Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2012:167:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 167, 13 ta' Ġunju 2012


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1977-0987

    doi:10.3000/19770987.C_2012.167.mlt

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    tal-Unjoni Ewropea

    C 167

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Informazzjoni u Avviżi

    Volum 55
    13 ta' Ġunju 2012


    Avviż Nru

    Werrej

    Paġna

     

    II   Komunikazzjonijiet

     

    KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

     

    Il-Kummissjoni Ewropea

    2012/C 167/01

    Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6569 – Lecta/Polyedra) ( 1 )

    1

    2012/C 167/02

    Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6468 – ForFarmers/Hendrix) ( 1 )

    1

     

    III   Atti preparatorji

     

    Il-Bank Ċentrali Ewropew

    2012/C 167/03

    Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ April 2012 dwar proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu u proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu (CON/2012/24)

    2

     

    IV   Informazzjoni

     

    INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

     

    Il-Kunsill

    2012/C 167/04

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Ġunju 2012 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012

    15

     

    Il-Kummissjoni Ewropea

    2012/C 167/05

    Rata tal-kambju tal-euro

    16

     

    Il-Qorti tal-Awdituri

    2012/C 167/06

    Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2012 Ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid: Il-progress li sar s’issa

    17

     

    V   Avviżi

     

    PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

     

    Il-Kummissjoni Ewropea

    2012/C 167/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6595 – AXA/BNP Paribas/Immeuble Cergy-Pontoise) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

    18

     


     

    (1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

    MT

     


    II Komunikazzjonijiet

    KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

    Il-Kummissjoni Ewropea

    13.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/1


    Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

    (Każ COMP/M.6569 – Lecta/Polyedra)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 167/01

    Fis-6 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

    Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

    f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6569. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


    13.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/1


    Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

    (Każ COMP/M.6468 – ForFarmers/Hendrix)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 167/02

    Fis-16 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

    Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

    f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6468. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


    III Atti preparatorji

    Il-Bank Ċentrali Ewropew

    13.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/2


    OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-2 ta’ April 2012

    dwar proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu u proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

    (CON/2012/24)

    2012/C 167/03

    Introduzzjoni u bażi legali

    Fit-13 ta’ Diċembru 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1) (minn hawn ‘il quddiem ir-“regolament propost”) u fil-21 ta’ Diċembru 2011 dwar proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu (2) (minn hawn ’il quddiem “id-direttiva proposta”).

    Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost u d-direttiva proposta fihom dispożizzjonijiet li jeffettwaw il-kontribut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5. tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Centrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

    Osservazzjonijiet ġenerali

    Il-BĊE jaqbel mal-għan ġenerali segwit taħt ir-regolament propost u d-direttiva proposta li huwa li jsir kontribut għat-tnaqqis ta' riskji għall-istabbiltà finanzjarja u għat-trawwim mill-ġdid tal-fiduċja ta’ investituri u parteċipanti fis-suq fis-swieq finanzjarji u l-kwalità tal-gradazzjoni. Il-miżuri proposti huma intiżi sabiex (a) inaqqsu d-dipendenza eċċessiva fuq il-gradazzjonijiet esterni; (b) itaffu r-riskji ta’ effetti kuntaġġużi marbutin ma’ bidliet fil-gradazzjonijiet sovrani; (c) itejbu l-kundizzjonijiet tas-suq tal-gradazzjoni tal-kreditu bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-gradazzjonijiet; (d) jiżguraw dritt għal rimedju għall-investituri; u (e) itejbu l-kwalità tal-gradazzjonijiet billi tissaħħaħ l-indipendenza tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (CRAs) u l-promozzjoni ta’ proċessi u metodoloġiji għall-gradazzjoni tal-kreditu li huma sodi. Il-BĊE għandu interess qawwi f’inizjattivi regolatorji li jnaqqsu d-dipendenza fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu esterni (3). L-eżistenza ta’ nuqqasijiet li jidhru fil-gradazzjonijiet tal-kreditu jista’ jkollha effetti importanti fuq il-fiduċja fis-suq u l-possibbiltà ta’ effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja. Fl-isfond ta’ dan, il-BĊE jaqbel mal-għan speċifiku tal-Kummissjoni li titnaqqas id-dipendenza eċċessiva fuq gradazzjonijiet tal-kreditu esterni, li huwa konformi mal-prinċipji stabbiliti mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB) f’dan il-qasam (4).

    Il-BĊE jappoġġa wkoll il-poteri komprensivi fdati lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ CRAs. Il-kompiti addizzjonali tal-AETS taħt ir-regolament propost ser jikkontribwixxu għat-titjib tal-kundizzjonjiet tas-suq tal-gradazzjoni tal-kreditu bil-ħsieb li jittejbu l-kwalità tal-gradazzjonijiet u l-promozzjoni ta’ proċessi u metodoloġiji sodi għall-gradazzjoni tal-kreditu (5).

    Osservazzjonijiet speċifiċi

    1.    Dipendenza eċċessiva fuq gradazzjonijiet tal-kreditu esterni

    Valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji

    1.1.

    Taħt ir-regolament propost, l-istituzzjonijiet finanzjarji jridu jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu u mhux jiddependu biss jew b’mod mekkanistiku fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ entità jew strument finanzjarju (6). Barra minn dan, l-awtoritajiet kompetenti inkarigati bis-superviżjoni ta’ dawn l-impriżi jridu jikkontrollaw mill-qrib l-adegwatezza tal-proċess tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-impriżi (7). Dawn id-dipożizzjonijiet jirriflettu s-sejbiet tar-Rapport de Larosière (8) u jirriflettu l-prinċipju tal-FSB li taħtu l-banek, il-parteċipanti fis-suq u l-investituri istituzzjonali għandhom ikunu mistennija li jagħmlu l-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom stess (9).

    1.2.

    Il-BĊE jappoġġa l-għan komuni tal-FSB u tal-Kummissjoni li titnaqqas id-dipendenza żejda fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu esterni (10). Aktar speċifikament, il-BĊE jinnota illi l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-supervizjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-imprizi ta’ investiment u li temenda d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-supervizjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar imprizi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju (11) tinkludi dispożizzjonijiet li jindirizzaw din il-kwistjoni b’enfasi fuq l-iżvilupp ta’ approċċi interni minn istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji u ukoll b’rabta mal-kreditu u r-riskju tal-kontroparti (12). Barra minn dan, waqt illi istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu wkoll mitluba jiżviluppaw kapaċitajiet ta’ valutazzjoni tar-riskju adegwati, dawn il-kapaċitajiet għandhom ikun proporzjonati man-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.

    Il-BĊE jinnota wkoll l-emendi korrispondenti mdaħħlin fid-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (13). Għalhekk biex tigi żgurata konsistenza bejn ir-regolament propost u l-proviżjonijiet korrispondenti fil-leġiżlazzjoni settorjali, L-ECB tirrakomanda li tiġi ikkjarifikata in-natura tal-obbligazzjoni imposta fuq istituzzjonijiet finanzjarji fir-regolament propost.

    Referenzi għal gradazzjonijiet esterni fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

    1.3.

    Taħt ir-regolament propost l-ABE, l-AEAPX u l-AETS m’għandhomx jirreferu għal gradazzjonijiet tal-kreditu fil-linji gwida, rakkomandazzjonijiet u abbozzi ta’ standards tekniċi tagħhom fejn dawn ir-referenzi jkollhom il-potenzjal li jiskattaw dipendenza mekkanistika fuq gradazzjonijiet tal-kreditu minn awtoritajiet kompetenti jew parteċipanti fis-swieq finanzjarji (14). Ir-regolament propost jissuġġerixxi wkoll illi, sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS jirrevedu u jneħħu, fejn xieraq, ir-referenzi kollha għal gradazzjonijiet tal-kreditu fil-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet eżistenti (15). Rekwiżit simili huwa impost fuq il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) fir-rigward tat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu (16).

    1.4.

