Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2009_088_R_0079_01

    2009/193/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VI – il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ April 2008 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VI – il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    ĠU L 88, 31.3.2009, p. 79–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 88/79


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-22 ta' April 2008

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VI – il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    (2009/193/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (1),

    wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (C6-0367/2007) (2),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2006,

    wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),

    wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

    wara li kkunsidra ir-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0098/2008),

    1.

    Jagħti lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2006;

    2.

    Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Hans-Gert PÖTTERING

    Is-Segretarju Ġenerali

    Harald RØMER


    (1)  ĠU L 78, 15.3.2006.

    (2)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.

    (3)  ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.

    (4)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.

    (5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


    RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-22 ta’ April 2008

    li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VI – il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (1),

    wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (C6-0367/2007) (2),

    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2006,

    wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3),

    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),

    wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

    wara li kkunsidra ir-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0098/2008),

    1.

    Jinnota li fl-2006 il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC) kellu approprijazzjonijiet ta’ impenn disponibbli li jammontaw għal total ta’ EUR 112 389 673,52 (2005: EUR 106 880 105,67), b’rata ta’ utilizzazzjoni ta’ 97,01 %;

    2.

    Jinnota li, wara l-introduzzjoni tal-kontabilità fuq bażi ta’ accruals b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005, ir-rendikonti finanzjarji tal-EESC wrew rendiment ekonomiku negattiv ta’ EUR 2 204 729 (defiċit) u ammonti identiċi (EUR 164 448 636) kemm fir-rigward tal-attivi u tal-passivi;

    3.

    Jilqa’ b’sodifazzjon il-firma f’Diċembru 2007 ta’ Ftehim ta’ Koperazzjoni Amministrattiva bejn l-EESC u l-Kumitat tar-Reġjuni (CoR) għall-perjodu 2008 sa 2014; huwa konvint li l-koperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet se tkun finanzjarjament vantaġġuża għall-Ewropew li jħallas it-taxxa;

    4.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn ċar taż-żewġ Kumitati għall-għan tal-armonizzazzjoni tal-istandards tal-kontroll intern tagħhom, ibbażati fuq l-aħjar prattiki, kif ukoll proċeduri finanzjarji rilevanti oħra marbuta mas-Servizzi Konġunti;

    5.

    Jinnota li l-Ftehim l-ġdid iżomm l-oqsma l-iktar importanti (infrastrutturi, IT u telekomunikazzjoni kif ukoll it-traduzzjoni, inkluża l-produzzjoni tad-dokumenti) fil-kamp tal-mandat tas-Servizzi Konġunti, waqt li numru limitat ta’ servizzi ġew isseparati, bħas-servizzi interni, s-servizz soċjo-mediku, il-librerija u t-tħejjija għall-istampar;

    6.

    Jinsisti madankollu li din is-separazzjoni m’għandhiex taffettwa lill-baġit, u, għalhekk, iħeġġeġ liż-żewġ Kumitati biex jagħmlu analiżi konġunta bħala parti mir-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu ta’ żmien sabiex jevalwaw jekk iċ-ċaqlieq ta’ riżorsi kienx ta’ benefiċċju għat-tnejn; jistieden liż-żewġ Kumitati biex iżommu lill-Parlament infurmat bil-mini-ftehim ta’ koperazzjoni fl-oqsma kkonċernati mis-separazzjoni;

    7.

    Jiġbed l-attenzjoni għar-rimarka li saret mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-paragrafu 10.19 tar-Rapport Annwali msemmi hawn fuq li xi nuqqasijiet ta’ mmaniġġjar u kontroll dehru fir-rigward tal-akkwist pubbliku; jinnota bi tħassib il-perċentaġġ għoli ta’ proċeduri nnegozjati, minflok sejħiet għall-offerti, fil-kuntest tan-nefqa sħiħa għall-akkwist; jilqa’ b’sodisfazzjon madankollu l-informazzjoni pprovduta mis-Servizzi Konġunti skont liema, fir-rigward ta’ parti kbira mis-servizzi relatati mal-bini li qabel kienu ngħataw wara proċeduri nnegozjati ġew iffirmati, kuntratti ġodda wara sejħiet għall-offerti, jew għaddejjin bħalissa proċeduri ta’ sejħa għall-offerti;

    8.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan il-kuntest il-ħolqien fi ħdan is-Servizzi Konġunti ta’ Taqsima tal-Kuntratti li tipprovdi għajnuna lid-dipartimenti operattivi kollha fis-Servizzi Konġunti fil-qasam tal-akkwist pubbliku; jinnota li skont il-Ftehim l-ġdid is-servizz ta’ verifika tas-Servizzi Konġunti ġie ttrasferiti għas-servizzi ta’ kull Kumitat;

    9.

