Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2010:119A:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 119, 07 ta' Mejju 2010


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1725-5198

    doi:10.3000/17255198.CA2010.119.mlt

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    tal-Unjoni Ewropea

    C 119A

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Informazzjoni u Avviżi

    Volum 53
    7 ta' Mejju 2010


    Avviż Nru

    Werrej

    Paġna

     

    V   Opinjonijiet

     

    PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

     

    Parlament Ewropew

    2010/C 119A/01

    Avviż ta' reklutaġġ PE/123/S — Direttur (Grupp ta' funzjoni AD 14) — Servizz Ġuridiku — Direttorat għall-Affarijiet Istituzzjonali u Parlamentari

    1

    REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

    Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

    Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

    5

    (FR)

    9

     

    19

    (FR)

    23

    (DE/ES/PT)

    28

     

    48

     

    53

     

    56

     

    57

     

    60

     

    61

    (DE/EN/FR)

    62

     

    64

     

    66

    (BG/RO)

    67

    (ES)

    70

    (PT)

    73

    (FI)

    74

    (SV)

    91

     

    95

     

    104

     

    110

     

    116

    (ET)

    119

     

    MT

     


    V Opinjonijiet

    PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

    Parlament Ewropew

    7.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CA 119/1


    AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ PE/123/S

    DIRETTUR

    (Grupp ta' funzjoni AD 14)

    SERVIZZ ĠURIDIKU — DIRETTORAT GĦALL-AFFARIJIET ISTITUZZJONALI U PARLAMENTARI

    (2010/C 119 A/01)

    1.   POST VAKANTI

    Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi l-proċedura biex timtela l-kariga ta' direttur (AD, grad 14) fis-Servizz Ġuridiku tiegħu — Direttorat għall-Affarijiet Istituzzjonali u Parlamentari, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (1) (minn hawn 'il quddiem ir-“Regolamenti”).

    Din il-proċedura ta' għażla, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta' kandidati, se tiżvolġi fl-istess waqt li tkun għaddejja l-proċedura interna u interistituzzjonali ta' reklutaġġ.

    Ir-reklutaġġ se jkun għall-Grad AD14 (2). Is-salarju bażiku huwa ta' EUR 12 967,74 fix-xahar. Flimkien mas-salarju bażiku, li huwa suġġett għat-taxxa Komunitarja u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances f'ċirkostanzi stabbiliti mir-Regolamenti.

    Billi d-Direttorat għandu persunal f'postijiet tax-xogħol differenti, dan l-impjieg jeħtieġ flessibilità u jinvolvi vvjaġġar ta' spiss lejn il-postijiet varji tax-xogħol, kuntatti frekwenti interni u interistituzzjonali, u mal-Membri tal-Parlament Ewropew.

    2.   POST TAX-XOGĦOL

    Il-Lussemburgu. Dan l-impjieġ jista' jiġi ttrasferit għal xi wieħed miż-żewġ postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

    3.   OPPORTUNITAJIET INDAQS

    Il-Parlament Ewropew jimxi fuq politika ta' opportunitajiet indaqs u jħeġġeġ kandidati nisa u rġiel ikkwalifikati biex japplikaw, mingħajr diskriminazzjoni.

    4.   DESKRIZZJONI TAL-IMPJIEG

    Uffiċjal għoli responsabbli għad-dmirijiet li ġejjin, fil-kuntest tal-orjentamenti u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-President u mis-Segretarju Ġenerali (3):

    jiżgura l-funzjonament tajjeb ta' dipartiment speċjalizzat fis-Segretarjat Ġenerali li jikkonsisti f'diversi unitajiet li jkopru l-oqsma tal-kompetenzi tad-Direttorat;

    jimmaniġġja, imexxi, jimmotiva u jikkoordina tim wieħed jew aktar — japplika bl-aqwa mod ir-riżorsi tad-dipartiment biex jipprovdi servizz ta' kwalità tajba (organizzazjoni, immaniġġjar ta' riżorsi umani u riżorsi tal-baġit, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta' attività tiegħu;

    jagħti pariri lill-Istituzzjoni u lill-entitajiet tagħha fi kwistjonijiet ta' natura ġuridika;

