET

Artikolu VII

Modifika tad-dispożizzjonijiet ta’ rimendji għal inadempjenza

1.   Barra mir-rimedji speċifikati fil-Kapitolu III tal-Konvenzjoni, il-kreditur jista’, jekk fi kwalunkwe ħin id-debitur ikun qabel dwar dan, u fiċ-ċirkustanzi speċifikati f’dak il-Kapitolu, jimplimenta l-esportazzjoni u t-trasferiment fiżiku tal-vetturi ferrovjarji mit-territorju fejn ikunu jinsabu.

2.   Il-kreditur m’għandux jeżerċita r-rimedji speċifikati fil-paragrafu preċedenti mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tad-detentur ta’ kwalunkwe garanzija rreġistrata li jkollha prijorità fuq dik tal-kreditur.

3.   L-Artikolu 8(3) tal-Konvenzjoni m’għandhiex tapplika għal vetturi ferrovjarji. Kwalunkwe rimedju mogħti mill-Konvenzjoni b’rabta mal-vetturi ferrovjarji għandu jiġi eżerċitat b’mod kummerċjalment raġonevoli. Rimedju għandu jitqies li ġie eżerċitat b’mod kummerċjalment raġonevoli meta jiġi eżerċitat b’konformità ma’ dispożizzjoni tal-ftehim ħlief meta joħroġ biċ-ċar li din id-dispożizzjoni mhix raġonevoli.

4.   Debitur ta’ dritt li jagħti lill-persuni interessati avviz minn qabel bil-miktub ta’ erbatax-il ġurnata kalendarja jew aktar għal proposta ta’ bejgħ jew kera kif ipprovdut fl-Artikolu 8(4) tal-Konvenzjoni għandu jiġi kkunsidrat li jissodisfa r-rekwiżit ta’ “notifikazzjoni raġonevoli minn qabel” speċifikat fl-avviż. Il-paragrafu ta’ qabel m’għandux iżomm lill-garanti ta’ dritt u l-kreditur ta’ dritt jew lill-garanti milli jiftiehmu dwar perjodu itwal ta’ notifikazzjoni minn qabel.

5.   Soġġett għal kwalunkwe liġi u regolament ta’ sikurezza, Stat Kontraenti għandu jiżgura li l-awtoritajiet amministrattivi rilevanti jikkooperaw minnufih mal-kreditur u jassistuh safejn meħtieġ biex jeżerċita r-rimedji speċifikati fil-paragrafu 1.

6.   Debitur ta’ dritt li jipproponi li jimplimenta l-esportazzjoni tal-vetturi ferrovjarji taħt il-paragrafu 1 ħlief dak skont l-ordni tal-qorti għandu javża b’mod raġonevoli, minn qabel u bil-miktub dwar l-esportazzjoni proposta lil:

(a)

persuni interessati speċifikati fl-Artikolu 1(m)(i) u (ii) tal-Konvenzjoni; u

(b)

persuni interessati speċifikati fl-Artikolu 1(m)(iii) tal-Konvenzjoni li kienu taw avviż tad-drittijiet tagħhom lid-debitur ta’ dritt fi żmien raġonevoli qabel issir l-esportazzjoni.

Artikolu VIII

Modifika tad-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri provviżorji

1.   Dan l-Artikolu japplika biss fi Stat Kontraenti li kien għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXVII u l-limitu stipulat f’dik id-dikjarazzjoni.

2.   Għall-iskopijiet tal-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni, “ta’ malajr” fil-kuntest li jsir il-ħelsien mid-dejn ifisser f’tali numru ta’ jiem kalendarji mid-data li ssir l-applikazzjoni għall-ħelsien kif speċifikata f’dikjarazzjoni magħmula mill-Istat Kontraenti li fih issir l-applikazzjoni.

3.   L-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni japplika ma’ dan li ġej jiġi miżjud immedjatament wara s-sottoparagrafu (d):

“(e)

jekk fi kwalunkwe żmien id-debitur u l-kreditur jiftiehmu speċifikament, il-bejgħ tal-prodott u l-applikazzjoni tal-qligħ minnhom”,

u l-Artikolu 43(2) wara l-kliem tal-japplika “l-Artikolu 13(1)(d)” japplika l-kliem “u (e)”.

4.   Is-sjieda jew kwalunkwe garanzija oħra tad-debitur ittrasferita b’bejgħ skont il-paragrafu preċedenti huma ħielsa minn kwalunkwe garanzija oħra li fir-rigward tagħha l-garanzija internazzjonali tal-kreditur tgawdi prijorità skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni.

5.   Il-kreditur u d-debitur jew kwalunkwe persuna interessata oħra jistgħu jaqblu bil-miktub li jeskludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tal-Konvenzjoni.

6.   Fir-rigward tar-rimedji fl-Artikolu VII(1):

(a)

dawn għandhom isiru disponibbli mill-awtoritajiet amministrattivi fi Stat Kontraenti mhux aktar tard minn sebat ijiem kalendarji wara li l-kreditur jinnotifika lil dawn l-awtoritajiet li l-ħelsien speċifikat fl-Artikolu VII (1) jingħata jew, fil-każ tar-rimedju mogħti minn qorti barranija, rikonoxxuta minn qorti fl-Istat Kontraenti, u li l-kreditur hu intitolat li jieħu dawk ir-rimedji skont il-Konvenzjoni; u

(b)

l-awtoritajiet applikabbli għandhom jikkooperaw minnufih mal-kreditur u jassistuh biex jeżerċita r-rimedji li huma konformi mal-liġijiet u r-regolamenti dwar is-sikurezza.

7.   Il-Paragrafi 2 u 6 ma għandhomx jaffettwaw l-ebda liġi u regolament dwar is-sikurezza applikabbli.

Artikolu IX

Rimedji għall-insolvenza

1.   Dan l-Artikolu japplika biss fejn Stat Kontraenti li jkollu l-guriżdizzjoni fuq l-insolvenza jkun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXVII.

2.   Referenzi f’dan l-Artikolu lill-“amministratur tal-insolvenza” għandhom ikunu għal dik il-persuna fil-kapaċità uffiċjali tagħha u mhux f’dik personali.

3.   Malli jseħħ avveniment relatat ma’ insolvenza, l-amministratur tal-insolvenza jew id-debitur, kif ikun applikabbli, soġġett għall-paragrafu 7, għandu jagħti l-pussess tal-vetturi ferrovjarji lill-kreditur mhux aktar tard minn:

(a)

it-tmiem tal-perjodu ta’ stennija; u

(b)

id-data li fiha jkun intitolat il-kreditur biex jieħu pussess tal-vetturi ferrovjarji jekk ma jkunx japplika dan l-Artikolu.

4.   Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, il-“perjodu ta’ stennija” għandu jkun il-perjodu speċifikat f’dikjarazzjoni tal-Istat Kontraenti li jkollha l-ġurisdizzjoni primarja għall-insolvenza.

5.   Sakemm u safejn il-kreditur jingħata l-opportunità li jieħu l-pussess skont il-paragrafu 3:

(a)

l-amministartur tal-insolvenza jew id-debitur, kif ikun applikabbli, għandu jippreżerva l-vetturi ferrovjarji u l-valur tagħhom u jagħmel il-manutenzjoni tagħhom skont il-ftehim. u

(b)

il-kreditur għandu jkun intitolat li japplika għal kull ħelsien provviżorju ieħor li jkun disponibbli fuq il-bażi tal-liġi applikabbli.