    Jinnota li, skont it-tweġibiet tas-Servizzi Konġunti għall-kwestjonarju tar-Rapporteur, bl-okkupazzjoni tal-bini Remorquer u Van Maerlant fl-2007, 92 % tal-ispazju totali għall-uffiċċji tal-Kumitati issa huwa okkupat u l-ħtiġijiet tagħhom għall-ispazju ġew sodisfatti għas-snin li ġejjin;

    10.

    Jinnota, fir-rigward tar-rinnovazzjoni tas-sala tad-dħul tal-Montoyer, li l-Awditur Intern tal-EESC ikkonkluda fir-rapport tiegħu li “huwa ma sabx elementi li jissuġġerixxu li ma kienx possibli li jiġi difiż il-ħlas tal-multi għat-tkomplija tard tar-rinnovazzjoni tas-sala tal-bini Montoyer”; jinnota li dan ir-rapport kien preżentat lill-OLAF u li dan ma rriżultax f’xi segwitu li jafu bih l-EESC jew il-CoR;

    11.

    Jinnota li fir-rapport annwali dwar l-attività tiegħu, l-EESC ikkunsidra li n-numru ta’ kontrolli ex post li saru fl-2006 ma kienx biżżejjed; jinnota b’sodisfazzjon il-passi li ħa l-EESC biex ittejjeb din is-sitwazzjoni, inklużi l-ħolqien ta’ sitwazzjoni stabbli ta’ persunal, it-titjib tal-interoperabilità tal-verifikaturi, u passi oħra simili;

    12.

    Jikkunsidra li huwa kruċjali li l-kontrolli mwettqa, pereżempju, mill-uffiċjali li jawtorizzaw, verifikaturi u awdituri, ikunu stretti biżżejjed; jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza ta’ numru suffiċjenti ta’ kontrolli każwali fis-setturi kollha, flimkien ma’ dawk il-ftit strateġiċi li jippreżentaw riskju ogħla;

    13.

    Jinnota b’sodisfazzjon f’dan il-kuntest l-assigurazzjoni personali li ngħatat mis-Segretarju Ġenerali tal-EESC lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li ġew stabbiliti garanziji u salvagwardji raġonevoli fir-rigward l-effiċjenza u r-regolarità ta’ kontrolli ex ante u ex post;

    14.

    Jilqa’ b’sodisfazzjon it-twaqqif ta’ kumitat ta’ verifika magħmul minn tliet membri tal-EESC, mgħejjuna minn awditur estern u li jirrapporta lill-President tal-EESC, u li r-responsabilitajiet tiegħu jinkludu, fost affarijiet oħra, il-verifika tal-indipendenza tal-Unità Interna tal-Verifika u l-evalwazzjoni tal-passi li ttieħdu b’risposta għar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti ta’ verifika;

    15.

    Jinnota b’dispjaċir li, fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali fil-Belġju kontra ex-membru tal-EESC rigward spejjeż għall-ivvjaġġar (imsemmija fil-paragrafu 4 tar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-Parlament tas-27 t’April 2006 (6), is-smigħ quddiem it-tribunal kien pospost ħames darbiet, li tlieta minnhom kienu fuq talba tad-difiża; jinnota b’sodisfazzjon li l-amministrazzjoni tal-EESC tat provi bil-miktub li l-EESC ma tax inkoraġġiment għal dawn il-posponimenti;

    16.

    Jinnota b’sodisfazzjon li reviżjoni ġenerali tar-regoli għar-rimbors tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar u l-laqgħat ġiet adottata fl-10 t’Ottubru 2007 bl-għan li ttejjeb u tissimplifika l-proċeduri nvoluti, waqt li tiżgura t-trasparenza u t-trattament indaqs għall-Membri kollha u tikkunsidra l-iżviluppi teknoloġiċi (bħal pereżempju biljetti elettroniċi, riżervazzjonijiet ta’ lukandi bl-Internet u konferenzi permezz tal-video).


    (1)  ĠU L 78, 15.3.2006.

    (2)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.

    (3)  ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.

    (4)  ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.

    (5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (6)  ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 171.


    Top