EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2010:117E:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CE 117, 06 ta' Mejju 2010


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2010.117.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 117E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
6 ta' Mejju 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2008-2009
Dati tas-seduti: 24-26 Marzu 2009
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 236 E, 1.10.2009.
TESTI ADOTTATI

 

It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009

2010/C 117E/01

Il-prijoritajiet tal-UE għall-64 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU
Rakkomondazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-64 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU (2009/2000(INI))

1

2010/C 117E/02

Sena wara Liżbona: is-sħubija bejn l-Afrika u l-UE fl-azzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar sena wara Liżbona: is-sħubija bejn l-Afrika u l-UE fl-azzjoni (2008/2318(INI))

7

2010/C 117E/03

Il-kuntratti MDG
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-kuntratti MDG (2008/2128(INI))

15

2010/C 117E/04

Studji artistiċi fl-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar l-istudji artistiċi fl-Unjoni Ewropea (2008/2226(INI))

23

2010/C 117E/05

Djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa (2008/2224(INI))

27

2010/C 117E/06

Il-Ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP-UE fl-2008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-Ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP-UE fl-2008 (2008/2303(INI))

33

2010/C 117E/07

L-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika reġjonali u l-ostakli għall-użu tal-Fondi Strutturali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar l-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika reġjonali u l-ostakli għall-użu tal-Fondi Strutturali (2008/2061(INI))

38

2010/C 117E/08

Il-kumplimentarjetà u l-koordinazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u tal-miżuri għall-iżvilupp rurali
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-kumplimentarjetà u l-koordinazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u tal-miżuri għall-iżvilupp rurali (2008/2100(INI))

46

2010/C 117E/09

Il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-Unjoni Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-Unjoni Ewropea (2008/2071(INI))

52

2010/C 117E/10

Il-multilingwiżmu, vantaġġ għall-Ewropa u impenn konġunt
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-multilingwiżmu: vantaġġ għall-Ewropa u impenn komuni (2008/2225(INI))

59

2010/C 117E/11

Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali u l-qagħda tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma futura tal-politika għall-koeżjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali u l-qagħda tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma futura tal-politika għall-koeżjoni (2008/2174(INI))

65

2010/C 117E/12

Id-dimensjoni urbana tal-politika ta' koeżjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar id-dimensjoni urbana tal-politika ta' koeżjoni fil-perjodu ġdid ta' programmar (2008/2130(INI))

73

2010/C 117E/13

L-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Fondi Strutturali 2007 - 2013
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Fondi Strutturali 2007 - 2013: ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji ta' koeżjoni nazzjonali u l-programmi operattivi (2008/2183(INI))

79

2010/C 117E/14

L-iżvilupp ta’ mikrokreditu bħala appoġġ għat-tkabbir u għall-impjiegi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikrokreditu bħala appoġġ għat-tkabbir u għall-impjiegi (2008/2122(INI))

85

ANNESS

89

 

L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009

2010/C 117E/15

Il-metodu ABB-ABM bħala strument ta’ treġija għall-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-metodu ABB-ABM bħala strument ta’ treġija għall-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji (2008/2053(INI))

91

2010/C 117E/16

Reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-Reviżjoni ta' nofs iż- żmien tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 (2008/2055(INI))

95

2010/C 117E/17

Ftehima għal Sħubija Ekonomika bejn il-KE u l-Istati tal-Cariforum
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwdar Ftehima għal Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Cariforum, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

101

2010/C 117E/18

Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika Interim KE- Kosta ta' l-Avorju
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Kosta tal-Avorju, min-naħa l-oħra

106

2010/C 117E/19

Ftehima interim għal Sħubija Ekonomika bejn il-KE-Gana
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-Ftehima interim għal Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gana, min-naħa l-oħra

112

2010/C 117E/20

Ftehim Interim għal Sħubija Ekonomika KE-Stati tal-Paċifiku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehim Interim għal Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Paċifiku, minn naħa u l-Komunità Ewropea, min-naħa l-oħra

118

2010/C 117E/21

Ftehima Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-KE-SADC EPA
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehima Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati SADC EPA, min-naħa l-oħra

124

2010/C 117E/22

Ftehim ta’ Sħubija ekonomika KE-Stati tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afrika
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-ftehim interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija ekonomika bejn l-Istati tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afrika fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa oħra

129

2010/C 117E/23

Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-KE u l-Istati Msieħba fil-Komunità tal-Afrika tal-Lvant
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-ftehima li tistabbilixxi qafas għal Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Istati Msieħba fil-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra

135

2010/C 117E/24

KE - L-Afrika Ċentrali: Ftehima ta' Sħubija Ekonomika Interim
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehima interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra

141

2010/C 117E/25

Ir-Rapporti Annwali għall-2007 tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-Rapporti Annwali għall-2007 tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (2008/2155(INI))

147

2010/C 117E/26

Il-futur tal-industrija tal-karozzi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-futur tal-industrija tal-karozzi

157

 

Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009

2010/C 117E/27

White Paper dwar azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar il-White Paper: Azzjonijiet ta' riżarċiment tad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust (2008/2154(INI))

161

2010/C 117E/28

Ftehima ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar Ftehima ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indja (2008/2135(INI))

166

2010/C 117E/29

Responsabbilità soċjali ta' impriżi li huma sottokuntratturi fil-katini ta' produzzjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar ir-responsabbilità soċjali ta' impriżi li huma sottokuntratturi fil-katini ta' produzzjoni (2008/2249(INI))

176

2010/C 117E/30

Il-prezzijiet tal-ikel fl-Ewropa
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar il-prezzijiet tal-ikel fl-Ewropa (2008/2175(INI))

180

2010/C 117E/31

L-impatt tal-urbanizzazzjoni estensiva fi Spanja fuq id-drittijiet individwali taċ-ċittadini Ewropej, fuq l-ambjent u fuq l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar l-impatt tal-urbanizzazzjoni estensiva fi Spanja fuq id-drittijiet individwali taċ-ċittadini Ewropej, fuq l-ambjent u fuq l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, fuq il-bażi tal-petizzjonijiet li rċieva (2008/2248(INI))

189

2010/C 117E/32

Ir-relazzjonijiet transatlantiċi wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar l-istat tar-Relazzjonijiet Tranżatlantiċi wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti (2008/2199(INI))

198

2010/C 117E/33

It-tisħiħ tas-sigurtà u tal-libertajiet fundamentali fuq l-Internet
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 lill-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-libertajiet fundamentali fuq l-Internet (2008/2160(INI))

206

2010/C 117E/34

Strateġija tal-UE għal żarmar aħjar tal-bastimenti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar strateġija tal-UE għal żarmar aħjar tal-bastimenti

214

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009

2010/C 117E/35

Ftehim bejn il-KE u n-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-KE u n-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2008)0041 – C6-0041/2009 – 2008/0017(CNS))

217

2010/C 117E/36

Ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0690 – C6-0414/2008 – 2008/0213(COD))

218

2010/C 117E/37

Sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali (verżjoni kodifikata) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0842 – C6-0019/2009 – 2008/0235(CNS))

219

2010/C 117E/38

Il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar ir-rakkomandazzjoni għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (13411/2008 – C6-0351/2008 – 2008/0807(CNS))

220

2010/C 117E/39

Prodotti kożmetiċi (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0049 – C6-0053/2008 – 2008/0035(COD))

223

P6_TC1-COD(2008)0035Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta’ Marzu 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti kosmetiċi (tfassil mill-ġdid)

224

ANNESS

224

2010/C 117E/40

Tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien (COM(2008)0618 – C6-0346/2008 – 2008/0188(COD))

225

P6_TC1-COD(2008)0188Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien

225

2010/C 117E/41

L-Istruttura u r-rati ta’ dazju tas-sisa applikati fuq tabakk manifatturat *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 92/79/KEE, 92/80/KEE u 95/59/KE dwar l-istruttura u r-rati ta’ dazju tas-sisa applikati fuq tabakk manifatturat (COM(2008)0459 – C6-0311/2008 – 2008/0150(CNS))

226

 

L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009

2010/C 117E/42

L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni: bijometriċi u applikazzjonijiet għall-viżi ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni tal-bijometriċi, inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-ilqugħ u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viżi (5329/1/2009 – C6-0088/2009 – 2006/0088(COD))

232

2010/C 117E/43

Garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità (COM(2008)0910 – C6-0025/2009 – 2008/0268(COD))

233

P6_TC1-COD(2008)0268Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità

233

2010/C 117E/44

Il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea ta’ l-avjazzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea ta’ l-avjazzjoni (COM(2008)0388 – C6-0250/2008 – 2008/0127(COD))

234

P6_TC1-COD(2008)0127Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea ta’ l-avjazzjoni

234

2010/C 117E/45

L-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2006/23/KE (COM(2008)0390 – C6-0251/2008 – 2008/0128(COD))

235

P6_TC1-COD(2008)0128Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta’ Marzu 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam ta’ l-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE

235

2010/C 117E/46

Ikel ġdid ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid u li jemenda r-Regolament (KE) Nru XXX/XXXX [proċedura komuni] (COM(2007)0872 – C6-0027/2008 – 2008/0002(COD))

236

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta’ Marzu 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97

236

2010/C 117E/47

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0505 – C6-0297/2008 – 2008/0165(COD))

255

P6_TC1-COD(2008)0165Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid)

256

2010/C 117E/48

Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-KE u Cariforum ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Cariforum, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (5211/2009 – COM(2008)0156 – C6-0054/2009 – 2008/0061(AVC))

256

2010/C 117E/49

Il-konklużjoni tal-Ftehima ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, u l-KE ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (5535/2009 – COM(2008)0439 – C6-0064/2009 – 2008/0136(AVC))

257

 

Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009

2010/C 117E/50

Tqassim tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità (emenda tar-Regolament OKS) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità (COM(2008)0563 – C6-0353/2008 – 2008/0183(CNS))

258

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2008-2009 Dati tas-seduti: 24-26 Marzu 2009 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 236 E, 1.10.2009. TESTI ADOTTATI

It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009

6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/1


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Il-prijoritajiet tal-UE għall-64 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU

P6_TA(2009)0150

Rakkomondazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-64 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU (2009/2000(INI))

2010/C 117 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill minn Alexander Graf Lambsdorff f’isem il-Grupp ALDE dwar il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea għall-64 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-NU (B6-0034/2009),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2008 lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE għat-63 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-NU (1),

wara li kkunsidra l-prijoritajiet tal-UE għat-63 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottati mill-Kunsill fis-16 ta’ Ġunju 2008 (9978/2008),

wara li kkunsidra s-63 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNGA), b’mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tagħha dwar “Kooperazzjoni bejn in-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Interparlamentari (2)”, “Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Użu ta’ Armi Nukleari” (3), “Trattat Komprensiv dwar il-Projbizzjoni ta’ Testijiet Nukleari” (4), “Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta’ Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u Armi Tossiċi u dwar il-Qerda Tagħhom” (5), “Moratorju dwar l-użu tal-piena tal-mewt” (6), “Ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali waqt il-ġlieda kontra t-terroriżmu” (7), “Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-Bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea” (8), “Is-Sitwazzjoni ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran” (9), “Id-Dikkjarazzjoni ta’ Doha dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp: dokument tar-riżultat tal-Konferenza Internazzjonali ta’ Segwitu dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp biex issir Reviżjoni tal-Implimentazzjoni tal-Kunses ta’ Monterrey” (10), “Is-Sitwazzjoni tad-drittijiet tal-Bniedem fil-Myanmar” (11), “Attivitajiet relatati mal-Iżvilupp” (12), “It-Tisħiħ tad-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin” (13), “Il-Baġit tal-programm għall-bijennju 2008-2009” (14) u “Proponiment ta’ idea ġenerali għall-Baġit tal-programm għall-bijennju 2010-2011” (15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-iżvilupp tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, inkluż l-irwol tal-UE (16),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar prospettivi ta’ żvilupp għall- ħolqien tal-paċi u l-bini ta’ nazzjonijiet f’sitwazzjonijiet wara kunflitt (17),

wara li kkunsidra r-Regola 114(3) u Regola 90 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0132/2009),

A.

billi, erba’ snin wara, l-Istati Membri tan-NU għandhom jiġu mfakkra fl-impenn tagħhom sabiex jiksbu l-miri ambizzjużi stipulati tad-Dokument dwar ir-Riżultati tas-Samit Dinji adottat f’New York fis-16 ta’ Settembru 2005,

B.

billi hija biss sistema multilaterali globali, effikaċi u inklussiva li tista’ tindirizza l-għadd ta’ sfidi u theddidiet marbut mill-qrib u li n-nazzjonijiet, is-soċjetajiet u ċ-ċittadini jħabbtu wiċċhom miegħu, bħat-theddid għall-paċi u l-istabiltà, it-theddid għas-sigurtà tal-bniedem, għall-faqar, għall-bidla fil-klima, għas-sigurtà tal-enerġija u l-konsegwenzi tal-kriżi globali ekonomika u finanzjarja,

C.

billi fit-63 Assemblea Ġenerali tan-NU ttieħdu deċiżjonijiet importanti fuq għadd ta’ punti li jirrigwardaw l-aġenda tar-riforma, inklużi t-titjib fl-amministrazzjoni tar-riżorsi umani u fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, it-tisħiħ parzjali tad-Dipartiment tal-Affarijiet Politiċi, u t-tnedija tan-negozjati intergovernementali dwar ir-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà,

D.

billi, abbażi proposta mit-Tielet Kumitat, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ġabra ta’ riżoluzzjonijiet importanti fuq firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet soċjali, umanitarji u dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi riżoluzzjonijiet ta’ tliet pajjiżi, kif ukoll il-Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,

E.

billi, grazzi għall-inizjattiva “Delivering as One” u x-xogħol taż-żewġ kofaċilitaturi, sar progress tanġibbli u prammatiku fil-kisba ta’ xi riformi ta’ Koerenza Sistemika fin-NU; billi jenħtieġ li l-kisbiet jiġu kkonsolidati u li jsir aktar progress fiz-zoni identifikati mit-63 UNGA.

F.

billi n-nuqqas ta’ riforma ta’ entitajiet, bħall-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u bħall-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU (ECOSOC), jista’ jirriżulta fil-fatt li raggruppamenti informali bħall-G8 jew il-G20 jippruvaw jieħdu post l-arranġamenti istituzzjonali globali,

G.

billi l-Unjoni Ewropea għandha tippromwovi l-fatt li l-prinċipji sodi tagħha huma valuri universali, filwaqt li tagħmel sforzi sabiex tevita l-polarizzazzjoni tal-pożizzjonijiet,

H.

billi, min-naħa l-oħra, il-koperazzjoni bejn is-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti u l-istituzzjonijiet tal-UE qatt ma kienu daqshekk mill-qrib u dan jirrifletti l-valuri, il-miri u l-interessi kondiviżi ta’ dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet,

I.

billi l-kapaċità operazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam ta’ attivitajiet ta’ paċi u ta’ sigurtà jenħtieġ li tissaħħaħ aktar, u billi l-kooperazzjoni UE/NU fiż-żamma tal-paċi hija kolonna importanti fil-paċi u fis-sigurtà globali,

J.

billi jeżisti numru dejjem jikber ta’ fatalitajiet fost il-ħaddiema għaż-żamma tal-paċi tan-NU, u billi għandhom jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex dawn il-ħaddiema jitħarsu,

K.

billi l-UE u l-Istati Uniti huma msieħba strateġiċi u huwa fl-interess reċiproku tagħhom li jikkonfrontaw flimkien it-theddidiet u l-isfidi komuni fix-xenarju globali l-ġdid, fuq il-bażi tal-liġi u tal-istituzzjonijiet multilaterali internazzjonali, b’mod partikolari in-NU; billi d-dikjarazzjoni magħmula mir-Rappreżentant Permanenti tal-Istati Uniti għan-Nazzjonijiet Uniti, Susan Rice, turi dedikazzjoni mġedda biex ikun hemm impenn b’mod kostruttiv man-Nazzjonijiet Uniti,

L.

billi l-Unjoni Ewropea indikat, fl-Istqarrija tagħha fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (HRC) tad-19 ta’ Settembru 2008, li l-erba’ elementi li ġejjin u li huma parti mid-dokument tar-riżultat tal-Konferenza ta’ Durban huma inaċċettabbli ('l hekk imsejħa l-“linji l-ħomor tal-UE”): (1) l-għażla ta’ reġjun wieħed partikolari fid-dinja; (2) il-ftuħ mill-ġdid tad-dikjarazzjoni ta’ Durban 2001 billi tiddaħħal projbizzjoni kontra “d-defamazzjoni ta’ reliġjon,” maħsuba biex tirristrinġi l-kelma ħielsa u biex timponi ċ-ċensura eżistenti fil-liġijiet Iżlamiċi ta’ kontra l-ereżiji; (3) it-tfassil ta’ lista ta’ prijorità fost il-vittmi; u (4) il-politiċizzazzjoni u l-polarizzazzjoni tad-diskussjoni,

M.

billi fil-kuntest ta’ reċessjoni globali, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jintbagħtu lura għexieren ta’ snin bħala riżultat tal-prezzijiet ta’ oġġetti bażiċi li dejjem qed jorħsu, inqas flussi ta’ investiment, instabilità finanzjarja u nuqqas fi ħlasijiet, u billi l-valur tal-impenji eżistenti ta’ għajnuna mill-UE ser jonqos bi kważi 12 000 dollaru Amerikan fis-sena għaliex dawn l-impenji huma espressi f’persentaġġ tal-PGD tal-Istati Membri,

1.

Jindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

 

L-UE fin-NU

(a)

biex jipproġetta lilu nnifsu fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti bħala medjatur onest bejn l-interessi u l-valuri ta’ gruppi msieħba differenti sabiex jippromwovi għarfien komuni u koeżjoni akbar fir-rigward tat-tliet pilastri marbutin flimkien mill-qrib li fuqhom isserraħ in-NU, jiġifieri l-paċi u s-sigurtà, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku u d-drittijiet tal-bniedem;

(b)

biex ikun żgurat, flimkien mal-Kummissjoni li l-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-aġenda multilaterali jiġu indirizzati sistematikament fid-djalogi bilaterali li l-UE u l-Istati Membri tal-UE jagħmlu ma’ pajjiżi u gruppi reġjonali oħrajn;

(c)

biex flimkien mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti jistudja bir-reqqa metodi li jsaħħu l-koperazzjoni taż-żewġ imsieħba, b’appoġġ għall-prijoritajiet komuni tagħhom fin-Nazzjonijiet Uniti;

 

Paċi u Sigurtà

(d)

biex irawwem id-dibattitu mibdi mis-Segretarju Ġenerali, Ban Ki-Moon, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-Responsabiltà ta’ Protezzjoni (R2P), sabiex jikseb kunsens imsaħħaħ dwaru u biex jiġi żviluppat approċċ aktar operazzjonali għal din il-kolonna ewlenija tal-prinċipji tan-NU filwaqt li jirreżisti tentattivi biex jonqos il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha;

(e)

biex jiżgura li n-natura preventiva tal-R2P tkun enfasizzata b’mod xieraq fid-dibattitu msemmi hawn fuq u li tingħata attenzjoni xierqa sabiex tingħata għajnuna lil pajjiżi vulnerabbli u mhux stabbli ħalli jiżviluppaw il-kapaċità li jerfgħu responsabiltà bħal din, b’attenzjoni speċifika fuq il-parteċipanti reġjonali bħala l-iktar interlokaturi effettivi f’sitwazzjonijiet mhux stabbli;

(f)

biex jiżgura li l-prinċipju tal-R2P jiġi applikat f’każijiet ta’ kriżi fejn l-istat ikkonċernat jonqos milli jipproteġi lill-poplu tiegħu minn ġenoċidju, reati tal-gwerra, tindif etniku u reati kontra l-umanità;

(g)

biex jinkoraġġixxi lill-Unjoni Afrikana biex tiżviluppa aktar il-kapaċitajiet tal-immaniġġjar tal-kriżi tagħha u jistieden kemm lill-parteċipanti ewlenin tal-UE u tan-NU biex jappoġġjaw dawn l-isforzi u biex isaħħu l-koperazzjoni mal-Unjoni Afrikana fil-ħolqien tal-paċi u s-sigurtà fil-kontinent Afrikan;

(h)

biex iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jagħmlu l-isforzi neċessarji kollha sabiex in-negozjati dwar il-Konvenzjoni Komprensiva dwar it-Terroriżmu Internazzjonali jiġu konklużi;

 

Drittijiet tal-bniedem

(i)

biex b’mod ċar jiffavorixxi li r-riżoluzzjonijiet kollha diskussi u adottati fl-UNGA jkunu konformi mal-prinċipji tal-liġi internazzjonali umanitarja u biex jikkundanna b’mod ċar kull ksur ta’ dan, b’mod partikulari fir-rigward tas-sigurtà u tas-sikurezza tal-ħaddiema tan-NU u ta’ ħaddiema umanitarji oħrajn;

(j)

biex jistabbilixxi kuntatt ma’ gruppi reġjunali oħrajn sabiex jippromwovi aktar kuxjenza u għarfien dwar il-prinċipji eżistenti fid-Dikjarazzjoni appoġġjata mill-UE dwar l-orjentazzjoni sesswali u l-identità sesswali approvata mis-66 Stat Membru tan-NU;

(k)

biex jitlob lis-Segretarju Ġenerali tan-NU biex jinforma lill-65 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-konformità tal-Istati Membri mal-projbizzjoni tal-piena tal-mewt għaż-żgħażagħ, inkluża l-informazzjoni dwar l-għadd ta’ żgħażagħ li wettqu reati li bħalissa huma kkundannati għall-piena tal-mewt, u l-għadd ta’ żgħażagħ li ġew iġġustizzjati f’dawn l-aħħar 5 snin;

(l)

biex iniedi dibattitu, qabel ir-reviżjoni tal-2011 tal-HCR, li jenfasizza l-kumplimentarità bejn it-Tielet Kumitat, korp intergovernementali tal-UNGA li għandu sħubija universali, u l-HRC, li l-kompożizzjoni tiegħu hi limitata u li l-mandat tiegħu huwa aktar operazzjonali;

(m)

jistieden lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw mill-ġdid il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Konferenza ta’ reviżjoni ta’ Durban f’Ġinevra f’April 2009 jekk il-ksur tal-“linji l-ħomor” kollha msemmija fl-abbozz tad-dokument ta’ riżultat tal-20 ta’ Frar 2009 jiġi kkonfermat fin-negozjati sussegwenti fil-preparazzjoni għall-Konferenza;

(n)

biex jippromwovi u jappoġġja l-isforzi li jiżguraw li s-sistema ta’ sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fil-konfront tat-terroriżmu tkun suġġetta għal proċeduri trasparenti u ġusti, b’mod partikulari billi tiġi introdotta proċedura effikaċi ta’ notifika u billi tiġi stabbilita reviżjoni ġudizzjarja indipendenti, li tkun konformi mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej;

(o)

biex iħeġġeġ lill-Kunsill tas-Sigurtà u lilll-Kumitat tiegħu ta’ Kontra t-Terroriżmu ħalli jikkoperaw mal-korpi relevanti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, sabiex jimmoniterjaw b’mod kontinwu l-konformità mal-obbligazzjonijiet skont id-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u l-liġi tar-refuġjati u dik umanitarja;

(p)

biex jinsisti li l-membri kollha tan-NU jirratifikaw l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC), bil-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà minn ta’ quddiem, u, fl-isfond tal-konferenza ta’ reviżjoni tal-ICC tal-2009, biex jappoġġja b’mod attiv l-isforzi biex jintlaħaq ftehim dwar id-definizzjoni pendenti tar-reat ta’ aggressjoni u l-kundizzjonijiet li skonthom il-Qorti tista’ teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha, kif stipulat fl-Artikolu 5(2) tal-Istatut ta’ Ruma;

 

Riforma tan-NU

(q)

biex jinkuraġġixxi l-proċess li għadu għaddej ħalli jikseb konsistenza bejn il-progress miksub fil-livell tal-pajjiż fl-implimentazzjoni tar-riforma “Delivering as One” u l-prattiki kummerċjali differenti applikati mill-kwartieri ġenerali tal-aġenziji u l-programmi tan-NU, li sa issa ostakolaw koperazzjoni u koordinazzjoni aktar mill-qrib fil-prattika;

(r)

biex jiżviluppa l-koordinazzjoni tal-UE, inkluża l-koordinazzjoni tad-donatur, fir-relazzjonijiet ta’ aġenziji, fondi u programmi tan-NU fil-livell tal-kwartieri ġenerali kif ukoll fil-livell tal-pajjiż, inkluż bil-parteċipazzjoni f’fondi li għandhom aktar minn donatur wieħed u li huma mmexxija min-NU, u biex jestendi wkoll għall-aġenziji u għall-programmi tan-NU id-djalogu mas-Segretarjat tan-NU li diġà huwa stabbilit sew;

 

Ambjent

(s)

biex jippromwovi dibattitu dwar il-Konferenza tal-Partijiet li jmiss għall-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima (COP15) f’Kopenħagen f’Diċembru 2009 sabiex jinħoloq kunsens dwar l-adozzjoni ta’ ftehima internazzjonali ġdida dwar il-Bidla fil-Klima għall-perjodu ta’ wara l-2012 u biex din il-ftehima tiġbor mumentum warajha; f’dan il-kuntest, biex jiġbor appoġġ għal pakkett finanzjarju u teknoloġiku immirat lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex l-approvazzjoni tagħhom għal ftehima vinkolanti ġdida tiġi faċilitata;

(t)

biex japprova l-adozzjoni, mill-UNGA li jmiss, ta’ struttura aktar koerenti għal governanza ambjentali globali, kif propost mill-Kunsill Governattiv/Forum Globali Ministerjali dwar l-Ambjent tal-Programm Ambjentali tan-NU, sistema ta’ governanza li tkun kapaċi tħabbat wiċċha mal-isfidi ferm kbar li għad iridu jiġu;

 

Governanza globali

(u)

biex imexxi d-dibattitu attwali dwar il-governanza globali, inkluża l-governanza ekonomika u finanzjarja, bil-għan li jsaħħaħ il-mandati u jtejjeb il-prattiċi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u tal-Bank Dinji, filwaqt li fl-istess ħin jerġa’ jagħti l-ħajja mill-ġdid lill-ECOSOC;

(v)

biex juża n-negozjati intergovernamentali li ġejjin dwar ir-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà, abbażi tar-regoli ta’ proċedura tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, bħala opportunità biex issir enfasi fuq punti ta’ konverġenza u biex jinkiseb progress tanġibbli fir-rigward tal-kjarifika tal-kompetenzi tal-Kunsill tas-Sigurtà fir-rigward ta’ korpi oħrajn tan-NU, iż-żieda ta’ membri ġodda permanenti u mhux permanenti – possibbilment fuq bażi temporanja – sabiex itejbu r-rappreżentanza u l-leġittimità tal-Kunsill tas-Sigurtà, u r-reviżjoni ta’ metodi ta’ ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà;

(w)

biex jenfasizza li l-Unjoni Ewropea ser tibqa’ timmira fit-tul biex ikollha post fil-Kunsill tas-Sigurtà;

 

Nonproliferazzjoni u diżarm

(x)

biex jippromwovi kundizzjonijiet għas-suċċess tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Partijiet tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT) fl-2010, speċjalment billi jendorsja u jippromwovi l-Mudel tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Nukleari propost; biex jikseb kunses dwar it-Trattat propost dwar il-Waqfien tal-Użu ta’ Materjal Fissili; biex jaħdem sabiex tinkiseb l-adozzjoni, mill-Konferenza dwar id-Diżarm, ta’ programm sostantiv ta’ ħidma sabiex dik l-entità tibda topera; sabiex jitratta, b’mod multilaterali u bilaterali, mal-Istati Membri tan-NU sabiex jerġgħu iniedu r-ratifika tat-Trattat Kompresniv dwar il-Projbizzjoni tat-Testijiet Nukleari; u, fl-aħħarnett, sabiex iħeġġeġ aktar sforzi lejn it-tnedija ta’ negozjati dwar Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi;

 

Riforma tat-tmexxija

(y)

biex jagħmel użu sħiħ mill-importanza finanzjarja li għandu fin-NU sabiex jiżgura li l-baġit għall-2010-2011 jindirizza aħjar il-ħtiġijiet operazzjonali l-aktar bżonjużi ta’ din l-organizzazzjoni, u biex jipprovdu lis-Segretaju Ġenerali tan-NU b’aktar diskrezzjoni fl-allokazzjoni ta’ riżorsi umani skont tali ħtiġijiet u fid-dawl tad-deċiżjonijiet operazzjonali meħuda mill-korpi relevanti tan-NU, b’mod partikulari mill-Kunsill tas-Sigurtà u mill-UNGA;

(z)

biex, fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar reviżjoni tal-gradi ta’ evalwazzjoni għall-allokazzjoni tal-ispejjeż tan-Nazzjonijiet Uniti, jistabbilixxi rabta ċara bejn rappreżentazzjoni aħjar fost il-korpi tan-NU u tqassim aktar ġust tal-piż finanzjarju;

(aa)

biex jiżviluppa politika tal-persunal tal-UE fin-NU aktar koordinata mill-qrib, bil-għan li tinkisb aktar trasparenza u effikaċja fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ jibqgħu biżżejjed attraenti għaċ-ċittadini tal-UE;

 

L-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millenju (MDGs)

(ab)

biex jeżerċita sens ta’ tmexxija globali biex iqanqal azzjoni internazzjonali għall-kisba tal-wegħidiet tal-MDGs fid-dawl tal-evidenz dejjem tiżdied li d-dinja għadha lura ferm mil-wegħdiet li saru fir-rigward tal-MDGs;

(ac)

sabiex jappoġġa l-inizjattiva tal-‘Grupp ta’ Ħidma għall-MDG’ li jimmonitorja l-impenji globali dwar l-għajnuna, il-kummerċ, it-tnaqqis tad-dejn u l-aċċess għal mediċini u teknoloġiji essenzjali;

(ad)

sabiex jappella għall-organizzazzjoni, b’urġenza, tal-konferenza ta’ livell għoli tan-NU dwar il-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija u l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp, kif kien miftiehem waqt il-Konferenza ta’ Doha dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret fl-2008;

(ae)

sabiex ikompli d-diskussjonijiet dwar l-inizjattiva “Business Call to Action” u l-impenji għall-fondi u għall-appoġġ favur l-isforzi għall-MDG, inklużi kif flimkien ma’ dawn tista’ tiżdied bl-istess rata r-responsabilità min-naħa tas-settur korporattiv;

(af)

sabiex, pari passu ma’ dawn l-inizjattivi kollha, jaderixxi mal-prinċipji eżistenti fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effettività tal-Għajnuna, u mal-Aġenda ta’ Akkra għall-Azzjoni, sabiex tittejjeb il-kwalità u d-distribuzzjoni tal-għajnuna;

(ag)

sabiex juża l-okkażjoni tal-64 UNGA sabiex isir rapport dwar il-livell sa fejn intlaħqu l-punti ta’ riferenza stipulati fl-Aġenda tal-UE għall-Azzjoni dwar l-MDGs;

(ah)

sabiex jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-kuntratti tal-MDGs u biex tħeġġeġ lid-donaturi l-oħra biex jipprovdu aktar għajnuna min-naħa tagħhom, fis-sura ta’ appoġġ baġitarju, fuq bażi prevedibbli u fit-tul;

 

L-aħħar Rakkomandazzjonijiet

(ai)

biex iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jkomplu jimxu mal-impenn tagħhom ta’ multilateriżmu effikaċi billi jiżguraw li ssir ir-ratifika sistematika u mgħaġġla tal-konvenzjonijiet u tat-trattati tan-NU;

(aj)

biex jappoġġja d-deċiżjoni meħuda mill-UNGA fir-riżoluzzjoni tagħha dwar il-“Koperazzjoni bejn in-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Interparlamentari” imsemmija hawn li tipprevedui punt separat dwar il-koperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, il-parlamenti nazzjonali u l-Unjoni Interparlamentari fl-aġenda proviżorja tal-65 UNGA, sakemm it-titolu tal-punt jinkludi ukoll referenza għal “assemblei parlamentari reġjonali”, u jippromwovi dibattitu dwar kif il-membri parlamentari, il-parlamenti nazzjonali u l-assemblei parlamentari reġjonali jista’ jkollhom rwol aktar attiv fin-Nazzjonijiet Uniti;

*

* *

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0339.

(2)  A/RES/63/24.

(3)  A/RES/63/75.

(4)  A/RES/63/87.

(5)  A/RES/63/88.

(6)  A/RES/63/168.

(7)  A/RES/63/185.

(8)  A/RES/63/190.

(9)  A/RES/63/191.

(10)  A/RES/63/239.

(11)  A/RES/63/245.

(12)  A/RES/63/260.

(13)  A/RES/63/261.

(14)  A/RES/63/264 A-C.

(15)  A/RES/63/266.

(16)  Testi adottati, P6_TA(2009)0021.

