Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2006_224_R_0008_01

    2006/535/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ April 2004 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjonili jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea
    Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 224, 16.8.2006, p. 8–13 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    16.8.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    8


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-29 ta’ April 2004

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjonili jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea

    (2006/535/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att anness mat-Trattat ta' l-Adeżjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    It-8 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, sabiex tinnegozja mar-Repubblika tal-Moldova Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea, u li jipprovdi għal ċerti aġġustamenti tekniċi marbuta ma' l-iżviluppi istituzzjonali u legali fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu f'data aktar tard, il-Protokoll ġie negozjat bejn il-Partijiet and issa għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    (3)

    Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data ta' l-Adeżjoni, u dan sa meta jitlestew il-proċeduri relevanti għall-konklużjoni formali tiegħu,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Repubblika ta’ l-Ungerija ma’ l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu fi stadju aktar tard.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni (1).

    Artikolu 2

    Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data ta' l-Adeżjoni.

    Magħmula fil-Lussemburgu, nhar id-29 ta’ April 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PRÖLL


    (1)  Ara paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    PROTOKOLL

    għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA' SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

    IR-RENJU TA' L-OLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

    minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Istati Membri”, rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, u

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA,

    minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Komunitajiet”, rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea,

    min-naħa l-waħda, u

    R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

    min-naħa l-oħra,

    WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussel fit-28 ta' Novembru 1994 (minn issa 'l quddiem il-“Ftehim”) u għandhom jadottaw u jieħdu nota rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, l-Iskambji ta' Ittri, u d-Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova annessi ma' l-Att Finali iffirmat fl-istess data u l-Protokoll għall-Ftehim tal-15 ta' Mejju 1997 li daħal fis-seħħ fit-12 ta' Ottubru 2000.

    Artikolu 2

    Biex jittieħed kont ta' żviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li, wara t-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, dispożizzjonijiet eżistenti fil-Ftehim li jirreferu għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu li qed jirreferu għall-Komunità Ewropea li assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha kkuntrattati mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

    Artikolu 3

    Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika tal-Moldova skond il-proċeduri tagħhom stess.

    2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettieq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu ta' qabel dan. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum bħat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-2003, basta li l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data.

    2.   Meta mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data ta' meta jkun ġie depożitat l-aħħar strument ta' approvazzjoni

    3.   Meta mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel l-1 ta' Mejju 2004, dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.

    Artikolu 6

    It-testi tal-Ftehim, ta’ l-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu, kif ukoll il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni tal-15 ta' Mejju 1997, huma mfassla fil-lingwa Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka, Slovena u Ungeriża.

    Dawn it-testi (1) huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi mat-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma imfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, kif ukoll il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni tal-15 ta' Mejju 1997.

    Artikolu 7

    Dan il-Protokoll huwa mfassal f'żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Moldava, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

    Hecho en Bruselas, el treinta de abril de dos mil cuatro.

    V Bruselu dne třicátého dubna dva tisíce čtyři.

    Udfærdiget i Bruxelles den tredivte april to tusind og fire.

    Geschehen zu Brüssel am dreißigsten April zweitausendundvier.

    Kahe tuhande neljanda aasta kolmekümnendal aprillil Brüsselis.

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα Απριλίου δύο χιλιάδες τέσσερα.

    Done at Brussels on the thirtieth day of April in the year two thousand and four.

    Fait à Bruxelles, le trente avril deux mille quatre.

    Fatto a Bruxelles, addì trenta aprile duemilaquattro.

    Briselē, divi tūkstoši ceturtā gada trīsdesmitajā aprīlī.

    Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų balandžio trisdešimtą dieną Briuselyje.

    Kelt Brüsszelben, a kétezer-negyedik év április havának tizenharmadik napján.

    Magħmul fi Brussel fit-tletin jum ta' April tas-sena elfejn u erbgħa.

    Gedaan te Brussel, de dertigste april tweeduizendvier.

    Sporządzono w Brukseli, dnia trzynastego kwietnia roku dwa tysiące czwartego.

    Feito em Bruxelas, em trinta de Abril de dois mil e quatro.

    V Bruseli tridsiateho apríla dvetisícštyri.

    V Bruslju, dne tridesetega aprila leta dva tisoč štiri.

    Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljä.

    Som skedde i Bryssel den trettionde april tjugohundrafyra.

    Întocmit la Bruxelles în a treizecea zi a lunii aprilie în anul doua mii patru.

    Por los Estados miembros

    Za členské státy

    For medlemsstaterne

    Für die Mitgliedstaaten

    Liikmesriikide nimel

    Για τα κράτη μέλη

    For the Member States

    Pour les États membres

    Per gli Stati membri

    Dalībvalstu vārdā

    Valstybių narių vardu

    A tagállamok részéről

    Għall-Istati Membri

    Voor de lidstaten

    W imieniu Państw Członkowskich

    Pelos Estados-Membros

    Za členské štáty

    Za države članice

    Jäsenvaltioiden puolesta

    På medlemsstaternas vägnar

    Pentru Statele Membre

    Image

    Por las Comunidades Europeas

    Za Evropská společenství

    For De Europæiske Fællesskaber

    Für die Europäischen Gemeinschaften

    Euroopa ühenduste nimel

    Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

    For the European Communities

    Pour les Communautés européennes

    Per le Comunità europee

    Eiropas Kopienu vārdā

    Europos Bendrijų vardu

    Az Európai Közösségek részéről

    Għall-Komunitajiet Ewropej

    Voor de Europese Gemeenschappen

    W imieniu Wspólnot Europejskich

    Pelas Comunidades Europeias

    Za Európske spoločenstvá

    Za Evropske skupnosti

    Euroopan yhteisöjen puolesta

    På Europeiska gemenskapernas vägnar

    Pentru Comunitatile Europene

    Image

    Image

    Por la República de Moldova

    Za Moldavskou republiku

    For Republikken Moldova

    Für die Republik Moldau

    Moldova Vabariigi nimel

    Για τη Δημοκρατία της Μολδαβίας

    For the Republic of Moldova

    Pour la République de Moldova

    Per la Repubblica di Moldova

    Moldovas Republikas vārdā

    Moldovos Respublikos vardu

    Moldova részéről

    Għar-Repubblika tal-Moldavja

    Voor de Republiek Moldavië

    W imieniu Republiki Mołdowy

    Pela República da Moldávia

    Za Moldavskú republiku

    Za Republiko Moldavijo

    Moldovan tasavallan puolesta

    På Republiken Moldaviens vägnar

    Pentru Republica Moldova

    Image


    (1)  Il-verżjoni Ċeka, Estonjana, Latvjana. Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka, Slovena u Ungeriża ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċċjali f'data aktar tard.


    Top