6.   Is-sottoparagrafu (a) tal-paragrafu preċedenti ma għandux iwaqqaf l-użu tal-vettura ferrovjarja skont il-ftehimiet imfassla biex jippreżervaw il-vetturi ferrovjarji u l-valur tagħhom.

7.   L-amminisratur tal-insolvenza jew id-debitur, kif ikun applikabbli, jista’ jżomm il-pussess tal-vetturi ferrovjarji fejn, fil-mument speċifikat fil-paragrafu 3, ikun sewwa l-inadempjenzi kollha ħlief inadempjenza kkostitwita mill-ftuħ ta’ proċeduri tal-insolvenza u jkun qabel li jwettaq l-obbligazzjonijiet kollha ġejjiena skont il-ftehim u d-dokumenti ta’ tranżazzjoni relatati. It-tieni perjodu ta’ stennija ma għandux ikun applikat fir-rigward ta’ inadempjenza fit-twettiq ta’ dawn l-obbligazzjonijiet ġejjiena.

8.   Fir-rigward tar-rimedji fl-Artikolu VII(1):

(a)

Dawn għandhom ikunu disponibbli mill-awtoritajiet amministrattivi fi Stat Kontraenti mhux aktar tard minn sebat ijiem kalendarji wara d-data li fihom il-kreditur jinnotifika lil dawn l-awtoritajiet li jkun intitolat biex jieħu r-rimedji skont il-Konvenzjoni u

(b)

l-awtoritajiet applikabbli għandhom jikkooperaw minnufih mal-kreditur u jassistuh biex jeżerċita r-rimedji li huma konformi mal-liġijiet u r-regolamenti dwar is-sikurezza.

9.   L-ebda eżerċizzju ta’ rimedju permess mill-Konvenzjoni jew minn dan il-Protokoll ma jista’ jiġi ostakolat jew imdewwem wara d-data speċifikata fil-paragrafu 3.

10.   L-ebda obbligu taħt il-ftehim ma jista’ jiġi modifikat mingħajr il-kunsens tal-kreditur.

11.   L-ebda dispożizzjoni fil-paragrafu preċedenti ma tista’ tiġi interpretata b’mod li jippreġudika l-poter, jekk dan ikun il-każ, tal-amministratur tal-insolvenza li jittermina l-kuntratt skont il-liġi applikabbli.

12.   L-ebda dritt jew garanzija, ħlief drittijiet mhux kunsenswali jew garanziji ta’ kategorija koperta minn dikjarazzjoni skont l-Artikolu 39(1) tal-Konvenzjoni, ma għandu jkollu prijorità fil-proċeduri tal-insolvenza fuq il-garanziji rreġistrati.

13.   Il-Konvenzjoni kif modifikata mill-Artikoli VII u XXV ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi applikata biex ikun eżerċitat kull rimedju skont dan l-Artikolu.

3.   Malli jseħħ avveniment marbut ma’ insolvenza, l-amministratur tal-insolvenza jew id-debitur, kif ikun applikabbli, fuq talba tal-kreditur għandu jagħti avviż lill-kreditur fil-ħin speċifikat f’ dikjarazzjoni ta’ Stat Kontraenti skont l-Artikolu XXVII jekk għandux:

(a)

jirrimedja l-inadempjenzi kollha ħlief inadempjenzi kkostitwiti mill-ftuħ tal-proċeduri tal-insolvenza u jaqbel li jwettaq l-obbligazzjonijiet ġejjiena, skont il-ftehim u d-dokumenti relatati tat-tranżazzjoni. jew

(b)

Jagħti lill-kreditur l-opportunità li jieħu pussess tal-vetturi ferrovjarji, skont il-liġi applikabbli.

4.   Il-liġi applikabbli msemmija fis-sottoparagrafu (b) tal-paragrafu preċedenti tista’ tippermetti lill-qorti titlob li jittieħed kwalunkwe pass addizzjonali jew id-disopżizzjoni ta’ kwalunkwe garanzija addizzjonali

5.   Il-kreditur għandu juri evidenza għall-pretensjonijiet tiegħu u jagħti prova li l-garanzija internazzjonali ġiet irreġistrata.

6.   Jekk l-amministratur tal-insolvenza jew id-debitur, kif ikun applikabbli, ma jagħtix avviż b’konformità mal-paragrafu 3, jew meta l-amministratur tal-insolvenza jew id-debitur ikun iddikjara li jkun ser jagħti lill-kreditur l-opportunità li jieħu pussess tal-vetturi ferrovjarji iżda jonqos milli jagħmel dan, il-qorti tista’ tippermetti li l-kreditur jieħu pussess tal-vetturi ferrovjarji skont termini ordnati mill-qorti u jista’ jkun meħtieġ li jittieħdu passi addizjonali jew id-dispożizzjoni ta’ garanzija addizjonali.

7.   Il-vetturi ferrovjarji ma’ jistgħux jinbiegħu jekk ikun hemm deċiżjoni pendenti minn qorti fir-rigward tal-pretensjoni u l-garanzija internazzjonali.

3.   Meta jseħħ avveniment ta’ insolvenza, l-amministratur tal-insolvenza jew id-debitur, kif ikun applikabbli, jista’ waqt il-perjodu ta’ rimedjar:

(a)

jirrimedja l-inadempjenzi kollha ħlief inadempjenza kkostitwita mill-ftuħ tal-proċeduri tal-insolvenza u jaqbel li jwettaq l-obbligazzjonijiet ġejjiena, skont il-ftehim u d-dokumenti relatati tat-tranżazzjoni. jew;

(b)

jagħti lill-kreditur l-opportunità li jieħu pussess tal-vetturi ferrovjarji skont il-liġi applikabbli.

4.   Qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rimedjar, l-amministratur tal-insolvenza jew id-debitur, kif ikun applikabbli, jista’ jagħmel applikazzjoni lill-qorti biex din tordna li jiġu sospiżi l-obbliazzjonijiet taħt is-sottoparagrafu (b) tal-paragrafu preċedenti għal perjodu li jibda mit-tmiem tal-perjodu rimedju u li jispiċċa mhux aktar tard minn meta jiskadi l-ftehim ta’ kwalunkwe tiġdid tiegħu, u fuq it-termini li l-qorti tikkunsidra li jkunu ġusti (il-“perjodu ta’ sospensjoni”). Kwalunkwe ordni bħal din teħtieġ li l-ammonti kollha dovuti lill-kreditur matul il-perjodu ta’ sospensjoni jitħallsu mill-proprjetà ta’ insolvenza jew mid-debitur hekk kif isiru eżiġibbli u li l-amministraturi tal-insolvenza jew id-debitur, kif applikabbli, jirrispettaw l-obbligazzjonijiet l-oħra kollha li jiġġeneraw matul il-perjodu ta’ sospensjoni.

5.   Jekk issir applikazzjoni lill-qorti skont il-paragrafu preċedenti, il-kreditur ma jistax jieħu pussess tal-vetturi ferrovjarji jekk ikun hemm ordni pendenti tal-qorti. Jekk l-applikazzjoni ma tintlaqax fi żmien tali numru ta’ ġranet kalendarji mid-data ta’ meta ssir l-applikazzjoni għall-ħelsien kif tkun speċifikata f’dikjarazzjoni li ssir mill-Istat Kontraenti li fih issir l-applikazzjoni, din tkun tfisser li ġiet irtirata sakemm il-kreditur u l-amministratur tal-insolvenza, kif ikun applikabbli, jkun ftiehmu mod ieħor.