(17)  Testi adottati, P6_TA(2008)0639.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/7


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Sena wara Liżbona: is-sħubija bejn l-Afrika u l-UE fl-azzjoni

P6_TA(2009)0151

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar sena wara Liżbona: is-sħubija bejn l-Afrika u l-UE fl-azzjoni (2008/2318(INI))

2010/C 117 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE (“Strateġija Konġunta”) u l-ewwel Pjan ta’ Azzjoni (2008-2010) għall-implimentazzjoni tas-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika u l-UE, adottat mill-UE u l-kapijiet ta’ Stati u gvernijiet Afrikani fil-laqgħa f’Liżbona fit-8 u d-9 ta’ Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msejħa “Sena wara Liżbona: Is-sħubija bejn l-Afrika u l-UE fl-azzjoni” (COM(2008)0617),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar “Sena wara Liżbona: Is-sħubija bejn l-Afrika u l-UE fl-azzjoni”,

wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt dwar il-Progress tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE u l-ewwel Pjan ta’ Azzjoni tagħha (2008-2010) adottat mit-Trojka Ministerjali bejn l-Afrika u l-UE f’Addis Ababa, fl-Etjopja, fil-21 ta’ Novembru 2008,

wara li kkunsidra n-nota tas-17 ta’ Diċembru 2008 mill-kumitat ad hoc tal-Parlament Pan-Afrikan għar-relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew u mid-delegazzjoni ad-hoc tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet mal-Parlament Pan-Afrikan lill-Presidenzi fil-kariga tal-Unjoni Afrikana (UA) u l-UE, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissjonijiet tal-UA dwar ir-rwol tal-Parlament Pan-Afrikan u l-Parlament Ewropew fl-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-Istrateġija Konġunta,

wara li kkunisidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2007 dwar il-qagħda tar-relazzjonijiet bejn l-Afrika u l-UE (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Novembru 2005 dwar strateġija għall-iżvilupp fl-Afrika (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Kotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (3), kif emendat bil-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (4) (il-“Ftehim ta’ Kotonou”),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 għat-twaqqif ta’ strument ta’ finanzjament għall-koperazzjoni dwar l-iżvilupp (5),

wara li kkunsidra Artikoli 177 sa 181 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KE,

wara li kkunsidra Regola 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0079/2009),

A.

billi l-għan tal-qirda tal-faqar għandu jibqa’ verament fil-qalba tal-Istrateġija Konġunta,

B.

billi nofs il-popolazzjoni tal-Afrika għadha tgħix fil-faqar u billi l-Afrika hija l-uniku kontinent li mhuwiex qed jagħmel progress lejn l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs), b’mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis tal-faqar, il-mortalità tat-tfal, is-saħħa tal-omm u l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS u l-malarja,

C.

billi l-Istrateġija Konġunta timmira li tmur “lilhinn mill-iżvilupp”, “lilhinn mill-Afrika” u “lilhinn mill-istituzzjonijiet” biex tkopri firxa akbar ta’ kwistjonijiet Afrikani u globali milli kopriet fil-passat, bħall-enerġija, it-tibdil fil-klima u s-sigurtà, u biex tinvolvi spettru usa’ ta’ atturi li mhumiex istituzzjonali,

D.

billi matul l-aħħar sena ġie stabbilit ħafna mill-arkitettura istituzzjonali u mill-metodi innovattivi ta’ ħidma tal-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE iżda fil-fatt ftit inkiseb progress reali,

E.

billi, minkejja li, fl-Istrateġija Konġunta, kien hemm rikonoxximent espliċitu tar-rwol fundamentali tal-Parlament Pan-Afrikan u l-Parlament Ewropew “biex jirrevedu l-progress u jipprovdu gwida politika għas-sħubija”, dawn għadiridu jiġu nvoluti b’ xi mod strutturali u sinifikattiv fil-ħolqien, l-adattament u s-sorveljanza tal-Istrateġija Konġunta,

F.

billi kien hemm involviment minimu min-naħa tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, b’mod partikolari min-naħa tal-Afrika, fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta,

G.

billi kien hemm ftit finanzjament ġdid disponibbli biex tiġi implimentata l-Istrateġija Konġunta u, tabilħaqq, is-sorsi relevanti ta’ finanzjament kienu diġà programmati kompletament qabel ma l-Istrateġija Konġunta ġiet adottata,

H.

billi jekk il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) jidħol fil-Baġit tal-UE, kif talab il-Parlament kemm-il darba, dan jippermetti aktar koerenza politika u monitoraġġ parlamentari tal-infiq għall-iżvilupp,

I.

billi s-sehem tal-Afrika fil-kummerċ globali qiegħed jonqos u l-Afrika qiegħda titħalla barra mill-opportunitajiet li qiegħda toffri l-globalizzazzjoni,

J.

billi l-ħruġ ta’ kapital mill-pajjiż, speċjalment dak illegali qed iwassal biex l-ekonomiji Afrikani jitilfu biljuni ta’ euro fis-sena, filwaqt li “t-telf tal-imħuħ” (“brain drain”) qed iċaħħad lill-kontinent minn ħafna mill-kapaċità intellettwali essenzjali għall-iżvilupp futur tiegħu,

K.

billi l-produzzjoni tal-ikel u s-sikurezza tal-ikel fl-Afrika ma tantx baqgħu jitqiesu bħala prijoritajiet politiċi u kienu mċaħħda mill-investiment f’dawn l-aħħar għaxar snin, b’konsegwenzi potenzjalment diżastrużi, kif deher ċar fil-kriżi riċenti dwar il-prezzijiet tal-ikel,

L.

billi l-Afrika mhijiex rappreżentata biżżejjed fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-fora multilaterali li jiddeċiedu dwar ħafna mill-kwistjonijiet li jaffettwaw il-futur tal-kontinent,

M.

billi r-relazzjoni li ilha teżisti żmien bejn l-UE u l-Afrika tikseb sinifikat ġdid bid-dehra fix-xena tad-donaturi mhux tradizzjonali li aġendi u prijoritajiet tagħhom għall-Afrika jippreżentaw riskji u sfidi ġodda,

N.

billi huwa importanti li jinstabu sinerġiji u jiġi evitat kull xkiel bejn l-istituzzjonijiet tal-Istrateġija Konġunta u dawk tar-relazzjonijiet diġà eżistenti, bħal pereżempju l-Ftehim ta’ Kotonou, l-Istrateġija Ewro-Mediterranja u s-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika t’Isfel u l-UE,

O.

billi r-reviżjoni tal-2009 tal-Ftehim Kotonou se tfittex li tiċċara r-relazzjoni futura tal-ACP mal-UA,

P.

billi l-livelli ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-għanijiet u l-azzjonijiet tal-Istrateġija Konġunta huma baxxi ħafna u billi – l-aktar fl-Afrika – is-sensibilizzazzjoni pubblika dwar is-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika u l-UE u l-adeżjoni fiha huma direttament marbuta mal-kapaċità tal-Istrateġija Konġunta li twassal għal riżultati immedjati u tanġibbli li jistgħu jtejbu l-livell tal-ħajja tan-nies Afrikani,

Q.

billi l-isħubija għandha tqis li, għalkemm “sħubija bejn partijiet ugwali” tfisser li l-UE u l-UA huma indaqs f’termini ta’ parteċipazzjoni fid-diskussjoni u fl-istipular tal-politika, għandha tindirizza wkoll ir-realtà ċara li ż-żewġ kontinenti u l-istituzzjonijiet tagħhom għadhom ’il bogħod ħafna milli jkunu indaqs f’termini ta’ żvilupp istituzzjonali, kapaċità ta’ deċiżjoni u riżorsi,

It-twaqqif ta’ qafas UE u l-Afrika

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjon li, sena wara l-adozzjoni ta’ Strateġija Konġunta, il-komponenti ewlwnin tal-qafas istituzzjonali għall-implimentazzjoni tagħha fl-aħħar jinsabu f’posthom u bdew jiffunzjonaw, sostnuti minn Pjan ta’ Azzjoni li jrendi u li jimxi skont skeda, u li jidher li sar xi progress lejn l-implimentazzjoni ta’ Strateġija Konġunta u s-sħubijiet tematiċi tagħha; madanakollu, jesprimi dispjaċir li sal-aħħar tal-ewwel sena ta’ implimentazzjoni, xi sħubijiet għadhom fil-proċess li jiddefinixxu metodi ta’ ħidma u għadhom ma stabilixxewx x’ser irendu, l-iskedi u l-allokazzjonijiet baġitarji;

2.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-UE u l-UA ltaqgħu iżjed ta’ spiss matul l-ewwel sena wara l-iffirmar tal-Istrateġija Konġunta, minn qatt qabel;

3.

Jistieden lill-Kummissjonijiet u l-Istati Membri tal-UE u l-UA biex ilestu bħala prijorità din l-arkitettura istituzzjonali billi jiġu żviluppati l-komponenti parlamentari, tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet lokali li għandhom imexxu u jsostnu l-proċess billi jagħtuh trasparenza u leġittimità demokratika;

4.

Jilqa’ b’sodisfazzjon it-twaqqif tat-timijiet ta’ implimentazzjoni tal-UE bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri interessati, mhux biss għax l-iffinanzjar tal-Istrateġija Konġunta tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq kontribuzzjonijiet minn Stati Membri, iżda wkoll għaliex is-sehem dirett tal-Istati Membri jikkontribwixxi għal aktar għarfien, kontinwità u sostenibbiltà tal-azzjonijiet previsti fil-Pjan ta’ Azzjoni;

5.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-Istrateġija Konġunta biex jikkonċentraw bis-sħiħ fuq ir-riżultati meħtieġa, billi l-ewwel Pjan ta’ Azzjoni ser idum biss għal anqas minn tliet snin (2008-2010);

L-Irwol tal-Parlamenti

6.

Itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Kummissjonijiet tal-UA biex jieħdu passi attivi ħalli jinvolvu lill-Parlament Ewropew u l-Parlament Pan-Afrikan fl-implimentazzjoni fis-sorveljanza u fil-provvediment ta’ gwida politika għall-Istrateġija Konġunta, f’konformità mal-istejtus tagħhom bħala komponenti prinċipali tal-binja istituzzjonali;

7.

Jenfasizza l-irwol tal-korpi interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti Afrikani – bħall-Assemblea Parlamentari ACP-UE (JPA) u l-Assemblea Parlamentari Ewromediterranja – fit-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà, l-governanza u demokrazija tajba, kif ukoll bħala pjattaformi effikaċi għall-koperazzjoni u biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ tħassib komuni;

8.

Jinnota l-fatt li l-11-il laqgħa tat-Trojka Ministerjali bejn l-Afrika u l-UE approvat l-ewwel rapport ta’ progress annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta u l-ewwel Pjan ta’ Azzjoni tagħha, li għalih il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ssemmiet hawn fuq tikkostitwixxi l-kontribuzzjoni tal-UE;

9.

Jiddispjaċih madankollu li dan ir-rapport ġie mfassal mingħajr ebda konsultazzjoni ta’ jew kontribuzzjoni formali mill-Parlament Ewropew jew mill-Parlament Pan-Afrikan;

10.

Jipproponi li l-Presidenti tal-Parlamenti Pan-Afrikan u Ewropew sistematikament jattendu u jindirizzaw il-Laqgħat Għolja UE-Afrika biex jippreżentaw il-konklużjonijiet ta’ dawk il-Parlamenti dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni u suġġerimenti għall-orjentazzjonijiet futuri tal-istrateġija konġunta;

11.

Jitlob li, eżatt qabel it-Trojka Ministerjali tar-Rebbiegħa, il-membri tat-Trojka Ministerjali jipparteċipaw fi skambju ta’ opinjonijiet mar-rappreżentatnti tal-entitajiet kompetenti mill-Parlament Pan-Afrikan u mill-Parlament Ewropew, li matulu il-Parlamenti jistgħu jippreżentaw is-suġġerimenti u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar l-aħħar rapport annwali konġunt dwar il-progress; jissuġġerixxi li d-diskussjoni tas-suġġerimenti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlamenti tkun fuq l-aġenda tal-laqgħa tat-Trojka; jistenna li r-rapport annwali konġunt sussegwenti - adottat waqt it-Trojka Ministerjali tal-Ħarifa - għandu jindika kif dawn is-suġġerimtni u r-rakkomandazzjonijiet ikunu tqiesu; jitlob li r-rappreżentanti Parlamentari jiltaqgħu ukoll mal-Ministri tat-Trojka waqt li kun għaddejja l-laqgħa tat-Trojka fil-Ħarifa;

12.

Jikkunsidra li l-Parlament Pan-Afrikan u dak Ewropew għandhom jipparteċipaw f’livell xieraq kemm fil-gruppi konġunti ta’ esperti u kemm fil-grupp ta’ ħidma bejn l-UA u l-UE;

13.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ħolqot programm ta’ sostenn ta’ EUR 55 miljun fi ħdan id-9 EDF biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UA; jinsisti għal darb’oħra li parti minn dan il-baġit għandha tkun disponibbli biex jissaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi u operazzjonali tal-Parlament Pan-Afrikan u jistieden lill-Kummissjonijiet biex ifasslu pjanijiet ta’ azzjoni għall-użu ta’ dawn il-baġits f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Parlament Pan-Afrikan u b’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew;

14.

Jirrakkomanda li dik il-parti tal-baġit allokata għall-Parlament Pan-Afrikan tkun amministrata direttament mill-Parlament Pan-Afrikan, ladarba l-Parlament ikun kiseb il-kapaċità amministattiva meħtieġa biex jagħmel dan u jkun issodisfa r-rekwiżiti li jinsabu fir-regolament finanzjajru tal-KE (b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu) (6) biex il-Kummissjoni tkun tista’ timplimenta l-baġit permezz ta’ maniġment ċentralizzat indirett;

15.

Jistieden lill-UE u l-Kummissjonijiet tal-UA biex jissimplifikaw il-proċeduri biex jiġi żgurat djalogu dirett u effiċjenti bejn il-Parlamenti biex ma jkunx imxekkel b’dewmien inaċċettabbli, meta wieħed jikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tal-proċedura tagħhom;

16.

Jitlob għal darb’oħra għat-tfassil tal-baġit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u, fl-istess waqt, jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament Ewropew u Pan-Afrikan informati matul l-istadji kollha tal-proċess tal-baġit;

Is-soċjetà ċivili u atturi li mhumiex Stati

17.

Jemmen li jekk l-Istrateġija Konġunta trid tkun “sħubija ġenwina b’bażi wiesgħa, u ċċentrata fuq firxa ġmielha ta’ nies”, din għandha tinvolvi b’mod effettiv lis-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u tiffaċilita l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-ħidma tal-korpi implimentattivi tagħha;

18.

Jesprimi dispjaċir li, billi l-Pjan ta’ Azzjoni jindika li kull wieħed mill-Isħubijiet bejn l-Afrika u l-UE huwa miftuħ għal firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet, enfasi kbira qed issir fuq l-azzjonijiet tal-istat; jenfasizza li l-kontribut u l-involviment tal-parlamenti u atturi mhux statali, bħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, awtoritajiet lokali u atturi oħra mhux statali fil-proċess jeħtieġ li jiżdiedu u jiġu ċċarati aktar;

19.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-Kunsill Afrikan għall-Ekonomija, is-Soċjetà u l-Kultura (ECOSOCC) bħala mezz li jibni sħubija bejn il-gvernijiet Afrikani u s-soċjetà ċivili; madankollu jinsab mħasseb dwar il-livell baxx ta’ involviment min-naħa tas-soċjetà ċivili Afrikana fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta u jitlob li jkun hemm sforzi immedjati, b’mod partikolari min-naħa tal-Afrika, biex issawwar, f’koperazzjoni mill-viċin ma’ partijiet interessati, proċeduri għall-identifikazzjoni, ippjanar u involviment effettiv tal-atturi rappreżentattivi Afrikani li mhumiex tal-istat;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa għodod xierqa għall-bini tal-kapaċità għall-organizzazzjonjiet tas-soċjetà ċivili Afrikani speċifikatament immirati għat-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jaħdmu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta;

Sħubiji

21.

Jinnota li l-Istrateġija Konġunta għandha tindirizza wkoll kwistjonijiet li, għalkemm formalment jappartjenu għal qafas istituzzjonali differenti, għandhom influwenza profonda fuq il-futur tal-Afrika u li jibnu r-relazzjoni bejn iż-żewġ kontinenti, bħal pereżempju l-ftehim ta’ sħubija ekonomika (EPAs) u r-relazzjoni bejn il-gruppi reġjonali tal-EPA u gruppi oħra reġjonali eżistenti fl-Afrika (li jinkludu l-Komunitajiet Ekonomiċi Reġjonali), it-tieni reviżjoni tal-Ftehim ta’ Kotonou, l-Istrateġija Ewro-Mediterranja, is-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika t’Isfel u l-UE u r-relazzjoni tal-Afrika ma’ atturi globali ġodda bħaċ-Ċina u l-Brażil;

22.

Jemmen l-iżvilupp sostenibbli ekonomiku, soċjali u ambjentali jista’ jseħħ biss f’pajjiżi li joffru garanziji ta’ paċi, demokrazija u drittijiet tal-bniedem;

23.

Jappella lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-parti Afrikana biex jiżguraw koerenza bejn din l-istrategija u politiki oħrajn li jista’ jkollhom impatt ħażin fuq il-promozzjoni ta’ sħubija strateġika ġdida bejn l-UE u l-Afrika, b’mod partikolari politiki kummerċjali, ambjentali, dwar l-immigrazzjoni u l-agrikultura; jenfasizza li d-djalogu politiku bejn l-UE u l-Afrika għandu jkopri dawn il-kwistjonijiet;

24.

Jisħaq li, biex jingħeleb b’mod effettiv il-faqar, li għandu jibqa’ fil-qalba tal-istrateġija konġunta, is-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea għandha tgħin biex tistimula żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli, tattira investiment barrani, tippromwovi kummerċ internazzjonali ġust u tikkontribwixxi biex jinħolqu l-kundizzjonijiet li bihom il-pajjiżi Afrikani jkunu jistgħu jieħdu posthom bil-mod fl-ekonomija globali;

Paċi u sigurtà

25.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress li sar fir-rigward tal-isħubija għall-paċi u s-sigurtà; jinnota d-djalogu politiku bejn l-UA u l-UE dwar sitwazzjonijiet ta’ kriżi fl-Afrika u lillhinn minnha; jisħaq li dan id-djalogu jeħtieġ jindirizza l-kwistjonijiet kollha dwar il-paċi u s-sigurtà mill-prevenzjoni ta’ xi kunflitt u r-riżoluzzjoni tal-kunflitt għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-kunflitt u t-twaqqif tal-paċi, li jinkludi djalogu profond dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-Responsabiltà ta’ Protezzjoni;

26.

Jitlob li tiġi allokata l-prijorità li tixraq għall-implimentazzjoni tal-qafas Afrikan għall-paċi u s-sigurtà; jisħaq għal darb’oħra li l-EDF mhuwiex sors adegwat ta’ finanzjament għar-riforniment futur tal-Faċilità Afrikana ta’ Sostenn għall-Paċi; huwa tal-fehma li l-infiq tal-EDF għandu jkun f’konformità mal-kriterji għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp li jħaddan il-Kumitat ta’ Assistenza għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika (OECD/DAC) ; itenni t-talba tiegħu għall-soluzzjoni definittiva għall-finanzjament tal-Faċilità Afrikana ta’ Sostenn għall-Paċi;

27.

Jilqa’ b’sodisfazzjon it-twaqqif, f’Settembru 2008 mis-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-Moon, ta’ Panel UA-NU ta’ persuni distinti biex jidentifikaw modi kif il-komunità internazzjonali tista’ tappoġġja l-operazzjonijiet ta’ żamma tal-paċi tal-UA taħt il-mandat tan-NU;

Governanza u drittijiet tal-bniedem

28.

Jirrimarka li l-kunċett ta’ governanza għandu jkun bħala kejl ta’ kemm qed tiffunzjona tajjeb is-soċjetà, permezz tal-liġi u l-ordni, ir-rispett u l-promozzjoni attiva tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħolqien tal-ġid u d-distribuzzjoni trasparenti u ġusta tal-ġid u servizzi essenzjali tas-saħħa u s-servizzi soċjali; jisħaq li l-atturi esterni m’għandhomx jevalwaw il-governanza biss fuq il-kriterji imposti li ġejjin minn barra iżda minflok għandhom jevalwawhom fuq standards u valuri li jinqasmu b’mod reċiproku;

29.

Jisħaq dwar l-importanza ta’ demokrazija sostenibbli inklużi governanza tajba u elezzjonijiet demokratiċi li jridu jinkludu sostenn għall-bini tal-kapaċità parlamentari, u l-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet lokali fid-djalogu politiku;

30.

Jisħaq li l-governanza għandha titjieb fuq iż-żewġ naħat: mhux biss hija prijorità fl-Afrika iżda anke fuq in-naħa Ewropea li għandha ttejjeb il-governanza u r-responsabilità fir-rigward tal-impenji għal għajnuna u koordinazzjoni aħjar bejn id-donaturi bl-għan li jiġu kkunsidrati aktar is-sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna tiġi miċħuda (“aid orphans”); jisħaq li l-parlamenti nazzjonali u kontinentali, atturi mhux statali u l-awtoritajiet lokali għandhom rwol importanti f’dan il-qasam;

31.

Isejjaħ għal aktar appoġġ għal inizjattivi eżistenti Afrikani, bħal ma huwa l-Mekkaniżmu tal-evalwazzjoni mill-Pari Afrikan (APRM), li sa issa kien l-aktar sforz serju tal-pajjiżi Afrikani biex itejbu l-governanza fil-kontinent, u l-istrumenti varji stabbiliti mill-UA, li se jżidu s-sjieda Afrikana tal-proċess;

32.

Juri tħassib serju li l-“profili ta’ governanza” żviluppati mill-Kummissjoni għal kull pajjiż tal-ACP, li se jiggwidaw l-ipprogrammar għall–għajnuna għall-iżvilupp fir-rigward tal-ammont ta’ 2 700 miljun euro bħala fondi addizzjonali fi ħdan l-10 EDF, tħejjew mingħajr ebda element parteċipatorju; jinnota li l-eliġibbiltà għal fondi addizzjonali ta’ pajjiżi benefiċjarji ġiet iġġudikata skont sett ta’ kriterji li minnhom wieħed biss minnhom marbut direttament ma’ l-MDGs; juri l-biża’ li l-“profili” tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jkissru l-proċess tal-APRM; jappella lill-Kummissjoni Ewropea tikkonsulta u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-fondi bl-għan li jiġi żgurat li jiġu allokati għal inizjattivi ta’ governanza, biex jappoġġjaw l-aġenda tal-UA dwar l-governanza u l-proċess APRM;

33.

Jitlob li d-djalogu skont is-sħubija tal-governanza u d-drittijiet tal-bniedem biex tiġi indirizzata l-impunità għall-abbużi li jsiru mid-drittijiet tal-bniedem, billi jħares lejn l-aqwa prattika skont il-liġi nazzjonali jew internazzjonali, li jinkludi x-xogħol tal-qrati internazzjonali kontra l-kriminlaità mwaqqfa fi Sierra Leone u fir-Rwanda;

Kummerċ, żvilupp ekonomiku u integrazzjoni reġjonali

34.

Jikkunsidra, fir-rigward tas-sħubija dwar l-integrazzjoni kummerċjali u reġjonali, li bis-saħħa ta’ kundizzjonijiet tajba, iż-żieda fil-kummerċ hija mezz essenzjali għat-tkabbir ekonomiku, bil-kundizzjoni li l-politiki dwar il-kummerċ ikunu koerenti mal-għanijiet tal-iżvilupp; jilqa’ b’sodisfazzjon għalhekk l-għanijiet ta’ din is-sħubija biex tiġi appoġġjata l-integrazzjoni reġjonali Afrikana u jissaħħu l-kapaċitajiet kummerċjali tal-kontinent;

35.

Iħares ’il quddiem lejn konklużjoni rapida tar-Round ta’ Żvilupp ta’ Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), iżda jinsisti li dan irid jibqa’ essenzjalment “round ta’ żvilupp”, li jiffavorixxi l-integrazzjoni tan-nazzjonijiet Afrikani fl-ekonomija globali, li effettivament inaqqas sussidji agrikoli ta’ tgħawwiġ tal-kummerċ u jwassal għall-abolizzjoni tas-sussidju fuq l-esportazzjoni agrikola;

36.

Jemmen li l-UE għandha tgħin l-istati Afrikani biex jiżguraw li l-agrikoltura tagħhom tkun kapaċi ssostni lilha nnifisha u biex is-servizzi essenzjali u l-industriji domestiċi vulnerabbli isiru aktar dinamiċi;

37.

Jinsisti li l-aħħar EPAs iffirmati ma’ stati Afrikani għandhom iservu l-ewwel u qabel kollox bħala għodda għall-iżvilupp li jirrispettaw il-kapaċitajiet differenti ta’ diversi benefiċjarji u l-livelli ta’ żvilupp;

38.

Jenfasizza l-fatt li l-ftehim ta’ sħubija ekonomika EPAs għandhom jippromwovu aktar milli jdgħajfu l-integrazzjoni reġjonali tal-Afrika; jappoġġja l-isforzi tal-UA biex jissaħħu l-Komunitajiet Ekonomiċi Reġjonali bħala l-blokki fundamentali għall-bini tal-integrazzjoni reġjonali tal-kontinent;

39.

Jinsisti li l-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jonoraw l-impenn tagħhom biex sas-sena 2010 jipprovdu mill-inqas EUR 2 000 miljun kull sena għall-“għajnuna għall-kummerċ” ġenwina, l-akbar sehem għandu jkun għall-Afrika; jappella għall-istipular u l-forniment f’waqthom tas-sehem mir-riżorsi tal-għajnuna għall-kummerċ; jisħaq li dawn il-fondi għandhom ikunu riżorsi addizzjonali u mhux sempliċiment iffinanzjar tal-EDF mogħti dehra ġdida;

40.

Jistieden lis-sħubija biex tindirizza l-aġenda usa tal-għajnuna għall-kummerċ, li tinkludi l-iżvilupp tal-infrastrutturi, il-promozzjoni tal-iżvilupp u r-regolazzjoni aħjar inklużi regoli ta’ oriġini li jkunu aktar sempliċi u faċli għall-utent;

41.

Jistieden lis-sħubija ukoll biex tindirizza aspetti ekonomiċi li għalkemm mhumiex neċessarjament relatati mal-kummerċ, għandhom konsegwenzi importanti għall-ekonomiji tal-Afrika, bħal pereżempju il-ħtieġa li tittieħed azzjoni biex jinżamm il-ħruġ ta’ kapital illiċitu u biex jiġi promoss ir-regolament internazzjonali ta’ postijiet li joffru kenn finanzjarju;

42.

Jistieden lill-Istrateġija Konġunta biex tirrikonoxxi u tappoġġja r-rwol tal-migranti u dijaspori favur l-iżvilupp tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, billi tiffaċilita l-investimenti tagħhom f’dawn il-pajjiżi u billi tnaqqas l-ispiża tat-trasferimenti;

Kwistjonijiet ta’ żvilupp ewlenin

43.

Jinsisti, fir-rigward tas-sħubijia dwar l-għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDG), li anki permezz ta’ aktar għajnuna u ta’ għajnuna aħjar tkun diffiċli li dawn l-għanijiet jintlaħqu, u għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex iwettqu l-impenji tagħhom li reġgħu ssemmew riċentement fil-Konferenza dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp f’Doha, kif ukoll fil-Forum ta’ Livell Għoli li sar f’Akkra dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammont ta’ għajnuna li qed joffru, il-koerenza politika, is-sjieda u t-tqassim tax-xogħol bejn id-donaturi;

44.

Jinnota li s-saħħa bażika u l-edukazzjoni primarja u sekondarja huma katalizzaturi kruċjali biex jinkisbu l-għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDG); konsegwentement jinkoraġixxi lill-pajjiżi Afrikani biex iqisu dawn l-oqsma bħala waħda mill-prijoritjiet ewlenin tal-istrateġiji tagħhom biex inaqqsu l-faqar; jappella lill-isħubija biex tippromwovi żvilupp bħal dan, waqt li tikkunsidra l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li tonfoq tal-anqas 20 % tal-baġit ta’ għajnuna tal-Komunità f’dawn is-setturi; jistieden lill-Kummissjoni li testendi dan l-impenn lill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp ; ifakkar li l-isforzi kollha f’dan ir-rigward għandhom jinkludu l-persuni b’diżabbiltà; jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżultat tal-ewwel laqgħa tal-Grupp Konġunt ta’ Esperti u jitlob lill-partijiet interessati biex jiżguraw li jsir progress fis-sena li ġejja;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu azzjoni urġenti biex twettaq l-impenji tagħha fil-qasam tas-saħħa fir-rigward tal-konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tar-Rapport ta’ Jannar 2009 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar “L-Għajnuna tal-KE għall-Iżvilupp tas-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika Sub-Saħarjana”; jenfassiza l-importanza taż-żieda fl-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea lis-settur tas-saħħa fl-Afrika Sub-Saħarjana matul l-għaxar reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-10 EDF biex tappoġġja l-impenn għall-għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDG) fis-saħħa;

46.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal- UE u l-UA biex jagħtu aktar importanza lis-sigurtà tal-ikel u s-sovranità fl-ikel fl-Afrika u biex jappoġġjaw l-produttività u l-kompetittività tal-agrikoltura Afrikana, b’mod partikolari l-produzzjoni tal-ikel għas-swieq lokali, u l-promozzjoni ta’ “żoni ambjentali” madwar l-ibliet;

47.

Jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu fid-dibattiti tagħhom, fil- u lil hinn mill-Istrateġija konġunta, il-kwistjoni tad-distribuzzjoni ġusta tal-ġid li tirriżulta mill-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali; jinsisti li d-dħul nazzjonali mir-riżorsi naturali għandu jiġi allokat, bħala kwistjoni ta’ prijorità, b’aktar ekwità biex jissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjonijiet tagħhom, partikolarment fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-konservazzjoni tar-riżorsi naturali u l-ambjent, u b’hekk jgħin fil-kisba tal-MDGs;

48.

Juri tħassib li l-perjodu reċenti ta’ tkabbir rekord fl-Afrika se jitreġġa’ lura bit-tnaqqis ekonomiku dinji, u jisħaq li l-kontinent jista’ jintefa’ lura b’għexieren ta’ snin bħala riżultat tal-prezzijiet neżlin tal-kommoditajiet, inqas influss ta’ investimenti, instabbiltà finanzjarja u tnaqqis fit-trasferiment ta’ fondi;

Aspetti oħra tal-istrateġija

49.

Ifakkar, fir-rigward tal-bidla fil-klima, li l-pajjiżi żviluppati huma primarjament responsabbli għall-bidla fil-klima, waqt li din tħalli impatt negattiv l-aktar fuq pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jinsiti, għalhekk, li jinħtieġu fondi ġodda jekk il-pajjiżi Afrikani jridu jevitaw li jiġu sfurzati jħallsu prezz sproporzjonat għall-adattazzjoni u għat-tnaqqis tal-effetti tal-bidla fil-klima; barra minn hekk, jappoġġja d-dikjarazzjoni konġunta UE-Afrika dwar bidla fil-klima ppreżentata fil-Konferenza dwar Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Bidla fil-Klima tan-NU, f’Poznan f’Diċembru 2008;

50.

Jitlob, fil-kuntest tas-sħubija għall-migrazzjoni u l-impjiegi, soluzzjoni ġusta u prattika għat-telf tal-imħuħ (“brain drain”), li ċċaħħad ħafna nazzjonijiet Afrikani ta’ għadd kbir ta’ ħaddiema b’kompetenzi professjonali, b’mod partikolari fis-settur tas-saħħa;

51.

Jappella biex l-iskema ġdida ta’ “karta blu” tal-UE tiskoraġġixxi t-telf ta’ ħaddiema tas-sengħa mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw f’setturi fejn dawn il-pajjiżi għandhom nuqqas ta’ ħaddiema, b’mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tuża s-sħubija bejn l-UE u l-Afrika biex tgħin lill-pajjiżi Afrikani japplikaw il-flessibiltajiet previsti fid-Dikjarazzjoni ta’ Doħa dwar id-Drittijiet ta’ Proprjeta’ Intelletwali relatati mal-kummerċ (TRIPS) u s-saħħa pubblika, bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għal mediċini essenzjali li jkunu finanzjarment aċċessibbli fl-Afrika;

53.

Jinkoraġġixxi liż-żewġ naħat, f’dak li jirrigwardja sħubija fix-xjenza u t-teknoloġija, biex jimmiraw li jsolvu d-distakk diġitali billi jżidu l-koperazzjoni dwar l-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija, partikolarment fit-telefonija u l-Internet;

54.

Jistenna li l-Istrateġija Konġunta tieħu passi speċifiċi biex jitjiebu l-opportunitajiet għan-nisa, it-tfal u l-persuni b’diżabbiltà fl-Afrika, għax dawn il-gruppi jiffaċċjaw diffikultajiet serji ħafna fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

55.

Jisħaq li, jekk l-Istrateġija Konġunta għandha tmur “lilhinn mill-Afrika”, b’iktar koperazzjoni bejn l-UE u l-Afrika fi ħdan entitajiet internazzjonali u f’negozjati multilaterali dwar kwistjonijiet ewlenin bħal mhuma l-kummerċ, id-drittijiet tal-bniedem jew il-bidla fil-klima, l-UE u l-Afrika għandhom jaħdmu biex joħolqu istituzzjonijiet internazzjonali aktar demokratiċi u aktar rappreżentattivi, bħall-Bank Dinji, il-Fond Monetarju Internazzjonali u d-WTO, u biex jiġi żgurat li l-Afrika, fl-aħħar, tkun tista’ jkollha influwenza skont id-daqs u l-istatus tagħha;

56.

Jistieden għal darb’oħra lill-istituzzjonijiet tal-UE biex joħolqu strument finanzjarju speċifiku għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta u jiċċentralizzaw l-għejun eżistenti kollha ta’ ffinanzjar, b’mod ċar, prevedibbli u programmabbli; jesprimi dubju dwar sa liema punt l-Istrateġija Konġunta se tkun kapaċi tilħaq l-ambizzjonijiet kbar tagħha jew toffri valur miżjud ġenwin mingħajr ebda ffinanzjar ġdid jew mingħajr ebda pprogrammar mill-ġdid tal-finanzjament eżistenti;

57.

Jappella lill-gvernijiet fl-UE u l-Afrika biex iwasslu b’mod aktar effettiv u sistematiku lill-popli tagħhom l-azzjonijiet u l-kisbiet tal-Istrateġija Konġunta u biex jaħdmu biex iwessgħu aktar l-irrappurtar tal-media;

Inħarsu ’l quddiem

58.

Jinsab ħerqan għal involviment validu tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament Pan-Afrika, wara l-esperjenza tal-Laqgħa Għolja bejn l-UE u l-Afrika f’Liżbona fit-8 u d-9 ta’ Diċembru 2007, bħala parti mill-preparazzjoni għat-tielet Laqgħa Għolja bejn l-Afrika u l-UE fl-2010 u l-partiċipazzjoni attiva tagħhom fil-Laqgħa Għolja innifisha;

59.

Jistieden lill-Kummissjonijiet u lill-Presidenzi tal-UE u tal-UA biex jiftiehmu dwar il-proposti msemmija hawn fuq immirati lejn it-titjib tas-sehem parlamentari fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġija Konġunta;

60.

Għandu l-ħsieb li fil-Parlament Ewropew jiġġenera l-koordinazjoni u s-sinerġija meħtieġa bejn l-entitajiet kollha tiegħu biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-Istrateġija Konġunta; jirrepeti, f’dan ir-rigward, li għandu l-ħsieb li jittrasforma d-delegazzjoni ad-hoc għar-relazzjonijiet mal-Parlament Pan-Afrikan f’delegazzjoni interparlamentari kompluta;

*

* *

61.

Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kunsill Ekonomiku, Soċjali u Kulturali tal-UA, lill-Kummissjoni tal-UA, lill-Kunsill Eżekuttiv tal-UA, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-Kunsill tal-Ministri tal-ACP u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-ACP u l-UE.


(1)  ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 633.