    jirrappreżenta l-Istituzzjoni bħala uffiċjal fi proċeduri ġudizzjarji importanti;

    imexxi l-ħidma ta' għajnuna ġuridika relatata ma' kwistjonijiet istituzzjonali u tal-Liġi Parlamentari jew kwistjonijiet oħra li jkun inkarigat minnhom il-Ġurikonsult;

    jassisti lill-Ġurikonsult meta jitolbu, jew fin-nuqqas tiegħu, jissostitwixxih fil-laqgħat tal-entitajiet parlamentari;

    jirrappreżenta lill-Parlament Ewropew fil-kuntatti interistituzzjonali.

    5.   ELIĠIBILITÀ (il-profil mistenni)

    Din il-proċedura hija miftuħa għall-kandidati li, sad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    a)   Kundizzjonijiet ġenerali

    Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-kandidat għandu:

    ikun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4);

    igawdi d-drittijiet kollha bħala ċittadin;

    ikun issodisfa kull obbligu impost fuqu mil-liġijiet dwar is-servizzi militari;

    jippreżenta referenzi xierqa dwar il-karattru li jiggarantixxu l-ħiliet meħtieġa għax-xogħol mistenni minnu.

    b)   Kundizzjonijiet partikolari

    i)   Kwalifiki u esperjenza professjonali

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ta' mhux anqas minn erba' snin iċċertifikati b'lawrja fil-liġi, jew livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ta' tal-anqas tliet snin iċċertifikati b'lawrja fil-liġi flimkien ma' esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena (5),

    jew

    livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta' studji universitarji ta' mill-inqas tiet snin iċċertifikati b'lawrja kif ukoll kwalifika professjonali għall-eżerċitar tal-kariga ta' avukat, flimkien ma' tal-anqas sena esperjenza professjonali xierqa (5).

    Tal-anqas ħmistax-il sena esperjenza professjonali wara l-kisba tal-kwalifiki msemmija fl-ewwel paragrafu, li tal-anqas tmien snin minnhom ikunu ta' esperjenza f'funzjonijiet maniġerjali.

    ii)   Għarfien meħtieġ

    Għarfien tajjeb dwar il-Parlament Ewropew, l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha, kif ukoll dwar it-trattati u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea;

    ħila eċċellenti fitl-kitba ta' testi, rapporti u opinjonijiet ġuridiċi dwar l-integrazzjoni Ewropea u l-evoluzzjoni tal-Unjoni;

    għarfien tajjeb tal-Liġi Istituzzjonali u Baġitarja tal-Unjoni Ewropea, tal-kompetenzi esterni tagħha kif ukoll tal-Liġi Parlamentari tal-Unjoni (Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, Statut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, protezzjoni tad-dejta personali, eċċ.);

    esperjenza professjonali f'waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

    kapaċità tajba b'rabta mal-għarfien amministrattiv meħtieġ għall-qasam ta' attivitajiet ikkonċernat (riżorsi umani, immaniġġjar, baġit, finanzi, IT, qasam ġuridiku, eċċ.);

    kapaċità eċċellenti relatata mal-metodi ta' mmaniġġjar tat-timijiet;

    ħila eċċellenti fit-tħejjija ta' dokumenti;

    kapaċità eċċellenti ta' espressjoni fil-pubbliku.

    iii)   Għarfien ta' lingwi

    Għarfien eċċellenti ta' lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni Ewropea (6) u għarfien tajjeb ħafna ta' lingwa uffiċjali oħra tal-UE.

    Il-Kumitat Konsultattiv jikkunsidra l-għarfien ta' lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea.

    iv)   Ħiliet

    Sens ta strateġija;

    ħiliet maniġerjali;

    kapaċità ta' ppjanar bil-quddiem;

    kapaċità ta' reazzjoni għall-avvenimenti;

    approċċ metikoluż;

    ħiliet ta' komunikazzjoni.