6.   Sakemm u safejn il-kreditur jingħata l-opportunità li jieħu l-pussess skont il-paragrafu 3:

(a)

l-amministartur tal-insolvenza jew id-debitur, kif ikun applikabbli, għandu jippreżerva l-vetturi ferrovjarji u l-valur tagħha u jagħmel il-manutenzjoni tagħha skont il-ftehim. u

(b)

il-kreditur għandu jkun intitolat li japplika għal kwalunkwe forma oħra ta’ ħelsien temporanju disponibbli skont il-liġi applikabbli.

7.   Is-sottoparagrafu (a) tal-paragrafu preċedenti m’għandux iwaqqaf l-użu tal-vettura ferrovjarja skont il-ftehimiet imfassla biex tippreżerva l-vetturi ferrovjarji u l-valur tagħhom.

8.   Meta waqt il-perjodu ta’ rimedjar l-amministratur tal-insolvenza jew id-debitur, kif ikun applikabbli, jirrimedja l-inadempjenzi kollha ħlief inadempjenza kkostitwita mill-ftuħ ta’ proċeduri tal-insolvenza u jaqbel li jwettaq l-obbligazzjonijiet ġejjiena skont il-ftehim u d-dokumenti relatati, l-amministratur tal-insolvenza jew id-debitur jista’ jibqa’ jżomm il-pussess tal-vetturi ferrovjarji u kwalunkwe ordni li tingħata mill-qorti skont il-paragrafu 4 ma għandiex tibqa’ fis-seħħ. It-tieni perjodu ta’ rimedjar ma għandux ikun applikat fir-rigward ta’ inadempjenza fit-twettiq ta’ dawn l-obbligazzjonijiet ġejjiena.

9.   Fir-rigward tar-rimedji fl-Artikolu VII(1):

(a)

dawn għandhom ikunu disponibbli mill-awtoritajiet amministrattivi fi Stat Kontraenti mhux aktar tard minn sebat ijiem kalendarji wara d-data li fihom il-kreditur jinnotifika lil dawn l-awtoritajiet li jkun intitolat biex jieħu r-rimedji skont il-Konvenzjoni u

(b)

l-awtoritajiet applikabbli għandhom jikkooperaw minnufih mal-kreditur u jassistuh biex jeżerċita r-rimedji li huma konformi mal-liġijiet u r-regolamenti dwar is-sikurezza.

10.   Skont il-paragrafi 4, 5 u 8, l-ebda eżerċizzju għal rimedji permessi mill-Konvenzjoni ma jista’ jinżamm jew jiiddewwem wara l-perjodu ta’ rimedjar.

11.   Skont il-paragrafi 4, 5 u 8, l-ebda obbligazzjoni tad-debitur skont il-ftehim u t-tranżazzjonijiet relatati ma jistgħu jiġu modifikati fi proċeduri tal-insolvenza mingħajr il-kunsens tal-kreditur.

12.   L-ebda dispożizzjoni fil-paragrafu preċedenti ma tista’ tiġi interpretata b’mod li jippreġudika l-poter, jekk dan ikun il-każ, tal-amministratur tal-insolvenza li jħoll il-kuntratt skont il-liġi applikabbli

13.   L-ebda dritt jew garanzija, ħlief drittijiet mhux kunsenswali jew garanziji ta’ kategorija koperta minn dikjarazzjoni skont l-Artikolu 39(1) tal-Konvenzjoni, ma għandu jkollu prijorità fil-proċeduri tal-insolvenza fuq il-garanziji rreġistrati.

14.   Il-Konvenzjoni kif modifikata mill-Artikoli VII u XXV ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi applikata biex ikun eżerċitat kull rimedju skont dan l-Artikolu.

15.   Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, il-“perjodu ta’ rimedjar” għandu jkun il-perjodu li jibda mid-data tal-avveniment relatat mal-insolvenza, speċifikat f’dikjarazzjoni tal-Istat Kontraenti li jkollha l-ġurisdizzjoni primarja għall-insolvenza.

Artikolu X

Assistenza għall-insolvenza

1.   Dan l-Artikolu japplika biss fi Stat Kontraenti li jkun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXVII(1).

2.   Il-qrati ta’ Stat Kontraenti li fih ikunu jinstabu l-vetturi ferrovjarji, skont il-liġi tal-Istat Kontraenti, għandhom jikkooperaw sal-massimu possibbli ma’ qrati barranin u ma’ amministraturi tal-insolvenza barranin biex iwettqu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu IX.

Artikolu XI

Dispożizzjonijiet tad-debitur

1.   Fin-nuqqas ta’ inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni, id-debitur għandu jiġi intitolat biex jieħu pussess bil-kwiet u juża l-vettura ferrovjarja skont il-ftehim fil-konfront:

(a)

tal-kreditur tiegħu u d-detentur ta’ kwalunkwe garanzija li minnha d-debitur jista’ jikseb drittijiet ħielsa minn garanziji skont l-Artikolu 29(4)(b) tal-Konvenzjoni sakemm u safejn id-debitur ma jkunx ftiehem mod ieħor; u

(b)

tad-detentur ta’ kwalunkwe garanzija li għaliha d-dritt jew garanzija tad-debitur huma soġġetti skont l-Artikolu 29(4)(a) tal-Konvenzjoni, iżda biss safejn, jekk ikun il-każ, li tali detentur ikun jaqbel.

2.   Xejn fil-Konvenzjoni jew dan il-Protokoll ma jaffettwa r-responsabbiltà ta’ kreditur għal kwalunkwe ksur tal-ftehim taħt il-liġi applikabbli sakemm dak il-ftehim ikun marbut mal-vetturi ferrovjarji.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IS-SISTEMI TA’ REĠISTAZZJONI MARBUTA MAL-GARANZIJI INTERNAZZJONALI FIL-VETTURI FERROVJARJI

Artikolu XII

L-Awtorità ta’ Sorveljanza u r-Reġistratur

1.   L-Awtorità ta’ Sorveljanza għandha tkun entità stabbilita minn rappreżentanti, li rappreżentant wieħed irid jiġi maħtur:

(a)

minn Stat li huwa Parti (Stat Parti),

(b)

minn massimu ta’ tliet Stati oħra li jridu jinħatru mill-Istitut Internazzjonali għall-Unifikazzjoni tal-Liġi Privata (Unidroit); u

(ċ)

minn massimu ta’ tliet Stati oħra li jridu jinħatru mill-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF).

2.   Fil-ħatra tal-Istati msemmija fis-sottoparagrafu (b) u (c) tal-paragrafu preċedenti jridu jissodisfaw il-ħtieġa li tiġi żgurata rappreżentanza ġeografika wiesgħa.

3.   It-termini tal-ħatriet tar-rappreżentanti maħtura skont is-sottoparagrafi (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk speċifikati mill-Organizzazzjoni li taħtar. It-termini ta’ dawk ir-rappreżentanti li jkunu qed iservu fid-data meta jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll għall-għaxar Stat Parti għandu jiskadi mhux aktar tard minn sentejn wara dik id-data.

