Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2006_185_R_0001_01

    2006/452/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea
    Protokoll għall-ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, Tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 185, 6.7.2006, p. 1–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    6.7.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    1


    Deċiżjoni tal-Kunsill

    tad-29 ta' April 2004

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    (2006/452/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att anness mat-Trattat ta' l-Adeżjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    It-8 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, sabiex tinnegozja mar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea, u li jipprovdi għal ċerti aġġustamenti tekniċi marbuta ma' l-iżviluppi istituzzjonali u legali fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu f'data aktar tard, il-Protokoll ġie negozjat bejn il-Partijiet and issa għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    (3)

    Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data ta' l-Adeżjoni, u dan sa meta jitlestew il-proċeduri relevanti għall-konklużjoni formali tiegħu,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu fi stadju aktar tard.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni (1).

    Artikolu 2

    Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data ta' l-Adeżjoni.

    Magħmula fil-Lussemburgo, id-29 ta' April 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Mc DOWELL


    (1)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċċjali.


    PROTOKOLL

    għall-ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri Tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, Tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    IR-RENJU TA' SPANJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

    IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

    IR-RENJU TA' L-OLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

    minn issa ‘l quddiem imsejħa l-“Istati Membri” rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, u

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA,

    minn issa ‘l quddiem imsejħa “l-Komunitajiet” rappreżentati, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea,

    min-naħa l-waħda, u

    R-REPUBBLIKA TA' L-AŻERBAJĠAN

    min-naħa l-oħra,

    WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-22 ta' April 1996 (minn issa ‘l quddiem il-“Ftehim”) u għandhom jadottaw u jieħdu nota rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, tat-testi tal-Ftehim u d-dokumenti annessi miegħu.

    Artikolu 2

    Biex jittieħed kont ta' l-iżviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li, wara t-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, dispożizzjonijiet eżistenti fil-Ftehim li jirreferu għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu li qed jirreferu għall-Komunità Ewropea, li assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha kkuntrattati mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

    Artikolu 3

    Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika ta' l-Ażerbajġan skond il-proċeduri tagħhom stess.

    2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettieq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu ta' qabel dan. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ, fl-istess jum bħat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-2003, basta li l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data.

    2.   Meta mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data ta' meta jkun ġie depożitat l-aħħar strument ta' approvazzjoni.

    3.   Meta mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel l-1 ta' Mejju 2004, dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.

    Artikolu 6

    It-testi tal-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu huma mfassla fil-lingwa Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovena u Slovakka.

    Dawn it-testi huma annessi (1) ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi mat-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma imfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu.

    Artikolu 7

    Dan il-Protokoll huwa mfassal f'żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola, Svediża u Ażerbajġana, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

    Hecho en Bruselas, el dieciocho de mayo de dos mil cuatro.

    V Bruselu dne osmnáctého května dva tisíce čtyři

    Udfærdiget i Bruxelles den attende maj to tusind og fire.

    Geschehen zu Brüssel am achtzehnten Mai zweitausendundvier.

    Kahe tuhande neljanda aasta maikuu kaheksateistkümnendal päeval Brüsselis

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα οκτώ Μαΐου δύο χιλιάδες τέσσερα.

    Done at Brussels on the eighteenth day of May in the year two thousand and four.

    Fait à Bruxelles, le dix-huit mai deux mille quatre.

    Fatto a Bruxelles, addì diciotto maggio duemilaquattro.

    Briselē, divi tūkstoši ceturtā gada astoņpadsmitajā maijā.

    Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų gegužės aštuonioliktą dieną Briuselyje.

    Kelt Brüsszelben, a kettőezer-negyedik év május havának tizennyolcadik napján.

    Maghmul fi Brussel, nhar it-tmintax ta' Mejju, 2004

    Gedaan te Brussel, de achttiende mei tweeduizend vier.

    Sporządzono w Brukseli, dnia osiemnastego maja roku dwa tysiące czwartego

    Feito em Bruxelas, em dezoito de Maio de dois mil e quatro.

    V Bruseli dňa osemnásteho mája dvetisícštyri

    V Bruslju, dne osemnajstega maja leta dva tisoč štiri.

    Tehty Brysselissä kahdeksantenatoista päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattaneljä.

    Som skedde i Bryssel den artonde maj tjugohundrafyra.

    Brüsseldә iki min dördüncü ilin mayın on sәkkizindә imzalanmışdır.

    Por los Estados miembros

    Za členské státy

    For medlemsstaterne

    Für die Mitgliedstaaten

    Liikmesriikide nimel

    Για τα κράτη μέλη

    For the Member States

    Pour les États membres

    Per gli Stati membri

    Dalībvalstu vārdā

    Valstybių narių vardu

    A tagállamok részéről

    Għall-Istati Membri

    Voor de lidstaten

    W imieniu Państw Członkowskich

    Pelos Estados-Membros

    Za členské štáty

    Za države članice

    Jäsenvaltioiden puolesta

    På medlemsstaternas vägnar

    Üzv dövlәtlәr adından

    Image

    Por las Comunidades Europeas

    Za Evropská společenství

    For De Europæiske Fællesskaber

    Für die Europäischen Gemeinschaften

    Euroopa ühenduste nimel

    Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

    For the European Communities

    Pour les Communautés européennes

    Per le Comunità europee

    Eiropas Kopienu vārdā

    Europos Bendrijų vardu

    Az Európai Közösségek részéről

    Għall-Komunitajiet Ewropej

    Voor de Europese Gemeenschappen

    W imieniu Wspólnot Europejskich

    Pelas Comunidades Europeias

    Za Európske spoločenstvá

    Za Evropske skupnosti

    Euroopan yhteisöjen puolesta

    På Europeiska gemenskapernas vägnar

    Avropa Birliyi adından

    Image

    Por la República de Azerbaiyán

    Za Ázerbájdžánskou republiku

    For Republikken Aserbajdsjan

    Für die Republik Aserbaidschan

    Aserbaidžaani Vabariigi nimel

    Για τη Δημοκρατία του Αζερμπαϊτζάν

    For the Republic of Azerbaijan

    Pour la République d'Azerbaïdjan

    Per la Repubblica dell'Azerbaigian

    Azerbaidžānas Republikas vārdā

    AzerbaidÞano Respublikos vardu

    Azerbajdzsán részéről

    Għar-Repubblika ta' l-Ażerbajġan

    Voor de Republiek Azerbeidzjan

    W imieniu Republiki Azerbejdżanskiej

    Pela República do Azerbaijão

    Za Azerbajdžanskú republiku

    Za Azerbajdžansko republiko

    Azerbaidžanin tasavallan puolesta

    På Republiken Azerbajdzjans vägnar

    Azәrbaycan Respublikası adından

    Image


    (1)  Il-verżjoni Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovena u Slovakka ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f'data aktar tard.


    Top