    Il-BĊE jifhem illi l-emendi kollha proposti huma intiżi sabiex jimplimentaw il-prinċipji tal-FSB li jistiednu lil min jiffissa l-istandards u ‘l-awtoritajiet biex jivvaluta r-referenzi għall-gradazzjonijiet ta’ CRA fi standards, liġijiet u regolamenti u, kull fejn huwa possibbli, ineħħihom jew ibiddilhom ma’ standards alternattivi ta’ affidabbiltà kreditizja adegwati’ (17). Madankollu, waqt li jista’ jkun rakkomandabbli li jitneħħew dispożizzjonijiet li jimponu rikors obbligatorju għal gradazzjonijiet esterni minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali jew ukoll ir-referenzi kollha għal gradazzjonijiet esterni sal-punt li dawn ir-rekwiżiti jew referenzi għal gradazzjoniiet esterni jistgħu jkunu interpretati bħala li jinkoraġġixxu rikors ‘mekkanistiku’ għal dawn il-gradazzjonijiet, il-BĊE għandu jirrakkomanda l-kawtela fir-rigward tal-abbozzar propost fil-fuq imsemmija dispożizzjonijiet tar-regolament propost (18), peress illi dan jista' jkun diffiċli biex jiġi applikat.

    1.5.

    L-ewwel, fir-rigward tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASEi), il-leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji tal-Unjoni ta’ Livell 1 tirreferi għal gradazzjonijiet tal-kreditu esterni jew valutazzjonijiet tal-kreditu. Dan huwa, pereżempju, il-każ fil-leġiżlazzjoni bankarja tal-Unjoni li tirreferi għal valutazzjonijiet tal-kreditu minn istituzzjonijiet għall-valutazzjoni tal-kreditu esterni (ECAIs) (19) u titlob formalment lill-ABE biex tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi fir-rigward ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu (20). Abbozzi ta’ standards tekniċi żviluppati mill-ASEi huma adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa li jinsabu fil-leġiżlazzjoni Livell 1 (21) u jimmiraw li jissupplimentaw jew jispeċifikaw aktar dawn id-dispożizzjonijiet. Għalhekk, projbizzjoni ta’ referenzi għal valutazzjonijiet tal-kreditu fit-testi fuq imsemmija tidher diffiċli biex tiġi applikata, anke jekk ċertu grad ta’deċiżjoni tħalla lill-ASEi permezz tal-kliem “fejn xieraq” (22). B’mod partikolari, il-valutazzjoni ta’ jekk referenzi għal valutazzjonijiet tal-kreditu effettivament għandhomx il-potenzjal biex jiskattaw dipendenza mekkanistika, minflok ma jippermettu valutazzjoni informata minn investituri u parteċipanti fis-suq, hija suġġettiva, li jirrendi problematika l-introduzzjoni tagħha bħala rekwiżit legali fir-regolament propost

    1.6.

    It-tieni, fir-rigward tal-BERS, il-fuq imsemmija projbizzjoni ta’ referenzi għal valutazzjonijiet tal-kreditu fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonjiet tal-BERS tidher ukoll sproporzjonata peress illi l-valutazzjonijiet tal-kreditu jikkostitwixxu sors validu ta’ informazzjoni u jipprovdu punti ta’ riferiment jew mudelli li jistgħu jintużaw mill-BERS fil-kuntest tal-kompiti tiegħu.

    1.7.

    B’mod ġenerali, il-BĊE jappoġġa l-fehma tal-FSB li l-CRAs għandhom rwol importanti u li l-gradazzjonijiet tagħhom jistgħu jintużaw b’mod xieraq minn ditti bħala parti mill-proċessi interni tagħhom għall-valutazzjoni tal-kreditu (23). F’dan il-kuntest, ir-raġuni tar-riforma preżenti hija li titnaqqas id-dipendenza żejda fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu esterni u li tittejjeb il-kwalità tagħhom imma mhux li jiġi eliminat l-użu tagħhom. Fl-istess ħin, l-użu ta’ gradazzjonijiet ta’ CRAs minn ditta ma jnaqqasx mir-responsabbiltà tagħha li tiżgura li l-iskoperturi ta’ kreditu tagħha huma bbażati fuq valutazzjonjiet sodi (24). Il-BĊE jappoġġa l-approċċ gradwali mħeġġeġ mill-FSB u jinnota illi referenzi għal gradazzjonijiet ta’ CRAs għandhom jitneħħew jew jiġu mibdula biss meta jkunu ġew identifikati u jkunu jistgħu jiġu implimentati alternattivi kredibbli b’mod sikur F’dan il-kuntest, huwa neċessarju li dawk li jiffissaw l-istandards u l-awtoritajiet jiżviluppaw pjanijiet u skedi għat-tranżizzjoni sabiex it-tneħħija jew it-tibdil ta’ referenzi għal gradazzjonijiet ta’ CRAs kull fejn huwa possibbli u t-tisħiħ assoċjat fil-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tar-riskju jiġu introdotti b’mod sikur.

    1.8.

    Il-BĊE jirrakkomanda illi l-Artikolu 1(6) tar-regolament propost (25) jinbidel bi premessa fir-regolament propost illi tfakkar lill-awtoritajiet pubbliċi dwar l-importanza li fejn xieraq isir kontribut għall-objettiv fuq imsemmi li titnaqqas id-dipendenza eċċessiva fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu esterni. Il-BĊE jinnota wkoll illi taħt id-direttiva proposta CRD IV (26) l-ABE, f’kooperazzjoni mal-AEAPX u l-AETS, għandha tippubblika rapport ta’ kull sitt xhur dwar il-punt sa fejn il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membru tirreferi għal gradazzjonijiet esterni u dwar passi meħuda minn Stati Membri biex inaqqsu dawn ir-referenzi Il-BĊE jirrakkomanda illi l-ASEi, wara li jkunu kkunsidraw il-kontributi tal-BĊE u tal-BERS, jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar soluzzjonijiet alternattivi jew kumplimentari possibbli fir-rigward ta’ referenzi għal gradazzjonijiet esterni fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali.

    1.9.

    Għall-finijiet ta’ informazzjoni, Anness II għal din l-Opinjoni jiddeskrivi l-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-kreditu użati mill-Eurosistema fil-kuntest ta’ eliġibbiltà ta’ kollateral għal operazzjonijiet ta’ likwidità.

    2.    Aġenziji għall-gradazzjoni tal-kreditu u istituzzjonijiet għall-valutazzjoni tal-kreditu esterni

    Valutazzjonijiet tal-kreditu esterni u l-eliġibbiltà ta’ ECAIs

    2.1.

    Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistipula illi aġenzija tal-kreditu għandha tapplika għal reġistrazzjoni bħala kundizzjoni biex tiġi rikonoxxuta bħala ECAI (27) skont id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u t-tkomplija tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (28) u li din il-proċedura ta' reġistrazzjoni m’għandhiex tieħu post il-proċess stabbilit li ECAIs jiġu rikonoxxuti skont id-Direttiva 2006/48/KE (29).

    2.2.

    Taħt ir-regolament propost CRD IV (30), il-proċedura għar-rikonoxximent ta’ ECAI minn awtoritajiet kompetenti tirriżulta f’eliġibbiltà “awtomatika” ta’ CRAs li huma rreġistrati jew iċċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Dan japplika wkoll għall-banek ċentrali li joħorġu gradazzjonijiet tal-kreditu li huma eżenti minn dak ir-Regolament (31). Il-BĊE jappoġġa l-proċedura ġdida li tinsab fir-regolament propost CRD IV, peress illi ser tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-proċedura ta’ rikonoxximent għal ECAIs u tiżgura konsistenza kross-settorjali (32). Għall-finijiet taċ-ċarezza legali u t-trasparenza, il-BĊE madankollu jissuġġerixxi li jiġi ċċarat aktar fi premessa tar-regolament propost illi d-dħul fis-seħħ tar-regolament propost CRD IV għandu jimplika rikonoxximent awtomatiku tal-fuq imsemmija CRAs u banek ċentrali (bħala ECAIs) u li hemm ħtieġa li tigi ddefinita l-korrispondenza bejn il-valutazzjonijiet tal-kreditu u l-livelli tal-kwalità tal-kreditu, jiġifieri l-immappjar.