    6.   PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA

    Biex jassisti lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-ħatra ta' uffiċjali għolja se jistabbilixxi lista ta' kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau l-ismijiet tal-persuni li għandhom jissejħu għal intervista. Il-Bureau se jadotta l-lista, filwaqt li l-Kumitat se jagħmel l-intervisti u jissottometti r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għal deċiżjoni. F'dan l-istadju, il-Bureau jista' jintervista lill-kandidati.

    7.   APPLIKAZZJONIJIET

    Il-kandidati huma mitluba jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom fl-indirizz muri hawn taħt (u jikkwotaw l-“Avviż ta' Reklutaġġ PE/123/S”), u jinkludu stqarrija personali u curriculum vitae tal-Europass (7):

    Monsieur le Secrétaire Général

    Parlement européen

    Bâtiment Konrad Adenauer

    2929 Luxembourg

    LUXEMBOURG

    L-applikazzjoni trid tintbagħat bil-posta rreġistrata sa mhux aktar tard mill-21 ta' Mejju 2010, bit-timbru tal-posta bħala konferma tad-data.

    Jinġieb għall-attenzjoni tal-Kandidati li jissejħu għal intervista (8) li, sad-data tal-intervista, għandhom jipprovdu, permezz biss ta' kopji jew fotokopji, dokumenti li jikkonfermaw l-istudji kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività tagħhom li jeżerċitaw attwalment. Dawn id-dokumenti ma jingħatawx lura lill-kandidati.


    (1)  ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1.

    (2)  Mar-reklutaġġ, l-uffiċjal jitqiegħed fi grad skont l-Artikolu 32 tar-Regolamenti.

    (3)  Ara l-anness għad-dmirijiet prinċipali.

    (4)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Isvezja u l-Ungerija.

    (5)  Din is-sena ta' esperjenza ma titqiesx fil-valutazzjoni tal-esperjenza professjonali meħtieġa fil-paragrafu segwenti.

    (6)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, l-Isvediż, it-Taljan u l-Ungeriż.

    (7)  http://europass.cedefop.europa.eu/

    (8)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu qed jaħdmu għall-Parlament Ewropew fid-data tal-għeluq tat-tressiq tal-applikazzjonijiet.


    ANNESS

    DIRETTORAT SJ A — AFFARIJIET ISTITUZZJONALI U PARLAMENTARI

    1.   KOMPITI PRINĊIPALI TAD-DIRETTUR

    Jimmaniġġja, jikkoordina u jmexxi l-ħidma relatata mal-għajnuna ġuridika għall-affarijiet istituzzjonali u parlamentari

    Jagħti pariri lill-Istituzzjoni u lill-entitajiet tagħha

    Jissostitwixxi l-Ġurikonsult fil-missjonijiet tiegħu kull meta jkun meħtieġ

    Jirrappreżenta lill-Istituzzjoni fil-proċeduri ġudizzjarji

    2.   ORGANIGRAMMA (2)

    1 Direttur

    1 Assistent

    UNITÀ LIĠI ISTITUZZJONALI U BAĠITARJA, RELAZZJONIJIET ESTERNI (SJA10)

    UNITÀ TAD-DRITTIJIET TAL-MEMBRI PARLAMENTARI U TAL-ASSISTENTI TAGĦHOM (SJA20)

    UNITÀ TAR-REGOLAMENTI TAL-PE U TAR-REGOLAMENTAZZJONI TAL-FUNZJONAMENT INTERN (SJA30)

    1.   KOMPITI PRINĊIPALI TAS-SETTURI ĠURIDIĊI KKUNSIDRATI

    Jassisti lill-Istituzzjoni fi kwistjonijiet ta' natura legali fl-oqsma ta' attività tagħha permezz ta' pariri ġuridiċi indipendenti, bil-miktub jew orali.

    Jeżerċita funzjoni ta' litigazzjoni: difiża professjonali tal-interessi tal-Istituzzjoni, speċjalment fi proċeduri ġuriżdizzjonali, b'mod partikolari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

    2.   ORGANIGRAMMA (26)

     

    1 Kap tal-Unità

    1 Kap tal-Unità

    1 Kap tal-Unità

    5 Amministraturi

    3 Amministraturi

    4 Amministraturi

    4 Assistenti

    3 Assistenti

    4 Assistenti


    Top