4.   Ir-rappreżentanti msemmija fil-Paragrafu 1 għandhom jadottaw ir-regoli inizzjali tal-proċeduri għall-Awtorità ta’ Sorveljanza. L-adozzjoni teħtieġ li jkun hemm ftehim dwar:

(a)

maġġoranza rar-rappreżentanti; u

(b)

maġġoranza tar-rappreżentanti maħtura skont is-sottoparagrafu (a) tal-paragrafu 1.

5.   L-Awtorità ta’ Sorveljanza tista’ tistabbilixxi kummissjoni ta’ esperti magħmula minn:

(a)

persuni nominati mill-Istati Firmatarji jew Kontraenti u li jkollhom il-kwalifiki u l-espejenza neċessarja; u

(b)

Esperti oħra kif ikun meħtieġ

u tinkariga lill-kummissjoni bil-kompitu li tassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha.

6.   Segretarjat (is-Segretajat) għandu jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha, kif immexxija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza. Is-Segretarjat għandu jkun OTIF.

7.   Fil-każ li s-Segretarjat ma jkunx jista’ jew ma jkunx lest li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu, l-Awtorità ta’ Sorveljanza għandha taħtar Segretarjat ieħor.

8.   Meta jkun issodisfat li r-Reġistru Internazzjonali jkun kollu kemm hu operattiv, is-Segretarjat għandu jiddepożita minn qabel ċertifikat għal dak il-għan mad-Depożitarju.

9.   Is-Segretarjat għandu jkollu l-personalità ġuridika fejn ma jkollux diġà din il-personalità, u b’rabta mal-funzjonijiet tiegħu għandu jgawdi, b’rabta mal-funzjonijiet tiegħu taħt il-Konvenzjoni u dan il-Protokoll, mill-istess eżenzjonijiet u immunitajiet kif ipprovduti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza taħt l-Artikolu 27(3) tal-Konvenzjoni u lir-Reġistru Internazzjonali taħt l-Artikolu 27(4) tal-Konvenzjoni.

10.   Miżura li tittieħed mill-Awtorità ta’ Sorveljanza li tkun taffettwa biss il-garanziji ta’ Stat Parti jew grupp ta’ Stati Parti għandha tittieħed jekk dan l-Istat Parti jew il-maġġoranza tal-grupp tal-Istati Parti jkunu japprovaw ukoll il-miżura. Miżura li tista’ taffettwa b’mod ħażin il-garanziji ta’ Stat Parti jew grupp ta’ Stati Parti għandu jkollha effett f’dan l-Istat Parti jew grupp ta’ Stati Parti jekk dan l-Istat Parti jew il-maġġoranza tal-grupp tal-Istati Parti japprovaw il-miżura wkoll.

11.   L-ewwel reġistratur għandu jinħatar għal perjodu ta’ mhux anqas minn ħames snin u mhux aktar minn għaxar snin. Wara dan, ir-Reġistratur għandu jinħatar jew jerġa’ jinħatar għal perjodi suċċessivi li kull wieħed minnhom ma jaqbiżx l-għaxar snin.

Artikolu XIII

Postijiet indikati ta’ dħul

1.   Stat Kontraenti, permezz ta’ dikjarazzjoni jista’ f’kull ħin jindika entità jew entitajiet bħala post ta’ dħul jew postijiet ta’ dħul li permezz tagħhom għandha jew tista’ tiġi trażmessa lir-Reġistru Internazzjonali l-informazzjoni meħtieġa għar-reġistrazzjoni għajr ir-reġistrazzjoni ta’ avviż ta’ garanzija nazzjonali jew ta’ dritt jew garanzija skont l-Artikolu 40 tal-Konvenzjoni li f’ kull każ tkun ġejja mil-liġijiet ta’ Stat ieħor. Id-diversi postijiet ta’ dħul għandhom joperaw għall-anqas matul il-ħinijiet ta’ xogħol tat-territorji rispetttivi tagħhom.

2.   Indikazzjoni li ssir taħt il-pargrafu preċedenti tista’ tippermetti, iżda ma tistax iġġiegħel, l-użu ta’ post jew postijiet ta’ dħul indikati għall-informazzjoni meħtieġa għar-reġistrazzjonijiet tal-avviżi għal bejgħ.

Artikolu XIV

Identifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji għal skopijiet ta’ reġistrazzjoni

1.   Għall-iskopijiet tal-Artikolu 18(1)(a) tal-Konvenzjoni, ir-Regolamenti għandhom jistipulaw sistema għall-allokazzjoni ta’ numri ta’ identifikazzjoni mir-Reġistratur li jippermettu l-identifikazzjoni unika ta’ oġġetti tal-vetturi ferrovjarji. In-numru tal-identifikazzjoni għandu:

(a)

jitwaħħal mal-oġġett tal-vettura ferrovjarja;

(b)

ikun assoċjat fir-Reġistru Internazzjonali bl-isem tal-manifattur u n-nunru ta’ identifikazzjoni tal-manifattur għall-oġġett li jkun imwaħħal miegħu; jew

(ċ)

ikun assoċjat fir-Reġistru Internazzjonali b’numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali mwaħħal miegħu.

2.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu preċedenti, Stat Kontraenti permezz ta’ dikjarazzjoni, jista’ jiddikjara s-sistema tan-numri ta’ identifikazzjoni nazzjonali jew reġjonali li għandha tintuża fir-rigward tal-oġġetti tal-vetturi ferrovjarji soġġetta għal garanzija internazzjonali li ssir jew li tiġi pprovduta jew li hi intiża li tinħoloq permezz ta’ ftehim mid-debitur li jkun joqgħod f’dak l-Istat Kontraenti fil-mument tal-konklużjoni ta’ dak il-ftehim. Sistema nazzjonali jew reġjonali ta’ identifikazzjoni, soġġetta għal ftehim bejn l-Awtorità ta’ Sorveljanza u l-Istat Kontraenti li jkun qed jagħmel id-dikjarazzjoni, għandha tiżgura l-identifikazzjoni unika ta’ kull oġġett tal-vettura ferrovjarja li għalih tkun tapplika s-sistema.

3.   Dikjarazzjoni minn Stat Kontraenti skont il-paragrafu preċedenti għandħa tkun tinkludi informazzjoni dettaljata tal-operazzjoni tas-sistema nazzjonali jew reġjonali.

4.   Reġistrazzjoni fir-rigward ta’ oġġett ta’ vettura ferrovjarja li għalih tkun saret dikjarazzjoni skont il-paragrafu 2, sabiex din tkun valida, għandha tispeċifika n-numri kollha nazzjonali jew reġjonali ta’ identifikazzjoni li għalihom l-oġġett ikun sar soġġett sa minn meta jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll skont l-Artikolu XXIII(1) u ¿-¿mien li fih kull numru jkun applikat għal dak l-oġġett.

Artikolu XV

Modifiki addizjonali għad-dispożizzjonijiet dwar is-sistemi ta’ reġistrazzjoni

1.   Għall-iskopijiet tal-Artikolu 19(6) tal-Konvenzjoni, il-kriterju tar-riċerka fir-Reġistru Internazzjonali għandu jiġi stabbilit mir-regolamenti.

2.   Għall-għanijiet tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni, u fiċ-ċirkostanzi deskritti fih, id-detentur ta’ garanzija internazzjonali prospettiva rreġistrata jew kompitu prospettiv irreġistrat ta’ garanzija internazzjonali għandu jieħu dawk il-passi fil-poteri tiegħu biex jibgħat ir-reġistrazzjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem kalendarji minn meta jirċievi t-talba deskritta f’dak il-paragrafu.

