Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2006_340_R_0129_01

    2006/845/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004
    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004

    ĠU L 340, 6.12.2006, p. 129–133 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    129


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tas-27 ta' April 2006

    dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004

    (2006/845/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

    wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0104/2006),

    1.

    Jinnota ċ-ċifri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

    Kont tad-dħul u l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003 (6)

    (f'EUR 1000)

     

    2004

    2003

    Dħul mill-operat

    Sussidji tal-Komunità

    7 777

    3 725

    Sussidji oħra

    248

    0

    Rimborż ta' l-infiq

    3

    0

    Dħul ieħor

    350

    0

    Total (a)

    8 378

    3 725

    Infiq ta' l-operat

    Staff

    5 556

    662

    Infiq fuq il-bini u nfiq relatat

    689

    92

    Infiq amministrattiv ieħor

    743

    82

    Allokazzjoni għal provedimenti

    89

    1

    Infiq ta' l-operat

    2 081

    261

    Total (b)

    9 158

    1 098

    Riżultat ta' l-operat (c = a – b)

    - 780

    2 627

    Dħul finanzjarju (d)

    0

    0

    Spejjeż finanzjarji (e)

    2

    0

    Riżultat finanzjarju (f = d – e)

    - 2

    0

    Riżultat għas-sena finanzjarja (g = c + f)

    - 782

    2 627

    2.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004;

    3.

    Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Josep BORRELL FONTELLES

    Is-Segretarju Ġenerali

    Julian PRIESTLEY


    (1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 5.

    (2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 1.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

    (6)  Id-dejta għas-sena finanzjarja 2003 ġew ippreżentati mill-ġdid biex ikunu jistgħu jiġu mqabbla, wara t-tranżizzjoni għas-sistema ta' l-’accruals-based accounting’.


    RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6-0093/2006),

    wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0104/2006),

    A.

    billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

    B.

    billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

    1.

    Ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

    2.

    Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

    3.

    Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

    4.

    Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

    5.

    Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

    6.

    Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

    7.

    Jilqa' l-fatt li l-Qorti ta' l-Awdituri sabet li l-kontijiet ta' l-Aġenzija għall-2004 huma ta' min jorbot fuqhom u li t-tranżazzjonijiet bażiċi meta kkunsidrati fis-sħuħija tagħhom huma legali u regolari;

    8.

    Jinnota r-rimarka tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-baġit inizjali ta' l-Aġenzija u li l-baġits ta' emenda kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ma jagħtux dettalji ta' l-approprjazzjonijiet skond l-artikoli u l-punti kif meħtieġa mill-Artikolu 22 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002; ifakkar lill-Aġenzija fil-prinċipju ta' l-ispeċifikazzjoni u jħeġġiġa biex tirrispetta dan il-prinċipju biex tippermetti l-implimentazzjoni ċara u trasparenti tal-baġits stabbiliti mill-Awtorità Baġitarja;

    9.

    Jinnota li l-Aġenzija ma rreġistratx it-telf fuq il-baġit ta' l-2003 bħala baġit ta' emenda fl-2004 skond ir-regoli; jistenna li l-Aġenzija, fil-futur, tinkludi bilanċi negattivi fl-aħħar tas-sena f'baġits ta' emenda fis-sena finanzjarja li jmiss;

    10.

    Hu mħasseb bl-anomaliji nnutati mill-Qorti ta' l-Awdituri fit-tmexxija baġitarja, inkluż nuqqas ta' kwalunkwe indikazzjoni fil-baġits ta' emenda dwar trasferimenti magħmula jew dwar ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti u l-fatt li naqas milli jinforma lill-Bord tat-Tmexxija dwar trasferimenti u pagament fuq self barra l-baġit; jilqa' l-passi meħuda mill-Aġenzija biex ittejjeb it-tmexxija baġitarja;

    11.

    Jinnota li fl-2004 l-Aġenzija kienet għadha ma adottatx ir-regoli ta' implimentazzjoni għar-regolament finanzjarju tagħha u kienet għadha ma wettqitx analiżi tar-riskju jew ippreparat standards ta' kontroll intern; jilqa' l-adozzjoni finali f'Ġunju 2005 mill-Aġenzija tar-regoli ta' implimentazzjoni għar-regolament finanzjarju tagħha u r-reklutaġġ ta' meniġer tar-riskju/awditur intern;

    12.

    Jinnota li l-proċeduri fl-Aġenzija għas-selezzjoni ta' membri ta' l-istaff varjaw bejn grupp ta' selezzjoni u ieħor u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija biex jaqblu dwar proċedura trasparenti u koerenti ta' reklutaġġ konsistenti mal-ħtiġijiet ta' l-Aġenzija f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħaddiema speċifikament ikkwalifikati;

    13.

    Jinnota bi pjaċir l-assigurazzjoni ta' l-Aġenzija li l-proċeduri ta' reklutaġġ ser isiru formali billi jitfasslu kotba ta' proċedura biex tittejjeb it-trasparenza ta' deċiżjonijiet meħuda f'dan ir-rigward u biex ikunu evitati varjazzjonijiet li jidhru arbitrarji fil-proċeduri tas-selezzjoni ta' membri ta' l-istaff, kif enfasizzat il-Qorti ta' l-Awdituri;

    14.

    Jinnota li 'l fuq minn 70 % tas-sussidju tal-Kummissjoni lill-Aġenzija kien implimentat skond it-Titoli I u II, li jikkonċernaw biss l-ispejjeż tal-ħaddiema u dawk amministrattivi, u li, fl-infiq ta' l-operat, l-Aġenzija nefqet biss madwar 10 % tas-sussidju tal-Kummissjoni; jinnota wkoll li ż-żieda bejn l-2003 u l-2004 fl-infiq fuq il-ħaddiema u l-amministrazzjoni kienet ħafna ogħla miż-żieda fl-infiq ta' l-operat;

    15.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu kemm jista' jkun mill-qrib il-pjan ta' ħidma li jiġi miftiehem għas-sena ta' wara, biex l-attivitajiet ikunu jistgħu jiġu ppjanati u implimentati sew, u b'mod partikolari biex jiġu evitati bidliet kbar u fl-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol.

    16.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni iktar effettiva, billi tevita x-xogħol ripetut u billi tindirizza nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu tas-sistemi tat-tmexxija l-iktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija tajba tal-baġit.


    (1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 5.

    (2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 1.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).


    Top