(2)  ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 475.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(5)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/15


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Il-kuntratti MDG

P6_TA(2009)0152

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-kuntratti MDG (2008/2128(INI))

2010/C 117 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta' Settembru 2000 li permezz tagħha l-komunità internazzjonali impenjat ruħha li tilħaq l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) sabiex jitnaqqas bin-nofs il-faqar fid-dinja sal-2015, u li ġiet imtennija f' bosta konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti, partikolarment fil-Konferenza ta' Monterrey dwar il-finanzjament tal-iżvilupp,

wara li kkunsidra l-impenji li ħadu l-Istati Membri fil-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u 16 ta' Marzu 2002,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-MDGs - Evalwazzjoni ta' nofs it-terminu (1),

wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp tal-Unjoni Ewropea, “Il-Konsensus Ewropew” (2), iffirmata fl-20 ta' Diċembru 2005,

wara li kkunsidra l-“pakkett ta' MDGs” tal-Kummissjoni tal-2005,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata “Li tħaffef il-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp - Finanzjament għall-Iżvilupp u Effettività tal-Għajnuna” (COM(2005)0133),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni ntitolat: “Iż-Żamma tal-wegħdiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-finanzjament għall-iżvilupp” (COM(2007)0164),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “L-għajnuna tal-UE: Inwassluha aktar, b’mod aħjar u aktar malajr” (COM(2006)0087),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 dwar segwitu għall-konferenza ta' Monterrey tal-2002 dwar il-finanzjament għall-iżvilupp (3),

wara li kkunsidra r-riżultati u d-dokument finali dwar is-segwitu għall-Konferenza Internazzjonali dwar il-finanzjament għall-iżvilupp sabiex issir evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kunsens ta' Monterrey (Doha, Qatar, 29 ta' Novembru - 2 ta' Diċembru 2008) (4),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2008 dwar segwitu għad-dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 dwar l-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp (5),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2007 ntitolat “Il-kuntratt tal-MDGs - strateġija għal għajnuna baġitarja għal terminu aktar fit-tul u aktar prevedibbli”,

wara li kkunsidra s-sħubija strateġika ġdida bejn l-Afrika u l-UE,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar l-istat tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika (6),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Pariġi tat-2 ta' Marzu 2005 dwar l-effikaċja tal-għajnuna u l-konklużjonijiet tal-forum ta' livell għoli f'Accra, li sar mit-2 sal-4 ta' Settembru 2008, dwar segwitu għal din id-dikjarazzjoni,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2006 dwar l-effikaċja tal-għajnuna u l-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (7),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2008 dwar l-imwiet fit-tqala fl-ambitu tal-laqgħa ta' livell għoli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-MDGs tal-25 ta' Settembru 2008 (8),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni ntitolat “The Aid Delivery Methods. Guidelines of the Programming, Design & Management of General Budget Support” (9),

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Cotonou tat-23 ta' Ġunju 2000, u b'mod partikulari l-Artikolu 58 wara r-reviżjoni tal-2005, li jelenka l-istituzzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament,

wara li kkunsidra l-pariri għal prattika tajba tal-OECD dwar l-għajnuna baġitarja, fid-dokument tiegħu ntitolat' “L-armonizzazzjoni tal-għajnuna biex tissaħħaħ l-effikaċja” (10),

wara li kkunsidra r-Rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 2/2005 dwar l-għajnuniet baġitarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-pajjiżi tal-ACP: l-amministrazzjoni mill-Kummissjoni tat-taqsima “riforma tal-finanzi pubbliċi, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (11),

wara li kkunsidra r-Rapport speċjali Nru. 10/2008 tal-Qorti tal-Awdituri dwar “l-Għajnuna għall-Iżvilupp mogħtija mill-KE għas-servizzi tas-saħħa fl-Afrika 'l Isfel mis-Saħara”, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra r-rapport “Evalwazzjoni Ġenerali tal-aAppoġġ Baġitarju Ġenerali - Rapport Sintetiku”, ippublikat f'Mejju 2006 (12),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-16 ta' Frar 2006 dwar il-mekkaniżmi ġodda ta' finanzjament għall-iżvilupp fl-ambitu tal-MDGs (13),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, iffirmata mill-Komunità Ewropea u mill-Istati Membri tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0085/2009),

A.

billi meta assoċjat ruħha mad-Dikjarazzjoni għall-Iżvilupp tal-Millennju tal-2000, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha, flimkien mal-komunità internazzjonali kollha, li tnaqqas bin-nofs il-faqar estrem fid-dinja sal-2015 billi tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq it-tmien MDGs,

B.

billi l-istimi l-ġodda jgħoddu madwar 1.4 biljun persuna li tgħix taħt il-limitu tal-faqar, li huwa ta' 1.25 dollaru Amerikan kuljum, u dan l-ammont ta' persuni huwa ekwivalenti għal aktar minn wieħed minn kull erbgħa tal-popolazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

C

billi jikkunsidra l-impenji l-ġodda meħuda fl-2007 mill-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewopea bl-għan li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jagħmlu tajjeb għad-dewmien biex jiġu milħuqa dawn l-objettivi,

D.

billi n-nuqqas ta' aċċess għall-kura tas-saħħa u għas-servizzi bażiċi jikkawża l-mewt ta' miljuni ta' nies u jipperpetwa ċ-ċiklu tal-faqar, filwaqt li l-aċċess għal din il-kura u għal edukazzjoni bażika jikkostitwixxi dritt tal-bniedem li l-gverniijiet għandhom ir-responsabbiltà li jiżgurawh u jimplimentawh,

E.

billi jikkunsidra il-possibilità għall-kuntratti tal-MDGs li jikkonstitwixxu għodda fost l-oħrajn bil-għan li jiffaċċjaw l-isfidi li hemm fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba l-kriżi dinjija tal-ikel, b'mod partikulari fis-settur tal-agrikoltura,

F.

billi minkejja d-diversi sforzi li setgħu jagħmlu s'issa, il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw m'għandhomx ir-riżorsi neċessarji biex jilqgħu għall-isfidi li qed jiffaċċjaw rigward is-saħħa u l-edukazzjoni, u billi għalhekk jirriżulta li hemm il-ħtieġa indispensabbli ta' għajnuna esterna,

G.

billi l-Parlament Ewropew qed jitħeġġeġ jikkonċedi l-kwittanza relattiva fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF),

H.

billi l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li żżid b'mod sinifikanti l-użu tal-għajnuna baġitarja matul l-għaxar EDF sabiex ittejjeb l-effikaċja tal-għajnuna tagħha u biex tilħaq l-għanijiet li ffissat,

I.

billi l-għalliema u l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħalissa qed jaħdmu f'kundizzjonijiet lamentabbli, u li madwar żewġ miljuni għalliem u aktar minn erba' miljun ħaddiem tal-kura tas-saħħa huma meħtieġa biex jintlaħqu l-MDGs, u li livelli adegwati ta' għajnuna, f'forma ta' għajnuna baġitarja fil-kuntest tal-kuntratt MDG, jistgħu jippermetttu li dawn jingħataw impjieg u taħriġ,

J.

billi n-nuqqas rikorrenti ta' ħaddiema tal-kura tas-saħħa u ta' għalliema mar għall-agħar minħabba t-telf tal-aħjar imħuħ organizzat mill-pajjiżi sinjuri,

K.

billi l-Unjoni għandha l-intenzjoni li tkompli żżid l-infiq tagħha fil-qasam tal-għajnuna baġitarja, l-aktar billi żżid b'mod sinifikanti l-għajnuna baġitarja settorjali għas-saħħa u l-edukazzjoni, b'mod partikolari fil-pajjiżi Afrikani,

L.

billi l-kuntratti tal-MDGs jiffissaw riżultati konkreti li jridu jintlaħqu għall-MDGs fil-qasam tas-saħħa u tal-edukazzjoni bażika, filwaqt li setturi oħrajn prijoritarji jistgħu wkoll jiġu ffissati minn kuntratti tal-MDGs,

M.

billi, skont il-pożizzjoni uffiċjali tal-Parlament dwar l-għajnuna għall-iżvilupp, kif murija fil-paragrafu 6 fir-Riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tas-16 ta' Frar 2006 dwar l-istrumenti ġodda finanzjarji għall-iżvilupp tal-Għanijiet tal-Millennju, hija li żieda fil-kwantità trid timxi id f'id ma' żieda fil-kwalità, fi kliem ieħor, l-effettività tal-għajnuna trid tittejjeb permezz tal-koordinazzjoni, tal-kumplimentarjetà u tal-koerenza, kif ukoll billi jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet tal-għajnuna, billi jittejbu l-prevedibiltà u s-sostenibilità tal-mekkaniżmi għall-għajnuna, billi jiżdiedu l-veloċità u l-forniment tal-għajnuna, billi jkomplu jinħallu l-irbit mal-għajnuna, billi jinstabu soluzzjonijiet għal piżijiet ta' djun insostenibbli, billi jiġu promossi sistemi ta' gvernar tajjeb u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u billi tiżdied il-kapaċità għall-assorbiment għal dawk li jirċievu l-għajnuna”,

N.

billi fluss prevedibbli ta' għajnuna u fil-medda twila ta' żmien jista' jikkontribwixxi direttament u effettivament għall-implimentazzjoni konkreta tal-istrateġiji għall-eliminazzjoni tal-faqar definiti fl-MDGs,

O.

billi minkejja l-impenji tagħhom meħuda f'Monterrey (2002), fi Gleneagles (2005), f'Pariġi (2005) u f'Accra (2008) biex jittejbu l-kwantità u l-kwalità tal-għajnuna għall-iżvilupp, ħafna Stati Membri tal-Unjoni għadhom mhux qed jagħtu l-għajnuna kollha li wiegħdu li se jagħtu, u billi meta din tingħata, parti minn din l-għajnuna tidher mhux biżżejjed,

P.

billi jidher li fi 30 % tal-każi, hemm dewmien fil-ħlas tal-għajnuna baġitarja mogħtija mill-Kummissjoni minħabba l-piż eċċessiv tal-proċeduri amministrattivi tagħha,

Q.

billi n-nuqqas ta' previżjoni tal-għajnuna baġitarja b'mod partikulari ġej min-natura annwali tal-maġġoranza tal-kondizzjonijiet li għandhom x' jaqsmu mal-għoti ta' din l-għajnuna, u li dan in-nuqqas ta' prevedibilità jwassal xi drabi lill-pajjiżi benefiċjarji biex jonfqu l-għajnuna qabel ma din tingħata b'mod effettiv, u mingħajr ma jkunu jafu biċ-ċert li din se tingħata,

R.

billi dan in-nuqqas ta' prevedibilità tal-għajnuna Ewropea għall-iżvilupp jikkonċerna wkoll lill-pajjiżi benefiċjarji li juru ċerta sigurtà legali u ambjent regolatorju stabbli,

S.

billi l-Kummissjoni hija l-ewwel donatur multilaterali ta' għajnuna għall-iżvilupp, billi hija waħda mill-ewwel donaturi li jagħtu għajnuna baġitarja, u billi hija għandha aktar u aktar rikors għal dan it-tip ta' għajnuna li kkonċerna wieħed minn kull ħamsa tal-għajnuniet li tat f'dawn l-aħħar snin,

T.

billi, għalkemm l-għajnuna baġitarja diġà tikkonstitwixxi wieħed mill-istrumenti li jippermettu t-titjib fl-għajnuna tal-Unjoni, din tista' tapprofitta billi tkun iktar prevedibbli u billi tingħata għal żmien itwal,

U.

billi l-għajnuna baġitarja attwali li tipprovdi l-Kummissoni hija ġeneralment ipprogrammata għal perjodu ta' tliet snin jew, fil-każ ta' ċerti aġenziji, għal sena,

V.

billi l-proposta ta' kuntratt tal-MDGs m'għandhiex implikazzjonijiet baġitarji u billi kuntratt tal-MDG mhuwiex strument ġdid imma mod ta' implimentazzjoni ta' strumenti eżistenti,

W.

billi fis-sitwazzjoni attwali, l-istejtus tad-dokument tal-Kummissjoni dwar il-kuntratti tal-MDGs mhuwiex ċar,

X.

billi l-Kummissjoni llum tqis li wasal il-mument li jiġi implimentat il-kunċett ta' kuntratt marbut ma' riżultati tanġibbli rigward l-MDGs, minflokk il-verifika annwali tal-kundizzjonalitajiet tradizzjonali ta' kull donatur,

Y.

billi t-termini tal-kuntratt jinvolvu impenn finanzjarju li jiżgura aktar prevedibilità min-naħa tal-pajjiż donatur, bi tpattija għal impenn aktar qawwi min-naħa tal-pajjiż benefiċjarju f'dawk li huma riżultati konkreti mistennija,

Z.

billi l-Kummissjoni tipprevedi li tikkonkludi l-ewwel sensiela ta' kuntratti tal-MDGs għal perjodu ta' sitt snin, jiġifieri sa tmien l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

AA.

billi l-proposta tal-Kummissjoni li tikkonkludi kuntratti għal tul ta' żmien ta' 6 snin tmur lil hinn mit-tendenza preżenti ta' donaturi oħra fil-livell dinji,

AB.

billi jikkunsidra it-talba magħmula mill-Kummissjoni lill-Istati Membri biex ikun hemm kofinanzjament tal-Kuntratti tal-MDGs li jmorru mal-kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-EDF fuq bażi volontarja,

AC.

billi l-kuntratti tal-MDGs joħorġu mill-istrument ta' għajnuna baġitarja ġenerali mħejji fuq il-bażi ta' kriterji stabbiliti fil-Ftehim ta' Cotonou, ma jeħtieġu l-ebda modifika li tikkonċerna d-deċiżjonijiet fir-rigward tal-programmi li qed isiru u d-differenzi fil-modalitajiet ta' implimentazzjoni tal-għajnuna baġitarja ġenerali, billi l-kuntratti tal-MDGs ma jimplikawx il-kostituzzjoni ta' strument finanzjarju ġdid, u għaldaqstant jibqgħu bbażati fuq id-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-għajnuna baġitarja li jinstabu fil-ftehim tal-Cotonou, u wara li kkunsidra li bl-istess mod li l-kuntratti tal-MDGs għadhom kompatibbli mal-linji gwida interni li ġew finalizzati reċentement f'dak li jikkonċerna l-għajnuna baġitarja ġenerali,

AD.

billi l-kriterji ta' eliġibilità għall-kuntratti tal-MDGs jinkludu l-osservanza tal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt,

AE.

billi għajnuna baġitarja effikaċi għandha tkun tista' tippermetti lill-benefiċjarji tagħha li jiffinanzjaw l-istrateġiji u l-programmi konkreti proprji tagħhom għat-titjib tal-aċċess għas-servizzi pubbliċi fis-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni,

AF.

billi l-Kummissjoni ma żammitx l-impenji tagħha li tinkludi b'mod sistematiku lill-parlamentari u lir-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fid-djalogi tagħha mal-gvernijiet tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u billi, minbarra dan, illum huwa magħruf sewwa li f'ġieh l-effikaċja, l-iżvilupp irid ikun totalment f'idejn il-gvernijiet kif wkoll il-parlamenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,

AG.

billi l-Kummissjoni kienet ipprevediet li l-pajjiżi eliġibbli kellhom ikunu dawk il-pajjiżi li jkunu kisbu riżultati sodisfaċenti fil-livell makro-ekonomiku u tal-ġestjoni tal-baġit fl-implimentazzjoni tal-għajnuna baġitarja, u billi f'dan, il-Kummissjoni tiddistingwi ruħha minn oħrajn li jipprovdu għajnuna baġitarja, bħall-IMF u l-Bank Dinji, li jorbtu bosta kundizzjonijiet mal-għajnuna tagħhom, b'kuntradizzjoni mal-prinċipju tal-approprjazzjoni mill-pajjiż benefiċjarju,

AH.

billi bosta pajjiżi li għandhom bżonn urġenti ta' aktar għajnuna u ta' għajnuna aktar effikaċi sabiex iħaffu l-progess tagħhom lejn l-MDGs, ma jilħqux il-kriterji definiti attwalment mill-Kummissjoni sabiex jikkonkludu kuntratt tal-MDGs,

AI.

billi fil-forma attwali tagħhom, il-kuntratti tal-MDGs huma maħsuba biss għall-pajjiżi tal-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku,

AJ.

billi l-għajnuna baġitarja tal-Kummissjoni qed tbati minn nuqqas serju ta' trasparenza u ta' approprjazzjoni mill-pajjiżi fqar, u li l-ftehim ta' finanzjament rarament ikunu disponibbli għall-pubbliku,

AK.

billi l-prinċipju fundamentali tal-għajnuna għall-iżvilupp huwa li tingħata għajnuna lil min l-aktar ikollu bżonnha u fejn din tista' tkun l-iktar utli,

AL.

billi jitqies, pereżempju, li f'dak li jikkonċerna l-Burkina Faso, ħadd ma kien jaf bin-negozjati attwali ta' kuntratti tal-MDGs bejn il-Burkina Faso u l-Kummissjoni, u billi l-ebda informazzjoni mhi disponibbli attwalment f'dan ir-rigward fil-websajt tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-Burkina Faso,

AM.

billi fil-kunsens Ewropew għall-iżvilupp, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tadotta approċċ ibbażat fuq ir-riżultati u l-użu ta' indikaturi tar-rendiment,

AN.

billi kkunsidra l-ħtieġa tal-Kummissjoni li tkompli torbot l-għajnuna baġitarja tagħha mar-riżultati li jinkisbu fil-pajjiżi benefiċjarji fil-qasam tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u fil-qasam tal-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa,

AO.

billi fil-qasam tal-għajnuna baġitarja, diġà ġew konklużi xi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Burkina Faso (2005 - 2008), l-Etjopja (2003 - 2006), il-Ghana (2007-2009), il-Kenja (2004 - 2006), Madagaskar (2005 - 2007), il-Malawi (2006 - 2008), Mali (2003 - 2007), il-Możambik (2006 - 2008), it-Tanżanija (2006 - 2008), l-Uganda (2005 - 2007) u ż-Żambja (2007 - 2008),

AP.

billi hemm 650 miljun persuna b'diżabilità, li fosthom 80 % jgħixu f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u li wieħed minn kull ħamsa jgħix f'faqar estrem; billi jikkunsidra li dawn jiffurmaw wieħed mill-aktar gruppi importanti ta' persuni esklużi u fqar, li qed jaffaċjaw ħafna tipi ta' diskriminazzjoni u li rarament ikollhom aċċess għall-edukazzjoni u għall-kura tas-saħħa,

AQ.

billi skont l-obbligi ġenerali, u b'mod partikulari l-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabiltà msemmija hawn fuq, il-firmatarji ta' din il-Konvenzjoni huma obbligati li jieħdu kont tad-diżabilità fil-koperazzjoni għall-iżvilupp,

AR.

billi l-MDGs mhux se jintlaħqu sal-2015 mingħajr ma tingħata l-konsiderazzjoni dovuta lill-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilità,

AS.

billi jikkunsidra r-rapport tat-22 ta' Novembru 2008 dwar l-implimentazzjoni tas-Sħubija bejn l-Afrika u l-UE, u b'mod partikulari l-paragrafu 37 tiegħu, li jenfasizza n-nuqqas evidenti ta' teħid ta' azzjonijiet favur il-persuni b'diżabilità fl-isforzi li jimmiraw biex jintlaħqu l-MDGs,

Għanijiet tal-Millennju - Koperazzjoni għall-iżvilupp

1.

Jerġa' jisħaq li l-għajnuna għall-iżvilupp għandha tkun ibbażata fuq il-bżonnijiet u r-riżultati u li l-politika tal-għajnuna għall-iżvilupp għandha tkun imfassla bi sħubija mal-pajjiżi benefiċjarji;

2.

Itenni li, sabiex jintlaħqu l-MDGs, il-pajjiżi donaturi għandhom jirrispettaw l-impenji kollha tagħhom u jtejbu l-kwalità tal-għajnuna li jipprovdu;

3.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati mekkaniżmi ġodda għal għajnuna li tkun aktar prevedibbli u anqas volatili;

4

Ifakkar fl-objettiv tad-Dikjarazzjoni ta' Abuja, li ġie ffissat għal 15 % tal-baġit nazzjonali allokat għas-settur tas-saħħa, u l-objettivi tal-Kampanja dinjija għall-edukazzjoni, ffissat għal 20 % tal-baġit nazzjonali allokat għas-settur tal-edukazzjoni;

Setturi ta' prijorità

5.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tkompli torbot l-għajnuna tagħha fis-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni, u b'mod partikulari tal-kura bażika tas-saħħa u tal-edukazzjoni primarja, mar-riżultati miksuba f'dawn is-setturi, partikolarment fis-setturi tal-kura bażika tas-saħħa u tal-edukazzjoni primarja; jitlobha wkoll biex tippreċiża l-importanza li se tingħata lir-rendiment li jirriżulta f'dawn is-setturi fir-rigward ta' għadd ta' indikaturi aktar komplet, u kif se tevalwa l-progress li jsir f'dawn l-oqsma;

Effikaċja tal-għajnuna - Stabilità u prevedibilità

6.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb il-prevedibilità tal-għajnuna baġitarja permezz ta' implimentazzjoni ta' kuntratti tal-MDGs u bl-estensjoni tal-prinċipji li joħorgu minn dawn il-kuntrattti għall għadd akbar ta' pajjiżi, kif ukoll bl-għanjuna settorjali;

7.

Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jitnaqqas b'mod sinifikanti d-dewmien inutli kkawżat mill-piż eċċessiv tal-proċeduri amministrattivi tagħha;

8.

Jitlob lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iżidu l-infiq tagħhom fil-qasam tas-saħħa bi 15 % tal-baġit nazzjonali, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tad-Dikjarazzjoni ta' Abuja, u li jżidu l-infiq tagħhom fil-qasam tal-edukazzjoni b'20 % tal-baġit nazzjonali, kif previst mill-kampanja dinjija għall-edukazzjoni;

Għajnuna baġitarja

9.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li jkun hemm livelli għoljin ta' nfiq permezz ta' għajnuna baġitarja, filwaqt li timmira li żżid b'mod sinifikanti l-għajnuna baġitarja fis-setturi soċjali tal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, u sabiex iżżid l-għajnuna baġitarja settorjali f'reġjuni oħrajn;

Kuntratti tal-MDGs

10.

Jinnota b'interess li l-proposta ta' kuntratti tal-MDGs tal-Kummissjoni tiżgura livell minimu garantit ta' għajnuna (70 % tal-impenn totali) għall-pajjiżi eliġibbli;

11.

Jesprimi madankollu d-diżappunt tiegħu dwar il-fatt li d-dokument dwar il-kuntratti tal-MDGs ma jispeċifika l-ebda kalendarju għall-implimentazzjoni ta' dawn il-kuntratti, li ġew maħsuba prinċipalment biex jinfirxu tul il-perjodu ta' sitt snin tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi kalendarju preċiż;

12.

Jinnota li l-kuntratt tal-MDGs għandu l-iskop prinċipali li jikkontribwixxi għal aktar effikaċja tal-għajnuna u sabiex iħaffef il-progress għat-twettiq tal-MDGs fil-pajjiżi li l-aktar għandhom bżonnhom;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tadotta komunikazzjoni li tifformalizza l-inizjattiva tal-kuntratti tal-MDGs u sabiex testendi din l-inizjattiva għall-pajjiżi li mhumiex tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku li jissodisfaw il-kriterji ta' eleġibilità;

Il-parlamenti u s-soċjetà ċivili - Approprjazzjoni - Trasparenza

14.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi benefiċjarji sabiex jiżguraw l-involviment tal-parlamenti u tas-soċjetà ċivili tagħhom, inklużi l-organizzazzjonijet tal-persuni b'diżabilità, fl-istadji kollha tad-djalogu dwar l-għajnuna baġitarja, inklużi t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programm stabbilit fil-kuntratti tal-MDGs;

15.

Jenfasizza li d-donaturi, aktar milli jimponu kundizzjonijiet unilaterali stretti għall-benefiċjarji, għandhom jippruvaw jippromwovu governanza tajba, id-demokrazija u l-istabilità fil-pajjiżi benefiċjarji permezz ta' kriterji trasparenti stabbiliti fi sħubija ma' dawn il-pajjiżi;

16.

Jikkunsidra li, fl-interess tal-promozzjoni tat-trasparenza, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' flus tal-parti varjabbli tal-għajnuna għandhom ikunu bbażati fuq il-riżultati, peress li dan jinkoraġġixxi lid-donaturi u lill-benefiċjarji biex janalizzaw l-impatt reali tal-flus minfuqa, u jżid it-trasparenza fl-użu tal-fondi pubbliċi;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja perjodikament ir-riżultati ta' dawn il-programmi u sabiex taqsam dawn ir-riżultati mal-Parlament;

18.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni taħdem sabiex isaħħaħ id-djalogu bejn id-donaturi u l-benefiċjarji, b'mod speċjali sabiex jiġu determinati l-ħtiġijiet reali u l-oqsma li fihom hija meħtieġa l-għajnuna;

19.

Jitlob li l-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku u l-UE jkollha rwol aktar attiv fid-definizzjoni tal-prijoritajiet, fin-neġozjati tal-kuntratti tal-MDGs, kif ukoll fl-istadji l-oħra kollha tal-proċess;

Kriterji tal-għażla - Kreattività u flessibilità

20.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex torbot l-għajnuna baġitarja tagħha mar-riżultati li jinkisbu fl-oqsma tal-governanza tajba u tat-trasparenza, iżda wkoll fid-difiża u fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari tal-ifqar u l-aktar marġinalizzati, bħalma huma l-persuni b'diżabilità, il-minoranzi, in-nisa u t-tfal, u sabiex tieħu ħsieb li l-għajnuna baġitarja ma tintefaqx f'setturi oħra li mhumiex definiti fil-kuntratt tal-MDGs;

21.

Jafferma mill-ġdid li l-programmi indikattivi nazzjonali għandhom jiġu stabbiliti b'kollaborazzjoni mal-parlamenti tal-pajjiżi kkonċernati, tal-Assemblea Parlamentari Konġunta u tas-soċjetà ċivili;

22.

Josserva li l-proposta dwar il-kuntratti tal-MDGs ma ssemmix liema pajjiżi se jkunu kkonċernati fl-ewwel round tal-kuntratti tal-MDGs; u josserva li, fil-forma attwali tagħhom, il-kuntratti tal-MDGs huma mmirati biss lejn il-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku;

23.

Jiddeplora l-fatt li l-politika għall-għajnuna baġitarja tal-Unjoni favur pajjiżi li qed jiżviluppaw qed tkun dejjem aktar soġġetta għall-kundizzjonijiet imposti mill-Fond Monetarju Internazzjonali sabiex tinkiseb l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni; jikkunsidra, barra minn hekk, li din il-kundizzjonalità tikkontradixxi l-politika tal-pajjiżi benefiċjarji f'dak li jikkonċerna l-prinċipju tal-approprjazzjoni;

24.

Jenfasizza l-ħtieġa li jinstabu approċċi oħrajn għal għajnuna baġitarja għall-pajjiżi li mhumiex eliġibbli għall-kuntratti tal-MDGs, u b'mod partikulari għall-pajjiżi li jinsabu f'sitwazzjonijiet ta' fraġilità; jisħaq fuq il-punt evidenti li l-pajjiżi li għaddejjin minn sitwazzjonijiet ta' fraġilità mhumiex kapaċi jissodisfaw il-kriterji attwali ta' eliġibilità;

25.

Jirrakkomanda li l-kuntratti tal-MDGs jitqegħdu wkoll għad-dispożizzjoni tal-pajjiżi li huma koperti mill-Istrument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tispjega b'mod ċar kif hi pprevediet li l-kuntratti proposti tal-MDGs jistgħu jingħaqdu ma' modi oħra ta' tqassim ta' għajnuna;

27.

Iwissi dwar il-periklu li jsir rikors indiskrimat u b'mod eċċessiv għal kuntratti tal-MDGs hekk li dawn jistgħu jitqiesu bħala l-uniku mod ta' tqassim ta' għajnuna reali effikaċi, u jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tagħżel mekkaniżmi għat-tqassim tal-għajnuna li jkunu l-aktar adatti għal kull sitwazzjoni individwali;

28.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ il-kapaċità tal-parlamenti tal-pajjiżi benefiċjarji biex jiġu involuti fil-proċess baġitarju u l-kapaċità tal-parlamenti u tas-soċjetà ċivili sabiex jimpenjaw ruħhom fit-tfassil ta' politiki nazzjonali billi tforni aktar appoġġ finanzjarju u billi tinsisti fuq din il-parteċipazzjoni fid-djalogi politiċi ma' dawn il-pajjiżi benefiċjarji u billi tikkonċentra fuq indikaturi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi li jkollhom l-iskop li jtejbu r-responsabilizzazzjoni tal-gvernijiet lejn iċ-ċittadini tagħhom;

Evalwazzjoni - Indikaturi ta' rendiment

29.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, b'kollaborazzjoni mal-pajjiżi msieħba, iżżid ma' kull proposta ta' kuntratt tal-MDGs indikaturi tar-rendiment li jagħmluha possibbli li ssir evalwazzjoni tal-progress li jsir fl-implimentazzjoni ta' dawn il-kuntratti, filwaqt li dawn l-indikaturi għandhom ukoll jevalwaw l-inklużjoni tal-persuni u tat-tfal b'diżabilità;

Il-kwistjoni tas-sessi

30.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-Kummissjoni għandha b'mod imperattiv tkompli torbot l-għajnuna baġitarja tagħha mar-riżultati li jridu jinkisbu mill-pajjiżi benefiċjarji rigward il-kunsiderazzjoni li trid tingħata lid-dimensjoni tas-sessi fil-kwistjoni tal-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa, u jitlob li l-indikaturi ta' rendiment tissaħħaħ f'dan il-qasam fil-kuntratti tal-MDGs, u li jiġu estiżi għal oqsma oħra bħalma huma d-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità; jitlobha biex issaħħaħ l-indikaturi ta' prestazzjoni fir-rigward tas-sessi relatati mal-għajnuna baġitarja, billi jiġu estiżi għal oqsma oħra bħalma huma: id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità kif ukoll id-drittijiet tan-nisa, u partikolarment il-promozzjoni tal-aċċess tan-nisa kollha għal informazzjoni u għal servizzi ta' saħħa sesswali u riproduttiva globali, it-titjib tal-aċċess u t-tisħiħ tal-użu tal-metodi ta' ppjanar familjari, il-promozzjoni qawwija tal-edukazzjoni u tal-emanċipazzjoni tan-nisa, kif ukoll il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u favur l-ugwaljanza bejn is-sessi;

*

* *

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-Kunsill ACP, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi ACP.


(1)  ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 232.

(2)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(3)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0420.

(4)  A/Conf.212/L.1/Rev1 tad-9 ta' Diċembru 2008.

(5)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0237.

(6)  ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 633.

(7)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 316.

(8)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0406.

(9)  Ippubblikat bl-Ingliż f'Jannar 2007 mill-Kummissjoni AIDCO - DEV - RELEX.

(10)  DAC Reference Document, Volume 2, 2006.

(11)  ĠU C 249, 7.10.2005, p. 1.

(12)  IDD and Associates, Mejju 2006.

(13)  ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 396.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/23


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Studji artistiċi fl-Unjoni Ewropea

P6_TA(2009)0153

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar l-istudji artistiċi fl-Unjoni Ewropea (2008/2226(INI))

2010/C 117 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 149 u 151 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1350/2008/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni (2009) (2),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 u l-25 ta’ Mejju 2007 dwar il-kontribut tas-settur kulturali u dak kreattiv għall-ilħuq tal-objettivi ta’ Liżbona u tal-21 u t-22 ta’ Mejju 2008,

wara li kkunsidra r-rapport konġunt dwar il-progress tal-2008 tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma 2010 dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ - L-għoti tat-tagħlim tul il-ħajja għall-għarfien, il-kreattività u l-innovazzjoni (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatus soċjali tal-artisti (4),

wara li kkunsdra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar l-aġenda Ewropea għall-kultura f’dinja li qiegħda ssir waħda globalizzata (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa (6),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet fil-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-20 ta’ Ottubru 2005,

wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta’ Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0093/2009),

A.

billi l-Unjoni Ewropea, fidila lejn il-motto tagħha “L-Għaqda fid-Diversità”, għandha tirrikonoxxi l-istorja komuni tagħha, u billi tista’ tagħmel dan permezz tal-istorja tal-Arti Ewropea minħabba n-natura universali intrinsika tagħha,

B.

billi l-iskejjel għandhom għal darba oħra jsiru l-post ewlieni biex ikun demokratizzat l-aċċess għall-kultura,

C.

billi l-edukazzjoni artistika u kulturali, li minnha tifforma parti l-edukazzjoni dwar ix-xbieha, hija element essenzjali tas-sistema edukattiva tal-Istati Membri,

D.

billi l-edukazzjoni artistika u kulturali hija komponent essenzjali fl-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ, minħabba li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-volontà ħielsa, is-sensitività u l-aċċettazzjoni tal-oħrajn; billi hija kwistjoni ewlenija fl-opportunitajiet indaqs u prekundizzjoni biex l-aċċess għall-kultura jkun verament demokratizzat,

E.

billi biex niffaċċjaw l-isfida tad-demokratizzazzjoni tal-aċċess għall-kultura, jeħtieġ li nippromwovu kuxjenza artistika fil-livelli kollha u għall-etajiet kollha, li nagħrfu l-importanza tal-attivitijiet artistiċi ta’ gruppi u tad-dilettanti u li nippromwovu l-aċċess għall-edukazzjoni fid-diversi friegħi tal-arti,

F.

billi, b’dispjaċir, l-Istati Membri sikwit iħossuhom imġiegħlin minn obbligi ekonomiċi li jnaqqsu l-importanza mogħtija lid-diversi friegħi tal-arti fil-politika tal-edukazzjoni in ġenerali,

G.

billi l-edukazzjoni artistika hija l-bażi għat-taħriġ professjonali fil-qasam tal-arti u tippromwovi l-kreattività, kif ukoll l-iżvilupp fiżiku u intellettwali f’din l-isfera, filwaqt li tinkoraġġixxi relazzjonijiet iktar mill-qrib u li jagħtu aktar frott bejn l-edukazzjoni, il-kultura u l-arti,

H.

billi l-iskejjel u ċ-ċentri tal-edukazzjoni għall-arti u d-disinn jgħinu fl-iżvilupp ta’ filosofiji, biex jinħolqu stili u movimenti artistiċi ġodda u biex jinfetħu dinjiet kulturali differenti, ħaġa li ssaħħaħ l-immaġni tal-Unjoni Ewropea fid-dinja,

I.

billi t-taħriġ huwa importanti ħafna għas-suċċess tal-professjonisti fis-settur artistiku u kreattiv,

J.

billi l-istudji artistiċi li jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ karriera u professjoni jitolbu mill-istudenti, minbarra t-talent, bażi kulturali soda li tista’ tiġi akkwistata biss permezz ta’ taħriġ multidixxiplinari u sistematiku; billi dan iżid l-opportunitajiet għall-aċċess għall-impjieġi fis-settur, sakemm jipprovdi edukazzjoni ġenerali, metodoloġija tar-riċerka, ħiliet intraprenditorjali u għerf tan-negozju, kif ukoll ħiliet f’diversi oqsma ta’ attività li huma relevanti għall-arti kontemporanja,

K.

billi l-potenzjal ekonomiku u l-potenzjal f’dawk li huma impjiegi li huma rrappreżentati minn kumpaniji u industriji kreattivi, kulturali u artistiċi fl-Unjoni Ewropea jinfluwenzaw fil-biċċa l-kbira l-iżvilupp tas-settur artistiku,

L.

billi r-rivoluzzjoni teknoloġika rriżultat f'żieda fil-kompetittività fil-pajjiżi u anki bejniethom, u li dan il-fatt kien ifisser li l-ħiliet intellettwali u l-kreattività jokkupaw post dominanti fl-Istrateġija ta’ Liżbona,

M.

billi l-bidliet mgħaġġla u li l-ħin kollu għaddejjin li qed iseħħu fi ħdan is-soċjetajiet tagħna jitolbu aktar adattabilità, flessibilità, kreattività, innovazzjoni u komunikazzjoni bejn in-nies fl-isfera tax-xogħol; billi dawn il-kwalitajiet għandhom ikunu promossi mis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fid-diversi Stati Membri, skont l-objettivi tal-programm Edukazzjoni u Taħriġ 2010 msemmi hawn fuq,

N.

billi għandu jitqies il-fatt li jeżistu disparitajiet sinifikanti bejn il-mudelli tal-edukazzjoni artistika li jeżistu fid-diversi Stati Membri,

O.

billi għandu jitqies il-fatt li, bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u ż-żieda fil-mobilità taċ-ċittadini, kif ukoll it-tkabbiriet suċċessivi tal-Unjoni Ewropea, l-edukazzjoni dwar il-kultura u dwar id-diversità tagħha hija element importanti għall-preservazzjoni tal-identità u l-promozzjoni tal-fehim interkulturali u interreliġjuż; billi l-għan tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali li titqajjem kuxjenza dwar il-kultura u li l-kultura tkun promossa għandhom ikomplu lil hinn mill-2008,

1.

Iqis li l-edukazzjoni artistika għandha tkun element obbligatorju fis-sillabi edukattivi fil-livelli kollha tal-iskola, biex tkun promossa d-demokratizzazzjoni tal-aċċess għall-kultura;

2.

Jenfasizza l-importanza li hemm kemm fil-kurrikuli tal-iskejjel u fil-programmi ta' taħriġ vokazzjonali u ta’ tagħlim tul il-ħajja ta' korsijiet li jkomplu għaddejjin biex tkun promossa u żviluppata l-kreattività fl-etajiet kollha bħala parti mill-proċess ta’ tagħlim tul il-ħajja;

3.