    Immappjar u l-indiċi Ewropew għall-gradazzjoni

    2.3.

    Ir-regolament propost jipprovdi għat-twaqqif mill-AETS ta’ Indiċi Ewropew għall-Gradazzjoni, li ser jinkludi l-gradazzjonijiet tal-kreditu kollha ppreżentati lill-AETS kif ukoll indiċi għall-gradazzjoni aggregata għal kull strument ta’ dejn iggradat (33). L-indiċi u l-gradazzjonijiet tal-kreditu individwali ser ikunu ppubblikati fuq il-websajt tal-AETS. Taħt ir-regolament propost, il-gradazzjonijiet ippreżentati lill-AETS ser ikunu bbażati fuq skala ta’ gradazzjoni armonizzata (34).

    2.4.

    Waqt li l-BĊE jappoġġa t-trasparenza, l-interoperabbiltà u l-paragunabbiltà msaħħa ta’ gradazzjonijiet minn parteċipanti fis-suq, għandu madankollu jkun żgurat, minħabba l-effetti negattivi possibbli fuq il-kompetizzjoni u fuq id-diversità ta’ metodi ta’ gradazzjoni, li skala ta’ gradazzjoni armonizzata ma tagħmilx pressjoni fuq CRAs biex jarmonizzaw il-metodoloġiji u l-proċessi.

    2.5.

    Barra minn dan, il-BĊE jinnota illi l-ABE u l-AEAPX ser jiżviluppaw proċeduri ta’ immappjar fis-setturi bankarji (35) u tal-assigurazzjoni (36). Minħabba n-natura kross-settorjali ta’ dawn il-kwistjonijiet, ikun xieraq li l-eżerċizzji ta’ immappjar jiġu kkoordinati, possibbilment permezz tal-Kumitat Konġunt tal-ASEi (37) F’dan il-kuntest, il-BĊE jirrakkomanda li titħassar ir-referenza għall-iskala ta' gradazzjoni armonizzata u jissuġġerixxi li, sa Diċembru 2015, l-AETS, f'kooperazzjoni mal-ABE, l-AEAPX u l-BĊE, jagħmel rieżami tal-fattibbiltà li titwaqqaf skala ta’ gradazzjoni armonizzata għal gradazzjonijiet maħruġa minn CRAs irreġistrati u ċċertifikati u li tirrapporta lill-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni. Dan għandu jinvolvi wkoll is-sostituzzjoni ta’ referenzi għal ‘indiċi ta’ gradazzjoni Ewropea’ bi ‘pjattaforma ta’ gradazzjoni Ewropea’ fir-regolament propost.

    3.    Osservazzjonijiet oħrajn

    Gradazzjonijiet sovrani

    3.1.

    Il-BĊE jappoġġa l-inizjattivi meħuda biex jissaħħu t-trasparenza u l-iżvelar tal-metodoloġija u l-proċess ta’ gradazzjoni fir-rigward ta’ dejn sovran (38). Ir-regolament propost jintroduċi reġim speċjali fir-rigward tal-frekwenza tar-rieżami u l-proċedura għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet sovrani. Il-BĊE jilqa’ dawn il-bidliet proposti u partikolament il-proposta li CRAs jintalbu jevalwaw gradazzjonijiet sovrani b’mod aktar frekwenti. Waqt li l-gradazzjonijiet għandhom ikunu ppubblikati biss wara l-għeluq tan-negozju u mill-anqas siegħa qabel il-ftuħ tal-postijiet tan-negozju fl-Unjoni, il-BĊE jqis illi jistgħu jittieħdu inizjattivi oħra sabiex jittaffew l-effetti pro-ċikliċi potenzjali ta’ bidliet fil-gradazzjonijiet. Il-BĊE jirrakkomanda li jiġu esplorati modi biex titnaqqas il-volatilità kkawżata miż-żmien meta jsiru l-bidliet fil-gradazzjoni, partikolarment meta emittent huwa osservat għall-gradazzjoni u jinsab qrib li jitlef l-istatus tal-grad ta' investiment tiegħu kif ukoll meta qed jiġi kkontemplat tnaqqis potenzjali ta’ bosta livelli. F’dawn is-sitwazzjonijiet, jistgħu jiġu esplorati aktar proposti għal komunikazzjoni aktar frekwenti lis-suq b’mezzi li jtaffu t-tnaqqis sostanzjali mhux mistenni.

    Barra minn dan, il-BĊE jinnota illi r-regolament propost jistipula illi aġenziji tal-gradazzjoni jakkompanjaw kull gradazzjoni sovrana maħruġa jew prospetti ta’ gradazzjoni relatata b’rapport ta’ riċerka dettaljat li jispjega l-assunzjonijiet, il-parametri, il-limiti u l-inċertezzi kif ukoll kull element ieħor ikkunsidrat fid-determinazzjoni ta’ dik il-gradazzjoni jew prospett (39). F’dan ir-rigward, jista’ jkun xieraq li uħud minn dawn ir-rekwiżiti jiġu estiżi għal tipi oħra ta’ gradazzjoni, b’mod partikolari r-rekwiżiti għal informazzjoni dettaljata dwar l- assunzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi li jiġġustifikaw ir-raġunijiet għall-bidla fil-gradazzjoni u l-piż relattiv tagħhom.

    Indipendenza ta’ CRAs

    3.2.

    Il-BĊE jappoġġa l-proposti tal-Kummissjoni biex jiġu indirizzati kwistjonijiet marbutin mal-indipendenza ta’ CRAs. Madankollu, peress illi l-mudell attwali ta’ finanzjament ta’ gradazzjonijiet “l-emittent iħallas” jista’ jkun sors ta’ kunflitt ta’ interess u għalhekk jista’ jkollu effett li jgħawweġ il-gradazzjonijiet (40), huma ġġustifikati soluzzjonijiet aktar mifruxa fuq mudelli għal kumpens alternattiv Għaldaqstant il-BĊE jilqa’ l-ħidma kontinwa tal-Kummissjoni fuq il-monitoraġġ tal-adegwatezza ta’ mudelli ta’ remunerazzjoni ta’ CRAs u jħares ’il quddiem lejn il-preżentazzjoni ta’ rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u ‘l-Kunsill sal-aħħar tal-2012, waqt li jitqies ukoll ix-xogħol f’ġurisdizzjonjiet oħrajn, inkluż l-Istati Uniti (41).

    3.3.

    Waqt li l-BĊE jappoġġa l-proposti għal regoli aktar stretti fir-rigward tal-istruttura tal-azzjonijisti ta’ CRAs (42), il-BĊE jirrakkomanda illi l-Kummissjoni tirrevedi l-limitu propost ta’ 5 % (43) sabiex tiżgura l-effettività tiegħu.

    Prinċipji ta’ rotazzjoni

    3.4.

    Waqt li l-BĊE jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ regola dwar ir-rotazzjoni, jiġifieri li relazzjonijiet li ilhom għaddejjin mal-istess entitajiet iggradati jistgħu jikkompromettu l-indipendenza ta’ gradazzjonijiet, il-possibbiltà ta’ konsegwenzi mhux intiżi jista’ jkollha bżonn tiġi evalwata aktar (44). L-ewwel, għalkemm regola dwar ir-rotazzjoni għandha twassal għall-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mill-mudell ‘l-emittent iħallas’, għandu jkun evitat illi r-rotazzjoni ta’ CRAs ikollha impatt negattiv fuq il-kwalità ta’ gradazzjonijiet, b’mod partikolari peress illi jista’ jkun hemm riskju li parteċipanti ġodda jistgħu jikkompetu billi joffru gradazzjonijiet eżaġerati jew billi jbaxxu l-prezzijiet. It-tieni, regola dwar ir-rotazzjoni m’għandhiex twassal għal pools ta’ dejta li ma jitkomplewx peress illi dan joħloq kwistjonijiet fir-rigward tal-validazzjoni ta' mudelli ta' gradazzjoni. It-tielet, sabiex din id-dispożizzjoni tkun effettiva, jeħtieġ li jkun żgurat illi hemm għażla biżżejjed ta' CRAs li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi kollha, speċjalment fir-rigward tal-ħruġ ta' gradazzjonijiet speċifiċi, bħal ma huma dawk għal prodotti ta’ finanzjament strutturat. Għalhekk, id-determinazzjoni tan-numru eżatt ta’ snin li warajhom għandha sseħħ ir-rotazzjoni tista’ tiġġustifika analiżi ulterjuri. Fl-aħħar, l-interazzjoni mal-valutazzjoni li jmiss tal-mudell ‘li fih l-emittent iħallas (45) għandha wkoll tkun ikkunsidrata f’dan ir-rigward.