3.   Meta tiġi rreġistrata subordinazzjoni u l-obbligazzjonijiet tad-debitur għall-benefiċjarju tas-subordinazzjoni jkunu twettqu, il-benefiċjarju għandu jibgħat ir-reġistrazzjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem kalendarji minn meta ssir it-talba bil-miktub mill-parti subordinata li tintabagħat u tiġi rċevuta fl-indirizz tal-benefiċjarju li jkun hemm fir-reġistrazzjoni.

4.   Il-funzjonijiet ċentralizzati tar-Reġistru Internazzjonali għandhom jitwettqu u jiġu amministrati mir-Reġistratu fuq bażi ta’ erbgħa u għoxrin siegħa.

5.   Ir-Reġistratur għandu jkun responsabbli skont l-Artikolu 28 (1) tal-Konvenzjoni għal telf ikkawżat għal ammont li ma jaqbiżx il-valur tal-vettura ferrovjarja li magħhom ikun marbut it-telf. Minkejja s-sentenza preċedenti, ir-responsabbiltà tar-Reġistratur m’għandhiex taqbeż il-5 miljun Dritt Speċjali ta’ Prelevazzjoni fi kwalunkwe sena kalendarja, jew ammont akbar, li jinħadem b’tali mod, li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tista’ tiddetermina minn żmien għal żmien permezz ta’ regolamenti.

6.   Il-paragrafu preċedenti ma għandux jillimita r-responsabbiltà tar-Reġistratur għad-danni minħabba t-telf ikkawżat min-negliġenza serja jew minn kondotta ħażina intenzjonata tar-Reġistratur u l-uffiċjali u l-impjegati tiegħu.

7.   L-ammont ta’ assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 28(4) tal-Konvenzjoni ma għanduu jkun anqas mill-ammont iddeterminat mill-Awtorità ta’ Sorveljanza li jkun xieraq, meta tiġi kkunsidrata r-responsabbiltà prospettiva tar-Reġistratur.

8.   Xejn fil-Konvenzjoni ma jżomm lir-Reġistratur milli jagħti assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja li tkopri l-avvenimenti li għalihom ir-Reġistratur ma jkunx responsabbli skont l-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni.

Artikolu XVI

Tariffi tar-Reġistru Internazzjonali

1.   L-Awtorità ta’ Sorveljanza għandha tistabbilixxi u minn żmien għal żmien temenda t-tariffi li jridu jitħallsu b’rabta mar-reġistrazzjonijiet, is-sottomissjonijiet, l-applikazzjonijiet, ir-riċerki u s-servizzi l-oħra li jista’ jipprovdi r-Reġistru Internazzjonali, skont l-obbligazzjonijiet tiegħu.

2.   It-tariffi msemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom jiġu ddeterminati biex ikunu rkuprati, safejn ikun meħtieġ, l-ispejjeż raġonevoli tal-ħolqien, l-implimentazzjoni u l-operat tar-Reġistru Internazzjonali, kif ukoll l-ispejjeż raġonevoli tas-Segretarjat assoċjat mal-qadi tal-funzjonijiet tiegħu. Xejn f’dan il-paragrafu ma għandu jżomm lir-Reġistratur milli jopera bi profitt raġonevoli.

Artikolu XVII

Avviżi ta’ bejgħ

Ir-regolamenti għandhom jawtorizzaw ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru Internazzjonali ta’ avviżi ta’ bejgħ ta’ vetturi ferrovjarji. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u tal-Kapitolu V, safejn ikun rilevanti, għandu japplika għal dawn ir-reġistrazzjonijiet. Madanakollu, kwalunkwe reġistrazzjoni bħal din u kwalunkwe riċerka jew ċertifikat li jinħareġ fir-rigward ta’ avviż ta’ bejgħ għandu jkun biss għal skopijiet ta’ informazzjoni u ma għandux jaffettwa d-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, jew ikollu xi effett ieħor, skont il-Konvenzjoni jew dan il-Protokoll.

KAPITOLU IV

ĠURISDIZZJONI

Artikolu XVIII

Rinunzji tal-immunità sovrana

1.   Soġġetta għall-paragrafu 2, ir-rinunzja tal-immunità sovrana mill-ġurisdizzjonital-qrati speċifikata fl-Artikolu 42 u l-Artikolu 43 tal-Konvenzjoni jew li tkun relatata mal-infurzar tad-drittijiet u l-garanziji marbuta mal-vetturi ferrovjarji taħt il-Konvenzjoni għandha tkun torbot u, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra għal dawk il-ġuriżdizzjonijiet jew l-infurzar ikun ġew ssodisfati, għandha tkun effettiva biex tagħti ġurisdizzjonijew tinforza l-permess, kif jista’ jagħti l-każ.

2.   Rinunzja taħt il-paragrafu preċedenti għandha tkun bil-miktub u jkun fiha deskrizzjoni tal-vettura ferrovjarja kif speċifikata fl-Artikolu V(1) ta’ dan il-Protokoll.

KAPITOLU V

RELAZZJONIJIET MA’ KONVENZJONIJIET OĦRA

Artikolu XIX

Relazzjoni mal-Konvenzjoni Unidroit dwar il-Leasing Finanzjarju Internazzjonali

Il-Konvenzjoni fil-limitu ta’ kwalunkwe inkonsistenza, għandha tisboq lill-Konvenzjoni Unidroit dwar il-Leasing Finanzjarju Internazzjonali, iffirmata f’Ottawa fit-28 ta’ Mejju 1988.

Artikolu XX

Relazzjoni mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferroviji Convention concerning International Carriage by Rail (COTIF)

Il-Konvenzjoni, fil-limitu ta’ kwalunkwe inkonsistenza, għandha tkun prevalenti fuq il-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferroviji (COTIF) tad-9 ta’ Mejju 1980 fil-verżjoni tal-Protokoll dwar il-Modifika tat-3 ta’ Ġunju 1999.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu XXI

Iffirmar, ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni

1.   Il-Protokoll għandu jkun miftuħ għall-iffirmar fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Frar 2007 mill-Istati li qed jipparteċipaw fil-Konferenza diplomatika biex jiġi adotttat il-Protokoll dwar il-Ferroviji għall-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq Tagħmir Mobbli li saret fil-Lussemburgu mit-12 sat-23 ta’ Frar 2007. Wara t-23 ta’ Frar 2007 dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ għall-Istati kollha fil-Kwartieri tal-Unidroit f’Ruma sakemm jidħol fis-seħħ skont l-Artikolu XXIII.

2.   Dan il-Protokoll għandu jkun soġġett għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-Istati li jkunu ffirmawh.

3.   Kwalunkwe Stat li ma jiffirmax dan il-Protokoll jista’ jagħmel dan fi kwalunkwe żmien.

4.   Ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jseħħu permezz tad-depożitu tal-istrument formali rilevanti mad-Depożitarju.