Ifakkar li waħda mill-miri tal-edukazzjoni artistika u kulturali hija li jkun hemm kontribut għall-edukazzjoni ċivika u li wieħed mill-irwoli tagħha huwa t-tisħiħ tal-kapaċità li għandna li naħsbu u li nikkontribwixxu għall-iżvilupp personali mil-lat intellettwali, emozzjonali u fiżiku;

4.

Jirrikonoxxi l-irwol tal-arti bħala kontributriċi importanti għall-innovazzjoni fis-soċjetà u l-ekonomija fis-Sena Ewropea għall-Kreattività u l-Innovazzjoni 2009;

5.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill u tal-Istati Membri lejn l-irwol li l-kultura Ewropea u d-diversità tagħha għandhom bħala fattur fl-integrazzjoni, u l-importanza tal-edukazzjoni artistika u kulturali f’livell Ewropew, inkluża s-salvagwardja tal-valuri kulturali tradizzjonali f’reġjuni differenti;

6.

Jinnota l-għadd li kulma jmur dejjem jikber ta’ studenti ta’ suġġetti tal-arti li huma interessati li jmorru jistudjaw fi Stat Membru li ma jkunx tagħhom u, għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkoordinaw il-politika tagħhom fir-rigward tal-edukazzjoni artistika fil-livell tal-Unjoni Ewropea, biex jiskambjaw l-aħjar prattika u biex iżidu l-mobiltà kemm tal-istudenti u kemm tal-għalliema f’dan is-settur;

7.

Jissuġġerixxi li tittejjeb il-mobilità tal-professjonisti fis-settur artistiku billi tingħata aktar attenzjoni lill-kwistjoni tal-għarfien tal-kwalifiki. Dan għandu jsir billi istituzzjonijiet ta’ taħriġ u dawk li jħaddmu jkunu inkuraġġiti jifhmu l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, biex kompetenzi u kwalifiki fis-settur ikunu jistgħu jitqabblu fil-livell Ewropew;

8.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni f’dan r-rigward li taħdem flimkien mal-Istati Membri fit-twaqqif ta’ qafas ta’ mobilità għall-Ewropej li jwettqu attività artistika u kreattiva, b’enfasi partikulari fuq il-mobilità għall-artisti żgħażagħ u studenti ta’ suġġetti tal-arti;

9.

Filwaqt li jirrikonoxxi li din hija kwistjoni għall-Istati Membri, iqis li l-politika dwar l-edukazzjoni artistika għandha tkun ikkoordinata f’livell tal-UE, b’mod partikulari f’dak li jirrigwarda:

id-deskrizzjoni tax-xorta, tal-kontenut u tat-tul tal-istudji artistiċi, għat-tipi ta’ “pubbliku” differenti tiegħu,

ir-rabta bejn l-edukazzjoni artistika, il-kreattività u l-innovazzjoni,

l-effiċjenza tal-politika ta' edukazzjoni artistika mill-perspettiva tal-impatt soċjoekonomiku tagħha,

il-kisba ta’ bilanċ bejn studju teoretiku u bidu prattiku, biex ikun żgurat li l-edukazzjoni artistika ma tkunx astratta,

l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-metodi u l-istrateġiji tal-edukazzjoni artistika, b’konformità mal-ħtiġijiet tas-soċjetà tal-informazzjoni,

it-taħriġ ta’ għalliema speċjalizzati u ta’ “inġiniera artisti” ta' media ġodda flimkien ma’ dak tal-għalliema speċjalizzati tradizzjonali;

10.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex:

jirrikonoxxu l-importanza tal-promozzjoni tal-edukazzjoni artistika u l-kreattività fil-kuntest ta’ ekonomija bbażata fuq il-għerf, f'konformità mal-Istrateġija ta’ Liżbona,

jiddefinixxu l-irwol tal-edukazzjoni artistika bħala għodda pedagoġika essenzjali biex issaħħaħ il-valur tal-kultura f’dinja globalizzata u multikulturali,

jistabbilixxu strateġiji komuni għall-promozzjoni ta’ politika ta’ edukazzjoni artistika u politika għat-taħriġ tal-għalliema li jispeċjalizzaw f’din id-dixxiplina,

jirrikonoxxu l-irwol importanti tal-artisti fis-soċjetà u l-ħtieġa li jistabbilixxu kompetenzi speċifiċi għall-edukazzjoni artistika fil-proċess edukattiv,

jinkoraġġixxu lir-rappreżentanti nazzjonali fil-Grupp ta’ Ħidma għall-Edukazzjoni u l-Kultura li twaqqaf dan l-aħħar fil-qafas tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni (MMK) għall-Kultura biex jiddiskutu l-funzjoni tal-arti f’kuntesti differenti tal-edukazzjoni (formali, informali u mhux formali) u fil-livelli edukattivi kollha (minn qabel il-primarja sat-taħriġ professjonali u lil hinn minnu fl-edukazzjoni għolja fl-arti) kif ukoll it-taħriġ meħtieġ għall-għalliema speċjalisti,

jinkoraġġixxu lir-rappreżentanti nazzjonali fil-Gruppi ta’ Ħidma tal-MMK dwar l-Industriji Kulturali biex jindirizzaw it-taħriġ professjonali u l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-artisti, maniġers, għalliema, faċilitaturi u professjonisti oħra fis-settur kulturali bħala tema ċentrali,

jistiednu lill-partijiet interessati relevanti fis-soċjetà ċivili biex jaqsmu dak kollu li jafu u l-kompetenza esperta tagħhom f’dan il-qasam fir-rigward tal-proċess li qed iseħħ fil-MMK,

itejbu l-għoti tat-taħriġ professjonali fis-settur artistiku billi jagħrfu l-edukazzjoni għolja fl-arti f’kull wieħed mit-tliet livelli kif indikat fil-proċess tad-Dikjarazzjoni ta' Bolonja (Baċellerat, Master, Dottorat), u b’hekk itejbu l-mobilità tal-artisti fi ħdan l-UE,

jintroduċu arranġamenti speċjali biex tkun promossa l-edukazzjoni artistika fil-kuntest tal-programm kulturali pluriennali,

jirrikonoxxu l-importanza ta’ attivitajiet artistiċi ta’ gruppi u ta’ dilettanti;

11.

Jinsisti li t-tagħlim tal-istorja tal-arti għandu jinvolvi wkoll laqgħat ma’ artisti u żjarat f’postijiet ta’ kultura, biex titqanqal il-kurżità u titħeġġeġ ir-riflessjoni min-naħa tal-istudenti;

12.

Jenfasizza l-importanza li jintużaw ir-riżorsi pprovduti minn teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-Internet bħala mezzi għal tagħlim modern immirati lejn prattika kontemporanja meta tkun qed tiddaħħal id-dimensjoni artistika fil-kurrikuli skolastiċi;

13.

Jenfasizza f’dan ir-rigward il-kontribut essenzjali ta' intrapriżi bħal m’hi l- Europeana, il-librerija diġitali Ewropea;

14.

Jirrakkomanda li jiġi żviluppat b’mod konġunt portal Ewropew għall-edukazzjoni artistika u kulturali u li l-edukazzjoni artistika tkun inkluża fil-kurrikuli edukattivi tal-Istati Membri, biex ikunu salvagwardjati l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-mudell kulturali Ewropew, li huwa speċjalment apprezzat internazzjonalment;

15.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimmoniterjaw il-progress li jsir fl-inkorporazzjoni tal-edukazzjoni artistika fil-kurrikuli tal-iskejjel; jissuġġerixxi b’mod partikulari lill-Kummissjoni li tippromwovi studji meħtieġa biex joħroġ tagħrif ta’ min joqgħod fuqu dwar l-impatt li jkollu tagħlim bħal dan fuq il-livell tal-edukazzjoni u l-kompetenza tal-istudenti fl-Unjoni Ewropea;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni i lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(2)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 115.

(3)  ĠU C 86, 5.4.2008, p. 1.

(4)  ĠU C 125 E, 22.5.2008, p. 223.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2008)0124.

(6)  Testi adottati, P6_TA(2008)0123.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/27


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa

P6_TA(2009)0154

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar djalogu attiv maċ-ċittadini dwar l-Ewropa (2008/2224(INI))

2010/C 117 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni bit-titlu “Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija” iffirmata fit-22 ta’ Ottubru 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2008 bit-titlu “Niddibattu l-Ewropa – Nibnu fuq l-Esperjenza tal-Pjan D għad-Demokrazija, id-Djalogu u d-Dibattitu” (Pjan D) (COM(2008)0158),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2008 bit-titlu “Komunikazzjoni tal-Ewropa permezz ta’ mezzi tax-xandir awdjoviżivi”, SEC(2008)0506),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2007 bit-titlu “Nikkomunikaw dwar l-Ewropa permezz tal-Internet – Ninvolvu liċ-ċittadini” (SEC(2007)1742),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2007 bit-titlu “Proposta għal ftehim Inter-Istituzzjonali dwar Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija” (COM(2007)0569),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007 sal-2013 il-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” biex tkun promossa ċittadinanza Ewropea attiva (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2006 bit-titlu “White Paper dwar Politika Ewropea ta’ Komunikazzjoni”,(COM(2006)0035),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2005 bit-titlu “Il-kontribut tal-Kummissjoni għall-perjodu ta’ riflessjoni u lil hinn minnu: il-Pjan D għad-Demokrazija, id-Djalogu u d-Dibattitu” (COM(2005)0494),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar il-White Paper dwar politika ta’ komunikazzjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi kif ukoll il-Kumitat għall-Petizzjoni (A6-0107/2009),

A.

billi Unjoni Ewropea demokratika u trasparenti tiddependi mill-progress tad-djalogu bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet Ewropej, inkluż il-Parlament, iżda wkoll mid-dibattitu kostanti dwar l-Ewropa fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali,

B.

billi wara li ġie miċħud l-abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa, fi Franza u fl-Olanda, 53,4 % tal-poplu Irlandiż ivvota f’referendum kontra r-ratifika tat-Trattat ta’ Liżbona u billi nies li jifhmu b’mod inadegwat il-politiki tal-Unjoni Ewropea u t-Trattati x’aktarx li jopponuhom aktar,

C.

billi l-istħarriġ tal-Ewrobarometru 69 wera li 52 % taċ-ċittadini tal-Unjoni jemmnu b’mod ċar li s-sħubija ta’ pajjiżhom mal-UE hija ħaġa tajba, filwaqt li huma biss 14 % li jemmnu bil-kontra,

D.

billi l-għarfien tal-Unjoni Ewropea, kemm tal-politiki tagħha u kif taħdem, kif ukoll tad-drittijiet garantiti mit-Trattati, huwa fundamentali sabiex iċ-ċittadini jerġgħu jiksbu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet Ewropej,

E.

billi Kummissarju separat għall-istrateġija tal-komunikazzjoni kien maħtur għall-ewwel darba fl-2004, għalkemm l-ebda politika ta’ komunikazzjoni bħala tali għadha ma ġiet adottata minħabba n-nuqqas ta’ bażi legali xierqa fit-Trattati,

L-opinjoni pubblika

1.

Ifakkar li l-eżerċizzji ta’ stħarriġ juru li anqas ma ċittadin tal-Unjoni jkun edukat u anqas ma jkun għani, aktar ikun hemm il-possibilità li jopponi li sseħħ aktar integrazzjoni Ewropea, ħaġa li tindika li l-idea Ewropea, minkejja l-isforzi kollha preċedenti, prinċipalment tilħaq lill-parti tas-soċjetà Ewropea li hi edukata tajjeb u għanja; iqis djalogu attiv bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha bħala essenzjali biex iwettaq fil-prattika l-prinċipji u l-valuri tal-proġett tal-Unjoni Ewropea, iżda jagħraf li s’issa m’għamilx suċċess kbir;

2.

Jiddispjaċih għall-fatt li, minkejja l-isforzi u l-ideat tajba tal-Kummissjoni, is-suċċess miksub fiż-żieda tal-livell ta’ għarfien u interess taċ-ċittadini tal-Unjoni fi kwistjonijiet Ewropej kien limitat ħafna, xi ħaġa li sfortunatament dehret fir-referendum Irlandiż;

3.

Jenfasizza l-importanza partikolari tal-ħolqien ta’ kollegamenti koeżivi ta’ komunikazzjoni b’kontenut maħsub għal udjenzi partikolari kemm bejn l-UE u r-reġjuni b’karatteristiċi partikolari kif ukoll bejn l-UE u gruppi soċjali partikolari;

4.

Jinnota li, skont stħarriġ riċenti tal-opinjoni pubblika, il-maġġoranza l-kbira tal-Ewropej huma favur li l-Unjoni Ewropea titkellem b’leħen wieħed dwar kwistjonijiet ta’ politika barranija; jenfasizza l-fatt li ġiet inkluża stqarrija dwar dan b’talba taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-ittra miftuħa/rakkomandazzjonijiet mill-parteċipanti fil-konferenza ta’ konklużjoni tas-sitt proġetti taċ-ċittadini tal-“Pjan D” fid-9 ta’ Diċembru 2007; jenfasizza li 27 rakkomandazzjoni stipulati f’din l-ittra miftuħa jinkludu wkoll sejħa għall-Unjoni biex tieħu azzjoni aktar effettiva fil-qasam tal-politika soċjali u l-koeżjoni soċjali, b’mod partikulari bil-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-pagi u titrawwem l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u, b’mod aktar ġenerali, biex tingħata attenzjoni speċifika għall-kwistjonijiet marbuta mal-ugwaljanza, li ta’ spiss huma minsija; jissuġġerixxi li huwa importanti għalhekk li tingħata ħarsa lejn x’qegħdin jikkomunikaw l-azzjonijiet u jitqabbel kif dan qiegħed ivarja mill-messaġġ li l-UE trid twassal liċ-ċittadini tagħha;

5.

Jinnota li l-maġġoranza tan-nisa ivvutaw “le” fl-aħħar referenda dwar l-Unjoni Ewropea: 56 % fi Franza (Flash Eurobarometer 171), 63 % fl-Olanda (id. 172) u 56 % fl-Irlanda (id. 245); jemmen li wieħed mill-fatturi wara l-votazzjoni negattiva ġejja, fost l-oħrajn, minn involviment dgħajjef tal-istituzzjonijiet Ewropej fil-politiki li jikkonċernaw b’mod dirett in-nisa u li huma l-bażi ta’ inugwaljanzi persistenti bejn is-sessi, bħalma huma l-politiki fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja u fir-rigward tal-għajnuna għall-persuni dipendenti;

Aspetti kostituzzjonali u interistituzzjonali

6.

Jisħaq fuq il-bżonn li jitlesta l-proċess tar-ratifika tat-Trattat ta’ Liżbona, ħaġa li se tkompli żżid it-trasparenza tal-UE u l-involviment taċ-ċittadini fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet; ifakkar f’dan il-kuntest fl-opportunitajiet ġodda għal demokrazija parteċipattiva li t-Trattat ta’ Liżbona se jipprovdi, speċjalment l-inizjattiva taċ-ċittadini;

7.

Jenfasizza l-bżonn għal sforzi koordinati u azzjoni konġunta mill-istituzzjonijiet tal-UE kollha u mill-Istati Membri biex jikkomunikaw maċ-ċittadini tal-UE dwar kwistjonijiet Ewropej; jilqa’ b’sodisfazzjon u jieħu nota tad-Dikjarazzjoni Konġunta msemmija hawn fuq tat-22 ta’ Ottubru 2008, li tistipula objettivi ċari għat-titjib tal-komunikazzjoni tal-UE min-naħa tal-Parlament, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri; huwa tal-opinjoni li jista’ jkun aktar ambizzjuż, ladarba l-Parlament kien talab għal ftehima Interistituzzjonali dwar il-politika tal-komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kollha;

8.

Jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jibdew diskussjonijiet ulterjuri dwar l-Ewropa, u immedjatament iwettqu fil-prattika l-kunċetti stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Konġunta msemmija hawn fuq, fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2006 u fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2007;

9.

Huwa tal-istess opinjoni bħall-Kummissjoni li demokrazija parteċipattiva tista’ tissupplimenta b’mod utli d-demokrazija rappreżentattiva; jenfasizza madankollu li demokrazija parteċipattiva mhux biss tfisser li wieħed jisma’ liċ-ċittadin, iżda jfisser ukoll li ċ-ċittadini jingħataw opportunitajiet reali biex jinfluwenzaw il-politika Ewropea; Jiġbed l-attenzjoni li sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet imsemmija hawn fuq, l-istituzzjonijiet għandhom ikun ħafna aktar miftuħa u jadottaw l-approċċi meħtieġa sabiex jippermettu liċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tagħhom jipparteċipaw b’mod effettiv f’kull stadju meta jkun hemm dibattitu dwar kwistjonijiet tal-UE; jinnota wkoll li l-aċċess pubbliku għal dokumenti prodotti mill-istituzzjoijiet jeħtieġ li jingħata fuq bażi kemm jista’ jkun wiesgħa, minħabba li dan huwa rekwiżit essenzjali biex issir influwenza;

10.

Jisħaq dwar l-importanza u l-valur tal-proċess ta’ konsultazzjoni bħala għodda effettiva sabiex iċ-ċittadini jingħataw aktar setgħat billi jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom b’mod dirett lill-proċess politiku fil-livell tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi ulterjuri biex ixxerred tagħrif fil-ħin dwar il-konsultazzjonijiet futuri tal-UE permezz tal-midja u forums xierqa oħra fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, biex titwessa’ l-medda tal-opinjonijiet tal-partijiet interessati li jkunu ħarġu matul il-konsultazzjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni tal-KE u biex tirreklama b’mod aktar wiesa’ l-konsultazzjonijiet tal-Internet dwar il-politiki u l-inizjattivi tal-UE sabiex ikun żgurat li l-partijiet interessati kollha, speċjalment l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-organizzazzjonijiet lokali mhux governattivi (NGOs) ikunu involuti fid-dibattitu; jenfasizza l-importanza tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, bħalma huma n-netwerks tal-professjonisti u tal-konsumaturi fil-livelli kollha, kemm transnazzjonali u kemm dawk lokali, li jipprovdu pjattaformi għal skambju ta’ opinjonijiet infurmat dwar il-politiki tal-UE u b’hekk jikkontribwixxu għal kwalità ta’ leġiżlazzjoni tal-KE aħjar; jagħraf il-problemi fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni u jħeġġeġ lill-konsumaturi u lin-negozjanti biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u biex jirrappurtaw il-problemi attwali lill-istituzzjonijiet tal-UE;

11.

Jemmen li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-isforzi ta’ komunikazzjoni tagħhom u jibnu sħubija mas-soċjetà ċivili sabiex ikunu sfruttati s-sinerġiji possibbli; jisħaq fuq il-bżonn għall-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u x-xewqa li jinħolqu rabtiet bejn l-istazzjonijiet tat-televixin tal-Kummissjoni u tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn ir-rappreżentazzjonijiet tagħha fl-Istati Membri u l-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament; jitlob lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanzi tal-Parlament fl-Istati Membri biex itejbu l-kooperazzjoni fir-rigward tal-konsultazzjoni maċ-ċittadini, it-tixrid tal-informazzjoni, l-għarfien u l-ideat dwar l-UE u l-għoti ta’ opportunitajiet lill-votanti biex jiltaqgħu ma’ MEPs eletti f’pajjiżi differenti u ma’ uffiċjali tal-UE;

12.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tappoġġja l-irwol tal-Parlament u tal-partiti politiċi Ewropej, u jirrikonoxxi l-bżonn li jitnaqqas id-distakk bejn il-politiki nazzjonali u Ewropej, speċjalment matul il-kampanji elettorali Ewropej;

13.

Jistieden lit-tliet istituzzjonijiet ewlenin biex jikkunsidraw il-possibilità li jsiru diskussjonijiet konġunti miftuħa li jiżdiedu mad-dibattiti miftuħa tal-Parlament, li fihom jindirizzaw suġġetti li jolqtu lill-konsumaturi u l-ħajja tagħhom ta’ kuljum u dan sabiex tissaħħilhom il-fiduċja fis-suq intern u fil-protezzjoni tal-konsumatur; jenfasizza li l-intergruppi tal-Parlament iwettqu bis-sħiħ l-irwol tagħhom bħala intermedjarji maċ-ċittadini, strumenti reali ta’ kollegament bejn l-isfera politika u s-soċjetà ċivili;

14.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni kkunsidrat ħafna mill-ideat li l-Parlament diġà ressaq, bħall-forums taċ-ċittadini, kemm fuq livell Ewropew u kemm fuq livell nazzjonali, irwol iktar prominenti għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-użu innovattiv ta’ mezzi ġodda tal-midja;

Ħidma lokali

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex testendi d-djalogu tagħha fil-livelli kollha billi tadatta l-messaġġ tagħha għall-gruppi mmirati differenti skont il-kuntest soċjali li ġejjin minnu; għalhekk jipproponi li d-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha għandu jissaħħaħ billi tkun ipprovduta l-istess informazzjoni, imfassla għal gruppi mmirati individwali, għal kulħadd u li tiffaċilita d-dibattitu fost u maċ-ċittadini infurmati; iqis li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jinkorporaw il-konklużjonijiet tad-dibattiti lokali organizzati taħt l-awspiċju tal-Pjan D fil-politiki tagħhom, u jqisu dak li jistennew iċ-ċittadini mill-UE meta jkunu qed jiddeċiedu dwar leġiżlazzjoni ġdida;

16.

Jistieden lill-Istati Membri biex iniedu kampanji effettivi ta’ komunikazzjoni tal-UE fil-livelli kollha; nazzjonali, reġjonali u lokali; jistieden lill-Kummissjoni biex ixxerred l-aħjar prattiki identifikati minn kampanji ta’ dan it-tip u jipproponi l-ħolqien ta’ sistema ta’ komunikazzjoni permanenti u interattiva bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u ċ-ċittadini, b’kampanji frekwenti ta’ natura lokali u reġjonali mill-UE, bl-assistenza tal-midja reġjonali u l-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili, tal-NGOs, tal-kmamar tal-kummerċ, tat-trejdunjins u tal-organizzazzjonijiet tal-professjonisti;

17.

Jisħaq li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE hija l-bażi tal-integrazzjoni Ewropea u tas-solidarjetà soċjali; iqis, għaldaqstant, li ċ-ċittadini għandhom ikun konxji fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum bl-isforzi u s-suċċessi tal-politiki tal-Komunità, li jenfasizzaw il-kontribuzzjoni tal-UE u l-vantaġġi dovuti għall-proġett Ewropew komuni; jixtieq f’dan il-kuntest li l-awtoritajiet lokali jaqdu aħjar l-obbligi tagħhom tal-informazzjoni dwar l-għajnuna li jkunu rċevew mill-Unjoni Ewropea; jenfasizza wkoll li l-volontarjat ta’ dawk li ġew eletti fuq livell lokali u reġjonali huwa meħtieġ għall-iżvilupp tal-informazzjoni u għall-edukazzjoni; jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan ir-rigward il-ħolqien ta’ parti mill-programm Erasmus għall-politiċi fuq livell lokali u reġjonali;

18.

Jenfasizza li l-involviment tal-imsieħba fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007-2013, jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex tkun promossa l-politika ta’ koeżjoni tal-UE u twassalha biex tkun aktar qrib taċ-ċittadini; jenfasizza li dawn l-imsieħba għandhom opportunità unika biex jaraw personalment il-kwistjonijiet reali li l-aktar jikkonċernaw liċ-ċittadini; jistieden għalhekk, lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-prinċipju tas-sħubija jkun implimentat b’mod ġust fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jenfasizza l-importanza għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jagħmlu użu mill-possibilitajiet finanzjarji eżistenti pprovduti mill-FSE, sabiex jitjiebu l-ħiliet ta’ dawn l-imsieħba, speċjalment fir-rigward tat-taħriġ; jinnota l-irwol sinifikanti li kellhom il-fondi strutturali biex ikattru l-koperazzjoni transkonfinali permezz ta’ proġetti u programmi tal-komunità, li ħeġġeġ l-iżvilupp ta’ ċittadinanza attiva u demokrazija parteċipattiva; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġja u taħdem fi sħubija ma’ proġetti u programmi ta’ dan it-tip;

19.

Jenfasizza l-bżonn, fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej li ħa jsiru dalwaqt, għall-informazzjoni f’livell lokali u reġjonali għal ċittadini, speċjalment għaż-żgħażagħ u dawk li ħa jivvutaw għall-ewwel darba; f’kuntest iktar ġenerali, jenfasizza l-importanza tal-involviment tal-MEPs, flimkien mal-uffiċjali eletti fuq livell lokali u reġjonali, fil-proċess ta’ konsultazzjoni maċ-ċittadini fir-reġjuni tagħhom, minħabba li huma l-vuċi tal-pubbliku fl-UE; jappoġġja l-isforzi tal-Kumitat tar-Reġjuni biex isaħħaħ il-konsultazzjoni f’livell reġjonali u biex jinkludi netwerks reġjonali u parteċipanti lokali u reġjonali prinċipali f’dan il-proċess sabiex jinkoraġġixxi dibattitu iktar qrib iċ-ċittadini, b’tali mod illi wieħed ikun jaf l-opinjonijiet u l-interessi tagħhom;

20.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li Membri tal-Parlament jinvolvu ruħhom aktar mill-qrib fil-proċess ta’ komunikazzjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni u li jsiru aktar bidliet għall-organizzazzjoni tax-xogħol tal-Parlament sabiex il-Membri jkunu jistgħu jimpenjaw ruħhom fi djalogu maċ-ċittadini fl-aktar livell lokali possibbli; jixtieq li, filwaqt li jkunu qed iseħħu l-kampanji tal-partiti politiċi, il-Membri parlamentari Ewropej ikunu involuti mill-qrib u fuq il-post fil-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi kampanji ta’ komunikazzjoni lokali u fuq skala żgħira bl-involviment ta’ parteċipanti lokali, u biex tippromwovi attivitajiet li jippermettu liċ-ċittadini li jkunu infurmati aħjar dwar il-pajjiżi ta’ oriġini tal-immigranti kif ukoll biex dawn ikunu infurmati aħjar bid-drittijiet u d-doveri marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, bħala l-iktar mod effettiv u sinifikattiv ta’ kif jistgħu jinkisbu dawn l-għanijiet ta’ komunikazzjoni, u anki biex jitkomplew l-isforzi li saru fil-kuntest tas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali 2008;

L-Edukazzjoni, il-Midja u l-ICT, iċ-Ċittadinanza attiva

22.

Jenfasizza l-importanza li l-politika u l-istorja Ewropeja jiddaħħlu fil-kurrikulum tal-iskejjel ta’ kull Stat Membru sabiex jissaħħu l-valuri Ewropej, u jiġu żviluppati dipartimenti ta’ Studji Ewropej fil-programmi universitarji; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-promozzjoni ta’ dawn il-proġetti; jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu kors tal-iskola dwar l-istorja tal-integrazzjoni Ewropea u l-funzjonament tal-UE, biex jifforma l-bażi ta’ għarfien Ewropew komuni;

23.

Jenfasizza l-irwol partikolari tal-edukazzjoni ċivika bħala l-forza essenzjali li timbotta ċ-ċittadinanza attiva; jinnota l-bżonn għal appoġġ ta’ mudell attiv għall-edukazzjoni ċivika li tipprovdi liż-żgħażagħ opportunitajiet fejn ikunu involvuti b’mod dirett mal-ħajja pubblika, mar-rappreżentanti politiċi fil-livell nazzjonali, fil-livell lokali kif ukoll fil-livell Ewropew, mar-rappreżentanti ta’ NGOs u ma’ inizjattivi ċiviċi; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tappoġġja proġetti pilota li jippromwovu mudell ta’ edukazzjoni ċivika bħal dan fl-Istati Membri;

24.

Jirrakkomanda li l-programmi bħal Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig u Comenius ikunu promossi b’mod aktar effettiv, permezz ta’ komunikazzjoni aktar wiesgħa, u organizzata sabiex jitħeġġu l-aktar nies possibbli biex jipparteċipaw, tiżdied il-parteċipazzjoni minn ċittadini inqas affluwenti u biex tkun iffaċilitata l-mobilità tagħhom fl-UE; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li dawn il-programmi b’mod partikolari huma popolari ħafna maż-żgħażagħ u jagħtu kontribut importanti għas-suċċess tal-integrazzjoni Ewropea;

25.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tal-21 ta’ Diċembru 2007 li tagħti objettivi ċari dwar kif il-websajt “Europa” tista’ tinbidel f’sit web 2.0 orjentat għas-servizzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli l-bini tas-sit il-ġdid sa mill-2009 u jemmen li l-websajt il-ġdida għandha tipprovdi forum biex iċ-ċittadini jaqsmu mal-oħrajn il-fehmiet tagħhom u jipparteċipaw fi stħarriġiet li jsiru onlajn fejn l-NGOs, l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-individwi kollha jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom tal-proġetti ta’ komunikazzjoni tal-UE tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor u tippubblika fuq din il-paġna tal-web l-esperjenzi ta’ dawk li jkunu bbenefikaw mill-attivitajiet finanzjati skont il-Pjan D;

26.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-idea tal-“EU Tube”, peress li bi kważi 1,7 miljun spettatur, huwa għodda unika li biha jkunu kkomunikati l-politiki tal-UE fost l-utenti tal-Internet; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tħejji linji gwida dwar kampanji effiċjenti tal-Internet u biex dawn taqsamhom ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel użu aħjar tal-materjal awdjoviżiv li hemm disponibbli dwar l-Ewropa bis-Satellita billi jkunu stabbiliti rabtiet ma’ stazzjonijiet tat-televiżjoni lokali u ma’ midja komunitarja li jkunu interessati li jakkwistaw materjal bħal dan għax-xandir, sabiex tintlaħaq udjenza aktar wiesgħa;

28.

Jidhirlu li n-netwerk “Europe Direct” huwa għodda importanti biex ikunu mwieġba l-mistoqsijiet taċ-ċittadini fuq punti partikulari bil-posta jew b’telefonati bla ħlas minn kulfejn ikunu fl-UE, għodda li għandha tkompli tkun irreklamata aktar;

29.

Iqis li l-oqsma tal-politika dwar il-ħarsien tal-konsumatur u s-suq intern huma ta’ importanza kbira biex issir komunikazzjoni dwar l-Ewropa mal-konsumaturi u man-negozji; jitlob lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom fil-komunikazzjoni tal-benefiċċji tas-Suq Uniku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu u jsaħħu l-komunikazzjoni u l-informazzjoni interattiva għal djalogu effikaċi bejn il-konsumaturi, in-negozji u l-istituzzjonijiet permezz ta’ mezzi elettroniċi varji bi strumenti moderni u biex jikkontribwixxu għal żvilupp fil-kummerċ elettroniku (e-commerce);

30.

Jitlob lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-isforzi tagħha ta’ koordinazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni u tal-informazzjoni tal-konsumatur dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-konsumatur permezz ta’ żieda fir-riżorsi finanzjarji u umani; jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu r-riżorsi finanzjarji u umani allokati lin-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur sabiex titqajjem kuxjenza u tkun żgurata l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur tal-UE u jħeġġeġ lill-Istati Membri, minħabba l-kriżi finanzjarja internazzjonali attwali u l-livelli dejjem jogħlew tad-dejn tal-konsumaturi, biex isiru sforzi li jtejbu l-livell ta’ litteriżmu finanzjarju tal-konsumaturi b’mod partikulari rigward d-drittijiet u l-obbligi tagħhom kif ukoll il-mezzi ta’ rikors li jirrigwardaw it-tifdil u l-kreditu;

31.

Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu r-riżorsi umani u finanzjarji allokati għan-netwerk SOLVIT li jagħmluha possibbli li jissolvew problemi li jinħolqu minn applikazzjoni ħażina jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità mingħajr ħlas; jitlob lill-Kummissjoni biex tħaffef is-simplifikazzjoni tas-servizzi varji għall-għoti ta’ informazzjoni u ta’ pariri dwar is-Suq Uniku; għalhekk, jappoġġja l-kunċett li jinsab fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2007 bl-isem “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21” (COM(2007)0724) ta’ strateġija integrata fil-għoti ta’ Servizzi ta’ Assistenza għas-Suq Uniku permezz tat-twaqqif ta’ paġna fl-internet (single-entry); jinnota l-inizjattivi tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u dwar ir-regolamentazzjoni aħjar; b’mod partikolari, jitlob li jkun hemm titjib fl-appoġġ għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li jirrapreżentaw sors importanti ta’ impjiegi fl-Ewropa;

32.

Jinnota li Sena Ewropea tal-Volontarjat tkun opportunità ideali għall-istituzzjonijiet tal-UE biex tibni relazzjoni maċ-ċittadini; jinnota li hemm aktar minn 100 miljun voluntiera fl-UE, u jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji l-bażi sabiex l-2011 tiġi ddikjarata bħala s-Sena Ewropea billi tressaq proposta leġiżlattiva xierqa għal dan il-għan kemm jista’ jkun malajr;

33.

Jenfasizza l-importanza li jitqiesu l-opinjonijiet taċ-ċittadini dwar l-Ewropa bħala figura globali, li tqis b’mod partikulari l-irwol prominenti tal-Parlament Ewropew f’dak il-qasam; għaldaqstant jinkoraġġixxi l-involviment tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-membri tal-Kunsill fiż-żjariet ta’ “Pjan D” minn Membri tal-Kummissjoni, minħabba li dawn għandhom irwol importanti biex jintlaħqu l-parlamenti nazzjonali, is-soċjetà ċivili, il-mexxejja tan-negozju u tal-junjins u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-Istati Membri;

34.

Jinsab sodisfatt li d-dinja b’mod ġenerali qed turi interess li dejjem jiżdied fil-proġett Ewropew, u li l-UE u ċ-ċittadini tagħha qed isiru wkoll iktar konxji tal-vantaġġi tal-qsim tal-esperjenza supranazzjonali tagħhom ma’ pajjiżi u reġjuni oħra, speċjalment mal-ġirien tal-UE; għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa, permezz tad-Delegazzjonijiet tagħha f’pajjiżi terzi, modi ta’ kif tista’ tavviċina liċ-ċittadini ta’ dawk il-pajjiżi u tinfurmahom dwar il-possibiltajiet li toffri l-Unjoni Ewropea, pereżempju permezz tal-midja u ta’ forom oħra ta’ kultura, edukazzjoni, tagħlim tal-lingwa u mobilità jew programmi ta’ skambju bħalma hu Erasmus Mundus;

35.