    Metodoloġiji

    3.5.

    Il-BĊE jappoġġa l-kompiti proposti assenjati lill-AETS fir-rigward tal-konformità ta’ metodoloġiji ġodda jew emendati ta’ CRAs (46). Il-BĊE jirrakkomanda li jiġi ċċarat illi l-irwol tal-AETS huwa limitat għall-verifika tal-konformità tal-metodoloġiji mar-regoli applikabbli. Barra minn dan, jista’ jkun iġġustifikat li tiġi speċifikata proċedura applikabbli u qafas ta’ żmien biex jiġi żgurat illi l-verifika mill-AETS ma żżommx lil CRAs milli joħorġu gradazzjonijiet ġodda. Il-BĊE jilqa’ wkoll il-proposta biex tkun mitluba aktar gwida li tista’ tinftiehem faċilment dwar metodoloġiji u suppożizzjonijiet sottostanti wara l-gradazzjonijiet tal-klassijiet kollha tal-assi. Finalment, il-BĊE jilqa’ l-introduzzjoni ta’ konsultazzjoni pubblika dwar bidliet maħsuba għall-metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet ewlenin tal-gradazzjoni.

    Regoli dwar strumenti ta’ finanzjament strutturat

    3.6.

    Il-BĊE jilqa’ l-proposta biex tiżdied it-trasparenza fir-rigward tal-istrumenti ta' finanzjament strutturat (47). B’mod partikolari, il-BĊE jappoġġa r-rekwiżit propost għall-iżvelar ta’ informazzjoni dettaljata dwar strumenti ta’ finanzjament strutturat (48), jiġifieri permezz ta’ websajt ċentralizzata (49) u r-rekwiżit ta’ żewġ gradazzjonijiet tal-kreditu għal strumenti ta’ finanzjament strutturat (50). Dwar dawn l-aspetti, il-BCE jixtieq jenfasizza dan li ġej:

    3.7.

    L-ewwel, bil-ħsieb li tkun żgurata konsistenza kross-settorjali u tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ regoli, ir-relazzjoni bejn ir-rekwiżiti għall-iżvelar għal emittenti, oriġinaturi u sponsers ta’ prodotti ta’ finanzjament strutturat fir-regolament propost u rekwiżiti għall-iżvelar simili għal titolizzazzjonijiet f’setturi speċifiċi għandha tiġi ċċarata (51).

    3.8.

    It-tieni, l-inizjattiva dwar informazzjoni fuq livell ta’ self fuq titoli ggarantiti minn assi tal-Eurosistema (ABSs) tistabbilixxi rekwiżiti ta’ informazzjoni speċifika dwar kull self għal ABSs aċċettati bħala kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema. Hija għandha l-għan li żżid it-trasparenza u tipprovdi informazzjoni aktar f’waqtha dwar is-self sottostanti u l-prestazzjoni tiegħu lil parteċipanti fis-suq b’format standardizzat. F’dan ir-rigward, il-BĊE għandu jinnota sinerġiji possibli li jridu jiġu segwiti mill-AETS waqt l-elaborazzjoni tal-kontenut u l-formati għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar prodotti ta’ finanzjament strutturat (52).

    3.9.

    It-tielet, il-BĊE jilqa’ inizjattivi li jikkontribwixxu għat-titjib tar-rekwiżiti ta’ trasparenza fis-swieq tal-istrumenti ta’ finanzjament strutturat u bonds koperti u l-armonizzazzjoni ta’ rekwiżiti għall-iżvelar f’dan il-qasam. F’dan il-kuntest, il-BĊE jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li sal-1 ta' Lulju 2015 tiġi 'vvalutata l-ħtieġa li jiġi estiż l-ambitu tar-rapportar, inter alia, għal bonds koperti (53). Il-BĊE jinnota wkoll illi inizjattivi relatati mat-trasparenza tas-suq tal-bonds koperti huma meqjusin bħala inizjattivi leġiżlattivi għaddejjin, pereżempju fir-regolament propost CRD IV (54). Għalhekk, huwa importanti li tiġi żgurata l-konsistenza ta' dawn l-inizjattivi varji. Peress illi r-regolament propost jirregola primarjament l-attivitajiet CRA, l-inizjattivi msemmija aktar ‘il fuq dwar it-trasparenza u l-iżvelar għal bonds koperti għandhom jinkludu evalwazzjoni biex jiġu ddeterminati l-mezzi leġiżlattivi xierqa tal-Unjoni għall-introduzzjoni ta' dawn il-miżuri, jiġifieri, pereżempju fil-qafas tar-regolament propost u/jew f'leġiżlazzjoni settorjali oħra relevanti tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finazjarji.

    Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi r-regolament propost jiġi emendat, għal dan il-għan qed jiġu ppreżentati proposti speċifiċi għall-abbozzar fl-Anness I flimkien ma’ test spjegattiv.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ April 2012.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  KUMM(2011) 747 finali.

    (2)  KUMM(2011) 746 finali.

    (3)  Ara l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu – tweġiba tal-Eurosistema, Frar 2011 (minn hawn “il quddiem it-‘tweġiba tal-Eurosistema”) li tinsab fuq il-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu

    (4)  Ara l-Prinċipji għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-gradazzjonijiet ta’ CRA, Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, 27 ta’ Ottubru 2010 (minn hawn “íl quddiem il-prinċìpji FSB”) u ukoll, f’Anness II, ħarsa ġenerali lejn il-politika tal-Qafas tal-Valutazzjoni tal-Kreditu tal-Eurosistema f’dan il-qasam.

    (5)  Ara, pereżempju, Opinjoni CON/2010/82 tad-19 ta’ Novembru 2010 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu, paragrafi 1 u 2. L-opinjonijiet kollha huma ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu

    (6)  Artikolu 1(6) tar-regolament propost, Artikolu 5a ġdid, l-ewwel sentenza.

    (7)  Artikolu 1(6) tar-regolament propost, Artikolu 5a ġdid, it-tieni sentenza.

    (8)  Ara r-Rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-superviżjoni finanzjarja fl-UE ppresedut minnJacques de Larosière, 25 ta’ Frar 2009, p.19-20. Il-Grupp huwa tal-fehma illi l-użu ta’ gradazzjonijiet mitlub minn xi regolamenti finanzjarji iqajjem numru ta’ problemi, imma x’aktarx li ma jistax jiġi evitat f’dan l-istadju. Iżda l-Grupp iqis illi dan għandu jitnaqqas b’mod sinifikanti mal-medda taż-żmien. Is-superviżuri għandhom jivverifikaw li l-istrumenti finanzjarji jkollhom il-kapaċità li jikkumplimentaw l-użu ta’ gradazzjonijiet esterni (li fuqhom m’għandhom jibqgħu jiddependu b’mod eċċessiv) b’valutazzjonijiet indipendenti sodi.

    (9)  Ara l-prinċipji tal-FSB, Prinċipju II, Tnaqqis tad-dipendenza tas-suq fuq gradazzjonijiet ta’ CRA.