5.   Stat ma jistax isir Parti minn dan il-Protokoll sakemm ma jsirx Parti wkoll mill-Konvenzjoni.

Artikolu XXII

L-Organizzazzjonijiet Reġjonalit taI-Integrazzjoni Ekonomika

1.   Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika, li hi mwaqqfa minn Stati sovrani u li għandhom il-kompetenza fuq ċerti suġġetti rregolati b’dan il-Protokoll tista’ tiffirma, taċċetta, tapprova jew taderixxi f’dan il-Protokoll. F’dak il-każ, l-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika għandha d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ Stat Kontraenti, safejn l-Organizzazzjoni għandha kompetenza fuq kwistjonijiet rregolati minn din il-Konvenzjoni. Meta n-numru ta’ Stati Kontraenti jkun rilevanti f’dan il-Protokoll, l-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika ma għandhiex titqies bħala Stat Kontraenti flimkien mal-Istati Membri li huma Stati Kontraenti.

2.   L-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika għandha, fil-mument tal-firma, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, tagħmel dikjarazzjoni lid-depożitarju fejn tispeċifika l-materji rregolati minn dan il-Protokoll li l-kompetenza tagħhom ġiet trasferita għal dik l-organizzazzjoni mill-Istati Membri. L-Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika għandha mall-ewwel tgħarraf lid-Depożitarju b’kull tibdil fit-tqassim ta’ kompetenza, inkluż trasferimenti ġodda ta’ kompetenza, speċifikati fid-dikjarazzjoni f’dan il-paragrafu.

3.   Kull referenza għal “Stata Kontraenti” jew “Stati Kontraenti” jew “Stat Parti” jew “Stati Parti” f’dan il-Protokoll japplika b’mod ugwali għal Organizzazzjoni Reġjonali ta’ Integrazzjoni Ekonomika meta jkun jitlob hekk il-kuntest.

Artikolu XXIII

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-Istati li jkunu ddepożitaw l-istrumenti msemmija fis-sottoparagrafu (a) mhux aktar tard minn:

(a)

l-ewwel jum tax-xahar wara li jiskadu tliet xhur minn wara d-data tad-depożitu tar-raba’ strument tar-ratifikazzjoni, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, u;

(b)

id-data tad-depożitu ta’ ċertifikat mis-Segretarjat mad-Depożitarju li tikkonferma li r-Reġistru Internazzjonali jkun jiffunzjona b’mod sħiħ.

2.   Għal Stati oħra dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara:

(a)

li jiskadu tliet xhur minn wara d-data tad-depożitu tal-istrument tar-ratifikazzjoni, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni tiegħu; u

(b)

id-data msemmija fis-sottoparagrafu (b) tal-paragrafu preċedenti.

Artikolu XXIV

Unitajiet territorjali

1.   Jekk Stat ikollu żewġ unitajiet territorjali jew aktar li fih sistemi differenti ta’ liġijiet huma applikabbli fil-każ ta’ suġġetti trattati f’dan il-Protokoll, jista’ meta ssir ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jiddikjara li dan il-Protokoll għandu jestendi għall-unitjiet territorjali tiegħu kollha jew biss għal wieħed jew aktar minnhom, u jista’ jimmodifika din id-dikjarazzjoni billi jissottometti dikjarazzjoni oħra meta jrid.

2.   Kull dikjarazzjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lid-Depożitarju u għandha tiddikjara espressament l-unitajiet territorjali li għalihom japplika dan il-Protokoll.

3.   Jekk Stat Kontraenti ma jkun għamel l-ebda dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1, dan il-Protokoll għandu japplika għall-unitajiet territorjali kollha ta’ dak l-Istat.

4.   Meta Stat Kontraenti jestendi dan il-Protokoll għal territorju/i tiegħu, jistgħu jsiru dikjarazzjonijiet permessi taħt dan il-Protokoll għal kull unità territorjali, u kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula fir-rigward ta’ unità territorjali tista’ tkun differenti minn dik magħmula fir-rigward ta’ unità territorjali oħra.

5.   Jekk permezz ta’ dikjarazzjoni taħt il-Paragrafu 1, dan il-Protokoll jestendi għal unità/unitajiet ta’ Stat Kontraenti:

(a)

Id-debitur jiġi kkunsidrat li jkun qiegħed fi Stat Kontraenti biss jekk ikun inkorporat jew iffurmat taħt liġi li tkun fis-seħħ f’unità territorjali li għalih tkun tapplika din il-Konvenzjoni u dan il-Protokoll jew jekk l-uffiċju reġistrat jew is-sede statutorja, iċ-ċentru tal-amministrazzjoni, il-post tan-negozju jew ir-residenza ta’ abitazzjoni tiegħu tkun f’unità territorjali li għaliha tapplika d-Dikjarazzjoni u dan il-Protokoll;

(b)

kull referenza għall-post tal-vettura ferrovjarja fi Stat Kontraenti tirreferi għall-post tal-vettura ferrovjarja f’unità territorjali li għaliha jkunu japplikaw l-Konvenzjoni u l-Protokoll; u

(ċ)

kull referenza għall-awtoritajiet amministrattivi f’dak l-Istat Kontraenti għandha tfisser li tirreferi għall-awtoritajiet amministrattivi li jkollhom ġurisdizzjonif’unità territorjali li għaliha tkun tapplika d-Dikjarazzjoni u dan il-Protokoll.

Artikolu XXV

Servizz pubbliku bil-vetturi ferrovjarji

1.   Stat Kontraenti, fi kwalunkwe ħin, jista’ jiddikjara li ser ikompli japplika skont kif speċifikat fid-dikjarazzjoni tiegħu, ir-regoli tal-liġi li tkun fis-seħħ dak iż-żmien li twaqqaf, tissospendi jew tirregola l-eżerċizzju fit-territorju tiegħu b’kull rimedju speċifikat fil-Kapitolu III tal-Konvenzjoni u l-Artikoli VII u IX ta’ dan il-Protokoll b’rabta mal-vetturi ferrovjarji li normalment jintużaw bl-iskop li jipprovdu servizz ta’ importanza pubblika (“servizz pubbliku bil-vetturi ferrovjarji”) kif speċifikat f’dik id-dikjarazzjoni notifikata lid-Depożitarju.

2.   Kwalunkwe persuna, inkluża awtorità governattiva jew awtorità pubblika oħra, li, skont ir-regoli tal-liġi ta’ Stat Kontraenti li tagħmel dikjarazzjoni skont il-paragrafu preċedenti, teżeċita l-poter li tieħu jew tieħu l-pussess, l-użu u l-kontroll ta’ kwalunkwe servizz pubbliku bil-vetturi ferrovjarji, għandha tippreżerva u tagħmel il-manutenzjoni ta’ dawk il-vetturi ferrovjarji mill-mument li teżerċita dan il-poter sakemm il-pussess, l-użu u l-kontroll jerġa’ jingħata lura lill-kreditur.

3.   Matul il-perjodu ta’ żmien speċifikat fil-paragrafu preċedenti, il-persuna msemmija f’dak il-paragrafu għandha tħallas jew tipprokura ħlas lill-kreditur għal ammont ugwali li jkun aktar minn:

(a)

dak l-ammont li persuna tkun teħtieġ li tħallas skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Kontraenti li jkun qed jagħmel id-dikjarazzjoni; u

(b)

L-ammont tal-prezz tal-leasing bil-prezz tas-suq fir-rigward tal-vettura ferrovjarja.