Jinnota li, partikolarment fil-kuntest taż-żieda fl-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-UE u l-fatt li qed jinħolqu soċjetajiet multikulturali, li sar ukoll kontribut minnhom, għandhom isiru sforzi ikbar biex ikun hemm provvediment għall-integrazzjoni tal-immigranti fl-UE, jingħatalhom aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar x’tinvolvi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni, pereżempju, billi jissaħħu r-rabtiet ta’ sħubija bejn livelli differenti ta’ gvern (lokali, reġjonali u nazzjonali) u parteċipanti mhux governattivi (eż. min iħaddem, is-soċjetà ċivili, assoċjazzjonijiet tal-migranti, il-midja u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jagħtu appoġġ lill-migranti); iqis li suċċess fl-integrazzjoni sservi ta’ appoġġ għal aktar żvilupp ta’ kuxjenza Ewropea multikulturali msejsa fuq it-tolleranza, id-djalogu u l-ugwaljanza;

36.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi programmi u kampanji (bħalma huma “Id-dinja mill-perspettiva tan-nisa”) li jinkoraġġixxu lin-nisa isiru aktar attivi soċjalment, politikamentu kulturalment, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-irwol tan-nisa fid-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet, is-sostenibilità u l-prosperità tas-soċjetà; jistieden għalhekk lit-tfajliet u n-nisa biex jingħataw tagħrif aħjar dwar il-kunċett ta’ ċittadinanza Ewropea u d-drittijiet marbuta magħha, partikolarment f’reġjuni iżolati soċjalment u ġeografikament; jenfasizza li l-għan ta’ dawn il-kampanji ta’ informazzjoni għandhom ikunu biex titjieb il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jenfasizza l-bżonn li jiġu promossi l-miżuri bil-għan li jiġu eliminati d-distakki diġitali tal-ġeneru sabiex jingħataw lin-nisa, bl-istess kondizzjonijiet, l-għodod tal-parteċipazzjoni għad-djalogu dwar l-Ewropa; jifraħ lill-Kummissjoni dwar l-għażla tal-proġetti li għandhom jiġu kofinanzjati mill-Pjan D, mir-rappreżentazzjonijiet tagħha, li jinkludu ħafna proġetti mmexxija minn organizzazzjonijiet tan-nisa u bosta proġetti li jinvolvu lin-nisa; jinsisti fuq il-bżonn li tiġi promossa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-oqsma tal-vjolenza relatata mal-ġeneru jew it-traffikar tal-bniedem, fejn l-involviment tas-soċjetà hija vitali jekk għandu jsir progress biex tissolva l-problema; jirrikonoxxi l-kompetenzi tan-nisa fir-rigward tas-soluzzjoni tal-problemi u tal-kunflitti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-task forces u fil-gruppi ta’ ħidma involuti fi kwistjonijiet marbuta mal-ħajja familjali, il-kura tat-tfal, l-edukazzjoni, eċċ.;

*

* *

37.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 13, 20.1.2009, p. 3.

(2)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.

(3)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 369.

(4)  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 403.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/33


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Il-Ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP-UE fl-2008

P6_TA(2009)0155

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-Ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP-UE fl-2008 (2008/2303(INI))

2010/C 117 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp ta' Stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) (il-Ftehim ta' Kotonou),

wara li kkunsidra r-regolament tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE (JPA) adottat fit-3 ta' April 2003 (2), modifikat l-aħħar f'Port Moresby ((Papua-New Guinea) fit-28 Novembru 2008 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (4),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Kigali (Rwanda) li ġiet adottata mill-JPA fit-22 ta' Novembru 2007 għall-ftehim ta' sħubija ekonomika (EPA) favur l-iżvilupp (5),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Port Moresby addottata mill-JPA fid-28 ta' Novembru 2008 dwar il-kriżi finanzjarja u alimentari dinjija (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet adottati mill-JPA fl-2008:

dwar il-konsegwenzi soċjali u ambjentali tal-programmi ta' adattament strutturali (7),

dwar l-esperjenzi tal-proċess ta' integrazzjoni reġjunali Ewropew relevanti għall-pajjiżi tal-ACP (8),

dwar il-kwistjonijiet tas-sikurezza alimentari fil-pajjiżi tal-ACP u l-irwol li għandha l-koperazzjoni bejn l-ACP u l-UE (9),

dwar is-sitwazzjoni fil-Kenja (10),

dwar il-protezzjoni ta' persuni civili fl-operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-organizzazzjonijiet reġjonali (11),

dwar l-effikaċja tal-għajnuna u d-definizzjoni tal-għajnuna pubblika għall-iżvilupp (12),

dwar il-konsegwenzi soċjali tax-xogħol magħmul mit-tfal u l-istrateġiji kontra x-xogħol magħmul mit-tfal (13),

dwar is-sitwazzjoni fil-Mawritanja (14),

dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (15),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni ta' Windhoek (Namibja) tal-JPA tad-29 ta' April 2008 (16),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni ta' Port Vila (Vanuatu) tal-JPA tal-1 ta' Diċembru 2008 (17),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Bureau tal-JPA tal-25 ta' Novembru 2008 dwar il-presidenza Franċiża tal-UE (18),

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja ffirmat fit-18 ta' Diċembru 2007 (19),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0081/2009),

A.

billi ġew iffirmati EPAs ma' ċerti reġjuni jew pajjiżi tal-ACP matul l-2008 u saru diskussjonijiet fi ħdan il-JPA f'Marzu 2008 f'Ljubljana (Slovenja) u f'Novembru 2008 f'Port Moresby dwar il-progress li sar fin-negozjati tal-EPAs,

B.

billi ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument li jipprovdi programmi tematiċi applikabbli wkoll għall-pajjiżi tal-ACP, msemmi hawn fuq, kif ukoll programm ta' miżuri ta' akkumpanjament għall-pajjiżi tal-ACP li huma firmatarji tal-protokoll dwar iz-zokkor,

C.

billi l-Kummissarju għall-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarja ħa impenn, fis-sessjoni tal-JPA li saret f'Ġunju 2007 f'Wiesbaden, sabiex jissottometti d-Dokumenti Strateġiċi Nazzjonali u Reġjonali għall-Pajjiżi tal-ACP (perjodu 2008-2013) għall-iskrutinju demokratiku tal-Parlamenti, filwaqt li jilqa' b'sodisfazzjoni l-implimentazzjoni ta' dan l-impenn,

D.

billi r-reviżjoni l-ġdida tal-Ftehim ta' Cotonou, previst għall-2020, tirrapreżenta okkażżjoni importanti biex tiġi żviluppata d-dimensjoni reġjunali tal-JPA u biex jiġi żviluppat l-iskrutinju parlamentari fil-livell tar-reġjuni tal-ACP, kif ukoll biex jissaħħu l-irwol u l-attivitajiet tal-JPA innifisha bħala istituzzjoni,

E.

billi ż-żewġ laqgħat reġjunali tal-JPA fl-2008 fin-Namibja u f'Vanuatu kellhom suċċess konsiderevoli u wasslu għall-adozzjoni tal-Komunikazzjonijiet hawn fuq imsemmija,ta' Windhoek u ta' Port Vila,

F.

billi s-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe reġgħet marret għall-agħar matul l-2008, minkejja li saru l-elezzjonijiet fl-Lulju tal-2008, filwaqt li jilqa' madankollu l-ftehim li nkiseb biex tiġi adottata riżoluzzjoni dwar iż-Żimbabwe fis-16-il laqgħa tal-JPA f'Port Moresby,

G.

billi l-kunflitt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) għadu sejjer, bil-vjolazzjonijiet serji u ripetuti tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżultaw minnu, u billi jeħtieġ li jkun hemm għajnuna umanitarja effettiva u involviment akbar mill-komunità internazzjonali,

H.

billi kkunsidra x-xogħol magħmul mill-Parlament Pan-Afrikan (PAP) u l-formulizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-PAP, u l-intenzjoni li esprima l-President tal-Parlament Ewropew f'intervent li sar fl-għaxar laqgħa tal-PAP tad-28 ta' Ottubru 2008, li tiġi stabbilita delegazzjoni interparlamentari għal-leġiżlatura li jmiss,

I.

billi s-16-il sessjoni tal-JPA f'Port Moresby u l-Konferenza Internazzjonali dwar l-Iffinanzjar tal-Għajnuna għall-Iżvilupp saru kważi fl-istess żmien, li ġiegħel lil għadd ta' deptuti tal-Parlament Ewropew jagħmlu għażla iebsa,

J.

billi kkunsidra l-kontribuzzjonijiet rispettivi eċċellenti tal-Presidenza Slovena tal-Unjoni Ewropea (minn Jannar sa Ġunju 2008) u tal-Gvern ta' Papua New Guinea fis-sessjonijiet tal-JPA f'Ljubljana u f'Port Moresby, hawn fuq imsemmija,

K.

billi kkunsidra ż-żjarat ta' studju tal-Bureau tal-JPA fl-2008:

fis-Seychelles u

fis-Surinam, Saint Vincent u Saint Lucia,

1.

Jilqa' b' sodisfazzjon il-fatt li l-JPA fl-2008 kompliet toffri qafas għal djalogu miftuħ, demokratiku u fil-fond dwar in-negozjati tal-EPA bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-ACP;

2.

Jenfasizza t-tħassib li wriet il-JPA rigward bosta punti tan-negozjati, kemm rigward il-forma, kif ukoll is-sustanza tagħhom; ifakkar li d-dibattitu għadu għaddej wara l-adozzjoni tal-EPA mal-Cariforum (Forum tal-Istati tal-Karibew) u ta' ftehim intermedjarju ma' ċerti pajjiżi ta' reġjuni oħra;

3.

Jilqa' b' sodisfazzjon it-tweġiba pożittiva tal-Kummissarju l-ġdid għall-Kummerċ, magħmula f'konformità mal-istqarrijiet magħmula mill-President tal-Kummissjoni, għat-talba minn bosta pajjiżi u reġjuni tal-ACP sabiex jerġgħu jiġu studjati l-kwistjonijiet kontroversjali;

4.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ skrutinju parlamentari mill-qrib waqt in-negozjati kif ukoll waqt l-implimentazzjoni tal-EPAs; jiddispjaċih li l-ħidma u l-irwol tal-JPA jinsabu mhedda mill-prospettiva tal-ħolqien ta’ korp ġdid fil-kuntest tal-EPAs, jiġifieri l-kumitat parlamentari, mingħajr ma hi ċċċarata r-relazzjoni bejn dan il-korp u l-JPA; jitlob li l-kumitat parlamentari jopera fil-qafas tal-JPA, biex jevita li jiżdiedu l-ispejjeż u l-problemi marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat, filwaqt li jgawdi mis-sistema tal-JPA tal-laqgħat reġjonali, u sabiex jisfrutta l-esperjenza li għandha l-JPA u jippromwovi sinerġija bejn ir-reġjuni kollha tal-EPA; isostni x-xewqa li dan il-kumitat jopera b'mod flessibbli, u jkun kapaċi jakkomoda l-kompetenza dwar kwistjonijiet ta’ kummerċ kif ukoll ta’ żvilupp tal-Membri tal-Parlament Ewropew involuti fl-eżami tal-EPA fil-kumitati;

5.

Jenfasizza, b’mod partikolari, l-irwol kruċjali tal-Parlamenti tal-pajjiżi tal-ACP, tal-atturi mhux uffiċjali u tal-awtoritajiet lokali fis-segwitu tal-ġestjoni tal-EPAs u jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-implikazzjoni tagħhom fil-proċessi tan-negozjati li għaddejjin bħalissa, li jimplika aġenda ċara għall-kontinwazzjoni tan-negozjati, validata mill-pajjiżi tal-ACP u tal-Unjoni, fuq il-bażi ta’ strateġija parteċipatorja;

6.

Jenfasizza t-tħassib tal-JPA rigward ir-riperkussjonijiet tal-kriżi finanzjarja attwali u jilqa' l-adozzjoni mill-JPA tad-Dikjarazzjoni ta' Port Moresby msemmija hawn fuq dwar il-kriżi finanzjarja u alimentarja dinjija; jitlob lill-JPA sabiex tagħmel dibattiti regolari dwar dan is-suġġett;

7.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn li ħa l-Kummissarju risponsabbli għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja fis-sessjoni tal-JPA f'Kigali, diġà msemmija, li jissottometti d-Dokumenti Strateġiċi Nazzjonali u Reġjunali tal-pajjiżi tal-ACP (2008-2013) għall-iskrutinju demokratiku tal-parlamenti, u jilqa' x-xogħol ta' analiżi ta' dawn id-dokumenti li diġà sar minn ċerti parlamenti tal-ACP;

8.

Ifakkar f'dan ir-rigward, fil-ħtieġa li l-parlamenti jiġu involuti aktar mill-qrib fil-proċess demokratiku u fl-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp; jenfasizza l-irwol fundamentali li għandhom fl-implimentazzjoni, is-segwitu u monitoraġġ tal-politiki għall-iżvilupp;

9.

Jistieden lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-ACP sabiex jeżiġu li l-gvernijiet tagħhom kif ukoll il-Kummissjoni jinvolvuhom fil-proċess ta' preparazzjoni u ta' implimentazzjoni tad-Dokumenti Strateġiċi Nazzjonali u Reġjunali li jirrigwardaw il-koperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi tagħhom (2008-2003);

10.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi l-informazzjoni kollha li hemm disponibbli lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-ACP u sabiex tgħinhom f'dan ix-xogħol ta' skrutinju demokratiku, b'mod partikulari permezz ta' appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet tagħhom;

11.

Jaqbel mal-integrazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) mal-baġit tal-Unjoni bl-għan li jsaħħaħ il-koerenza, it-trasparenza u l-effikaċja tal-politika ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp, u li jiżgura l-kontroll demokratiku tiegħu; jenfasizza li l-integrazzjoni tal-EDF mal-baġit tal-Unjoni wkoll tagħmel parti minn risposta relevanti għad-diffikultajiet fl-eżekuzzjoni u fir-ratifika tal-EDFs suċċessivi;

12.

Jitlob lill-parlamenti sabiex jeżerċitaw skrutinju parlamentari strett rigward dak li jolqot l-EDF; jenfasizza l-pożizjoni privileġġjata tal-JPA f'din id-diskussjoni u jistieden lill-JPA, kif ukoll lill-parlamenti tal-ACP, biex jipparteċipaw attivament, b’mod partikolari fir-reviżjoni tal-Ftehim ta’ Cotonou prevista għall-2010; jinsisti li l-JPA hija assoċjata mal-proċess sħiħ tan-negozjati ta’ din ir-reviżjoni;

13.

Jinnota b'sodisfazzjon in-natura dejjem aktar parlamentari – u għalhekk, aktar politika – tal-JPA, kif ukoll l-intensifikazzjoni tal-impenn tal-Membri tagħha u tal-kwalità tad-dibattiti tagħha, fatturi li jikkontribwixxu b'mod deċiżiv għas-sħubija bejn l-ACP u l-UE;

14.

Jikkunsidra li r-riżoluzzjonijiet diġà msemmija tal-JPA dwar is-sitwazzjoni fil-Kenja u fiż-Żimbabwe huma eżempji sinifikattivi ta' dan id-djalogu msaħħaħ;

15.

Jitlob lill-JPA tkompli tindirizza s-sitwazzjoni fis-Sudan, u b’mod partikolari fid-Darfur, b'mod partikulari billi tevalwa l-pożizzjoni tal-pajjiżi tal-Unjoni u tal-ACP fir-rigward tal-atti ta’ akkuża tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

16.

Jitlob lill-JPA tkompli tindirizza s-sitwazzjoni fis-Somalja, li qiegħda tipperikola l-ħajja tal-poplu Somalu, li hi ta’ theddida għas-sigurtà fir-reġjun u sors ta’ instabiltà globali minħabba ż-żieda ta’ każijiet ta’ kriminalità, estremiżmu u piraterija;

17.

Jistieden lill-JPA sabiex tkompli tiddiskuti s-sitwazzjopni ta' tħassib fiż-Żimbabwe fejn l-elezzjonijiet ta' Lulju 2008 ma wasslux għar-restawr tad-demokrazija u fejn is-sitwazzjoni ekonomika tirrapreżenta theddida reali għas-saħħa u l-ħajja ta' miljuni ta' ċittadini, kif ukoll għall-istabilità tar-reġjun;

18.

Jistieden lill-JPA sabiex tikkontribwixxi fl-iskorz ta' sensibilizzzazzjoni tal-komunità internazzjonali dwar il-konflitti li qed jolqtu l-lvant tal-Repubblika Demokratika tal-Kongo, sabiex tiġi promossa soluzzjoni politika negozjata għall-kriżi u sabiex tappoġġja kull azzjoni li tista' titressaq fil-qafas ta' soluzzjoni negozjata;

19.

Jistieden lill-JPA sabiex tkompli u twessa' d-djalogu mal-Parlament Panafrikan (PPA) u ma' parlamenti ta' organizzazzjonijiet reġjunali minħabba l-importanza li għandha l-integrazzjoni tar-reġjun għall-paċi u għall-iżvilupp tal-pajjiżi tal-ACP;

20.

Jiddeplora li l-JPA ma ġietx ikkonsultata biżżejjed waqt il-preparazzjoni tal-istrateġija konġunta bejn l-UE u l-Afrika u jittama li l-JPA tkun involuta attivament fl-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija;

21.

Jilqa' l-fatt li l-laqgħat reġjunali, previsti mill-Ftehim ta' Cotonou u r-Regoli ta' Proċedura tal-JPA, bdew isiru mis-sena 2008; jikkunsidra li dawn il-laqgħat jippermettu li jkun hemm diskussjonijiet reali dwar l-isfidi reġjunali, inklużi l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, u li l-politiki Ewropej jistgħu jikkontribwixxu għall-intensifikazzjoni tal-koeżjoni reġjunali; jenfasizza li dawn il-laqgħat ġew f'mument partikolarment opportun għan-negozjati, il-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-EPAs u għandhom jingħataw prijorità; jifraħ lill-organizzaturi taż-żewġ laqgħat fin-Namibja u f'Vanuatu li rnexxew ħafna u huwa favur l-organizzazzjoni tal-laqgħat li jmiss fir-reġjuni tal-Karajbi u tal-Afrika tal-Punent fl-2009;

22.

Iħeġġeġ lill-JPA sabiex isaħħaħ l-irwol tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi tagħha biex dan isir tabilħaqq forum għall-prevenzjoni tal-kunflitti fi ħdan is-sħubija bejn l-ACP u l-UE u biex għal dan il-għan testendi d-dibattiti ġenerali fuq sitwazzjonijiet serji f'pajjiżi partikulari; jilqa' x-xogħol li sar fil-qasam tal-protezzjoni tal-persuni ċivili fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi u l-intenzjoni li ssir ħidma fuq il-governanza fil-pajjiżi tal-ACP;

23.

Jilqa’ b’sodisfazzjon, barra minn hekk, ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi tal-JPA dwar esperjenzi mill-proċess Ewropew ta’ integrazzjoni reġjonali relevanti għall-pajjiżi tal-ACP – adottat fil-Ljubljana f' Marzu 2008 – li jenfasizza l-benefiċċji prinċipali tal-integrazzjoni, bħall-paċi u s-sigurtà, il-prevenzjoni ta’ kunflitti potenzjali milli jsiru kunflitti armati, il-prosperità, il-benessri, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

24.

Jieħu nota b'sodisfazzjon tal-intenzjoni murija mill-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ tal-JPA li titnieda analiżi tad-Dokuementi Strateġiċi Reġjonali għall-pajjiżi tal-ACP;

25.

jenfasizza l-irwol tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent tal-JPA fil-qasam tax-xogħol magħmul mit-tfal u l-intenzjoni tiegħu li jagħmel analiżi tas-sitwazzjoni soċjali taż-żgħażagħ fil-pajjiżi tal-ACP;

26.

Jilqa’ wkoll b’sodisfazzjon ir-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u l-Ambjent li jirrigwarda l-konsegwenzi soċjali u ambjentali ta’ programmi ta' adattament strutturali – adottati fil-Ljubljana – li jsostni li l-prattika li s-self mill-Bank Dinji u mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jkun sottomess għal kundizzjonijiet ta’ politika ekonomika kellha konsegwenzi soċjali u ambjentali diżastrużi għall-pajjiżi tal-ACP, u li din il-prattika għandha tkun sostitwita b’politika ta’ self li hi speċifika għal kull pajjiż u li timmira sabiex tnaqqas il-faqar;

27.

Jistieden lill-JPA sabiex teżiġi li tiġi involuta mill-qrib fil-proċess tar-reviżjoni tal-Ftehim ta' Cotonou li se jinbeda fl-2009 sabiex jiġi żgurat li jissaħħew l-irwol u l-attivitajiet tal-JPA fil-futur;

28.

Jinnota b'sodisfazzjon l-involviment dejjem jikber ta' atturi mhux statali fis-sessjonijiet tal-JPA, kif muri fid-diskussjonijiet li rriżultaw fl-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni msemmija hawn fuq ta' Port Moresby ta' Novembru 2008 dwar il-kriżi dinjija finanzjarja u dik tal-ikel, kif ukoll mill-preżentazzjoni li saret waqt is-sessjoni tal-JPA li saret f' Ljubljana f' Marzu 2008 mir-rapport tal-imsieħba ekonomiċi u soċjali dwar l-EPAs;

29.

Jixtieq, flimkien mar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-JPA, l-iżvilupp ta’ riflessjoni konġunta bejn is-Segretarjat tal-pajjiżi tal-ACP u l-Parlament Ewropew dwar il-kundizzjonijiet tal-operat tal-JPA, b’mod partikolari l-vot mill-forum separat, l-ugwaljanza fit-trattament fost il-membri parlamentari, kif ukoll il-missjonijiet ta’ inkjesta u ta’ osservazzjoni elettorali konġunta;

30.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-ACT, lill-Bureau tal-JPA, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tas-Slovenja u tal-Papua New Guinea.


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU C 231, 26.9.2003, p. 68.

(3)  ACP-EU/100.291/08/fin.

(4)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

(5)  ĠU C 58, 1.03.2008, p. 44.

(6)  ĠU C 61, 16.3.2009, p. 42.

(7)  ĠU C 271, 25.10.2008, p. 20.

(8)  ĠU C 271, 25.10.2008, p. 27.

(9)  ĠU C 271, 25.10.2008, p. 32.

(10)  ĠU C 271, 25.10.2008, p. 37.

(11)  ĠU C 61, 16.3.2009, p. 19.

(12)  ĠU C 61, 16.3.2009, p. 26.

(13)  ĠU C 61, 16.3.2009, p. 31.

(14)  ĠU C 61, 16.3.2009, p. 37.

(15)  ĠU C 61, 16.3.2009, p. 40.

(16)  APP 100.288.

(17)  APP 100.452.

(18)  APP 100.448.

(19)  Stqarrija komuni tal-Kunsill u tar-rapprezentanti tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill. il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, intitolata: ‘Il-Konsensus Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja’ (ĠU C 25 30.1.2008, p.1.).


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/38


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
L-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika reġjonali u l-ostakli għall-użu tal-Fondi Strutturali

P6_TA(2009)0156

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar l-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika reġjonali u l-ostakli għall-użu tal-Fondi Strutturali (2008/2061(INI))

2010/C 117 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Programm URBACT, imwettaq bħala parti mill-inizjattiva URBAN, li qed jiffaċilita u jiżviluppa prattiki tajbin u skambji ta’ esperjenza li jinvolvu iktar minn 200 belt tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2008 dwar il-governanza u s-sħubija fuq livelli nazzjonali u reġjonali u bażi għal proġetti fl-isfera tal-politika reġjonali (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 158 u 159 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2000 f’Liżbona,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2008 intitolata “Il-Ħames Rapport ta’ Progress dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali: Reġjuni li jikbru, Ewropa li tikber” (COM(2008)0371),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2008 bit-titolu “Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali: Nibdlu d-diversità territorjali f’vantaġġi” (COM(2008)0616),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2006 bit-titolu “Reġjuni lejn bidla ekonomika” (COM(2006)0675),

wara li kkunsidra l-istudju mid-Dipartiment tal-Politika għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni bit-titolu “Il-prattika tajba fil-qasam tal-politika reġjonali u ostakoli fl-użu tal-fondi strutturali”,

wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ pubblika tas-17 ta’ Lulju 2008 organizzata mill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0095/2009),

A.

billi l-politika ta’ koeżjoni hi fost l-oqsma ta’ politiki l-aktar importanti fl-Unjoni Ewropea, mhux biss mil-lat baġitarju iżda wkoll u b’mod partikolari għax hija pilastru essenzjali fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea u minħabba l-importanza tagħha għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Unjoni Ewropea u għall-iżvilupp tal-268 reġjun tagħha, filwaqt li tnaqqas l-iżbilanċi u d-differenzi fl-iżvilupp u ttejjeb il-ħajja għaċ-ċittadini kollha tal-UE;

B.

billi r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea huma kkonfrontati bi sfidi bejn wieħed u ieħor simili, minkejja li l-impatt tagħhom hu differenti ħafna bejn reġjun u ieħor, minħabba l-ispeċifiċitajiet tagħhom fir-rigward tal-karattru (pereżempju, reġjuni gżejjer jew muntanjużi) u tal-popolazzjoni: il-globalizzazzjoni u r-ristrutturazzjoni ekonomika aċċellerata li din iġġib magħha, il-ftuħ ta’ relazzjonijiet kummerċjali, il-konsegwenzi tar-rivoluzzjoni teknoloġika, il-bidla fil-klima, l-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien, il-bidliet demografiċi, id-depopolazzjoni u ż-żieda fl-immigrazzjoni;

C.

billi l-aħjar riżultati, li jsaħħu l-bażi tal-għarfien u jtejbu l-kompetizzjoni, ħafna drabi jinkisbu fil-proġetti permezz ta’ koperazzjoni bejn is-settur pubbliku, in-negozji, is-settur edukattiv u partijiet interessati lokali;

D.

billi l-politika ta’ koeżjoni ma tistax tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha biex tilħaq dawn l-isfidi waqt li persuni li potenzjalment japplikaw għall-għajnuna huma ffaċċjati b'ostakli kbar biex jutilizzaw il-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea, inklużi:

burokrazija eċċessiva

ħafna regolamenti kumplessi, li f’ċertu każijiet huma disponibbli on-line biss, u għalhekk jeskludu ħafna benefiċjarji potenzjali ta’ dawn il-fondi minn aċċess għal dawn ir-riżorsi

tibdil frekwenti, minn ċertu Stati Membri, tal-kriterji tal-eliġibiltà u d-dokumentazzjoni meħtieġa

nuqqas ta’ trasparenza fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-iskemi ta’ kofinanzjament, u d-dewmien tal-ħlasijiet

amministrazzjoni kajmana u kumplessa amministrata ċentralment fl-Istati Membri, u l-applikazzjoni ta’ regoli b’tali mod li jżid mal-burokrazija eżistenti, kif ukoll provvista inadegwata ta’ informazzjoni

kapaċita amministrattiva diċentralizzata inadegwata u mudelli differenti ta’ amministrazzjoni reġjonali fl-Istati Membri, li b’riżultat ma tippermettix li jkun hemm data kumparattiva u l-iskambju tal-aħjar prattiki

arranġamenti inadegwati għall-koordinazzjoni interreġjonali

nuqqas ta’ skema ta’ koperazzjoni li tiffunzjona bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

E.

billi għadd ta’ żbalji attwali fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jkunu kkawżati minn dawn l-ostakli attwali,

F.

billi d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika strutturali huma dovuti parzjalment minħabba r-riġidità eċċessiva tal-proċeduri u billi, konsegwentement, għandha tkun ikkunsidrata s-simplifikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri u d-diviżjoni ċara ta’ responsabiltajiet u kompetenzi bejn l-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali,

1.

jenfasizza li, minkejja li għandu jitqies il-valur miżjud tat-tixrid tal-aħjar prattiki fost il-pubbliku f’termini ta’ komunikazzjoni mtejba u ta’ benefiċċju meta mqabbel mal-ispejjeż, it-tentattivi għall-introduzzjoni ta’ dawn il-prattiki fil-politika reġjonali tal-UE għandhom jiġu diretti prinċipalment lill-Awtoritajiet Maniġerjali, jiggwidawhom jistipulaw regoli li jirregolaw l-aċċess għar-riżorsi strutturali, biex l-iskambji ta’ informazzjoni u esperjenza jistgħu jikkontribwixxu għal titjib fil-kwalità tal-proġetti, billi jipprovdu soluzzjonijiet għal problemi konġunti u jagħżlu intervenzjonijiet aktar effettivi u mmirati;

2.

Jindika l-bżonn ta’ simplifikazzjoni tal-proċeduri li jirregolaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti u programmi tal-Fondi Strutturali, b’mod partikolari rigward sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll; jilqa’ b’sodisfazzjon, għaldaqstant, ir-reviżjoni regulatorja tal-pakkett tal-Fondi Strutturali bħala risposta għall-kriżi finanzjarja attwali; jistenna b’ħerqa l-proposti ulterjuri tal-Kummissjoni f’dan il-qasam, li għandhom jitħabbru fix-xhur li ġejjin;

Tneħħija tal-ostakoli

3.

Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li tneħħi l-ostakli msemmija hawn fuq, fost affarijiet oħra:

sabiex tindirizza l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-proġetti kofinanzjati mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea għal tul ta’ żmien;

sabiex ma tevalwax proġetti innovattivi billi tuża l-istess kriterji ta’ evalwazzjoni li japplikaw għal tipi oħra ta’ proġetti, imma li tiżviluppa kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi - magħmula skont in-natura innovattiva tal-proġetti - li fil-prattika jippermettu għal rata ta’ falliment akbar;

biex tnaqqas il-perjodu massimu li għalih dokumenti ta’ proġett għandhom ikunu merfugħa, għall-finijiet ta’ monitoraġġ mill-Kummissjoni, mill-għaxar snin attwali għal tliet snin;

sabiex tfassal miżuri tal-politika speċjali u indikaturi kwalitattivi ġodda għal reġjuni b’karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi, bħal dawk muntanjużi u b’livell baxx ta’ popolazzjoni, u r-reġjuni ultra-periferiċi, konfinali u gżejjer, u skont dan biex tadatta l-iskala territorjali tal-interventi tal-politika, bl-għan li tippromovi l-koeżjoni territorjali fl-Unjoni Ewropea;

sabiex tissimplifika s-sistema ta’ kontrol u tipprova tintroduċi sistema ta’ kontroll waħda;

biex tadatta l-istandards fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi bl-iskop ta’ simplifikazzjoni u armonizzazzjoni;

biex tikkoordina r-regoli dwar l-eliġibiltà tal-ispejjeż mal-Istati Membri;

biex tiżgura kemm jista’ jkun il-ħlas minn quddiem lil benefiċjarji;

biex ittejjeb il-koordinazzjoni ta’ miżuri mwettqa u ko-finanzjali skond il-politika ta’ Koeżjoni u skond il-CAP II (Żvilupp ta’ zoni rurali);

biex tagħmel il-programmi ta’ għajnuna teknika iktar flessibbli;

biex tintroduċi mekkaniżmi sabiex tippromovi koperazzjoni fin-netwerk u tiffaċilita l-amministrazzjoni tal-proġetti tal-grupp;

biex tnaqqas il-piż amministrattiv maħluq minn dawn il-proġetti u żżommu proporzjonali mad-daqs ta’ progett;

biex tissimplifika, tiċċara u taċċellera l-prattiki tal-proġetti u tagħmilhom iktar orjentati lejn ir-riżultati;

biex tħeġġeġ b’mod attiv lill-Istati Membri biex iwaqqfu sistema effettiva ta’ koperazzjoni u kondiviżjoni tar-responsabiltà bejn il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

biex tiffaċilita l-aċċess għal fondi permezz ta’ koperazzjoni iktar mill-qrib ma’ gvernijiet nazzjonali sabiex tnaqqas il-ħin ta’ pproċessar.

biex tipprepara kalendarju sabiex tieħu passi attivi sabiex tneħħi l-ostakli u ttejjeb l-aċċessibiltà għall-fondi;

4.

Jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tkompli tiżviluppa approċċ miftiehem u ġeneralment aċċessibbli għall-iskambju interreġjonali tal-aħjar prattiki, bil-għan li tippermetti l-parteċipanti involuti fil-politika ta’ koeżjoni li jgawdu mill-esperjenzi ta’ oħrajn;

5.

Jindika espliċitament li l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki m’għandhiex twassal għal aktar burokrazija għal applikanti u dawk li jippromovu l-proġetti;

6.

Jitlob li l-burokrazija fl-użu tal-Fondi Struttruali tinżamm kemm jista’ jkun minima, u mhux tiżdied bla bżonn permezz ta’ kundizzjonijiet individwali imposti mill-Istati Membri;

7.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-prattika bil-għan li kull Stat Membru jagħmel dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni nazzjonali annwali li tkopri il-fondi komunitarji fit-tmexxija kondiviża, u jitlob li din il-prattika tkun ġeneralizzata;

Kriterji ġenerali u speċifiċi għas-suġġett għall-identifikazzjnoi tal-aħjar prattiki

8.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-metodu mniżżel fil-kuntest tal-inizjattiva Reġjuni għal Bidla Ekonomika, l-ewwel nett, biex ikunu identifikati u ppubbliċizzati l-aħjar prattiki permezz tal-premju annwali “REGIO STARS” u, t-tieni nett, biex twaqqaf website għall-aħjar prattiki; jiġbed l-attenzjoni għall-effettività limitata ta’ sit tal-Internet biss;

9.

Jikkritika n-nuqqas ta’ trasparenza fl-bażijiet oġġettivi tal-Kummissjoni biex ikunu identifikati l-aħjar prattiki;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-użu mifrux tat-terminu “l-aħjar prattiki”, u wkoll l-użu frekwenti u parallel tat-termini “l-aħjar prattiki” jew “stejjer ta’ suċċess”, biex tfassal ġabra ta’ kriterji magħmula speċifikament għall-politika ta’ koeżjoni li tippermetti dawn “l-aħjar prattiki” li jkunu magħżula minn dawk li japplikaw għal proġetti oħra;

11.

Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tqis il-punti li ġejjin fl-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki:

il-kwalità tal-proġett

il-garanzija tal-prinċipju ta’ sħubija

is-sostenibilità tal-miżuri konċernata

kontribuzzjoni pożittiva għal opportunitajiet indaqs u l-integrazzjoni sistematika tal-ġeneri

l-innovattività tal-proġett

approċċ integrat bejn il-politiki settorali u territorjali tal-UE

l-użu effiċjenti tar-riżorsi

t-tul ta’ żmien tal-proġett qabel l-implimentazzjoni

l-implimentazzjoni fil-ħin, u skont il-pjan, tal-proġett

forza mexxejja sinjifikanti għar-reġjun jew għall-UE b’mod ġenerali

impatt fuq l-impjiegi

faċilitajiet għall-SMEs

il-faċilitazzjoni ta’ netwerking u koperazzjoni territorjali bejn ir-reġjuni

it-trasferibilità tal-proġett, jiġifieri l-kapaċità tal-proġett li jiġi implimentat f'reġjuni oħra tal-Unjoni Ewropea

valur miżjud tal-attivitajiet, skont il-politiki tal-Unjoni Ewropea

impatt pożittiv tal-proġett fuq iċ-ċittadini, fuq ir-reġjuni, fuq l-Istati Membri u fuq is-soċjetà kollha kemm hi;

12.

Jenfasizza li l-kriterji kollha li jenfasizzaw l-aħjar prattiki jridu jkunu jistgħu jitkelju b’mod ċar u jkunu affidabbli, sabiex ikun evitat il-kunflitt, l-effetti mhux mixtieqa u d-deċiżjonijiet suġġettivi li jistgħu jdgħajfu l-proċedura kollha ta’ gradazzjoni tal-proġett ibbażata fuq dawn il-kriterji; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex b’mod ċar jiddeskrivi l-kontenut ta’ dawn il-kriterji kif ukoll il-mod ta’ kif għandhom ikunu implimentati;

13.

Jirrakkomanda li, fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ numru kbir ta’ proġetti mill-ħafna reġjuni tal-UE, jistgħu jitqiesu fatturi addizzjonali għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki fl-oqsma tal-politika ta’ koeżjoni li huma ta’ importanza partikolari għall-iżvilupp ta’ reġjuni speċifiċi u tal-UE kollha kemm hi u li juru varjetà kbira ta’ metodi għall-implimentazzjoni;

14.

Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam “Riċerka u żvilupp/innovazzjoni”:

investiment sinjifikanti mil-lat kwalitattiv fix-xjenza u fir-riċerka

rabtiet bejn l-industrija, l-akkademiċi u l-istituti ta’ riċerka b’enfasi speċjali fuq it-tisħiħ tal-SMEs, mhux l-inqas bħala mezz ta’ tisħiħ tal-iżvilupp territorjali

rabtiet bejn ix-xjenza u l-istituti tar-riċerka

l-iżvilupp u/jew innovazzjoni rigward teknoloġiji li jħarsu ’l quddiem u/jew l-applikazzjonijiet prattiċi għalihom

l-użu ta’ teknoloġiji ġodda fis-setturi tradizzjonali

applikazzjoni għad-dinja tal-kummerċ

soluzzjonijiet f’setturi ewlenin tal-UE per eżempju l-ambjent l-enerġija;

15.

Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam “Politika għall-ambjent, il-klima u l-enerġija sostenibbli”:

miżuri protettivi għal zoni partikolarment mhedda, magħmula apposta għal dawk l-oqsma (sensittività) b’mod partikulari l-inħawi akwatiċi

konservazzjoni u użu effiċjenti ta’ riżorsi skarsi

strateġija responsabbli għall-użu tar-riżorsi

miżuri li jindirizzaw il-faqar enerġetiku

żieda sinjifikanti fl-effiċjenza enerġetika

tnaqqis sinjifikanti fil-konsum enerġetiku

sehem akbar ta’ sorsi ta’ enerġija li tiġġedded

miżuri għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ CO2

metodi u/jew proċeduri li jikkonservaw riżorsi skarsi jew fil-periklu;

16.

Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam “Il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja”:

titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol

żieda fl-għadd ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja

ħolqien ta’ xogħlijiet sostenibbli li jħarsu ‘l quddiem

garanzija ta’ aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol għaż-żewġ sessi

żieda fil-produttività

titjib fil-kompetittività

ħolqien ta’ xogħlijiet li ma jkunux marbuta ma post partikulari, bħan-negozju-e

miżuri biex tinkiseb speċjalizzazzjoni akbar tal-ħaddiema

użu tal-mezzi moderni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u x-xogħol

miżuri għall-iktar setturi vulnerabbli tal-popolazzjoni (żgħażagħ, nisa, persuni b’diżabiltà, immigranti, dawk li ilhom qegħda għal żmien twil, nies qegħda li għandhom iktar minn 45 sena, nies mingħajr ebda edukazzjoni formali)

titjib fl-aċċessibiltà u disponibiltà tas-servizzi tat-trasport, telekomunikazzjonijiet, edukazzjoni u tas-saħħa;

17.

Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam “Tagħlim tul il-ħajja”:

titjib kwalitattiv tal-istandards tat-taħriġ u żieda kwantitattiva tat-taħriġ li jkun qed jiġi offrut, b’mod partikulari rigward l-opportunitajiet għal setturi tal-popolazzjoni li huma l-aktar żvantaġġati jew f’riskju (pereżempju żgħażagħ, nisa, persuni b’diżabilità, immigranti, dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil, persuni qiegħda li għandhom iktar minn 45 sena, persuni mingħajr skola)

rabta mill-qrib bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħajja tax-xogħol

proġetti ta’ taħriġ imfassla skont il-ħtiġijiet, mil-lat ta’ kwalità kif ukoll ta’ kwantità

introduzzjoni u użu ta’ teknoloġi u proċeduri moderni

miżuri biex jistimulaw u jżommu r-rieda biex isir taħriġ

żieda fit-teħid ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ

taħriġ fil-lingwi matul il-ħajja kollha;

18.

Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam “Żvilupp integrat urban”:

politika integrata fuq medda twila taż-żmien għat-trasport pubbliku lokali, dawk li jkunu miexja fit-triq, ċiklisti u l-użu tal-karozzi, bl-iskop ta’ integrazzjoni effettiva bejn il-mezzi differenti tat-trasport, kemm dawk pubbliċi kif ukoll privati

amministrazzjoni effiċjenti tat-traffiku

promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku tal-bliet

jiżdied l-investiment intraprenditorjali, miżuri li jistimulaw u jiżguraw l-impjiegi – b’enfasi speċjali fuq l-impjieg u l-intraprenditorija taż-żgħażagħ - u biex itejbu l-ħajja soċjali

ir-riġenerazzjoni u l-integrazzjoni ta’ kwartieri mġarrfa u zoni dijindustrijalizzati

kwalità tal-ħajja aħjar fiz-zoni urbani; pereżempju d-disponibiltà u l-aċċessibiltà għas-servizzi pubbliċi

il-ħolqien ta’ spazji ħodor u zoni ta’ rikreazzjoni u żieda fl-effiċjenza tal-ilma u l-enerġija, b’mod partikulari fis-settur tad-djar

faċilitajiet għal persuni b’diżabiltà

il-promozzjoni ta’ azzjonijiet bl-għan li jgħaqqdu l-popolazzjoni, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, mal-bliet tagħhom

kunsiderazzjoni tal-ambjent ta’ għejxien: l-ambjent urban, suburban u l-ambjent rurali fil-qrib

tnaqqis fl-użu eċċessiv tal-art permezz ta’ ħafna aktar żvilupp mill-ġdid ta’ art mhix użata u li tiġi evitata l-espansjoni urbana anarkika

aċċessibiltà aħjar għal faċilitajiet urbani u ta’ trasport għal persuni b’mobilità mnaqqsa

żieda fl-interazzjoni bejn il-bliet żgħar u z-zoni rurali

applikazzjoni ta’ approċċ integrat;

19.

Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam “Il-bidla demografika”:

aċċess universali għas-servizzi

miżuri msaħħa biex jattiraw ħaddiema tas-sengħa

involviment akbar tas-setturi l-aktar vulnerabbli permezz ta’ titjib fl-edukazzjoni u t-taħriġ

miżuri dwar ħinijiet tax-xogħol flessibbli

miżuri li jiffaċilitaw il-ħajja ta’ ġenituri li jaħdmu u li jippermettu r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol

miżuri li jippromovu l-integrazzjoni bla xkiel tal-migranti

il-bżonnijiet speċjali ta’ persuni b’diżabiltà u l-anzjani

kontribut lejn iż-żamma tal-livelli tal-popolazzjoni (f’zoni li jbatu minn dipopolazzjoni);

20.

Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam “Koperazzjoni transkonfinali”:

żieda fil-kwalità u fil-kwantità tal-kuntatti transkonfinali

ħolqien ta’ netwerks permanenti jew skemi ta’ koperazzjoni fuq medda twila ta’ żmien

armonizzazzjoni ta’ sistemi u proċeduri differenti

involviment ta’ msieħba ġodda

l-istabbiliment ta’ indipendenza finanzjarja

trasferimenti u skambji transkonfinali permanenti tal-għarfien

sfruttament konġunt tal-potenzjal f’reġjunijiet imsieħba

konnessjonijiet infrastrutturali bejn reġjuni msieħba;

21.

Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam “Ftehimiet ta’ sħubija pubbliċi-privati”:

titjib kwalitattiv fl-implimnetazzjoni ta’ proġetti f'termini ta’ effettività u tal-qligħ li jħallu

implimentazzjoni b’aktar ħeffa tal-proġetti

mekkaniżmu trasparenti tat-taqsim tar-riskju

ġestjoni aħjar tal-proġetti

żieda fil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet u atturi lokali u reġjonali fi sħubiji pubbliċi-privati

regoli ċari u trasparenti dwar il-kondotta rigward l-attivitajiet ta’ korpi u intrapriżi tas-settur pubbliku;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-bżonn li tippromwovi l-aħjar prattiki fl-oqsma tal-istrutturi finanzjarji, b'mod partikulari dawk tas-sieħba pubbliċi/privati u dawk li għandhom appoġġ mill-Bank Ewropej tal-Investiment u tal-Fondi Ewropew tal-Investiment;

23.

Huwa konxju li hu diffiċli ħafna biex proġett jissodisfa l-kriterji kollha hawn fuq imsemmija; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, sabiex qabel ma tapplika dawn il-kriterji, telenkahom skont il-prijorità u sabiex tiddetermina dawn li għandhom prijorità akbar, sabiex ikun aktar faċli li wieħed jinnomina proġetti notevoli bħala l-aħjar prattiki; jenfasizza l-ħtieġa li l-kriterji dwar l-aħjar prattiki li ġew miftehma b’mod komuni jintużaw b’mod miftuħ u trasparenti, li ser jippermetti ġestjoni, aċċettazzjoni u kumparabilità aqwa tal-aħjar prattiki u jevita l-konfużjoni ma’ termini oħra simili;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan tal-użu ġejjieni tat-termini “l-aħjar prattiki”, “prattiki tajba” u “stejjer ta’ suċċess”, biex tfassal suddiviżjoni jew gradazzjoni ċara u effiċjenti ta’ dawn it-termini, għall-finijiet ta’ deskrizzjoni ta’ proġett;

Skambju tal-aħjar prattiki

25.

Jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza u tikkoordina l-iskambju tal-aħjar prattiki permezz ta’ netwerk ta’ reġjuni, u biex toħloq website pubbliku li jkun jiġbor fih it-tagħrif ewlieni dwar il-proġetti bil-lingwi kollha tal-UE għal dan l-iskop;

26.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas amministrattiv attwali, twaqqaf uffiċċju speċifiku fid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali biex torganizza, b'koperazzjoni man-netwerk għar-reġjuni, l-evalwazzjoni, il-ġbir u l-iskambju tal-aħjar prattiki u biex tagħmel lilha nnifisha punt ta’ kuntatt permanenti kemm għall-parti tal-provvista u kemm tad-domanda, bil-għan li tistabbilixxi skambju fit-tul, kontinwu, affidabbli u ta’ suċċess għall-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex ixxerred din il-kultura tal-aħjar prattiki fid-dipartimenti kollha tagħha;

27.

Jipproponi f’dan il-qafas li l-mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni għandhom jistudjaw u jikkunsidraw metodoloġiji stabbiliti li diġà kienu implimentati; jemmen li għandu jingħata enfasi partikolari lil koperazzjoni ma’ netwerk ta’ awtoritajiet reġjonali u aġenziji speċjalizzati li huma s-sors ewlieni għall-materjal primarju tal-aħjar prattiki għal evalwazzjoni;

28.

Jindika li, filwaqt li l-Unjoni Ewropea tipprovdi finanzjament u prattiki tajba, l-uffiċjali nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jikkapitalizzaw fuqhom; jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan ir-rigward l-istabbiliment ta’ programm Erasmus għal rappreżentanti eletti lokali u reġjonali;

29.

Jirrakomanda li l-Kummissjoni tuża l-għodda disponibbli tal-Kumitat tar-Reġjuni, b’mod partikolari l-Pjattaforma ta’ Monitoraġġ tal-Istrateġija ta’ Lisbona u n-Netwerk tal-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà sabiex ikun hemm skambju tal-aħjar prattiċi bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri bl-iskop li jidentifikaw u jiddeterminaw b’mod konġunt l-għanijiet, u sussegwentement jippjanaw l-azzjonijiet u, finalment, iwettqu evalwazzjoni kumparattiva tar-riżultati tal-politika ta’ koeżjoni;

*

* *

30.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0492.

(2)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(3)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/46


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Il-kumplimentarjetà u l-koordinazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u tal-miżuri għall-iżvilupp rurali

P6_TA(2009)0157

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-kumplimentarjetà u l-koordinazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u tal-miżuri għall-iżvilupp rurali (2008/2100(INI))

2010/C 117 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 158 u 159 tat-Trattat tal-KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (1), b'referenza partikolari għall-Artikolu 9 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-għajnuna għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-linji ta' gwida strateġiċi dwar il-koeżjoni (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/144/KE tal-20 ta' Frar 2006 dwar il-linji ta' gwida strateġiċi tal-Komunità għall-iżvilupp rurali (perijodu ta' programmazzjoni 2007 sal-2013) (4),

wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali tal-UE u l-Ewwel Programm ta' Azzjoni għall-Implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2008 dwar il-Koeżjoni Territorjali - Nibdlu d-diversita' territorjali f'vantaġġi (COM(2008)0616),

wara li kkunsidra r-rapport min-Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni tal-Ippjanar tal-Ispazji (ESPON) intitolat “Futuri territorjali: Xenarji tal-ispazju għall-Ewropa”,

wara li kkunsidra r-Regolament 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0042/2009),

A.

billi t-tifsira ta’ zona rurali ġiet iddefinita mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku, bid-definizzjoni tagħha tinkorpora karatteristiċi bħalma huma densità baxxa tal-popolazzjoni u nuqqas ta’ aċċess għas-servizzi, u billi din id-definizzjoni hija użata mill-Kummissjoni sabiex tidentifika u tfassal għanijiet ta' żvilupp għal dawn iz-zoni,

B.

billi z-zoni rurali jvarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor u billi, filwaqt li zoni rurali f'xi reġjuni u Stati Membri esperjenzaw tkabbir demografiku u ekonomiku, l-abitanti ta' ħafna minn dawn iz-zoni qed jemigraw lejn zoni urbani jew qed jippruvaw jiksbu kwalifiki ġodda, u b'hekk qed joħolqu sfidi kbar ħafna għaz-zoni rurali,

C.

billi z-zoni rurali jirrapreżentaw 80 % tat-territorju tal-UE,

D.

billi l-ħtiġijiet taz-zoni rurali intermedjarji, li huma kkaratterizzati minn struttura ekonomika simili għal dik taz-zoni urbani qrib tagħhom, huma differenti minn dawk ta’ zoni li fil-biċċa l-kbira huma rurali, periferali jew iżolati,

E.

billi wieħed mill-obbjettivi tal-Unjoni huwa li jħeġġeġ il-progress ekonomiku u soċjali u livell għoli ta’ impjiegi u li jikseb żvilupp bilanċjat u sostenibbli,

F.

billi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE tista' tkun imsaħħa permezz tal-iżvilupp ekonomiku, it-tħeġġiġ tal-opportunitajiet tal-impjiegi f'zoni rurali u urbani u l-assigurazzjoni ta' aċċess indaqs għas-servizzi pubbliċi,

G.

billi r-riforma tal-politika strutturali għas-snin 2007-2013 wasslet għal tibdil fl-istruttura tal-Fondi u tal-bażi għall-allokazzjoni tal-għajnuna skont din il-politika, kif ukoll għall-ħolqien ta' Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) ġdid marbut mal-Politika Agrikola Komuni (CAP) u mhux konness mill-politika ta' koeżjoni,

H.

billi fil-passat, il-programmi LEADER diġà urew kif l-iżvilupp rurali jista’ jkun imħeġġeġ b'suċċess permezz ta' strumenti tal-politika reġjonali,

I.

billi huwa ta’ importanza ewlenija għas-suċċess tal-EAFRD li tkun żgurata komplementarjetà reċiproka bejn l-attivitajiet kofinanzjati taħt l-EAFRD u dawk kofinanzjati taħt il-fondi strutturali, u biex b'hekk l-għajnuna mill-fondi differenti, b'mod partikolari mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), mill-Fond ta' Koeżjoni (CF) u mill-Fond Soċjali Ewropew (ESF), ikunu koordinati b'mod xieraq u tkun assigurata l-komplementarjetà ta' dawk il-fondi,

J.

billi m'għandux jitħalla li l-ħolqien tal-EAFRD, is-separazzjoni tal-iffinanzjar għall-iżvilupp rurali mill-ambitu tal-politika ta' koeżjoni u l-adozzjoni ta' perspettiva iktar wiesgħa tal-iżvilupp reġjonali jirriżultaw fid-duplikazzjoni ta' xi obbjettivi (pereżempju, l-ħarsien tal-ambjent, it-trasport u l-edukazzjoni) jew li dawn l-obbjettivi jitħallew barra kompletament,

K.

billi t-trasferiment permanenti ta’ fondi bejn il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF) u l-EAFRD jwassal għal nuqqas ta’ sigurtà fl-ippjanar kemm għall-bdiewa kif ukoll għal min iħeġġeġ il-proġetti dwar l-iżvilupp rurali,

L.

billi minħabba r-restrizzjonijiet baġitarji, jeżisti riskju li tiġi użata parti kbira mill-iffinanzjar disponibbli skont l-ERDF biex issaħħaħ l-kompettitività ekonomika f'ċentri urbani ikbar jew fl-iktar reġjunijiet dinamiċi, filwaqt li l-iffinanzjar tal-EAFRD ikun priċipalment iffukat fuq it-titjib tal-kompetittività tal-agrikultura, li għadha l-mutur taz-zoni rurali, u jkun mmirat wkoll lejn l-appoġġ għal attivitajiet mhux agrikoli u l-iżvilupp tal-SMEs fiz-zoni rurali, li joħloq ħtieġa li jkun hemm koordinazzjoni iktar mill-qrib biex ikun żgurat li l-ebda zona ma titħalla barra,

M.

billi l-SMEs, partikolarment il-mikrointrapriżi (microbusinesses) u l-intrapriżi tas-snajja', għandhom irwol ewlieni fil-preservazzjoni tal-attività soċjali u ekonomika fil-kampanja u fl-assigurazzjoni tal-istabilità tagħha,

N.

billi l-obbjettivi tal-politika għall-iżvilupp rurali ma jridux ikunu kuntrarji għall-għanijiet ta' Liżbona, dment li dan l-iżvilupp huwa bbażat fuq l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-kompetittività relattiva (effikaċja meta mqabbla mal-ispiża), b'mod partikolari fl-industrija lokali tal-ipproċessar tal-ikel u f'relazzjoni mal-iżvilupp tal-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs) u tal-infrastruttura u s-servizzi, bħalma huma t-turiżmu, l-edukazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent,

O.

billi r-relazzjoni naturali u l-komplementarjetà bejn il-politika agrikola u l-politika għall-iżvilupp rurali għandhom jiġu rikonoxxuti,

1.

Iqis li l-kriterji użati tradizzjonalment biex jingħarfu z-zoni rurali minn dawk urbani (densità ta' popolazzjoni iżjed baxxa u livell ta' urbanizzazzjoni) jistgħu ma jkunux dejjem suffiċjenti biex jipprovdu “l-istampa kompluta”; iqis għaldaqstant, li l-possibilità li jiżdiedu kriterji oħra għandha tiġi esplorata u jitlob lill-Kummissjoni biex tipproduċi analiżi u proposti konkreti f'dan il-qasam;

2.

Iqis li, minħabba d-differenzi kbar bejn iz-zoni rurali minn Stat Membru għal ieħor u minħabba li dawn iz-zoni jistgħu jirrappreżentaw sa madwar 80 % tat-territorju tal-UE, huwa neċessarju li jiġi adottat u implimentat approċċ b'obbjettivi xierqa u integrat li jaħdem favur l-iżvilupp sostenibbli ta' dawn iz-zoni, u li jkollu l-għan li jispiċċaw l-inugwaljanzi eżistenti u li jħeġġeġ id-dinamiżmu ekonomiku fiz-zoni urbani u rurali; jenfasizza l-bżonn li jiġi allokat finanzjar adegwat għall-azzjonijiet korrispondenti;

3.

Ifakkar, f'dan ir-rigward, li r-reġjuni kollha tal-Unjoni, fit-totalità tagħha, inklużi z-zoni rurali u dawk imbiegħda, bħala regola ġenerali għandhom jibbenefikaw mill-istess possibilitajiet ta' żvilupp sabiex tkun evitata aktar esklużjoni territorjali taz-zoni l-aktar żvantaġġati;

4.

Jisħaq li f'numru kbir ta' zoni rurali, il-possibilitajiet għall-iżvilupp, speċjalment għaż-żgħażagħ u għan-nisa, huma mnaqqsa minħabba diffikultajiet biex jiġu aċċessati s-servizzi pubbliċi, in-nuqqas ta' impjiegi u l-piramida tal-etajiet;

5.

Jisħaq li, f'ċerti zoni, m'hemmx alternattivi għal ċerti forom determinati ta' produzzjoni agrikola li ta' spiss ikollhom jinżammu, ikunu xi jkunu l-iżvantaġġi, għal raġunijiet ta' politika ambjentali u reġjonali, b'mod partikolari f’dak li jikkonċerna r-reġjuni rurali mbiegħda u muntanjużi, li qed jġarrbu d-deżertifikazzjoni;

6.

Ifakkar li l-Kunsill Ewropew ta’ Göteborg tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2001 wessa’ l-obbjettivi ta’ Liżbona fir-rigward tal-ideat ta’ sostenibilità u ta’ koeżjoni u li l-politika ta’ żvilupp rurali hi mmirata proprju lejn l-agrikoltura sostenibbli, iż-żamma tal-attivitajiet rurali mhux agrikoli, il-valutazzjoni tal-potenzjal tal-iżvilupp lokali, il-ħarsien tal-ambjent, l-ippjanar bilanċjat tal-iżvilupp reġjonali u l-iżvilupp tal-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju;

7.

Jemmen li l-implimentazzjoni xierqa tal-politika għall-iżvilupp rurali, minħabba l-iżvilupp sostenibbli fuq terminu ta' żmien twil ta' zoni rurali, jirrikjedi li jitqiesu b'mod xieraq ir-riżorsi naturali u l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull zona, inklużi l-ħarsien, it-titjib u l-ġestjoni tal-wirt rurali, u tal-iżvilupp ta' kollegamenti u interazzjonijiet maz-zoni urbani;

8.

Jenfasizza wkoll l-importanza li jkunu evalwati zoni b’attività ekonomika alternattiva u l-opportunitajiet li jinħolqu minn dawk iz-zoni għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-popolazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-impjiegi;

9.

Jemmen li l-kwistjonijiet li l-ambjent rurali se jkollu jħabbat wiċċu magħhom fil-futur jeħtieġu politika ta' żvilupp ibbilanċjata li tkopri l-parteċipanti soċjali u ekonomiċi kollha, inklużi l-intrapriżi żgħar u l-mikrointrapriżi fis-setturi tal-produzzjoni u tas-servizzi, b’kunsiderazzjoni tal-irwol tagħhom fl-iżvilupp integrat tat-territorji;

10.

Iqis li, fil-każ tal-Istati Membri l-ġodda, il-politika għall-iżvilupp rurali għandha timmira li ttejjeb l-effiċjenza tal-agrikoltura u li tnaqqas id-differenzi fl-iżvilupp ekonomiku li jeżistu bejn iz-zoni rurali u z-zoni urbani, anke billi tappoġġja l-attivitajiet mhux agrikoli, li hu obbjettiv li jista' jintlaħaq b'mod partikolari bl-użu tal-Fondi Strutturali;

11.

Jilqa’ l-ambizzjonijiet stipulati fit-Tieni Konferenza Ewropea dwar l-Iżvilupp Rurali li saret f’Salzburg fl-2003, iżda jiddispjaċih mill-fatt li l-iffinanzjar mogħti skont it-tieni pilastru tal-Politika Agrikola Komuni mill-aħħar prospettivi finanzjarji tant kellu tnaqqis sinifikanti li qed jirriskja li tinħoloq l-ineffiċjenza u diviżjoni bejn il-bdiewa u n-nies li jgħixu fiz-zoni rurali;

12.

Jiġbed l-attenzjoni li hemm bżonn li tiġi żviluppata strateġija koerenti għall-iżvilupp rurali fit-tul, sabiex ikun iffaċilitat l-użu l-aktar effettiv u effiċjenti tal-finanzjamenti kollha disponibbli;

13.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex jifformulaw, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fi sħubija mal-awtoritajiet u l-korpi kompetenti kollha li jirrapreżentaw lis-soċjetà ċivili, strateġija ta' żvilupp rurali sostenibbli fil-livell nazzjonali u reġjonali sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar il-prijoritajiet u l-obbjettivi fil-qasam tal-iżvilupp rurali u biex jiġu żgurati l-adattament, il-koordinazzjoni u l-komplementarità li l-għajnuna li tiġi minn sorsi varji ta' finanzjamenti;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex jiżguraw il-parteċipazzjoni diretta tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs, il-mikrointrapriżi u l-intrapriżi tas-snajja', sabiex jidentifikaw dawk il-prijoritajiet bl-għan li jindirizzaw bl-aħjar mod possibbli l-ħtiġijiet u l-aspettattivi ta' dawk l-intrapriżi;

15.

Jirrikonoxxi li l-politika għall-iżvilupp rurali għandha rwol ferm importanti biex jiġu identifikati u indirizzati problemi speċifiċi f'zoni rurali u jemmen li t-twaqqif tal-EARDF għat-tieni pilastru tal-Politika Agrikola Komuni jirrappreżenta tentattiv biex ikun hemm approċċ strateġiku, tematiku u integrat li jkun jista' jirrispondi għad-diversità tas-sitwazzjonijiet u tal-iskala tal-isfidi li jolqtu liz-zoni rurali tal-UE, u biex jissimplifikaw proċeduri finanzjarji u jiżguraw li l-fondi huma ffokati fuq dawk iz-zoni;

16.

Ifakkar li l-Istati Membri ntalbu jħejju, għall-perjodu attwali ta' pprogrammar, żewġ dokumenti strateġiċi: Pjan Nazzjonali ta’ Strateġija għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) u Qafas Strateġiku Nazzjonali ta’ Referenza għall-Politika Reġjonali (Fondi Strutturali); ifakkar li l-Istati Membri ntalbu jimmobilizzaw is-sinerġiji u jwaqqfu mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni tal-operat bejn id-diversi fondi; jiddispjaċih madankollu, li f’dan il-proċess saret enfasi partikolarment fuq li tiġi żgurata d-demarkazzjoni tad-diversi fondi u programmi, iktar milli fuq li jinħolqu sinerġiji minnhom;

17.

Iqis li l-effiċjenza tal-politika għall-iżvilupp rurali tista' tinkiseb biss jekk il-miżuri implimentati skont l-EARDF u l-politika għall-iżvilupp reġjonali huma koordinati u komplementarji, biex jiġu evitati l-iffinanzjar doppju u l-lakuni; jinnota bi tħassib l-koordinazzjoni insuffiċjenti bejn dawk l-azzjonijiet fil-perijodu ta' programmazzjoni attwali fl-Istati Membri individwali; jitlob lill-Kummissjoni għaldaqstant biex tipproponi riformi bl-għan li jiżguraw koordinazzjoni mtejba fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-miżuri kofinanzjati skont il-politika ta’ koeżjoni u l-CAP; tirrikonoxxi li r-riforma ta' wara l-2013 tal-CAP u tal-Fondi Strutturali tal-UE se jipprovdu opportunità biex tiġi evalwata mill-ġdid ir-relazzjoni bejn l-iżvilupp rurali fuq naħa waħda u l-politika agrikola u l-politika ta' koeżjoni fuq in-naħa l-oħra;

18.

Jirrikonoxxi li l-irwol primarju tal-politika għall-iżvilupp rurali hu li għandha tkompli żżomm il-popolazzjoni tal-kampanja u tiżgura standard diċenti ta’ għajxien għaliha;

19.

Iqis li dan l-approċċ li jissepara l-iżvilupp rurali mill-politika ta’ koeżjoni bil-ħolqien tal-EAFRD jeħtieġ li jkun immonitorjat mill-qrib ħafna sabiex ikun evalwat l-impatt reali tiegħu fuq l-iżvilupp ta’ zoni rurali; jinnota li s-sistema l-ġdida twaqqfet fl-2007 u li għalhekk huwa kmieni wisq biex jintlaħqu kwalunkwe konklużjonijiet rigward il-ġejjieni ta' din il-politika tal-Komunità;

20.

Jenfasizza li waħda mill-prijoritajiet tal-politika għall-iżvilupp rurali hija li tipproponi miżuri li ma jwasslux biex il-popolazzjoni rurali jkollha tabbanduna l-agrikultura u li jgħinu wkoll, fost affarijiet oħra, il-promozzjoni ta' azjendi kompetittivi, il-produzzjoni ta' prodotti organiċi, ikel u xorb tradizzjonali ta' kwalità għolja pereżempju;

21.

Jinnota b’interess li l-Assi 3 u l-Assi 4 (LEADER) tat-tieni pilastru tal-CAP (il-politika għall-iżvilupp rurali), li jirrapreżentaw 15 % tat-total tan-nefqa tal-EAFRD, jikkonċernaw attivitajiet mhux agrikoli li jiffokaw l-iktar fuq id-diversifikazzjoni tal-ekonomiji rurali; jemmen li, minħabba n-natura tal-interventi ffinanzjati skont dawn l-Assi, li jixbħu lil uħud mill-attivitajiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, hemm riskju li l-politiki jidħlu fuq xulxin;

22.

Jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jitqiesu l-prospetti primarjament tal-popolazzjoni impjegata fl-agrikultura, li għandu jibqa’ l-għan ewlieni tal-miżuri ta’ appoġġ taħt il-politika għall-iżvilupp rurali;

23.

Jenfasizza l-importanza tal-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ sabiex jibqgħu jaħdmu artijiethom, anki jekk huma mhumiex impenjati biss fil-produzzjoni agrikola, billi jingħatawlhom inċentivi għall-iżvilupp u attivitajiet oħra, bħalma hu t-turiżmu rurali, u t-tisħiħ tal-SMEs fil-kampajna;

24.

Iqis li l-obbjettivi prinċipali tal-politika għall-iżvilupp rurali jistgħu jinkisbu biss jekk din il-politika tirċievi fondi adegwati li jintużaw skont il-prijoritajiet stipulati għaz-zoni rurali u li l-fondi mwarrba permezz tal-modulazzjoni dejjem għandhom jitqassmu lura lill-komunitajiet agrikoli attivi;

25.

Huwa tal-fehma li l-koordinazzjoni tal-politika strutturali u tal-miżuri għall-iżvilupp rurali tippermetti li jitwettqu proġetti b’valur miżjud Ewropew ikbar; jara f'dan opportunità għal tisħiħ fuq terminu ta' żmien twil taz-zoni rurali, pereżempju permezz ta' miżuri infrastrutturali jew miżuri għall-ħarsien tal-ambjent;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta figuri dettaljati u previżjonijiet fir-rigward tal-użu tal-EAFRD u l-fondi strutturali fiz-zoni rurali u biex tistudja s-sinerġiji li jistgħu jinħolqu permezz tal-EAFRD u l-Fondi Strutturali f’termini tal-fondi disponibbli fiz-zoni rurali;

27.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa jekk il-programmi tal-politika reġjonali jistgħux jikkontribwixxu biex jiġi offrut dħul ta' min jorbot fuqu lill-bdiewa, pereżempju billi jitwettqu attivitajiet marbuta mal-ħarsien tal-ambjent, il-konservazzjoni tan-natura u l-immaniġġjar tal-pajsaġġi;

28.

Jisħaq li l-iżvilupp sostenibbli, il-livelli ta' dħul per capita, l-aċċessibilità, l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi pubbliċi u d-depopolazzjoni rurali huma fost l-ikbar sfidi għall-politika ta' koeżjoni u jistgħu jittejbu bl-iżjed mod effettiv, fost miżuri oħrajn, permezz ta' appoġġ għal attivitajiet mhux agrikoli fil-komunitajiet rurali;

29.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu b'mod sistematiku l-kampanja fil-politiki tal-UE u biex jipprovdu appoġġ xieraq għall-proġetti mmirati li jiżviluppaw il-kapital uman b'mod partikolari permezz tal-forniment ta' opportunitajiet ta' taħriġ għall-imprendituri agrikoli u nonagrikoli f'zoni rurali, b'attenzjoni speċjali fuq in-nisa żgħażagħ, bl-għan li jitħeġġu l-impjiegi u l-ħolqien tagħhom;

30.

Jenfasizza li l-iżvilupp fiz-zoni rurali jeħtieġ iktar attenzjoni u appoġġ għall-preservazzjoni tal-pajsaġġ naturali u dak maħdum, l-ekoturiżmu, il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija li tiġġedded u l-inizjattivi lokali bħalma huma l-iskemi ta’ akkwist ta’ ikel lokali ta’ kwalità u swieq lokali għall-bdiewa;

31.

Jiġbed l-attenzjoni fuq l-irwol tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju fl-iżvilupp rurali u l-kontribut li jagħtu għall-konverġenza fil-livelli reġjonali u lokali; jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex ipoġġu enfasi fuq it-tisħiħ tal-kompetittività billi jassistu wkoll setturi oħra produttivi u biex iħeġġu l-ispirtu intraprenditorjali fiz-zoni rurali, b'mod partikolari billi jiġu eliminati l-ostakli amministrattivi, legali u dawk li għandhom x'jaqsmu mal-ippjanar, u b'hekk jipprovdu infrastruttura adegwata tal-informatika u jżidu l-inċentivi biex jitnedew attivitajiet intraprenditorjali ġodda kif ukoll biex joffru iktar appoġġ għal attivitajiet nonagrikoli filwaqt li jħeġġu d-diversifikazzjoni ekonomika f'dawn iz-zoni;

32.

Għal darb’oħra jerġa’ jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali għall-isfida enormi li qiegħed joħloq l-għejbien li kien ġie previst ta’ diversi miljuni ta’ negozji rurali żgħar, li se jkollu impatt kbir fuq l-impjiegi u għalhekk fuq l-istabilità tal-kampanja; jitlob li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u fuq kull livell, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba ekonomiċi u soċjali;

33.

Jinnota li d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-politika għall-iżvilupp rurali tirriżulta mill-interferenzi bejn il-politiki settorjali u l-politika tal-koeżjoni territorjali, kif ukoll l-interferenzi bejn l-aspetti ekonomiċi u soċjali taż-żewġ tipi ta' politika, u mill-varjetà wiesgħa ta' sistemi ta' allokazzjoni tar-responsabilità u tal-koordinazzjoni tal-politika użati fl-Istati Membri, f'dan ir-rigward jenfasizza għal darb'oħra n-neċessità li jinħolqu sinerġiji bejn l-EAFRD u l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni u jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jifhmu sew il-possibilitajiet offruti minn dawn l-istrumenti finanzjarji; jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm djalogu bejn l-awtoritajiet amministrattivi sabiex joħolqu sinerġiji bejn l-interventi tal-fondi differenti u jittejbu l-effikaċja tagħhom;

34.

Huwa tal-opinjoni li, qabel ma ssir riforma tal-iffinanzjar tal-iżvilupp rurali, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni dettaljata tal-politiki settorjali kollha li jħallu impatt fuq zoni rurali, u notevolment fuq il-CAP u l-politika reġjonali, fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni u li għandu jitfassal sett tal-aħjar prattiki għall-politika għall-iżvilupp rurali fit-totalità tagħha;

35.

Jitlob lill-Kunsill biex isejjaħ laqgħa konġunta informali tal-Ministri responsabbli għall-agrikoltura u l-politika reġjonali biex jiddiskutu l-aħjar mod ta' kif jikkoordinaw politika ta' koeżjoni u miżuri ta' żvilupp rurali, u biex jistieden f'din il-laqgħa lill-korpi konsultattivi tal-UE (Kumitat tar-Reġjunijiet u Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew), kif ukoll rappreżentattivi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali;

36.

Jitlob li sal-2011 il-Kummissjoni, toħloq grupp ta' ħidma ta' livell għoli fil-qafas tal-Kontroll tas-Saħħa tal-Politika Agrikola Komuni, li jkollu jħejji proposti mmirati biex jiżguraw il-futur tal-ekonomija rurali u tal-popolazzjonijiet kollha taz-zoni rurali wara l-2013;

37.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tintroduċi jew issaħħaħ governanza ġenwina jew arranġamenti ta' sħubija fil-livelli kollha, bl-involviment dirett tal-partijiet kollha involuti, inklużi l-SMEs u l-mikrointrapriżi, kif ukoll l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, bl-għan li jiġu ddefiniti l-prijoritajiet għall-aħjar azzjoni adattata għall-ħtiġijiet ta’ żvilupp taz-zoni rurali;

38.

Jinnota li l-proċess tal-iżvilupp rurali għandu jkun irrikonċiljat mal-interessi taz-zoni suburbani u għandu jkun ikkoordinat mill-qrib mal-promozzjoni tal-iżvilupp urban, u jenfasizza li s-sinerġiji bejn il-politiki għall-iżvilupp rurali u għall-iżvilupp urban la huma suffiċjenti u lanqas effettivi;

39.

Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-komunità rurali biex tagħti kontribut pożittiv għall-ambjent permezz tal-impenn tagħha f'attivitajiet li mhumiex ta' ħsara għall-ambjent u l-iżvilupp ta’ sorsi alternattivi ta' enerġija bħalma huma l-bijokarburanti, speċjalment billi jitqiesu l-erba' sfidi ġodda deskritti fil-politika għall-iżvilupp rurali tal-Ispezzjoni tas-Saħħa, bħalma huma l-bijodiversità u l-enerġiji li jiġġeddu;

40.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.

(4)  ĠU L 55, 25.2.2006, p. 20.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/52


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-Unjoni Ewropea

P6_TA(2009)0161

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili fl-Unjoni Ewropea (2008/2071(INI))

2010/C 117 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata fl-1948,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 26 tal-Patt Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti, adottat fl-1966, rigward id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

wara li kkunsidra b'mod partikulari l-Artikolu 5(a) tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Għamla ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), adottata fl-1979,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2(1), 19(1), 24(3), 34 u 39 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata fl-20 ta' Novembru 1989 mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 kontra t-Tortura u Trattament jew Kastigi Oħra Krudili, Diżumani jew Degradanti,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tal-1990 dwar id-Drittijiet u l-Benesseri tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Artikoli 1, 2(f), 5, 10(c), 12 u 16 tar-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 19 tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, adottata fl-1992,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Programm ta' Azzjoni ta' Vjenna, adottati fil-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem f'Ġunju 1993,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, l-ewwel strument internazzjonali marbut mad-drittijiet tal-bniedem li jirrigwardja b'mod esklussiv il-vjolenza kontra n-nisa, adottata f'Diċembru 1993,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp, adottati fil-Kajr fit-13 ta' Settembru 1994,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing, adottati mill-Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 1995 dwar ir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-nisa li saret f'Beijing: “Ugwaljanza, Żvilupp u Paċi” (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 1997 dwar il-ksur tad-drittijiet tan-nisa (2),

wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Għamla ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, adottat fit-12 ta' Marzu 1999 mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istatus tan-Nisa,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Opportunitajiet Indaqs għan-Nisa u l-Irġiel tat-12 ta' April 1999 dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta' April 1999 dwar il-proposta emendata għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi adottat programm ta' azzjoni Komunitarja (il-programm DAPHNE) dwar il-miżuri maħsuba għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2000 dwar is-segwitu għall-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2000 dwar il-konklużjonijiet tas-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti “Nisa 2000: ugwaljanza bejn il-sessi, l-iżvilupp u l-paċi għas-seklu XXI” li saret bejn il-5 u d-9 ta' Ġunju 2000 (5),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ACP-UE (il-Ftehim ta' Kotonou), iffirmat fit-23 ta' Ġunju 2000, u l-Protokoll Finanzjarju anness miegħu,

wara li kkunsidra l-proklamazzjoni konġunta tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali min-naħa tal-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni waqt il-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7 ta' Diċembru 2000,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2000 biex l-FGM tiddaħħal fl-ambitu tal-Artikolu B5-802 tal-baġit 2001, maħsub biex jiffinanzja l-programm DAPHNE,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1247 (2001) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili tat-22 ta' Mejju tal-2001,

wara li kkunsidra r-rapport dwar l-FGM, adottat fit-3 ta' Mejju 2001 mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu tal-20 ta' Settembru 2001 dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2003/28 tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tat-22 ta' April 2003 li ħabbret is-6 ta' Frar bħala l-Jum Internazzjonali ta' “tolleranza żero” għall-mutilazzjoni ġenitali femminili,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 5, 6 u 19 tal-Protokoll tal-2003 tal-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, magħruf ukoll bħala l-“Protokoll ta' Maputo”, li daħal fis-seħħ fil-25 ta' Novembru 2005,

wara li kkunsidra l-petizzjoni 298/2007, imressqa minn Cristiana Muscardini fis-27 ta' Marzu 2007,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2008: “Lejn strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal” (7),

wara li kkunsidra l-Artikoli 6 u 7 tat-Trattat dwar l-UE dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem (prinċipji ġenerali) u l-Artikoli 12 u 13 tat-Trattat KE (non-diskriminazzjoni),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0054/2009),

A.

billi skont iċ-ċifri miġbura mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO), bejn 100 u 140 miljun mara u tfajla fid-dinja ġarrbu l-mutilazzjoni ġenitali u, skont ċifri tal-WHO u tal-Fond tal-Popolazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kull sena bejn 2 miljuni u 3 miljun mara jiġu esposti għar-riskju potenzjali li jġarrbu dawn il-prattiki li jirriżultaw f'diżabilità gravi,

B.

billi kull sena madwar 180 000 emigrata fl-Ewropa ġġarrab jew tkun f'periklu li ġġarrab mutilazzjoni ġenitali femminili,

C.

billi, skont il-WHO, l- FGM hija pprattikata b'mod mifrux f'mill-anqas 28 pajjiż Afrikan, xi pajjiżi Ażjatiċi u fil-Lvant Nofsani,

D.

billi l-vjolenza kontra n-nisa, inkuża l-mutilazzjoni ġenitali femminili, ġejja minn strutturi soċjali bbażati fuq in-nuqqas ta' ugwaljanza bejn is-sessi u fuq bilanċ ta' poter żbilanċjat, id-dominazzjoni u l-kontroll, fejn il-pressjoni soċjali u familjari twassal għall-ksur ta' dritt fundamentali, jiġifieri r-rispett għall-integrità tal-persuna umana,

E.

billi l-mutilazzjoni sesswali imposta fuq il-bniet jistħoqqilha l-aktar kundanna enfatika u tikkostitwixxi vjolazzjoni ovvja tal-leġiżlazzjoni internazzjonali u nazzjonali li tħares lit-tfal u lid-drittijiet tagħhom,

F.

billi d-WHO identifikat erba' tipi ta' mutilazzjonijiet ġenitali femminili, mill-klitoridektomija (it-tneħħija parzjali jew totali tal-klitoride) u l-qtugħ (it-tneħħija tal-klitoride u tal-labia minora) – it-tieni jirrappreżenta 85 % tal-proċeduri tal-mutilazzjonijiet ġenitali femminili –sal-aktar forma estrema, l-infibulazzjoni (it-tneħħija għalkollox tal-klitoride u l-labia minora u l-parti ta' ġewwa tal-labia majora u t-teħjit tal-vulva, biex b'hekk jitħalla biss ftuħ vaġinali dejjaq), u l-introċiżjoni (it-titqib, it-tniffid jew l-inċiżjoni tal-klitoride jew tal-labia),

G.

billi kull forma ta' mutilazzjoni ġenitali femminili, ta' liema grad tkun, hija att ta' vjolenza kontra n-nisa li jikkostitwixxi vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tagħhom, l-aktar id-dritt għall-integrità personali u s-saħħa fiżika u mentali, u tas-saħħa sesswali u riproduttiva tagħhom; billi tali vjolazzjonijiet ma jistgħu f'ebda ċirkostanza jkunu ġġustifikati billi jiġi invokat ir-rispett ta' tradizzjonijiet kulturali ta' tipi diversi jew ċerimonji ta' inizjazzjoni,

H.

billi fl-Ewropa madwar 500 000 mara soffriet il-mutilazzjoni ġenitali u billi huwa partikolarment fost il-familji tal-immigrati u r-refuġjati li ċ-ċirkonċiżjoni bħal din hija drawwa u l-bniet saħansitra jintbagħtu lura f'arthom għal dan l-iskop,

I.

billi l-mutilazzjoni ġenitali femminili tikkawża danni gravi ħafna u irreparabbli fit-terminu l-qasir u fit-terminu t-twil għas-saħħa fiżika u mentali tan-nisa u l-bniet li jgħaddu minnha, u b'hekk tikkostitwixxi assalt serju fuq il-persuna u l-integrità tagħhom; u f'ċerti każijiet tista' saħansitra tkun fatali; billi l-użu ta' strumenti rudimentali u l-assenza ta' prekawzjonijiet antisettiċi għandhom effetti dannużi oħra, tant li r-rapport sesswali u l-ħlas jistgħu jkunu ta' wġigħ, l-organi ssirilhom ħsara irreparabbli u jista' jkun hemm il-kumplikazzjonijiet bħalma huma l-emorraġija, ix-xokk, l-infezzjoni, it-trażmissjoni tal-virus tal-AIDS, it-tetanu, tumuri beninni u kumplikazzjonijiet serji li jaffettwaw it-tqala u l-ħlas,

J.

billi l-mutilazzjoni ġenitali femminili, li hija ksur tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet kif jinsabu f'diversi konvenzjonijiet internazzjonali, hija pprojbita mid-Dritt Kriminali tal-Istati Membri u tikser il-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

K.

billi r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2008 tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili li jippermettu li jitħarrku l-persuni li jkunu wettqu tali proċeduri fuq it-tfal,

L.

billi l-Konvenzjoni dwar it-Tneħħija ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa teżigi mill-Istati Membri li jieħdu kull miżura xierqa biex jemendaw jew jabolixxu l-liġijiet, id-drawwiet u l-prattiki eżistenti li jikkostitwixxu diskriminazzjoni kontra n-nisa, u li jieħdu l-miżuri kollha xierqa ħalli jimmodifikaw il-mudelli soċjali u kulturali ta' mġiba tal-irġiel u tan-nisa, bil-għan li jitneħħew il-preġudizzji u l-prattiki konswetudinarji u ta' kull xorta oħra bbażati fuq l-idea tal-inferjorità jew superjorità ta' wieħed mis-sessi jew fuq l-irwoli sterjotipati tar-raġel u tal-mara,

M.

billi l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata fl-1989, teżiġi li l-Istati Partijiet jirrispettaw u jiżguraw id-drittijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni għal kull tifel u tifla fil-ġurisdizzjoni tagħhom, mingħajr ebda diskriminazzjoni, irrispettivament mis-sess tat-tifel jew tifla, u li jadottaw il-miżuri kollha effettivi u xierqa biex jabolixxu l-prattiki tradizzjonali li huma ta' ħsara għal saħħet it-tfal,

N.

billi l-Karta Afrikana tad-Drittijiet u l-Benesseri tat-Tfal tirrakkomanda li l-istati firmatarji jneħħu għal kollox il-prattiki soċjali u kulturali li jaffettwaw il-benesseri, id-dinjità, u t-trobbija u l-iżvilupp normali tat-tfal,

O.

billi l-paragrafu 18 tad-Dikjarazzjoni u l-Programm ta' Azzjoni ta' Vjenna, adottat f'Ġunju 1993, jiddikjaraw li d-drittijiet umani tan-nisa u l-bniet huma parti inaljenabbli, integrali u indiviżibbli tad-drittijiet universali tal-bniedem,

P.

billi l-Artikolu 2 tad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tas-sena 1993 tirreferi b'mod espliċitu għall-mutilazzjoni ġenitali femminili u għal prattiki tradizzjonali oħrajn dannużi għan-nisa,

Q.

billi l-Artikolu 4 ta' din id-Dikjarazzjoni jistipula li l-istati għandhom jikkundannaw il-vjolenza kontra n-nisa u ma għandhomx jinvokaw drawwiet, tradizzjonijiet, jew kunsiderazzjonijiet reliġjużi biex jevitaw l-obbligu li jeliminawha,

R.

billi l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali tan-NU dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp, li saret il-Kajr fl-1994, jipprevedi li l-gvernijiet jabolixxu l-mutilazzjoni ġenitali femminili kulfejn għadha teżisti u jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-NGOs u lill-istituzzjonijiet reliġjużi li qed jitqabdu biex jeliminaw prattiki bħal dawn,

S.

billi fil-Pjattaforma ta' Azzjoni adottata fir-Raba' Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti f'Beijing il-gvernijiet issejjħu biex isaħħu l-liġijiet tagħhom, jirriformaw l-istituzzjonijiet tagħhom u jippromwovu standards u prattiki maħsuba biex jeliminaw id-diskriminazzjoni kontra n-nisa, irrappreżentata, fost forom oħrajn, fil-mutilazzjoni ġenitali femminili,

T.

billi l-ftehim ta' sħubija ACP-UE (il-Ftehim ta' Cotonou) hija msejsa fuq prinċipji universali bħal dawn u fiha dispożizzjonijiet li jaħdmu biex jipprojbixxu l-mutilazzjoni ġenitali femminili (Artikolu 9, li jispeċifika l-elementi essenzjali tal-ftehim, u l-Artikoli 25 u 31 rispettivament dwar l-iżvilupp soċjali u l-kwistjonijiet ta' ġeneru),

U.

billi r-rapport adottat fit-3 ta' Mejju 2001 mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa jitlob li jkun hemm projbizzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili u jikkunsidra lil din il-prattika bħala ekwivalenti għat-trattament diżuman skont it-termini tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; billi r-rapport jgħid li l-ħarsien tal-kulturi u tat-tradizzjonijiet ma għandux jitħalla jieħu preċedenza fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-ħtieġa li l-prattiki li jammontaw għat-tortura jiġu pprojbiti legalment,

V.

billi, f'dak li jirrigwardja l-politika Ewropea komuni dwar l-immigrazzjoni u l-ażil, il-Kunsill u l-Kummissjoni jirrikonoxxu li l-mutilazzjoni ġenitali femminili hija vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; billi numru li qed jikber ta' talbiet għal ażil minn ġenituri huma ġġustifikati mit-theddida li jistgħu jkunu suġġetti għaliha fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom talli rrifjutaw li jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex binthom issirilha l-mutilazzjoni ġenitali,

W.

billi sfortunatament, il-fatt li jingħata l-istatus ta' persuni li qed ifittxu ażil lill-ġenituri ma jiggarantix li t-tifla se teħles mir-riskju tal-mutilazzjoni ġenitali femminili li, f'xi każijiet, titwettaq wara li l-familja tkun stabbiliet ruħha fil-pajjiż tal-UE li jospitaha,

X.

billi d-dikjarazzjoni tal-5 ta' Frar 2008 tal-Kummissarji Ewropej Ferrero-Waldner u Michel espliċitament ikkundannat il-mutilazzjoni ġenitali femminili, billi ddeskrivietha bħala inaċċettabbli kemm jekk imwettqa fl-Unjoni Ewropea u kemm jekk f'pajjiżi terzi, u qalet li l-ksur tad-drittijiet tan-nisa ma jista' qatt, fi kwalunkwe ċirkostanza, ikun ġustifikat billi jiġu invokati r-relativiżmu kulturali jew it-tradizzjonijiet,

Y.

billi ċ-ċentri u istituzzjonijiet nazzjonali għaż-żgħażagħ u l-familji jistgħu joffru għajnuna f'waqtha lill-familji biex tittieħed azzjoni ħalli tipprevjeni t-twettiq tal-mutilazzjoni ġenitali femminili,

1.

Jikkundanna bis-sħiħ il-mutilazzjoni ġenitali femminili bħala vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, kif ukoll bħala ksur brutali tal-integrità u l-personalità tan-nisa u l-bniet u għalhekk jikkunsidraha bħala delitt gravi f'għajnejn is-soċjetà;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jabbozzaw strateġija globali u pjanijiet t'azzjoni mmirati lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili mill-UE u, għal dan il-għan, jipprovdu l-mezzi meħtieġa – fil-forma ta' liġijiet u dispożizzjonijiet amministrattivi, sistemi ta' prevenzjoni, u miżuri ekukattivi u soċjali, u b'mod partikolari, tixrid wiesa' ta' tagħrif dwar il-mekkaniżmi ta' protezzjoni eżistenti disponibbli għall-gruppi vulnerabbli – ħalli l-vittmi reali u potenzjali jitħarsu b'mod xieraq;

3.

Jinsisti rigward il-ħtieġa li tiġi eżaminata skont il-każ partikolari kull talba għal ażil li ssir minn ġenituri minħabba li ġew mhedda fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom talli rrifjutaw li jagħtu l-kunsens tagħhom biex binthom issirilha mutilazzjoni ġenitali femminili u biex jiġi żgurat li talbiet bħal dawn ikunu appoġġjati minn ġabra sħiħa ta' provi li tieħu kont tal-kwalità tat-talba, tal-personalità u tal-kredibilità tal-persuna li tkun qed titlob ażil, u jekk il-mottivi għat-talba ikunux ġenwini;

4.

Jinsisti li n-nisa u l-bniet li jingħataw ażil fl-UE minħabba theddida ta' mutilazzjoni ġenitali femminili għandhom, bħala miżura preventiva, isirulhom kontrolli regolari minn awtoritajiet tas-saħħa u/jew tobba, biex jitħarsu minn kwalunkwe theddida ta' mutilazzjoni ġenitali femminili li titwettaq sussegwentement fl-UE; jikkunsidra li din il-miżura ma tkun diskriminatorja bl-ebda mod kontra dawn in-nisa u bniet, iżda tkun mod kif jiġi żgurat li l-mutilazzjoni ġenitali femminili tkun ipprojbita fl-UE;

5.

Jitlob li din l-istrateġija globali tkun akkumpanjata minn programmi ta' edukazzjoni kif ukoll mill-organizzazzjoni ta' kampanji nazzjonali u internazzjonali li jqanqlu kuxjenza;

6.

Jappoġġja l-manuvri tal-EUROPOL biex tiġi kkoordinata laqgħa bejn il-korpi tal-pulizija Ewropej biex jiġu intensifikati l-miżuri fil-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili, jiġu affrontati l-kwistjonijiet marbutin mar-rata baxxa ta' rapporti u d-diffikultà biex jinġabru l-evidenza u x-xhieda, u jittieħdu passi effettivi biex jitħarrku dawk li jiksru l-liġi; għal dan il-għan jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw miżuri addizzjonali possibbli għall-ħarsien tal-vittmi ladarba dawn jieħdu passi;

7.

Jinnota li l-miżuri biex jingħelbu prattiki dannużi bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili, li huma msemmija fil-Protokoll ta' Maputo msemmi hawn fuq, jinkludu dan li ġej: il-ħolqien ta' kuxjenza pubblika permezz ta' informazzjoni, edukazzjoni u kampanji formali u informali, projbizzjoni ta' kull forma ta' mutilazzjoni ġenitali femminili, inkluża dik mwettqa minn staff mediku, permezz ta' liġijiet u sanzjonijiet, appoġġ għall-vittmi mis-servizzi tas-saħħa, appoġġ legali u ġudizzjarju, pariri psikoloġiċi u taħriġ u protezzjoni għan-nisa li qegħdin fir-riskju li jkunu soġġetti għal prattiki dannużi jew forom oħra ta' vjolenza, abbuż jew intolleranza;

8.

Jappella lill-Istati Membri biex jikkwantifikaw l-għadd ta' nisa li saritilhom l-mutilazzjoni ġenitali femminili jew dawk li qegħdin f'riskju f'pajjiżi individwali, billi jikkunsidraw l-fatt li għad ma hemmx ċifri disponibbli għal bosta pajjiżi, li bl-istess mod lanqas ma għandhom sistemi armonizzati ta' kif jiġbru d-data;

9.

Jitlob li jiġi introdott “protokoll Ewropew tas-saħħa” għall-finijiet ta' monitoraġġ u għat-twaqqif ta' bażi tad-data dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili, billi din tkun utli mill-perspettiva statistika jew għal kampanji ta' informazzjoni mmirati lejn il-komunitajiet immigrati kkonċernati;

10.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiġbru d-data xjentifika li tista' tassisti lid-WHO fl-interventi tagħha ta' appoġġ biex l-Ewropa u l-kontinenti l-oħra kollha jeħilsu mill-mutilazzjoni ġenitali femminili;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, fin-negozjati u l-ftehmiet tagħha ta' koperazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati, klawżola biex tiġi eradikata l-mutilazzjoni ġenitali femminili;

12.

Jitlob li l-aħjar prattiki applikati fil-livelli differenti jinġabru u ssirilhom analiżi tal-impatt tagħhom (fejn xieraq permezz tal-proġetti ffinanzjati u r-riżultati miskuba permezz ta' DAPHNE III) u li l-informazzjoni marbuta magħhom tinxtered b'mod wiesa' bl-użu tal-esperjenza prattika u teoretika tal-esperti;

13.

Jirrimarka li ċ-ċentri u l-istituzzjonijiet nazzjonali għandhom rwol vitali fl-identifikazzjoni tal-vittmi u biex jieħdu miżuri ta' prekawzjoni kontra l-prattika tal-mutilazzjoni ġenitali femminili;

14.

Jappella sabiex jissaħħu n-networks Ewropej li bħalissa huma mmirati għall-prevenzjoni tal-prattiki tradizzjonali li jagħmlu ħsara, ngħidu aħna billi jiġu organizzati korsijiet ta' taħriġ għall-NGOs, għall-organizzazzjonijiet reġjonali li ma għandhomx skop ta' profitt, għal min jopera fis-settur, u għall-promozzjoni tal-formazzjoni ta' networks ta' dan it-tip;

15.

Japprezza l-kontributi importanti ta' bosta organizzazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali mhux governattivi, istituzzjonijiet ta' riċerka, in-Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili fl-Ewropa u ta' persuni impenjati li bis-saħħa tal-finanzjament mill-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti u l-programm DAPHNE, fost l-oħrajn, qed iwettqu diversi proġetti ħalli jqanqlu kuxjenza u jipprevjenu u jeliminaw l-mutilazzjoni ġenitali femminili; jirrimarka li l-bini ta' networks bejn l-NGOs u l-organizzazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u internazzjonali bbażati fuq il-komunitajiet huwa, mingħajr dubju, fundamentali għas-suċċess biex tiġi eradikata l-mutilazzjoni ġenitali femminili u għall-ġbir ta' informazzjoni u esperjenzi;

16.

Jirrimarka li l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (8) livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, jispeċifika li l-aspetti tal-ġeneru jistgħu jitqiesu, imma li dawn waħidhom ma jwasslux għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10;

17.

Jitlob li kemm l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, permezz tal-pjanijiet ta' ħidma pluriennali u/jew annwali rispettivi tagħhom, ikollhom rwol minn ta' quddiem nett fil-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili; jemmen li dawn l-aġenziji jistgħu jwettqu azzjonijiet ta' prijorità ta' riċerka u/jew ta' tqanqil ta' kuxjenza u b'hekk jgħinu fit-titjib tal-għarfien tal-fenomenu tal-mutilazzjoni ġenitali femminili f'livell Ewropew;

18.

Jikkunsidra li huwa neċessarju li jiġu organizzati fora ta' djalogu, li jkun hemm ir-riforma ta' dispożizzjonijiet legali tradizzjonali, li jiġi indirizzat is-suġġett tal-mutilazzjoni ġenitali femminili bħala parti mill-kurrikulu skolastiku u li ssir promozzjoni tal-koperazzjoni mal-persuni mhux ċirkonċiżi fil-pajjiżi kkonċernati;

19.

Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien, fl-interess tad-drittijiet tal-bniedem, tal-integrità tal-persuna, tal-libertà tal-kuxjenza u tad-dritt tas-saħħa, biex tiġi armonizzata l-leġiżlazzjoni eżistenti u, jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti tirriżulta li mhijiex xierqa, jipproponu leġiżlazzjoni speċifika dwar din il-kwistjoni;

20.

Jistieden lill-Istati Membri biex jinfurzaw il-liġijiet diġà eżistenti dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili, jew jilleġiżlaw pieni għall-ħsara kbira fuq il-persuna li tirriżulta minnha, jekk dawn il-prattiki twettqu fl-Unjoni Ewropea, u biex jgħinu fil-prevenzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili u fil-ġlieda kontriha billi jrawmu l-kuxjenza tajba fost il-professjonisti involuti (inklużi l-ħaddiema soċjali, l-għalliema, il-forzi tal-pulizija, il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa), bil-għan li jkunu jistgħu jgħarfu każijiet ta' mutilazzjoni ġenitali femminili, u jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jintlaħaq l-akbar grad possibbli ta' armonizzazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ fis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea;

21.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmluha obbligatorja għat-tobba tal-familja, it-tobba u t-timijiet kliniċi li jirrappurtaw il-mutilazzjoni ġenitali femminili lill-awtoritajiet tas-saħħa u/jew lill-pulizija;

22.

Jistieden lill-Istati Membri biex jew jimplimentaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili jew iħarrku skont il-leġiżlazzjoni eżistenti lil kull persuna li twettaq mutilazzjoni ġenitali;

23.

Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex ifittxu, jikkundannaw u jikkastigaw it-twettiq ta' dawn il-prattiki, billi japplikaw strateġija integrata li tikkunsidra d-dimensjoni legiżlattiva, dik tas-saħħa u dik soċjali u l-integrazzjoni tal-popolazzjoni immigrata; jitlob, b'mod partikolari, li d-direttivi rilevanti dwar l-immigrazzjoni jittrattaw l-att tat-twettiq tal-mutilazzjoni ġenitali bħala reat, u jistipulaw pieni xierqa għal kull min jinstab ħati ta' tali reat, jekk dawn il-prattiki jkunu twettqu fl-Unjoni Ewropea;

24.

Jitlob li jinħolqu uffiċji għall-armonizzazzjoni teknika permanenti u għall-kuntatt ħalli jinġiebu flimkien l-Istati Membri u jinħoloq ness bejnhom u l-istituzzjonijiet Afrikani; jemmen li dawn l-uffiċji għandu jkollhom persunal magħmul minn speċjalisti fil-mutilazzjoni ġenitali femminili u rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet Ewropej u Afrikani ewlenin tan-nisa;

25.

Iħeġġeġ sabiex jiġi miċħud b'konvinzjoni t-titqib tal-klitoride u l-medikalizzazzjoni f'kull forma, li ġew proposti bħala t-triq tan-nofs bejn iċ-ċirkonċiżjoni tal-klitoride u r-rispett tat-tradizzjonijiet li jservu biex jiddefinixxu l-identità u li jwasslu biss biex il-prattika tal-mutilazzjoni ġenitali femminili tiġi ġġustifikata u aċċettata fit-territorju tal-UE; itenni l-kundanna assoluta u sħiħa tal-mutilazzjoni ġenitali femminili, peress li ma hemm l-ebda raġuni - la soċjali, la ekonomika, la etnika, la marbuta mas-saħħa, u lanqas xort' oħra - li tista' tiġġustifikaha;

26.

Iħeġġeġ sabiex il-mutilazzjoni ġenitali femminili tiġi eliminata permezz ta' politiki maħsuba biex jiġu appoġġjati u integrati n-nisa u l-familji li jgħixu skont it-tradizzjonijiet li jħaddnuha, sabiex, mingħajr ma titnaqqar il-liġi jew jinkisru d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtodeterminazzjoni sesswali, in-nisa jitħarsu minn kull forma ta' abbuż u vjolenza;

27.

Jafferma li r-raġunijiet mogħtija minn bosta komunitajiet favur iż-żamma ta' prattiki tradizzjonali li huma ta' ħsara għas-saħħa tan-nisa u l-bniet ma għandhom l-ebda ġustifikazzjoni;

28.

Jistieden lill-Istati Membri:

jikkunsidraw bħala reat kwalunkwe forma ta' mutilazzjoni ġenitali femminili, irrispettivament minn jekk ingħata l-kunsens min-naħa tal-mara kkonċernata, kif ukoll biex jikkastigaw lil min jgħin, jinkoraġġixxi, jagħti parir jew jagħti appoġġ lil persuna biex twettaq wieħed minn dawn l-atti fuq il-ġisem ta' mara jew ta' tifla,

biex ifittxu, iħarrku u jikkastigaw kull resident li jkun wettaq ir-reat tal-mutilazzjoni ġenitali femminili, anki jekk ir-reat ikun sar ’il barra mill-fruntieri tagħhom (l-extraterritorjalità),

jadottaw miżuri leġiżlattivi li jippermettu lill-imħallfin jew lill-prosekuturi pubbliċi jieħdu miżuri prekawzjonali u preventivi jekk ikunu konxji minn każijiet ta' nisa jew bniet li jkunu fir-riskju li jiġu mutilati;

29.

Jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw strateġija preventiva ta' azzjoni soċjali mmirata għall-protezzjoni tal-minorenni mingħajr ma jistigmatizzaw il-komunitajiet tal-immigranti, permezz ta' programmi pubbliċi u servizzi soċjali maħsuba kemm biex jipprevjenu dawn il-prattiki (taħriġ, edukazzjoni, tqanqil ta' kuxjenza fost il-komunitajiet li qegħdin f'riskju) u l-assistenza għall-vittmi li jkunu ġew soġġetti għalihom (appoġġ psikoloġiku u mediku li jkun jinkludi, jekk possibbli, trattament mediku bla ħlas biex tissewwa l-ħsara); jitlob ukoll lill-Istati Membri jikkunsidraw, skont it-termini tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tat-tfal, li t-theddida jew ir-riskju li xi ħadd jiġi suġġett għall-mutilazzjoni ġenitali femminili jista' jiġġustifika l-intervent tal-awtoritajiet;

30.

Jitlob lill-Istati Membri jabbozzaw linji gwida għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, l-għalliema u l-ħaddiema soċjali bil-għan li jinfurmaw u jedukaw lill-ġenituri, b'rispett u bl-assistenza tal-interpreti, jekk ikun meħtieġ, dwar il-periklu enormi tal-mutilazzjoni ġenitali femminili u l-fatt li prattiki bħal dawn jitqiesu reat fl-Istati Membri, u wkoll li jikkoperaw u jiffinanzjaw l-attivitajiet tan-networks u l-NGOs li jaħdmu biex jedukaw, iqanqlu kuxjenza u jimmedjaw fl-isfera tal-mutilazzjoni ġenitali femminili, b'kuntatt mill-qrib mal-familji u mal-komunitajiet;

31.

Jitlob lill-Istati Membri jxerrdu informazzjoni preċiża li tista' tinftiehem minn popolazzjoni illitterata,b'mod partikolari fil-konsolati tal-Istati Membri meta jinħarġu l-viżi; huwa tal-fehma li l-informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-projbizzjoni legali għandhom jiġu kkomunikati mis-servizzi tal-immigrazzjoni meta n-nies jaslu fil-pajjiż ospitanti, sabiex il-familji jifhmu li l-projbizzjoni fuq att tradizzjonali bl-edba mod m'għandha titqies bħala aggressjoni kulturali, iżda bħala protezzjoni legali għan-nisa u l-bniet; jikkunsidra li l-familji għandhom ikunu infurmati dwar il-konsegwenzi skont il-liġi kriminali, li jistgħu jwasslu għall-priġunerija, jekk kemm-il darba tiġi aċċertata l-mutilazzjoni;

32.

Jitlob li jkun hemm titjib fl-istatus legali tan-nisa u l-bniet f'pajjiżi fejn hija prattikata l-mutilazzjoni ġenitali femminili, sabiex tiżdied il-fiduċja tan-nisa fihom infushom u l-inizjattiva u r-responsabilità indipendenti tagħhom;

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 166, 3.7.1995, p. 92.

(2)  ĠU C 115, 14.4.1997, p. 172.

(3)  ĠU C 219, 30.7.1999, p. 497.

(4)  ĠU C 59, 23.2.2001, p. 258.

(5)  ĠU C 67, 1.3.2001, p. 289.

(6)  ĠU C 77 E, 28.3.2002, p. 126.

(7)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p.24.

(8)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/59


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Il-multilingwiżmu, vantaġġ għall-Ewropa u impenn konġunt

P6_TA(2009)0162

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-multilingwiżmu: vantaġġ għall-Ewropa u impenn komuni (2008/2225(INI))

2010/C 117 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 149 u 151 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2003 għas-Salvagwardja tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2008 bit-titolu ‘Il-Multilingwiżmu: vantaġġ għall-Ewropa u impenn komuni’ (COM(2008)0566) u d-dokument ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni (SEC(2008)2443, SEC(2008)2444, SEC(2008)2445) li jakkompanja dik il-komunikazzjoni,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2007 bit-titolu ‘Qafas għall-istħarriġ Ewropew dwar il-kompetenzi lingwistiċi’ (COM(2007)0184),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2007 bit-titolu Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni “Nippromwovu t-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika” (COM(2007)0554), u d-dokument ta’ ħidma tal-istaff (SEC(2007)1222) li jakkompanjah,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar aġenda Ewropea għall-kultura f’dinja li qed issir globalizzata (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar strateġija ta’ qafas ġdida għall-multilingwiżmu (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2006 dwar miżuri biex jippromwovi l-multilingwiżmu u t-tagħlim tal-lingwi fl-Unjoni Ewropea: Indikatur Ewropew tal-Kompetenza Lingwistika (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2003 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-ilsna reġjonali u dawk inqas użati Ewropej — l-ilsna tal-minoranzi fl-UE — fil-kuntest tat-tkabbir u tad-diversità kulturali (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1934/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar is-Sena Ewropea tal-Lingwi 2001 (5),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona tal-15 u s-16 ta’ Marzu 2002,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Kultura tal-21 u t-22 ta’ Mejju 2008, b’referenza speċifika għall-multilingwiżmu,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-20 ta’ Novembru 2008 tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-promozzjoni tad-diversità kulturali u tad-djalogu interkulturali fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (6),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-multilingwiżmu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2008 (7) u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2008 dwar il-multilingwiżmu,

wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0092/2009),

A.

billi d-diversità lingwistika u kulturali għandha impatt sinifikanti fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea minħabba l-penetrazzjoni tal-media, filwaqt li żżid il-mobilità u l-migrazzjoni u tavvanza l-globalizzazzjoni,

B.

billi l-kisba ta’ firxa diversa ta’ kompetenzi lingwistiċi hija kkunsidrata bħala kapaċità tal-ikbar importanza għaċ-ċittadini kollha tal-UE, peress li tippermetti li dawn jieħdu benefiċċju ekonomiku, soċjali u kulturali sħiħ mill-moviment liberu fl-Unjoni u mir-relazzjonijiet tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi,

C.

billi l-multingwiżmu huwa ta’ importanza dejjem akbar fil-kuntest tar-relazzjonijiet ta’ bejn l-Istati Membri, il-konvivenza fis-soċjetajiet multikulturali tagħna, u fil-politiki komuni tal-Unjoni,

D.

billi l-evalwazzjoni tal-multilingwiżmu teħtieġ li tkun validata minn strumenti rikonoxxuti, bħal m’hu l-Qafas Ewropew ta' Referenza Komuni għall-Ilsna (CEFR) u oħrajn,

E.

billi ċerti lingwi Ewropej jiffurmaw pont vitali fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u bejn popli u nazzjonijiet mir-reġjuni l-aktar diversi tad-dinja,

F.

billi d-diversità lingwistika hija rikonoxxuta bħala dritt taċ-ċittadin fl-Artikoli 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u l-multilingwiżmu għandu jkollu wkoll l-għan li jinkuraġġixxi r-rispett għad-diversità u t-tolleranza, sabiex jiġi evitat li tinqala’ l-possibilità ta’ konflitti, sew jekk attivi u sew jekk passivi, bejn il-komunitajiet lingwistiċi differenti fl-Istati Membri,

1.

Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tressiq tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-multilingwiżmu u l-attenzjoni mogħtija lilha mill-Kunsill;

2.

Itenni l-pożizzjonijiet li ddefenda maż-żmien dwar il-multilingwiżmu u d-diversità kulturali;

3.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jkun hemm rikonoxximent tal-parità ta’ bejn il-lingwi uffiċjali tal-UE fl-aspetti kollha tal-attività pubblika;

4.

Jikkunsidra li d-diversità lingwistika tal-Ewropa tikkostitwixxi valur kulturali mill-akbar u jkun żbaljat li l-Unjoni Ewropea tirrestrinġi lilha nnifisha għal lingwa ewlenija waħda;

5.

Jenfasizza l-irwol kruċjali li għandhom l-istituzzjonijiet tal-UE biex jiżguraw ir-rispett għall-prinċipju tal-parità lingwistika, fir-relazzjonijiet ta’ bejn l-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet tal-UE infushom, kif ukoll fir-relazzjonijiet taċ-ċittadini tal-UE ma’ amministrazzjonijiet nazzjonali u mal-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u internazzjonali;

6.