    (10)  Ara Taqsima 3.4.2 tal-memorandum spjegattiv tar-regolament propost, p. 7 u l-evalwazzjoni tal-impatt li takkumpanjah, p. 11-13 u 25-28.

    (11)  KUMM(2011) 453 finali.

    (12)  Ara Artikoli 76(2) u (3) u 77 tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni u ditti ta’ investiment f’konglomerat finanzjarju, KUMM(2011) 453 finali (id-“direttiva CRD IV proposta”). Ara wkoll Artikolu 395 tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment, KUMM(2011) 452 finali (ir-“regolament CRD IV propost”).

    (13)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1. Ara wkoll l-Artikoli 1 u 2 tad-direttiva proposta.

    (14)  Artikolu 1(6) tar-regolament propost, Artikolu 5b ġdid, l-ewwel paragrafu.

    (15)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 14.

    (16)  Artikolu 1(6) tar-regolament propost, Artikolu 5b ġdid, it-tieni paragrafu.

    (17)  Ara l-prinċipji FSB, Prinċipju I, Tnaqqis tad-dipendenza fuq il-gradazzjonijiet CRA fi standards, liġijiet u regolamenti.

    (18)  Ara l-Artikolu 1(6) tar-regolament propost., Artikolu 5b ġdid.

    (19)  Ara, pereżempju, fir-rigward ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAIs, l-Artikoli 80 sa 83 u 96 sa 99 ta’ u Annessi VI u IX tad-Direttiva 2006/48/KE, Artikoli 130 u dawk li jsegwu tar-regolament CRD IV propost u Artikoli 109a(1)(b) u 111(1)(n) tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE, 2003/41/KE u 2009/138/KE fir-rigward tal-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq (KUMM(2011) 8 finali (minn hawn ’il quddiem “id-direttiva proposta Omnibus II”).

    (20)  Ara l-Artikoli 81(2) u 97(2) tad-Direttiva 2006/48/KE.

    (21)  Ara, pereżempju, Artikolu 81(2), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 2006/48/KE, Artikolu 131(1) tar-regolament propost dwar is-CRD IV u Artikolu 111(1)(n) tad-direttiva proposta “Omnibus II”.

    (22)  Kif issuġġerit fl-Artikolu 1(6) tar-regolament propost, Artikolu 5b ġdid, l-aħħar sentenza tal-ewwel paragrafu.

    (23)  Ara l-prinċipju tal-FSB, Prinċipju II.

    (24)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 23.

    (25)  Artikolu 1(6) tar-regolament propost, Artikolu 5b ġdid.

    (26)  Artikolu 150(2) tad-direttiva proposta CRD IV.

    (27)  Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

    (28)  GU L 177, 30.6.2006, p. 1.

    (29)  Ara Premessa 44 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

    (30)  Ara Artikoli 130(2) u 262(2) tar-regolament propost CRD IV.

    (31)  Qabbel l-Artikoli 130, 131 u 131 tar-regolament propost CRD IV u l-Artikoli 81 u 97 ta’ u Parti II ta’ Anness VI tad-Direttiva 2006/48/KE.

    (32)  Ara paragrafu 6.4 tal-Opinjoni CON/2011/42 tal-4 ta’ Mejju 2011 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

    (33)  Artikolu 1(14) tar-regolament propost, Artikolu 11a ġdid.

    (34)  Artikoli 1(14) u 1(18) tar-regolament propost, Artikoli 11(a)(1) u 21(4a) ġodda.

    (35)  Ara Artikoli 131 u 265 tar-regolament propost CRD IV u l-linji gwida reveduti tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej dwar ir-rikonoxximent ta’ Istituzzjonijiet għall-Valutazzjoni tal-Kreditu Esterni, 30 ta’ Novembru 2010, Parti 3, disponibbli fuq il-websajt tal-ABE fuq http://www.eba.europa.eu

    (36)  Ara l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, kompromess tal-Presidenza tal-21 ta’ Settembru 2011, disponibbli fuq il-websajt tal-Kunsill fuq http://register.consilium.europa.eu

    (37)  Ara Opinjoni CON/2011/42, paragrafu 6.4.

    (38)  Ara t-tweġiba tal-Eurosistema, paragrafu 2.1.

    (39)  Anness I, punt 6 tar-regolament propost.

    (40)  Ara t-tweġiba tal-Eurosistema, paragrafu 5.

    (41)  Ara l-Artikolu 1(24) tar-regolament propost, Artikolu 39(1).

    (42)  Ara l-Artikolu 1(8) tar-regolament propost, Artikolu 6a.

    (43)  Ara l-Artikolu 1(8) tar-regolament propost, Artikolu 6a(1)(a).

    (44)  Artikolu 1(8) tar-regolament propost, Artikolu 6b ġdid.

    (45)  Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

    (46)  Artikolu 1(10) u (19) tar-regolament propost.

    (47)  Artikolu 1(11) tar-regolament propost.

    (48)  Artikolu 1(11) tar-regolament propost, Artikolu 8a(1) (gdid).

    (49)  Artikolu 1(11) tar-regolament propost, Artikolu 8a(4) (ġdid).

    (50)  Artikolu 1(11) tar-regolament propost, Artikolu 8b (ġdid).

    (51)  Ara pereżempju Artikolu 122a ta’ Direttiva 2006/48/KE, Artikolu 17 ta’ Direttiva 2011/61/UE, Artikolu 50a ta’ Direttiva 2009/65/KE u Artikolu 135 ta’ Direttiva 2009/138 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)

    (52)  52 Artikolu 1(11) tar-regolament propost, Artikolu 8a(3) (ġdid).

    (53)  Artikolu 1(24) tar-regolament propost, Artikolu 39(4) (ġdid).

    (54)  Artikolu 478 tar-regolament propost CRD IV, kompromess tal-Presidenza tal-1 ta’ Marzu 2012, disponibbi fuq il-websajt tal-Kunsill fuq http://register.consilium.europa.eu


    ANNESS I

    Proposti għall-abbozzar ghad-direttiva proposta

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emendi proposti mill-BĊE (1)

    Emenda 1

    Premessa 3a tar-regolament propost (ġdida)

    L-ebda test

    (3a)

    Il-prinċipji tal-FSB dwar it-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu jiddikjaraw illi dawk li jiffissaw l-istandards u l-awtoritajiet tal-istandards għandhom jevalwaw ir-referenzi għall-gradazzjonijiet tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu fi standards, liġijiet u regolamenti u, kull fejn dan ikun possibbli, ineħħuhom jew jibdluhom ma' standards ta' affidabbiltà kreditizja alternattivi adegwati. Dan l-approċċ għandu jkun inkoraġġut ukoll f’livell ta’ Unjoni. Awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lill-bżonn li tiġi evitata d-dipendenza kemm eċċessiva kif ukoll mekkanistika fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu minn awtoritajiet kompetenti u parteċipanti fis-suq finanzjarju u għandhom jikkontribwixxu kif xieraq għal dan il-għan.

    Spjegazzjoni

    L-emenda proposta tirrifletti l-prinċipju tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB) li titnaqqas id-dipendenza fuq il-gradazzjonijiet ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu (CRA) u tipproponi li l-awtoritajiet pubbliċi kollha rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali jikkontribwixxu għal dan il-għan (ara wkoll Emendi 4 u 5).

    Emenda 2

    Premessa 21a tar-regolament propost (ġdida)

    L-ebda test

    (21a)

    Bid-dħul fis-seħħ ta’ Regolament (UE) Nru xx/201x tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xx xxx 201x  (2) dwar rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment, aġenziji tal-gradazzjoni tal-kreditu rreġistrati jew iċċertifikati skont dan ir-Regolament u banek ċentrali li joħorġu gradazzjonijiet tal-kreditu li huma eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ser jikkwalifikaw awtomatikament bħala ECAI għal finijiet regolatorji.