L-ewwel minn dawn il-ħlasijiet għandhom isiru fi żmien għaxart ijiem kalendarji li fihom ikun eżerċitat il-poter, u l-ħasijiet sussegwenti għandhom isiru fl-ewwel jum ta’ kull xahar segwenti. Fil-każ li fi kwalunkwe xahar l-ammont pagabbli jkun jeċċedi l-ammont dovut lill-kreditur mid-debitur, l-ammont żejjed għandu jitħallas lil kwalunkwe kreditur ieħor sal-limitu tal-pretensjoni tagħhom skont l-ordni tal-prijorità tagħhom u sussegwentement lid-debitur.

4.   Stat Kontaenti li r-regoli tal-liġi ma jipprovdux għall-obbligazzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3, sal-limitu speċifikat f’dikjarazzjoni separata notifikata lid-Depożitarju, jistgħu jiddikjaraw li mhux ser ikunu applikati dawk il-paragrafi fir-rigward tal-vetturi ferrovjarji speċifikati f’dik id-dikjarazzjoni. Xejn f’dan il-paragrafu ma jwaqqaf persuna milli tiftiehem mal-kreditur li jwettaq l-obbligazzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 jew jaffettwa l-infurzar tal-ftehim li jkun ġie konkluż.

5.   Kwalunkwe dikjarazzjoni inizjali jew sussegwenti li tkun saret skont dan l-Artikolu minn Stat Kontraenti m’għandiex taffettwa b’mod ħażin id-drittijiet u l-garanziji tal-kredituri li jkun ġejjin minn ftehim milħuq qabel id-data li fiha tkun d-dikjarazzjoni tkun ġiet rċevuta mid-Depożitarju.

6.   Stat Kontraenti li jagħmel dikjarazzjoni skont dan l-Artikolu għandu jikkunsidra l-protezzjoni tal-garanziji tal-kredituri u l-effett tad-dikjarazzjoni tad-disponibbiltà ta’ kreditu.

Artikolu XXVI

Dispożizzjonijiet tranżitorji

B’rabta mal-vetturi ferrovjarji l-Artikolu 60 tal-Konvenzjoni għandu jiġi modifikat kif ġej:

(a)

fil-pargrafu 2(a), wara “li jinsab” daħħal “fil-mument li d-dritt jew il-garanzija jinħolqu jew ikun jintalbu”;

(b)

il-paragrafu 3 jinbidel ma’ dan li ġej:

“3.   Fid-dikjarazzjoni li jagħmel taħt il-paragrafu 1, Stat Kontraenti jista’ jispeċifika data, li ma tkunx qabel tliet snin u li ma tkunx aktar tard minn għaxar snin li fiha tkun saret effettiva d-dikjarazzjoni, meta jkunu ser jiġu applikati l-Artikoli 29, 35 u 36 ta’ din il-Konvenzjoni kif modifikati jew supplimentati minn dan il-Protokoll, sal-limitu u l-mod speċifikat fid-dikjarazzjoni, għal drittijiet pre-eżistenti jew garanziji li jsiru skont ftehim li jkun sar fi żmien meta d-debitur ikun qiegħed f’dak l-Istat. Kwalunkwe prijorità tad-dritt jew garanzija taħt il-liġi tal-Istat, sakemmm tkun applikabbli, għandha titkompla jekk id-dritt jew l-interess ikun ġie reġistrat fir-Reġistru Internazzjonali qabel ma jiskadi l-perjodu speċifikat fid-dikjarazzjoni, jekk kwalunkwe dritt jew interess ieħor ikunx ġie rreġistrat qabel jew le.”

Artikolu XXVII

Dikjarazzjonijiet marbuta ma’ ċerti dispożizzjonijiet

1.   Stat Kontraenti fil-mument li jirratifika, jaċċetta, japprova jew jaderixxi f’dan il-Protokoll, jista’ jiddikjara li jkun ser jiġi applikat jew l-Artikolu VI jew X jew ikunu ser jiġu applikati ż-żewġ Artikoli.

2.   Stat Kontraenti fil-mument li jirratifika, jaċċetta, japprova jew jaderixxi f’dan il-Protokoll, jista’ jiddikjara li jkun ser jiġi applikat l-Artikolu VIII jew parti minnu. Jekk jiddikjara li jagħmel hekk, għandu jispeċifika l-perjodu ta’ żmien mitlub mill-Artikolu VIII(2).

3.   Stat Kontraenti fil-mument li jirratifika, jaċċetta, japprova jew jaderixxi f’dan il-Protokoll, jista’ jiddikjara li jkun ser japplika b’mod sħiħ waħda mill-Alternattivi A, B jew Ċ tal-Artikolu IX u jekk jiddikjara li jkun ser jagħmel dan, għandu jispeċifika t-tip ta’ proċeduri tal-insolvenza, jekk ikun hemm, li biha jkun ser japplika din l-Alternattiva. Stat Kontraenti li jagħmel dikjarazzjoni skont dan il-paragrafu għandu jispeċifika l-perjodu ta’ żmien mitlub mill-Artikolu IX taħt il-paragrafu 4 tal-Alternattiva A, il-paragrafu 3 tal-Alternattiva B jew il-paragrafi 5 u 15 tal-Alternattiva C, kif ikun applikabbli.

4.   Il-Qrati tal-Istati Kontraenti għandhom japplikaw l-Artikolu IX b’konformità mad-dikjarazzjoni magħmula mill-Istat Kontraenti li jkollu l-ġurisdizzjoniprimarja tal-insolvenza.

Artikolu XXVIII

Riżervi u dikjarazzjonijiet

1.   L-ebda riżervi ma jistgħu jsiru għal dan il-Protokoll iżda d-dikjarazzjonijiet awtorizzati mill-Artikoli XIII, XIV, XXIV, XXV, XXVII, XXIX and XXX jistgħu jsiru skont dawn id-dispożizzjonijiet.

2.   Kwalunkwe dikjarazzjoni jew dikjarazzjoni sussegwenti jew kull irtirar ta’ dikjarazzjoni li ssir skont dan il-Protokoll għandha tiġi notifikata bil-miktub lid-Depożitarju.

Artikolu XXIX

Dikjarazzjonijiet u Konvenzjonijiet

1.   Dikjarazzjonijiet li jkun saru skont il-Konvenzjoni, inklużi dawk li li jkunu saru skont l-Artikoli 39, 40, 50, 53, 54, 55, 57, 58 u 60, għandhom jitqiesu li jkunu saru taħt dan il-Protokoll sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

2.   Għall-iskopijiet tal-Artikolu 50(1) tal-Konvenzjoni, “tranżazzjoni interna” b’rabta mal-vetturi ferrovjarji, għandha wkoll tfisser, tranżazzjoni ta’ tip elenkat fl-Artikolu 2(2)(a) sa (c) tal-Konvenzjoni fejn il-vettura ferrovjarja, fl-użu normali tagħha, tkun tista’ titħaddem biss f’sistema ferrovjarja unika fl-Istat Kontraenti kkonċernat, minħabba l-kejl tal-linji (track gauge) jew elementi oħra fid-diżinn tal-vettura ferrovjarja.

Artikolu XXX

Dikjarazzjonijiet sussegwenti

1.   Stat Parti jista’ jagħmel dikjarazzjoni sussegwenti, minbarra dikjarazzjoni li ssir skont l-Artikolu XXIX taħt l-Artikolu 60 tal-Konvenzjoni, fi kwalunkwe żmien wara d-data li fih dan il-Protokoll ikun daħal fis-seħħ, billi jiġi notifikat id-Depożitarju għal dan il-għan.

