Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2014:040:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 040, 11 ta' Frar 2014


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.040.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 40

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
11 ta' Frar 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 040/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 tal-10 ta’ Frar 2014)

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 040/02

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 040/03

Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

4

2014/C 040/04

Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

5

2014/C 040/05

Lista ta’ uffiċċji tad-dwana li ngħataw l-inkarigu li jittrattaw il-formalitajiet għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali, ippubblikati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 040/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7154 – World Fuel Services Corporation/Watson Petroleum Limited) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

9

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

11.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 tal-10 ta’ Frar 2014)

2014/C 40/01

L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 tal-10 ta’ Frar 2014 (1).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament.

Il-persuni, gruppi jew entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom) fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: CP 931 designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni biex jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sat-28 ta' Frar 2014.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 40, 11.2.2014, p. 9.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.


Il-Kummissjoni Ewropea

11.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Frar 2014

2014/C 40/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3638

JPY

Yen Ġappuniż

139,26

DKK

Krona Daniża

7,4623

GBP

Lira Sterlina

0,83160

SEK

Krona Żvediża

8,8457

CHF

Frank Żvizzeru

1,2234

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3580

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,547

HUF

Forint Ungeriż

310,88

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1803

RON

Leu Rumen

4,4748

TRY

Lira Turka

3,0251

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5259

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5063

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5791

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6488

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7318

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 461,48

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,1679

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2652

HRK

Kuna Kroata

7,6485

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 601,28

MYR

Ringgit Malażjan

4,5604

PHP

Peso Filippin

61,404

RUB

Rouble Russu

47,4027

THB

Baht Tajlandiż

44,750

BRL

Real Brażiljan

3,2653

MXN

Peso Messikan

18,1372

INR

Rupi Indjan

85,0391


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

11.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/4


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2014/C 40/03

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tiftix għall-idrokarburi fil-blokk N5, kif indikata fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament Minerarju (Mijnbouregeling) (Staatscourant 2002, Nru 245).

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b'din jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokk N5 tal-blata kontinentali tal-Pajjiżi l-Baxxi, b'referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 tal-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu għal 13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

De Minister van Economische Zaken

ter attentie van de heer P. Jongerius, directie Energiemarkt

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.

Aktar tagħrif jinkiseb mingħand is-Sur E. J. Hoppel fuq dan in-numru tat-telefown: +31 703797762.


11.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/5


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2014/C 40/04

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tiftix għall-idrokarburi fil-blokk N8, kif indikata fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament Minerarju (Mijnbouregeling) (Staatscourant 2002, Nru 245).

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b'din jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokk N8 tal-blata kontinentali tal-Pajjiżi l-Baxxi, b'referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 tal-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu għal 13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

De minister van Economische Zaken

ter attentie van de heer P. Jongerius, directie Energiemarkt

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.

Aktar tagħrif jinkiseb mingħand is-Sur E. J. Hoppel fuq dan in-numru tat-telefown: +31 703797762.


11.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/6


Lista ta’ uffiċċji tad-dwana li ngħataw l-inkarigu li jittrattaw il-formalitajiet għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali, ippubblikati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 (1)

2014/C 40/05

Stat Membru

Isem tad-dwana

Reġjun (fejn applikabbli)

IL-BELĠJU

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-BULGARIJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

ID-DANIMARKA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-ĠERMANJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

L-ESTONJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

L-IRLANDA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-GREĊJA

Uffiċċji tad-Dwana ta’ Ateni

Ir-raba' Uffiċċju tad-Dwana ta' Tessalonika

 

SPANJA

Dependencia de Aduanas e Impuestos Especiales de Cádiz

Dependencia de Aduanas e Impuestos Especiales de Algeciras

Dependencia de Aduanas e Impuestos Especiales de Málaga

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales del Aeropuerto de Málaga-Costa del Sol

Dependencia Regional de Aduanas e Impuestos Especiales de Andalucía Ceuta y Melilla

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales del Aeropuerto de Zaragoza

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales de Palma de Mallorca

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales de Gran Canaria- Marítima

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales del Aeropuerto de Las Palmas de Gran Canaria: con sede en Telde

Dependencia de Aduanas e Impuestos Especiales de Santa Cruz de Tenerife

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales del Aeropuerto de Santa Cruz de Tenerife Sur-Reina Sofía: con sede en Granadilla de Abona

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales del Aeropuerto de Santa Cruz de Tenerife Norte-Los Rodeos: con sede en La Laguna

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales de Barcelona

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales del Aeropuerto de Barcelona-El Prat: con sede en El Prat de Llobregat

Dependencia Regional de Aduanas e Impuestos Especiales de Galicia

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales del Aeropuerto de Santiago de Compostela

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales del Aeropuerto de Madrid-Barajas

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales de Madrid-carretera: con sede en Coslada

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales de Madrid-ferrocarril

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales de Bilbao-marítima: con sede en Santurtzi

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales del Aeropuerto de Bilbao: con sede en Sondika

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales de Bilbao-carretera-Aparcabisa: con sede en Valle de Trápaga-Trapagaran

Dependencia de Aduanas e Impuestos Especiales de Alicante/Alacant

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales del Aeropuerto de Alicante/Alacant

Dependencia Regional de Aduanas e Impuestos Especiales de Valencia

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales del Aeropuerto de Valencia-Manises: con sede en Manises

Administración de Aduanas e Impuestos Especiales de Valencia-Marítima

 

FRANZA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-KROAZJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

L-ITALJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

ĊIPRU

Id-Dwana tad-Distrett ta' Nikosija

Nikosija

Id-Dwana tad-Distrett ta' Larnaca

Larnaca

Id-Dwana tad-Distrett ta' Limassol

Limassol

IL-LATVJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-LITWANJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-LUSSEMBURGU

 

Luxembourg Aéroport

(LU715000)

 

Centre douanier

(LU704000)

 

L-UNGERIJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

MALTA

L-Unità tal-Proċeduri Ekonomiċi tad-Dwana

Lascaris Wharf, il-Belt Valletta

VLT 1920

 

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

Kull uffiċċju tad-dwana

 

L-AWSTRIJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-POLONJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-PORTUGALL

Alfândega Marítima de Lisboa

Alfândega do Aeroporto de Lisboa

Alfândega de Alverca

Alfândega de Leixões

Alfândega do Aeroporto de Sá Carneiro (Porto)

Alfândega do Funchal

Alfândega de Ponta Delgada

 

IR-RUMANIJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IS-SLOVENJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IL-FINLANDJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

L-ISVEZJA

Kull uffiċċju tad-dwana

 

IR-RENJU UNIT

L-uffiċċji tad-dwana prinċipali/kbar kollha tar-Renju Unit

 


(1)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7154 – World Fuel Services Corporation/Watson Petroleum Limited)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 40/06

1.

Fl-31 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża WFS UK Holding Company II Limited (WFS UK, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn World Fuel Services Corporation (WFS, l-Istati Uniti) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Watson Petroleum Limited (Watson, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal WFS: il-fornitura ta' prodotti tal-karburant għat-trasport bl-ajru, bil-baħar u fuq l-art u servizzi relatati,

għal Watson: il-fornitura ta' prodotti petrolifiċi, speċjalment żejt għat-tisħin, żejt tal-gass, karburant għat-trasport u lubrikanti għall-vetturi/industrijali lil klijenti lokali, kummerċjali, industrijali u agrikoli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7154 – World Fuel Services Corporation/Watson Petroleum Limited, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top