    Spjegazzjoni

    Fir-rigward tal-interazzjoni bejn ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u r-reġim għar-rikonoxximent ta' istituzzjonijiet li jiggradaw il-kreditu esterni (ECAIs) taħt id-Direttiva 2006/48/KE, il-BĊE diġà nnota illi għandu jiġi evitat ix-xogħol ripetut ta’ proċeduri u rekwiżiti għaljin li jidħlu f’xulxin  (3). Premessa 44 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tinnota illi dak ir-regolament m’għandux jieħu post il-proċess ta’ rikonoxximent ta’ ECAIs taħt id-Direttiva 2006/48/KE. Madankollu, billi r-regolament propost CRD IV jiddefinixxi ECAIs bħala l-CRAs kollha li ġew irreġistrati jew iċċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jew banek ċentrali li joħorġu gradazzjonijiet tal-kreditu li huma eżentati minn Regolament (KE) Nru 1060/2009, fi premessa ġdida l-BĊE jirrakkomanda li jissemma’ diġa’ illi l-proċedura ta’ rikonoxximent imsemmija aktar ‘il fuq ser tkun skaduta bid-dħul fis-seħħ tar-regolament propost CRD IV. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 2(3) ta’ Regolament (KE) Nru 1060/2009 ser ikollu bżonn jiġi emendat ladarba r-regolament propost CRD IV ikun fis-seħħ.

    Emenda 3

    Artikolu 1(2a) tar-regolament propost (ġdid)

    Emenda għall-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

    L-ebda test

    “4.   Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2(d), il-Kummissjoni, wara t-tressiq ta’ talbaminn Stat Membru u wara li tkun ikkonsultat lill-BĊE u lill-AETS, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 38(3) u skont il-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tista’ tadotta deċiżjoni li tiddikjara li bank ċentrali jaqa’ fl-ambitu ta’ dak il-punt u li l-gradazzjonijiet tiegħu ta’ kreditu għalhekk huma eżenti mill-applikazzjoni ta’ dan ir- Regolament u tinforma lill-AETS b’dan.

    L-AETS għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-lista tal-banek ċentrali li jaqgħu fl-ambitu tal-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.”

    Spjegazzjoni

    Meta tkun qed tevalwa standards ta’ kreditu ta’ assi eliġibbli, l-Eurosistema tqis l-evalwazzjonijiet tal-kreditu miksuba minn sorsi differenti, inkluż is-sistemi ta’ evalwazzjoni tal-kreditu in-house imħaddmin minn xi banek ċentrali nazzjonali (BĊNi). Dawn is-sistemi huma diġà suġġetti għal validazzjoni fil-fond u monitoraġġ komprensiv tal-prestazzjoni mill-Eurosistema. Fir-rigward ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġin minn BĊNi, sabiex tibbenefika mill-kompetenza tal-BĊE f’dan il-qasam, il-BĊE jirrakkomanda illi l-Kummissjoni tikkonsulta lill-BĊE u lill-AETS qabel ma tiddeċiedi dwar l-eżenzjoni.

    Skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, l-AETS tippubblika fuq il-websajt tagħha lista ta’ CRAs irreġistrati skont dak ir-regolament. Huwa propost illi l-AETS tippubblika wkoll fuq il-websajt tagħha l-lista ta’ banek ċentrali eżentati.

    Emenda 4

    Artikolu 1(6) tar-regolament propost

    Emenda għall-Artikolu 5a propost tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

    “Artikolu 5a

    Dipendenza żejda fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji

    Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment u impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvedimenti ta’ wara l-irtirar mill-impieg, kumpaniji ta’ ġestjoni u investiment, ġesturi ta’ fondi ta’ investimenti alternattivi u kontrapartijiet ċentrali kif definiti fir-Regolament (UE) Nru xx/201x tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xx xxx 201x dwar derivattivi tal-OTC, kontrapartijiet ċentrali u repożitorji tal-kummerċ għandhom jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tagħhom stess u ma għandhomx jistrieħu biss jew jistrieħu mekkanikament fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ entità jew strument finanzjarju. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli tas-superviżjoni ta’ dawn l-impriżi għandhom jiċċekkjaw mill-qrib l-adegwatezza tal-proċessi ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-impriżi.”

    “Artikolu 5a

    Dipendenza żejda fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji

    Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment u impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvedimenti ta’ wara l-irtirar mill-impieg, kumpaniji ta’ ġestjoni u investiment, ġesturi ta’ fondi ta’ investimenti alternattivi u kontrapartijiet ċentrali kif definiti fir-Regolament (UE) Nru xx/201x tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xx xxx 201x dwar derivattivi tal-OTC, kontrapartijiet ċentrali u repożitorji tal-kummerċ għandhom jiżviluppaw u japplikaw proċeduri interni u metodoloġiji adegwati sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tagħhom stess skont ir-regoli settorjali speċifiċi li japplikaw għalihom u ma għandhomx jistrieħu biss jew jistrieħu mekkanikament fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ entità jew strument finanzjarju. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli tas-superviżjoni ta’ dawn l-impriżi għandhom, waqt li jqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta’ impriża, jiċċekkjaw mill-qrib l-adegwatezza tal-proċessi ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-impriżi.”

    Spjegazzjoni

    Il-ħsieb wara l-emenda proposta huwa stipulat fil-paragrafi 1.1 u 1.2 ta’ din l-Opinjoni.

    Emenda 5

    Artikolu 1(6) tar-regolament propost

    Emenda għall-Artikolu 5b propost tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

    “Artikolu 5b

    Id-dipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

    L-Awtorità Superviżorja Ewropea (L-Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir- Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) (EBA), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) (l-AEAPX/EIOPA) u l-AETS ma għandhomx jirreferu għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-linji gwida, rakkomandazzjonijiet u abbozzi ta’ standards tekniċi tagħhom, fejn referenzi bħal dawn għandhom il- potenzjal li jqanqlu dipendenza mekkanika fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn awtoritajiet kompetenti jew parteċipanti tas-suq finanzjarju. Skont dan, u sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jirrevedu u jneħħu fejn hu xieraq ir-referenzi kollha għall-klassifikazzjonijiet tal- kreditu f’linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet eżistenti.

    Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS/ESRB) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea fuq is-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (***) ma għandux jirreferi għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fejn referenzi bħal dawn għandhom il-potenzjal li jqanqlu dipendenza mekkanika fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.”

    Spjegazzjoni

    Il-ħsieb wara l-emenda proposta huwa stipulat fil-paragrafi 1.3 sa 1.8 ta’ din l-Opinjoni.

    Emenda 6

    Artikolu 1(14) tar-regolament propost

    Emenda għall-Artikolu 11a propost tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

    “Artikolu 11a

    L-Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni

    1.   Kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu reġistrata u ċertifikata għandha, meta toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett tal-klassifikazzjoni, tressaq lill-AETS informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni, inklużi l-klassifikazzjoni u l-prospetti tal-istrument ikklassifikat, informazzjoni dwar it-tip ta’ klassifikazzjoni, it-tip ta’ azzjoni dwar il-klassifikazzjoni, id-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni. Il-klassifikazzjoni mressqa għandha tkun ibbażata fuq l-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(4a).

    2.   L-AETS għandha tistabbilixxi Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni li jinkludi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kollha mressqa lill-AETS skont il-paragrafu 1 u indiċita’ klassifikazzjoni aggregat għal kwalunkwe strument ta’ dejn klassifikat. L-indiċi u l-gradazzjonijiet tal-kreditu individwali ser ikunu ppubblikati fuq il-websajt tal-AETS.”

    “Artikolu 11a

    Pjattaforma Ewropea tal-Klassifikazzjoni

    1.   Kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu reġistrata u ċertifikata għandha, meta toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett tal-klassifikazzjoni, tressaq lill-AETS informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni, inklużi l-klassifikazzjoni u l-prospetti tal-istrument ikklassifikat, informazzjoni dwar it-tip ta’ klassifikazzjoni, it-tip ta’ azzjoni dwar il-klassifikazzjoni, id-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni.