2.   Kwalunkwe dikjarazzjoni bħal din għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar li jsegwi l-iskadenza ta’ perjodu ta’ sitt xhur wara d-data tal-wasla tan-notifika għand id-Depożitarju. Fejn fin-notifika tkun speċifikat li jrid ikun hemm żmien itwal biex dik id-dikjarazzjoni tidħol fis-seħħ, din tidħol fis-seħħ wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu itwal stipulat mid-data li fiha d-Depożitarju jkun irċieva n-notifika.

3.   Minkejja l-paragrafi preċedenti, dan il-Protokoll għandu jkompli jiġi applikat, daqs li kieku ma tkun saret l-ebda dikjarazzjoni bħal din, fir-rigward tad-drittijiet u l-garanziji kollha li jsiru qabel id-data effettiva ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni bħal din.

Artikolu XXXI

Irtirar tad-dikjarazzjonijiet

1.   Kwalunkwe Stat Parti li jkun għamel dikjarazzjoni skont dan il-protokoll, minbarra dikjarazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu XXIX taħt l-Artikolu 60 tal-Konvenzjoni, tista’ tirtira d-dikjarazzjoni meta trid billi tavża lid-Depożitarju. Din id-dikjarazzjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar li jsegwi l-iskadenza ta’ perjodu ta’ sitt xhur wara d-data tal-wasla tan-notifika għand id-Depożitarju.

2.   Minkejja l-paragrafi preċedenti, dan il-Protokoll għandu jkompli jiġi applikat, daqs li kieku ma jkun sar l-ebda rtirar, fir-rigward tad-drittijiet u l-garanziji kollha li joħorġu qabel id-data effettiva ta’ kwalunkwe rtirar bħal dan.

Artikolu XXXII

Denunzji

1.   Kull Stat Parti jista’ jiddenunzja lil dan il-Protokoll b’notifika bil-miktub lid-Depożitarju.

2.   Kwalunkwe denunzja bħal din għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar li jsegwi l-iskadenza ta’ perjodu ta’ sitt xhur wara d-data tal-wasla tan-notifika għand id-Depożitarju.

3.   Minkejja l-paragrafi preċedenti, dan il-Protokoll għandu jkompli jiġi applikat, daqs li kieku ma jkun sar l-ebda denunzja, fir-rigward tad-drittijiet u l-garanziji kollha li joħorġu qabel id-data effettiva ta’ kwalunkwe denunzja bħal din.

Artikolu XXXIII

Konferenzi ta’ reviżjoni, emendi u materji relatati

1.   Id-Depożitarju, b’konsultazzjoni mal-Awtorità ta’ Sorveljanza, għandu jipprepara rapporti kull sena, jew fi żmien ieħor skont ma jitolbu ċ-ċirkostanzi, lill-Istati Parti dwar il-mod li bih ikun fil-fatt ġie operat ir-reġim internazzjonali fil-Konvenzjoni kif emendat minn dan il-Protokoll. Meta jkunu qed jiġu ppreparati dawn ir-rapporti, id-Depożitarju għandu jikkunsidra r-rapporti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza dwar il-funzjoni tas-sistema internazzjonali ta’ reġistrazzjoni.

2.   Fuq talba ta’ mhux anqas minn ħamsa u għoxrin fil-mija tal-Istati Kontraenti, minn żmien għal żmien,għandhom jitlaqqgħu Konferenzi ta’ Reviżjoni tal-Istati Kontraenti mid-Depożitarju, b’konsultazzjoni mal-Awtorità ta’ Sorveljanza, biex tiġi kkunsidrata:

(a)

l-operazzjoni prattika tal-Konvenzjoni kif emedata minn dan il-Protokoll u l-effikaċja tagħha għall-iffaċilitar tal-finanzjament ibbażat fuq l-assi u l-leasing tal-oġġetti koperti mit-termini tagħha;

(b)

l-interpretazzjoni ġuridika mogħtija lit-termini ta’ dan il-Protokoll u l-applikazzjoni tagħha u r-regolament;

(ċ)

Il-funzjoni tas-sistemi internazzjonali ta’ reġistrazzjoni, il-prestazzjoni tar-Reġistratur u l-viżjoni tal-Awtrorità ta’ Sorveljanza, meta jiġu kkunsidrati r-rapporti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza. u;

(d)

jekk kwalunkwe modifika għal dan il-Protokoll u l-arranġamenti marbuta mar-Reġistru Internazzjonali jkunux mixtieqa.

3.   Kwalunkwe emenda għal dan il-Protokoll għandha tiġi approvata b’tal-anqas minn maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Istati Kontraenti li jkunu qed jieħdu sehem fil-Konferenza msemmija fil-paragrafu preċedenti u għandha mbagħad tidħol fis-seħħ fl-Istati li jkunu rratifikaw, aċċettaw jew approvaw din l-emenda, li tkun aċċettata jew approvata minn erba’ Stati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu XXIII relatati mad-dħul fis-seħħ.

Artikolu XXXIV

Depożitarju u l-funzjonijiet tiegħu

1.   L-instrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, għandhom jiġu ddepożitati mal-Unidroit, hawnhekk innominat bħala d-Depożitarju.

2.   Id-Depożitarju għandu:

(a)

jinforma lill-Istati Kontraenti kollha:

(i)

b’kull firma ġdida jew depożitu ta’ xi strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, flimkien mad-data tiegħu;

(ii)

bid-data tad-depożitu taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu XXIII(1)(b);

(iii)

bid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll;

(iv)

b’kull dikjarazzjoni li ssir skont dan il-Protokoll, flimkien mad-data tagħha;

(v)

bit-tneħħija jew l-emenda ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni, flimkien mad-data tagħha; u

(vi)

bin-notifika ta’ kwalunkwe denunzja ta’ dan il-Protokoll flimkien mad-data tad-denunzja u d-data li fiha tidħol fis-seħħ;

(b)

jittrażmetti kopji ċċertifikati veri ta’ dan il-Protokoll lill-Istati Kontraenti kollha;

(ċ)

jipprovdi lill-Awtorità ta’ Sorveljanza u lir-Reġistratur b’kopja ta’ kull strument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, flimkien mad-data tad-depożitu tiegħu, ta’ kull dikjarazzjoni jew it-tneħħija jew l-emenda ta’ dikjarazzjoni u ta’ kull notifika ta’ denunzja, flimkien mad-data tan-notifika tiegħu, sabiex l-informazzjoni li jkollu tkun disponibbli faċilment u b’mod sħiħ. u;

(d)

jaqdi funzjonijiet oħra li soltu jsiru minn depożitarji.

B’ XHIEDA TA’ DAN il-Plenipotenzjarji hawn taħt iffirmati, wara li ġew awtorizzati kif dovut, iffirmaw dan il-Protokoll.

MAGĦMUL fil-Lussemburgu, fit-tlieta u għoxrin jum ta’ Frar, elfejn u sebgħa, b’oriġinal uniku bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, it-testi kollha jkunu kollha awtentiċi bl-istess mod, b’tali awtentiċità tibda sseħħ mal-verifika mis-Segretarjat tal-Konferenza taħt l-awtorità tal-President tal-Konferenza fi żmien disgħin jum minn meta jkun hemm konsistenza bejn it-testi.


Az oldal tetejére