    2.   L-AETS għandha tistabbilixxi Pjattaforma Ewropea tal-Klassifikazzjoni li tinkludi l- klassifikazzjonijiet tal-kreditu kollha mressqa lill-AETS skont il-paragrafu. Il-gradazzjonijiet tal-kreditu individwali ser ikunu ppubblikati fuq il-websajt tal-AETS.”

    Spjegazzjoni

    Il-ħsieb wara l-emenda proposta huwa stipulat fil-paragrafi 2.3 sa 2.5 ta’ din l-Opinjoni. It-titolu tal-Artikolu huwa modifikat bl-istess mod.

    Emenda 7

    Artikolu 1(18)(b) tar-regolament propost

    Emenda għall Artikolu 21(4a) propost tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

    “4a.   'L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji u tekniċi biex tispeċifika:

    (a)

    skala ta’ klassifikazzjoni standard armonizzata biex tiġi użata skont l- Artikolu 11a, minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati u ċċertifikati, li se jkunu bbażati fuq il-metrika biex jitkejjel ir-riskju tal- kreditu u n-numru ta’ kategoriji ta’ klassifikazzjoni u tinqata’ l-linja tal- valuri għal kull kategorija ta’ klassifikazzjoni;

    […].”

    “4a.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

    (a)

    ;

    […]”

    Spjegazzjoni

    Il-ħsieb wara l-emenda proposta huwa stipulat fil-paragrafi 2.3 sa 2.5 ta’ din l-Opinjoni.

    Emenda 8

    Artikolu 1(18)(ba) tar-regolament propost (ġdid)

    Artikolu 21(4b) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 (ġdid)

    L-ebda test

    4b   Sal-31 ta’ Diċembru 2015, l-AETS, f’kooperazzjoni mal-ABE, l-AEAPX u l-BĊE għandha tagħmel rieżami tal-fattibbiltà li tiġi stabbilita skala ta’ klassifikazzjoni armonizzata għal klassifikazzjonijiet li jinħarġu minn aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu li huma rreġistrati u kklassifikati u tagħmel rapport lill-Kummissjoni.

    Spjegazzjoni

    Il-ħsieb wara l-emenda proposta huwa stipulat fil-paragrafi 2.3 sa 2.5 ta’ din l-Opinjoni.

    Emenda 9

    Artikolu 1(24)(c) tar-regolament propost (ġdid)

    Artikolu 39(5) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 (ġdid)

    L-ebda test

    5.   Sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-AETS, l-ABE u l-AEAPX għandhom jagħmlu rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri meħuda biex titnaqqas id-dipendenza eċċessiva fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni u jivvalutaw l-għażliet għal alternattivi jew kumplimenti għall-mudelli eżistenti. Il-BĊE u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, fir-rigward ta’ aspetti ta’ riskju sistemiku u makroprudenzjali, għandhom jikkontribwixxu għal dan ir-rapport.

    Spjegazzjoni

    Il-ħsieb wara l-emenda proposta huwa stipulat fil-paragrafi 2.3 sa 2.8 ta’ din l-Opinjoni.


    (1)  It-tipa skura fil-korp tat-test jindika fejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

    (2)  ĠU L …, p.

    (3)  Paragrafu 8 ta’ Opinjoni CON/2009/38.


    ANNESS II

    IL-QAFAS TAL-VALUTAZZJONI TAL-KREDITU TAL-EUROSISTEMA

    1.

    Il-BĊE huwa kkonċernat direttament mis-servizzi pprovduti minn CRAs fil-kuntest ta’ kompiti u obbligi tal-Eurosistema, partikolarment fir-rigward tat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ politika monetarja. Mingħajr preġudizzju għal Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), l-Eurosistema u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jiddefinixxu l-proċeduri, r-regoli u l-kriterji neċessarji biex jiġi żgurat illi r-rekwiżit ta’ standards ta’ kreditu.għoljin għal assi eliġibbli għal operazzjonijiet ta' politika monetarja jkun sodisfatt u jiddeterminaw, kif xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fl-operazzjoniiet tal-banek ċentrali (2).

    2.

    Il-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema (ECAF) iqis il-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ sors wieħed sa erbgħa: Istituzzjonijiet Esterni għall-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAIs), sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu in-house (ICAs) ta’ BĊNi, sistemi interni tal-kontropartijiet ibbażati fuq valutazzjonijiet interni, jew għodod għall-gradazzjoni ta’ fornituri terzi. Dawn is-sistemi u għodod huma suġġetti għal kriterji ta' aċċettazzjoni ġenerali, li huma kkumplimentati minn proċess ta’ monitoraġġ annwali tal-prestazzjoni skont il-qafas legali tal-Eurosistema dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja (3). Barra minn hekk, l-Eurosistema tikkunsidra l-kriterji istituzzjonali u l-karatteristiċi li jiggarantixxu protezzjoni simili għad-detenturi ta’ strumenti, bħal garanziji. Il-proċess ta’ monitoraġġ tal-operat tal-ECAF jikkonsisti f’paragun annwali ex post tar-rata ta’ inadempjenza osservata għas-sett tad-debituri kollha eliġibbli, jiġifieri il-pul statiku, u l-limitu ta’ kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema mogħti mil-limitu ta’ referenza tal-“probabbiltà ta’ inadempjenza” (4) u jiddetermina l-livell massimu ta’ riskju fuq il-kreditu illi l-Eurosistema hija lesta tassumi fl-operazzjonijiet standard tagħha ta’ politika monetarja Il-proċess ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni huwa intiż biex jiżgura illi r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-kreditu huma paragunabbli bejn is-sistemi u s-sorsi. Fl-istess ħin, l-Eurosistema tesprimi ġudizzju fir-rigward ta' dawn il-valutazzjonijiet u tirriżerva d-dritt li tiċħad jew tillimita l-użu ta' assi fuq il-bażi ta' kwalunkwe informazzjoni dwar il-kwalità tal-kreditu tiegħu li hija tista' tqis bħala relevanti.

    3.

    Bħala parti mill-miżuri mħabbra f’Diċembru 2011 bħala appoġġ għas-self mill-banek u għall-attivitajiet tas-suq tal-flus (5), il-Kunsill Governattiv indika illi talbiet għal kreditu, eż. self mill-banek, għandhom ikunu eliġibbli fuq bażi aktar wiesgħa.’ Barra minn dan, il-Kunsill Governativ laqa’ l-użu aktar wiesgħa ta’ talbiet għal kreditu bħala kollateral f’operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema fuq il-bażi ta’ kriterji armonizzati u ħabbar illi l-Eurosistema qed issaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ valutazzjoni ta’ kreditu interni tagħha. Hija tinkoraġġixxi wkoll lil fornituri ta’ valutazzjoni ta’ kreditu potenzjali esterni, jiġifieri, aġenziji ta’ gradazzjoni u fornituri ta’ għodod ta’ gradazzjoni, u lil banek kummerċjali li jużaw sistema interna bbażata fuq il-gradazzjonijiet, biex ifittxu l-approvazzjoni tal-Eurosistema taħt l-ECAF (6). Barra minn dan, huwa meħtieġ li l-BĊE u, b’mod partikolari, il-BĊNi tal-Eurosistema (peress illi l-informazzjoni dwar il-kontropartijiet ta’ talba ta’ kreditu hija disponibbli f’livell nazzjonali), ikollhom f’posthom sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu interni. Għalhekk ser ikun neċessarju għal BĊNi tal-Eurosistema li jsaħħu l-abbiltà tagħhom li jivvalutaw kreditu li mhuwiex iggradat minn CRAs. Preżentement, hemm erba’ BĊNi li għandhom f’posthom sistemi ta’ gradazzjoni interni (7). Dawn is-sistemi huma diġà suġġetti għal validazzjoni fil-fond u monitoraġġ komprensiv tal-prestazzjoni mill-Eurosistema.

    4.

    Fir-rigward ta’ gradazzjonijiet sovrani, l-Eurosistema wriet l-indipendenza tagħha minn CRAs u għamlet il-ġudizzju tagħha dwar il-kwalità ta’ kreditu ta’ bonds sovrani fir-rigward tal-eliġibbiltà tagħhom bħala kollateral għal operazzjonijiet ta’ likwidità tal-Eurosistema, billi ddeċidiet li tissospendi r-rekwiżiti ta’ gradazzjoni għal Stati Membri taż-żona tal-euro taħt programm ta’ aġġustament finanzjarju miftiehem mal-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-BĊE fil-każijiet tal-Greċja (8), l-Irlanda (9) u l-Portugall (10), u billi ddeċidiet li ttemm din is-sospensjoni malli vvalutat l-effett negattiv fuq il-kwalità ta’ kreditu tal-bonds sovrani tagħha tad-deċiżjoni mill-Greċja li tniedi offerta għall-iskambju ta’ dejn lid-detenturi ta’ bonds (11).

    5.

    F’dan l-isfond, l-Eurosistema tikkonforma mal-prinċipju tal-FSB li taħtu l-banek ċentrali għandhom jilħqu l-ġudizzji dwar il-kreditu tagħhom dwar l-istrumenti finanzjarji li huma jaċċettaw fl-operazzjonijiet tas-suq, kemm bħala kollateral kif ukoll bħala xiri definittiv, u li taħtu l-politika tal-banek ċentrali għandha tevita approċċi mekkanistiċi li jistgħu jwasslu għal bidliet f’daqqa u kbar li mhumiex neċessarji fl-eliġibbiltà ta’ strumenti finanzjarji u fil-livell ta’ telf impost li jistgħu jħarrxu t-tnaqqis sostanzjali mhux mistenni (12). Fl-istess waqt, kif indikat aktar ‘il fuq, l-Eurosistema tinsab lesta biex tirrevedi kontinwament il-proċeduri, ir-regoli, il-metodi, is-sistemi ġenerali u r-riżorsi tal-ECAF użati minn sorsi in-house ta’ gradazzjoni tal-kreditu.


    (1)  GU L 302, 17.11.2009, p. 1.

    (2)  Ara l-Opinjoni CON/2009/38 tal-21 ta’ April 2009 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, Emenda 1.

    (3)  Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).

    (4)  Ara Taqsima 6.3.5. tal-Anness I tal-Linja Gwida BCE/2011/14.

    (5)  Ara l-istqarrija għall-istampa tal-BĊE tat-8 ta’ Diċembru 2011, disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu

    (6)  Ara Taqsima 6.3.4. ta’ Anness I tal-Linja Gwida BCE/2011/14.

    (7)  Is-sors tal-ICAS preżentement jikkonsisti mill-erba’ sistemi ta’ valutazzjoni tal-kreditu ġestiti mid-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l- Oesterreichische Nationalbank (ara Taqsima 6.3.4.2. ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14).

    (8)  Deċiżjoni BĊE/2010/3 tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg (ĠU L 117, 11.5.2010, p. 102).

    (9)  Deċiżjoni BĊE/2011/4 tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar mizuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż (ĠU L 94, 8.4.2011, p. 33).

    (10)  Deċiżjoni BĊE/2011/10 tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż (ĠU L 182, 12.7.2011, p. 31).

    (11)  Deċiżjoni BĊE/2012/2 tas-27 ta’ Frar 2012 li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2010/3 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg (ĠU L 59, 1.3.2012, p. 36).

    (12)  Prinċipji tal-FSB, Prinċipju III.1., Operazzjonijiet ta’ bank ċentrali.


    IV Informazzjoni

    INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

    Il-Kunsill

    13.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/15


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-11 ta’ Ġunju 2012

    li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012

    2012/C 167/04

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Billi:

    il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2012 kien adottat definittivament fil-1 ta' Diċembru 2011 (3),

    fis-16 ta' April 2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2012,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 kienet adottata fit-11 ta' Ġunju 2012.

    Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil minn fuq is-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ġunju 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. AUKEN


    (1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u fil-ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.

    (2)  ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9.

    (3)  ĠU L 56, 29.2.2012, b'Corrigendum fil-ĠU L 79, 19.3.2012.


    Il-Kummissjoni Ewropea

    13.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/16


    Rata tal-kambju tal-euro (1)

    It-12 ta’ Ġunju 2012

    2012/C 167/05

    1 euro =


     

    Munita

    Rata tal-kambju

    USD

    Dollaru Amerikan

    1,2492

    JPY

    Yen Ġappuniż

    99,40

    DKK

    Krona Daniża

    7,4324

    GBP

    Lira Sterlina

    0,80385

    SEK

    Krona Żvediża

    8,8640

    CHF

    Frank Żvizzeru

    1,2012

    ISK

    Krona Iżlandiża

     

    NOK

    Krona Norveġiża

    7,5465

    BGN

    Lev Bulgaru

    1,9558

    CZK

    Krona Ċeka

    25,682

    HUF

    Forint Ungeriż

    296,92

    LTL

    Litas Litwan

    3,4528

    LVL

    Lats Latvjan

    0,6969

    PLN

    Zloty Pollakk

    4,3283

    RON

    Leu Rumen

    4,4630

    TRY

    Lira Turka

    2,2860

    AUD

    Dollaru Awstraljan

    1,2601

    CAD

    Dollaru Kanadiż

    1,2852

    HKD

    Dollaru ta' Hong Kong

    9,6923

    NZD

    Dollaru tan-New Zealand

    1,6097

    SGD

    Dollaru tas-Singapor

    1,6046

    KRW

    Won tal-Korea t'Isfel

    1 461,71

    ZAR

    Rand ta' l-Afrika t'Isfel

    10,5284

    CNY

    Yuan ren-min-bi Ċiniż

    7,9594

    HRK

    Kuna Kroata

    7,5565

    IDR

    Rupiah Indoneżjan

    11 770,30

    MYR

    Ringgit Malażjan

    3,9731

    PHP

    Peso Filippin

    53,521

    RUB

    Rouble Russu

    41,0800

    THB

    Baht Tajlandiż

    39,562

    BRL

    Real Brażiljan

    2,5654

    MXN

    Peso Messikan

    17,5712

    INR

    Rupi Indjan

    69,7120


    (1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


    Il-Qorti tal-Awdituri

    13.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/17


    Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2012 “Ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid: Il-progress li sar s’issa”

    2012/C 167/06

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 7/2012 “Ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid: Il-progress li sar s’issa” għadu kif ġie ppubblikat.

    Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

    Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Unità “Verifika: Il-Produzzjoni ta’ Rapporti”

    12, rue Alcide de Gasperi

    1615 Luxembourg

    LUXEMBOURG

    Tel. +352 4398-1

    Posta elettronika: eca-info@eca.europa.eu

    jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fl-EU-Bookshop.


    V Avviżi

    PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

    Il-Kummissjoni Ewropea

    13.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/18


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6595 – AXA/BNP Paribas/Immeuble Cergy-Pontoise)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 167/07

    1.

    Fil-5 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), dwar proposta ta' konċentrazzjoni li permezz tagħha l-impriżi AXA Franza Vie SA (Franza) u BNP Paribas (Franza) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta’ bini b'użu kummerċjali li jinsab fl-agglomerazzjoni ta' Cergy-Pontoise (Franza), permezz tax-xiri ta' assi.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    AXA France Vie SA: Il-grupp AXA huwa attiv fil-qasam tas-servizzi tal-protezzjoni finanzjarja,

    BNP Paribas: BNP Paribas huwa bank preżenti fi 80 pajjiż u attiv fi tliet oqsma prinċipali ta' attività – Retail banking, Corporate & Investment Banking u Investment Solutions,

    Il-proprjetà immobbli tinsab fid-Dipartiment ta' Val d'Oise, fil-komuni ta' Eragny-sur-Oise u Saint-Ouen l'Aumône (Franza), li jinsabu fl-agglomerazzjoni ta' Cergy-Pontoise. Bħalissa huwa ġestit bil-marka Boulanger.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6595 – AXA/BNP Paribas/Immeuble Cergy-Pontoise, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top