Ifakkar li l-importanza tal-multilingwiżmu mhix limitata għall-aspetti ekonomiċi u soċjali u li għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-ħolqien u t-trażmissjoni kulturali u xjentifika u lill-importanza tat-traduzzjoni, kemm letterarja kif ukoll teknika, fil-ħajja taċ-ċittadini u għall-iżvilupp fuq medda twila ta' żmien tal-UE; u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-irwol li għandhom il-lingwi fit-tiswir u t-tisħiħ tal-identità;

7.

Jenfasizza li l-multilingwiżmu huwa kwistjoni trasversali li għandha impatt mill-akbar fuq il-ħajja taċ-ċittadini Ewropej; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex jinkludu l-multilingwiżmu wkoll f'politiki oħra minbarra tal-edukazzjoni, bħal m’huma dawk tat-tagħlim matul il-ħajja kollha, tal-inklużjoni soċjali, tal-impjiegi, tax-xandir u tar-riċerka;

8.

Jenfasizza l-importanza vitali tal-ħolqien ta’ programmi speċifiċi biex jappoġġjaw it-traduzzjoni u l-importanza tat-twaqqif ta’ networks ta’ bażijiet tad-data ta’ terminoloġija multilingwa;

9.

Ifakkar li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għandhom jintużaw biex ikun promoss il-multilingwiżmu u għalhekk jisħaq fuq l-irwol u l-użu tal-istandard internazzjonali xieraq (ISO 10646) - li jippermetti li jkunu rrappreżentati l-alfabeti tal-lingwi kollha - fis-sistemi amministrattivi u l-mezzi tax-xandir Ewropej u tal-Istati Membri;

10.

Jipproponi l-introduzzjoni ta’ Jum Ewropew tat-Traduttur u l-Interpretu jew li jitqiesu dawn il-professjonijiet u tiżdied l-attenzjoni fuqhom waqt il-Jum Ewropew tal-Lingwi, iċċelebrat fis-26 ta’ Settembru ta’ kull sena;

11.

Isostni li huwa vitali li jiġi ssalvagwardjat il-multilingwiżmu fil-pajjiżi jew fir-reġjuni fejn jeżistu flimkien żewġ lingwi uffiċjali jew aktar;

12.

Jenfasizza l-bżonn li, fl-Istati Membri li jkollhom iktar minn lingwa uffiċjali waħda, tkun żgurata intelliġibbiltà reċiproka totali bejn dawk il-lingwi, speċjalment fir-rigward ta’ ċittadini anzjani u tas-sistema legali, is-saħħa, l-amministrazzjoni u l-impjiegi;

13.

Jinkuraġġixxi li dawk l-uffiċjali li jiġu f’kuntatt maċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra fix-xogħol tagħhom jitgħallmu lingwa oħra tal-Unjoni Ewropea;

14.

Jemmen li hu neċessarju u xieraq li jinħolqu opportunitajiet għat-tagħlim ta’ lingwi barranin fl-età adulta, permezz ta’ programmi ta’ tagħlim vokazzjonali u ta’ tagħlim għal tul il-ħajja kollha, bil-għan li jkun hemm żvilupp personali u professjonali;

15.

Jenfasizza l-bżonn vitali li tingħata attenzjoni u appoġġ speċjali fl-iskola lil studenti li ma jkunux jistgħu jiġu edukati bl-ilsien nattiv tagħhom, u jilqa’ bi pjaċir il-proposta tal-Kummissjoni li tippromwovi s-sistema ‘lingwa materna + 2’ fl-edukazzjoni;

16.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma waqqfitx programm pluriennali dwar id-diversità lingwistika u t-tagħlim tal-lingwi jew xi Aġenzija Ewropea dwar id-diversità lingwistika u t-tagħlim tal-lingwi, kif kienet mistiedna tagħmel fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq adottata b’maġġoranza kbira mill-Parlament fl-4 ta’ Settembru 2003;

17.

Jenfasizza, ukoll, l-importanza li wieħed ikun jaf sewwa l-lingwi uffiċjali tal-pajjiż ospitanti għall-integrazzjoni sħiħa tal-immigranti u tal-familji tagħhom u jenfasizza li l-gvernijiet nazzjonali għandhom jippromwovu b’mod effettiv korsijiet speċjali tal-lingwa, partikolarment għan-nisa u persuni anzjani; jistieden lill-Istati Membri biex jaġixxu b’mod responsabbli vis-à-vis l-immigranti, jipprovdu lill-immigranti bil-mezzi neċessarji biex jitgħallmu l-lingwa u l-kultura tal-pajjiż ospitanti, filwaqt li jippermettulhom u jħeġġuhom iżommu l-lingwa tagħhom proprja;

18.

Ifakkar li għal dawn ir-raġunijiet huwa vitali li wieħed jiżgura l-kwalità f’dan il-kuntest, inkluż it-taħriġ relevanti tal-għalliema;

19.

Jenfasizza l-bżonn li tingħata importanza suffiċjenti fil-livell ta’ qabel l-iskola lit-tagħlim tal-lingwi, u fuq kollox il-lingwa nazzjonali tal-pajjiż fejn it-tfal jattendu l-iskola;

20.

Hu tal-fehma li t-tfal, fl-interess tagħhom stess, għandhom ikunu kapaċi jitkellmu l-lingwa tal-pajjiż li jkunu jgħixu fih biex ikun żgurat li ma jkunux suġġetti għal diskriminazzjoni matul iż-żmien tal-edukazzjoni tagħhom jew matul it-taħriġ sussegwenti tagħhom u li jkunu kapaċi jieħdu sehem fl-attivitajiet kollha fuq bażi ugwali;

21.

Jissuġġerixxi lill-Istati Membri li jeżaminaw il-possibbiltà ta’ skambji ta’ għalliema f’livelli edukattivi differenti, bil-għan li jgħallmu suġġetti skolastiċi differenti b’lingwi differenti, u jemmen li din il-possibbiltà tista’ tiġi sfruttata, b’mod partikolari, fir-reġjuni ta’ mal-fruntieri u b’hekk jittejbu l-mobbiltà tal-ħaddiema u l-għarfien li ċ-ċittadini jkollhom tal-lingwi;

22.

Jemmen li huwa vitali li ssir il-promozzjoni tal-mobilità u l-iskambju ta’ għalliema u studenti tal-lingwi; ifakkar li l-moviment fluwidu tal-għalliema tal-lingwi fl-Unjoni Ewropa se jgħin biex ikun żgurat kuntatt effettiv għal għadd kbir kemm jista’ jkun minn dawk il-professjonisti mal-ambjent nattiv tal-lingwi li jgħallmu;

23.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-mobilità professjonali għall-għalliema u l-kooperazzjoni bejn l-iskejjel u pajjiżi differenti fit-twettiq ta' proġetti ta' tagħlim li jkunu teknoloġikament u kulturalment innovattivi;

24.

Jinkoraġġixxi u jappoġġja l-introduzzjoni tal-lingwi materni lokali u barranin tal-minoranzi fuq bażi mhux obbligatorja fil-programmi tal-iskejjel u/jew fil-kuntest tal-attivitajiet ekstrakurrikulari miftuħa għall-komunità;

25.

Jistieden lill-Kunsill biex jipproduċi rapport annwali tal-progress fuq il-multilingwiżmu fis-sistemi edukattivi formali u informali, fit-taħriġ vokazzjonali u fl-edukazzjoni tal-adulti fl-Istati Membri, li għandu jagħti attenzjoni partikulari lir-relazzjoni bejn il-prevalenza ta’ lingwi nazzjonali, reġjonali u tal-minoranzi u l-immigrazzjoni;

26.

Itenni li ilu żmien impenjat għall-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi, il-multilingwiżmu u d-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropa, inklużi l-lingwi reġjonali u tal-minoranzi, minħabba li dawn huma wirt u ġid kulturali li għandhom jiġu mħarsa u mħeġġa; jikkunsidra li l-multilingwiżmu huwa essenzjali għall-komunikazzjoni effettiva u jirrappreżenta mezz kif tkun iffaċilitata l-komprensjoni bejn l-individwi u b’hekk tkun iffaċilitata wkoll l-aċċettazzjoni tad-diversità tal-minoranzi;

27.

Jirrakkomanda li l-kurrikuli akkademiċi tal-Istati Membri jkunu jinkludu l-istudju mhux obbligatorju tat-tielet lingwa barranija, li jkun jibda fil-livell tal-iskola sekondarja;

28.

Jenfasizza l-importanza tal-istudju tal-lingwi tal-pajjiżi ġirien bħala mod biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni u jissaħħaħ il-fehim reċiproki fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li ssaħħha;

29.

Jirrakkomanda l-appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi ta’ pajjiżi u reġjuni ġirien, speċjalment fir-reġjuni ta’ mal-fruntieri;

30.

Itenni l-importanza li jkun promoss u appoġġjat l-iżvilupp ta’ mudelli u approċċi pedagoġiċi innovattivi għat-tagħlim tal-lingwi sabiex jitħeġġeġ il-ksib ta’ ħiliet lingwistiċi kif ukoll biex jitqajmu l-kuxjenza u l-motivazzjoni fost iċ-ċittadini;

31.

Jipproponi li f’kull livell tal-edukazzjoni, u jkun xi jkun l-ambjent ġeografiku, għandu jkun hemm għalliema tal-lingwi barranin ikkwalifikati;

32.

Jirrakkomanda li ssir konsultazzjoni tal-federazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet Ewropej tal-għalliema tal-lingwi moderni dwar il-programmi u l-metodoloġiji li għandhom ikunu applikati;

33.

Jinsisti fuq il-bżonn ta’ politiki biex ikun stimulat il-qari u titħeġġeġ il-kitba kreattiva bil-għan li jintlaħqu dawn il-għanijiet;

34.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-pjanijiet tal-Kummissjoni li tniedi kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni rigward il-benefiċċji tat-tagħlim tal-lingwi permezz tal-mezzi tax-xandir u t-teknoloġiji l-ġodda; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti każ tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet dwar it-tagħlim tal-lingwi għat-tfal migranti u t-tagħlim fl-Istat Membru ospitanti tal-lingwa u l-kultura tal-pajjiż ta' oriġini;

35.

Jirrakkomanda u jinkoraġġixxi l-użu tal-ICT bħala strument indispensabbi fit-tagħlim tal-lingwi;

36.

Jisħaq fuq il-prijorità politika tiegħu tal-ksib ta’ ħiliet lingwistiċi permezz tat-tagħlim ta’ lingwi oħra tal-UE, li waħda minnhom għandha tkun il-lingwa ta’ pajjiż ġar u l-oħra tkun “lingwa franka” internazzjonali: jikkunsidra li din il-ħaġa tkun tagħti liċ-ċittadini kompetenzi u kwalifiki biex jieħdu sehem fis-soċjetà demokratika f’dik li hi ċittadinanza attiva, impjegabbiltà u għarfien ta’ kulturi oħra;

37.

Jissuġġerixxi li livell adegwat ta’ multilingwiżmu għandu jkun żgurat fil-media u fil-kontenut tal-Internet, u b’mod l-aktar partikolari fil-politika tal-lingwa ta’ siti u portali Ewropej u ta’ oħrajn li huma marbuta mal-Unjoni Ewropea, fejn il-multilingwiżmu Ewropew għandu jiġi rrispettat għal kollox, għall-inqas sa fejn għandhom x’jaqsmu t-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

38.

Jinnota li l-użu tas-sottotitoli fi programmi televiżivi jħaffef it-tagħlim u l-prattika tal-lingwi tal-UE u l-fehim aħjar tal-isfond kulturali tal-produzzjonijiet awdjoviżivi;

39.

Jinkoraġġixxi lill-UE tibbenefika mill-vantaġġi potenzjali offruti mil-lingwi Ewropej fir-relazzjonijiet esterni tagħha, u jitlob li jkun hemm żvilupp akbar ta’ dan il-vantaġġ fid-djalogu kulturali, ekonomiku u soċjali mal-bqija tad-dinja bil-għan li jissaħħaħ l-irwol tal-UE u jingħatalu valur miżjud fix-xena internazzjonali u bil-għan li jibbenefikaw pajjiżi terzi, fl-ispirtu tal-politika tal-iżvilupp promossa mill-UE;

40.

Jipproponi li l-Kunsill jorganiżża, flimkien mas-soċjetà ċivili, l-ewwel Konferenza Ewropea dwar id-diversità lingwistika biex issir diskussjoni sħiħa dwar din il-kwistjoni, fil-qafas tar-rakkomandazzjoni tal-grupp internazzjonali ta’ esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-lingwi indiġeni, adottata fir-Rapport tal-Forum Permanenti dwar il-Kwistjonijiet Indiġeni fis-Seba’ Sessjoni tiegħu f’Mejju 2008 (E/2008/43);

41.

Jemmen li fil-kuntest tat-tagħlim tul il-ħajja kollha, għandu jkun ipprovdut appoġġ suffiċjenti biex iċ-ċittadini ta’ kull grupp ta’ etajiet ikunu jistgħu jiżviluppaw u jtejbu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom fuq bażi kontinwa billi jingħataw aċċess għal tagħlim xieraq tal-lingwi jew faċilitajiet oħra għal komunikazzjoni aktar faċli, inkluż it-tagħlim tal-lingwi f’età żgħira, bil-għan li jittejbu l-inklużjoni soċjali, il-prospetti ta’ impjieg u l-benesseri tagħhom;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu miżuri li jiffaċilitaw it-tagħlim tal-lingwi min-nies li jinsabu f'sitwazzjoni ta' żvantaġġ, nies li huma parti minn minoranzi nazzjonali u migranti, sabiex jgħinu lil dawn in-nies jitgħallmu l-lingwa jew lingwi tal-pajjiż u/jew reġjun ospitanti ħalli tintlaħaq l-integrazzjoni soċjali u tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali; jenfasizza li huwa neċessarju li l-migranti jkunu jistgħu jużaw l-ilsien prinċipali tagħhom biex jiżviluppaw il-ħiliet lingwistiċi tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għalhekk, biex jinkoraġġixxu l-użu tal-lingwa prinċipali tal-persuna kif ukoll li dak li jkun jitgħallem il-lingwa jew lingwi nazzjonali;

43.

Huwa favur appoġġ akbar biex il-lingwi Ewropej jiġu pprojettati internazzjonalment madwar id-dinja kollha, peress li dawn jikkostitwixxu vantaġġ għall-proġett Ewropew, fid-dawl tal-importanza ewlenija tar-rabtiet lingwistiċi, storiċi u kulturali ta’ bejn l-UE u l-pajjiżi terzi u fl-ispirtu tal-promozzjoni tal-valuri demokratiċi f’dawk il-pajjiżi;

44.

Jemmen li l-kumpaniji fl-UE, u speċjalment l-SMEs, għandhom ikunu pprovduti appoġġ xieraq għall-istruzzjoni u l-użu tal-lingwa, biex b’hekk ikun faċilitat l-aċċess tagħhom għas-swieq dinjin u speċjalment għas-swieq il-ġodda;

45.

Jenfasizza d-dritt tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni dwar prodotti mibjugħa fis-suq tal-post ta’ residenza tagħhom fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ dak il-post ta’ residenza;

46.

Jiġbed attenzjoni partikulari għall-perikli li jista’ jkun hemm fid-distakk ta’ komunikazzjoni li jeżisti bejn individwi bi sfond kulturali differenti u fid-diskrepanza soċjali li teżisti bejn nies multilingwi u dawk monolingwi; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li f’ħafna Stati Membri n-nuqqas ta' ħiliet fil-lingwi għadu ostaklu serju għall-integrazzjoni soċjali u fis-suq tax-xogħol ta’ ħaddiema li ma jkunux mill-pajjiż; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri sabiex jitnaqqas id-distakk li hemm bejn in-nies multilingwi, li għandhom aktar opportunitajiet fl-Unjoni Ewropea, u n-nies monolingwi li huma esklużi minn ħafna opportunitajiet;

47.

Jemmen li għandu jiġi pprovdut appoġġ għat-tagħlim ta’ lingwi ta’ pajjiżi terzi, inklużi dawk fi ħdan l-UE;

48.

Jitlob bi dritt li l-kopertura tal-indikaturi tal-kompetenza lingwistika għandha tkun estiża malajr kemm jista’ jkun għal-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, bla ħsara għall-fatt li dawn ikunu estiżi wkoll għal lingwi oħra mitkellma u studjati fl-Ewropa;

49.

Jikkunsidra li l-ġbir tad-data għandu jinkludi l-ittestjar tal-erba’ ħiliet lingwistiċi, jiġifieri, il-fehim tal-lingwa miktuba ul-fehim tal-lingwa mitkellma u l-espressjoni miktuba u orali;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-kooperazzjoni ta’ bejn l-Istati Membri billi jutilizzaw il-metodu l-miftuħ ta' koordinazzjoni, sabiex jiffaċilitaw l-iskambju tal-esperjenza u tal-prattiki t-tajba fil-qasam tal-multilingwiżmu, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-benefiċċji ekonomiċi, pereżempju f'impriżi multilingwi;

51.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi Addottati, P6_TA(2008)0124.

(2)  ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 207.

(3)  ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 271.

(4)  ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 374.

(5)  ĠU L 232, 14.9.2000, p. 1.

(6)  ĠU C 320, 16.12.2008, p. 10.

(7)  ĠU C 257, 9.10.2008, p. 30.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/65


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali u l-qagħda tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma futura tal-politika għall-koeżjoni

P6_TA(2009)0163

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali u l-qagħda tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma futura tal-politika għall-koeżjoni (2008/2174(INI))

2010/C 117 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ħames Rapport ta’ Progress tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali – Reġjuni li jikbru, Ewropa li tikber (COM(2008)0371) (il-Ħames Rapport ta' Progress),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2008 dwar il-Koeżjoni Territorjali – Nibdlu d-diversità territorjali f’vantaġġi (COM(2008)0616) (Green Paper),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2008 bit-titolu Reġjuni 2020 – evalwazzjoni tal-Isfidi Futuri għar-Reġjuni tal-UE (SEC(2008)2868) (Rapport tal-Kummissjoni dwar ir-Reġjuni 2020),

wara li kkunsidra l-Artikoli 158 u 159 u l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Raba’ Rapport tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2007 dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (COM(2007)0273),

wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali tal-UE - Lejn Ewropa ta' Reġjuni Differenti Aktar Kompetittiva u Sostenibbli (l-Aġenda Territorjali) u l-Karta ta’ Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli (il-Karta ta' Leipzig), u l-Ewwel Programm ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Frar 2008 dwar ir-Raba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (1) (riżoluzzjoni dwar ir-Raba' Rapport ta' Progress) tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-segwitu tal-Aġenda Territorjali u l-Karta ta’ Leipzig: Lejn Programm ta’ Azzjoni Ewropew għall-Iżvilupp tal-Ispazji u l-Koeżjoni Territorjali (2), u tal-21 ta’ Ottubru 2008 dwar Tmexxija u Sħubija (3),

wara li kkunsidra r-rapport min-Netwerk ta' Osservazzjoni Ewropew dwar l-Ippjanar Territorjali (ESPON) bit-titolu “Il-Ġejjieni tat-Territorji – Ix-xenarji territorjali għall-Ewropa” (ir-rapport ESPON) u dak tal-Parlament Ewropew “Id-Differenzi Reġjonali u l-Koeżjoni: liema Strateġiji għall-Ġejjieni?”,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-koeżjoni territorjali u l-ġejjieni tal-politika ta’ koeżjoni li saret f’Pariġi fit-30 u l-31 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2005 dwar l-irwol tal-koeżjoni territorjali fl-iżvilupp reġjonali (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0083/2009),

A.

billi t-Trattat ta’ Liżbona, li jinkorpora l-koeżjoni territorjali fost l-għanijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-koeżjoni ekonomika u soċjali, għadu ma ġiex ratifikat mill-Istati Membri kollha,

B.

billi l-kunċett ta’ koeżjoni territorjali kien impliċitu fil-politika tal-koeżjoni sa mill-bidu tagħha u fil-qalba tal-iżvilupp tagħha; billi t-Trattat ta' Liżbona u l-Green Paper għamlu dak il-kunċett aktar viżibbli u espliċitu,

C.

billi l-politika ta' koeżjoni tal-UE tibqa' pilastru importanti fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea u waħda mill-linji politiċi tal-UE li l-aktar li rnexxiet, bit-tħaffif tal-konverġenza bejn reġjuni li kull ma jmorru qegħdin isiru differenti u billi stimulat it-tkabbir u l-impjiegi; billi l-politika ta' koeżjoni tal-UE hija l-aktar espressjoni viżibbli, tanġibbli u kwantifikabbli tas-solidarjetà u l-ekwità Ewropea, u billi l-koeżjoni territorjali, bħala parti integrali mill-politika ta' koeżjoni tal-UE, hija msejsa fuq l-istess prinċipji,

D.

billi, minkejja l-progress sinifikanti li sar f'dik li hija konverġenza fl-Unjoni Ewropea, l-aktar rapporti reċenti dwar il-koeżjoni jisħqu fuq il-fatt li x-xejra tad-differenzi bejn it-territorji tar-reġjuni tal-UE sejra għall-agħar, pereżempju fit-termini tal-aċċessibilità, b'mod partikolari għar-reġuni tal-UE li huma żvantaġġati fl-istrutturi tagħhom, iżda wkoll fil-livell intrareġjonali u fl-istess territorji tal-UE, u dan jista' jwassal għal segregazzjoni tal-ispazji u jwessa' d-differenzi fil-livelli ta' prosperità tar-reġjuni tal-UE,

E.

billi l-politika ta’ koeżjoni tal-UE diġà rnexxielha toħloq sinerġiji importanti ma’ linji politiċi oħra tal-UE bil-għan li jiżdied l-impatt tagħhom fost in-nies u biex jibbenefikaw minnha ċ-ċittadini Ewropej u billi, pereżempju, is-sinerġiji bejn il-politika ta’ koeżjoni u r-riċerka u l-innovazzjoni jew l-Istrateġija ta’ Liżbona, kif ukoll is-sinerġji fil-livell transkonfinali, taw riżultati pożittivi tanġibbli li jridu jiġu kkonfermati u estiżi,

L-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE

1.

Japprova l-konklużjonijiet ewlenin tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, kif preżentati fil-Ħames Rapport ta’ Progress; huwa sodisfatt bl-interess kbir li l-partijiet interessati differenti fil-qasam tal-politika reġjonali, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali, diġà wrew f'dak id-dibattitu;

2.

Jilqa' l-fatt li dawn il-konklużjonijiet jikkorrispondu fil-biċċa l-kbira tagħhom għall-fehma murija fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Raba' Rapport ta' Progress; ifakkar li din ir-riżoluzzjoni rrappreżentat l-ewwel kontribut tal-Parlament għad-dibattitu pubbliku;

3.

Josserva li l-fehmiet murija fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Raba' Rapport ta' Progress jinkludu r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin: l-ewwel, li kull tentattiv ġdid ta' nazzjonalizzazzjoni għandu jkun miċħud u li għandu jkun hemm impenn għal politika tal-UE unika u flessibbli, li tadatta ruħha għall-iktar skala xierqa ta' intervent, u li tkun ukoll fil-pożizzjoni li tilqa' għall-isfidi reċiproċi bħall-globalizzazzjoni, il-bidla fil-klima, il-bidla demografika (fosthom l-età avvanzata, il-migrazzjoni u l-popolazzjoni li qiegħda tonqos), il-faqar u l-provvista tal-enerġija; it-tieni, fehma qawwija li l-politika ta' koeżjoni tal-UE għandha tkopri r-reġjuni kollha tal-UE, inklużi dawk b’karatteristiċi ġeografiċi speċjali, u għandha tkun ta' valur miżjud għal kulħadd; it-tielet, li jeħtieġ li jitfasslu prijoritajiet fl-infiq tal-linji politiċi u l-azzjonijiet strutturali tal-UE, kif ukoll l-approvazzjoni, b'xi riservi, ta' eżerċizzju ta' allokazzjoni; u r-raba', li hemm il-bżonn ta' sinerġiji u ta' strateġija integrata bejn il-linji politiċi settorjali differenti, sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati għat-tkabbir u l-iżvilupp fost in-nies;

4.

Hu tal-fehma li l-koeżjoni territorjali hija pilastru ċentrali għall-kisba tal-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni tal-UE, permezz tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali; jenfasizza li l-koeżjoni territorjali tgħin b'mod effikaċi biex jonqsu d-differenzi mhux biss bejn l-Istati Membru u r-reġjuni iżda wkoll fl-Istati Membri u fir-reġjuni; jikkunsidra, għalhekk, li r-riforma futura tal-politika reġjonali tal-UE għandha tinkorpora l-konklużjonijiet tad-dibattitu dwar il-Green Paper;

Evalwazzjoni tal-Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali

5.

Jilqa' l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Green Paper, bħala tweġiba għat-talba li l-Parlament kien ilu jisħaq fuqha; japprova għal kollox id-deċiżjoni li titkompla l-analiżi ta’ x'inhi l-“koeżjoni territorjali”, li ilha tkun il-punt ewlieni f'kull dibattitu dwar il-politika reġjonali, minkejja l-fatt li t-Trattat ta’ Liżbona għadu ma ġiex irratifikat;

6.

Iqis, madankollu, li l-Green Paper hija tant nieqsa mill-ambizzjoni li tonqos li tipproponi jew xi definizzjoni ċara ta' koeżjoni territorjali, jew ta' xi wieħed mill-għanijiet tagħha, u ma tmexxix “il quddiem b'mod sinifikanti l-għarfien ta” dan il-kunċett ġdid, sabiex ikun hemm kontribut effikaċi biex jittaffew id-differenzi bejn ir-reġjuni; jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-Green Paper ma tispjegax kif il-koeżjoni territorjali se tkun integrata fil-qafas eżistenti tal-politika ta’ koeżjoni jew b’liema għodod metodoloġiċi jew riżorsi se tinbidel minn qafas ta’ prinċipji għal mekkaniżmi operattivi li jkunu jistgħu jiġu applikati fost in-nies waqt il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;

7.

Jilqa’ l-analiżi inkluża fil-Green Paper li tiddefinixxi tliet kunċetti ewlenin li għandhom ikunu ċentrali għall-iżvilupp tal-koeżjoni territorjali: konċentrazzjoni, konnessjoni u koperazzjoni; jikkunsidra li dawn il-kunċetti jistgħu jipprovdu s-soluzzjoni għal xi ostakli bażiċi li jimpedixxu l-iżvilupp armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tal-Unjoni Ewropea, bħall-effetti negattivi assoċjati mal-konċentrazzjoni tal-attività ekonomika, b'mod partikolari f’ċerti bliet kapitali nazzjonali u reġjonali, l-inugwaljanzi f’termini ta’ aċċess għal swieq u servizzi li jirriżultaw mid-distanza jew il-konċentrazzjoni, min-nuqqas ta’ infrastruttura, u mid-diviżjonijiet li huma imposti mill-konfini bejn l-Istati Membri iżda wkoll bejn ir-reġjuni;

8.

Jikkunsidra li l-Green Paper ma tqisx l-impenji li ttieħdu fl-Aġenda Territorjali u fil-Karta ta’ Leipzig, li jagħtu lill-koeżjoni territorjali viżjoni strateġika u operattiva, b’mod partikolari rigward il-prinċipju tal-poliċentriżmu jew is-sħubija l-ġdida bejn iz-zoni tal-bliet u dawk rurali; iqis li dawn l-għanijiet jeħtieġ li jkunu ċentrali fid-dibattitu dwar il-koeżjoni territorjali;

9.

Jilqa’ t-tnedija tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-koeżjoni territorjali, kif mitluba fil-Green Paper; jikkunsidra li s-suċċess ta’ kull konsultazzjoni pubblika hija marbuta b'mod dirett mal-iktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli tal-partijiet interessati differenti u s-soċjetà ċivili; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kompetenti biex iqassmu mingħajr dewmien l-informazzjoni rilevanti, sabiex iżidu l-għarfien dwar l-importanza ta’ dan il-kunċett il-ġdid;

10.

Jikkunsidra li l-koordinazzjoni tal-linji politiċia settorjali kollha tal-UE li għandhom impatt territorjali qawwi hija importanti sew għall-iżvilupp tal-koeżjoni territorjali u għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali; jisgħobbih, għalhekk, li l-analiżi rilevanti fil-Green Paper hija limitata għall-elenkar ta’ dawn il-linji politiċi tal-UE mingħajr ma tissuġġerixxi modi kif jittejbu s-sinerġiji ta’ bejniethom jew anki metodi li bihom, effettivament, jitkejjel l-impatt territorjali ta’ dawn il-linji politiċi;

11.

Jaqbel mal-istrateġija li ma jkunux inklużi referenzi għal xi implikazzjonijiet baġitarji u finanzjarji li jista' jkun hemm għall-koeżjoni territorjali fil-Green Paper jew fid-dibattitu pubbliku; jikkunsidra li din l-analiżi tkun prematura sakemm il-kunċett innifsu ma jkunx definit u mifhum b’mod ċar mill-partijiet interessati kollha; barra minn hekk, jikkunsidra li kull diskussjoni dwar din il-kwistjoni ma tistax tinfired mill-proċess kollu tan-negozjati u tal-ippjanar għall-politika ta' koeżjoni futura tal-UE; jitlob li l-konklużjoni ta' dak id-dibattitu sservi ta' bażi għall-qafas finanzjarju li jmiss;

12.

Jikkunsidra li l-eżistenza ta’ politika reġjonali tal-UE li tkun b’saħħitha u ffinanzjata tajjeb hija kundizzjoni indispensabbli sabiex jingħelbu l-problemi ta' tkabbir wara xulxin u sabiex tinkiseb koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali f’Unjoni Ewropea akbar;

Analiżi tal-kunċett ta’ Koeżjoni Territorjali

13.

Japprova l-pożizzjoni tal-Green Paper li l-koeżjoni territorjali, imsejsa fuq il-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs, tiggarantixxi l-iżvilupp poliċentriku tal-Unjoni Ewropea kollha, kif ukoll l-iżvilupp ibbilanċjat u sostenibbli ta' territorji b'karatteristiċi u partikolaritajiet differenti filwaqt li tinżamm ukoll id-diversità tagħhom; japprova wkoll il-fehma li l-koeżjoni territorjali għandha tiżgura li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ u jiżviluppaw il-kwalitajiet u l-potenzjal tar-reġjuni tagħhom; jisħaq fuq il-fatt li l-koeżjoni territorjali hija kunċett orizzontali li jservi ta' sies għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea; hu ta' fehma soda li l-koeżjoni territorjali għandha, effettivament, tagħti kontribut biex jonqsu d-differenzi bejn ir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea, u fihom stess, u b'hekk jiġi evitat il-prospett ta' nuqqas ta' simmetrija; isostni li l-koeżjoni territorjali għandha dimensjoni kemm tal-art kif ukoll tal-baħar;

14.

Hu tal-fehma li l-koeżjoni territorjali hija kunċett distint, li jipprovdi valur miżjud tanġibbli għall-koeżjoni ekonomika u soċjali u soluzzjoni għall-isfidi tar-reġjuni tal-UE li kull ma jmorru qegħdin jikbru; jenfasizza li t-tliet partijiet li jikkomponu l-koeżjoni (ekonomika, soċjali u territorjali) għandhom ikunu komplementari u ta’ rinforz reċiproku, filwaqt li jżommu l-għanijiet distinti tagħhom f’kunċett wieħed integrat; jikkunsidra, għalhekk, li m'għandu jkun hemm l-ebda ġerarkija jew kompromess bejn dawk il-partijiet li jsawruha; jenfasizza li l-koeżjoni territorjali għandha tidħol fil-qafas eżistenti mingħajr ma ġġib magħha l-frammentazzjoni settorjali tal-politika ta' koeżjoni tal-UE;

15.

Jilqa’ l-konklużjonijiet tar-rapport tal-ESPON dwar xenarji tal-iżvilupp tal-ġejjieni għat-territorju Ewropew sal-2030, li jġibu data tanġibbli li tappoġġja d-dibattitu tal-politika dwar il-forma tal-linji politiċi tal-UE u dawk nazzjonali, sabiex jinħolqu l-istrumenti adattati biex jilqgħu l-isfidi ġodda li jkollhom impatt lokali jew reġjonali qawwi, bħall-bidla demografika, il-konċentrazzjoni urbana, il-movimenti migratorji u l-bidla fil-klima, kif ukoll biex jiġu żviluppati l-aħjar kundizzjonijiet għal kwalità tajba tal-ħajja għaċ-ċittadini tagħhom;

16.

Jenfasizza li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-koeżjoni territorjali huwa li tiżgura li l-progress u t-tkabbir ġenerati f’territorju wieħed speċifiku għandhom ikunu ta' benefiċċju għar-reġjun kollu u fit-territorju kollu tal-UE; iqis li, f'dan ir-rigward, iċ-ċentri tal-eċċellenza u l-gruppi tar-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jkunu mod wieħed biex jiġu ggarantiti s-suċċess ekonomiku, l-iskoperta xjentifika, l-innovazzjoni teknoloġika, l-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, u jitlob għat-tisħiħ tal-interazzjoni u tat-trasferiment tat-tagħrif bejn dawn iċ-ċentri, l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet tan-negozju u n-negozji individwali, fosthom iż-żgħar; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni tal-impatt li tanalizza l-effett tal-gruppi u taċ-ċentri ta’ eċċellenza fuq iz-zoni ta' madwarhom;

17.

Jenfasizza li l-kunċett tal-koeżjoni territorjali jiġbor fih ukoll il-koeżjoni fit-territorji stess u jipproponi li tingħata prijorità lill-linji politiċi li jippromwovu żvilupp ġenwinament poliċentriku tat-territorji, sabiex jitnaqqsu l-pressjonijiet fuq il-bliet kapitali u jkun inkoraġġit il-ħruġ ta’ poli sekondarji; jinnota li dan għandu jkun mod biex jingħelbu l-effetti negattivi tal-konċentrazzjoni fil-bliet, bħall-konġestjoni, it-tniġġis, l-esklużjoni soċjali u l-faqar) jew tal-urbanizzazzjoni bla kontroll li tiġi wara, u li jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini li jgħixu hemmhekk; jikkunsidra li l-appoġġ għaz-zoni rurali u l-irwol importanti li għandhom il-bliet iż-żgħar u ta’ daqs medju li jinsabu f’zoni rurali m’għandux jiġi injorat f’dan ir-rigward;

18.

Jisħaq fuq il-kontribuzzjoni vitali tas-suq intern għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jenfasizza l-importanza tas-servizzi pubbliċi f'dak li għandu x'jaqsam ma’ żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli kif ukoll il-ħtieġa għal aċċess ekwu soċjali u reġjonali għal servizzi ta’ interess ġenerali, b'mod partikolari s-servizzi tal-edukazzjoni u tas-saħħa; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-garanzija ta' “aċċess ekwu” ma tinvolvix biss id-distanza ġeografika imma wkoll id-disponibilità u l-aċċessibilità ta' dawn is-servizzi u hu tal-fehma li, fid-dawl tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE, ir-responsabilità għad-definizzjoni, l-organizzazzjoni, il-finanzjament u l-monitoraġġ tas-servizzi ta' interess ġenerali għandha taqa' fuq l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali; jikkunsidra, madankollu, li riflessjoni fuq l-aċċess ekwu taċ-ċittadini għas-servizzi għandha tkun inkluża fid-dibattitu dwar il-koeżjoni territorjali;

19.

Josserva li l-Green Paper tirrikonoxxi l-isfidi kbar tal-iżvilupp ta’ tliet tipi partikolari ta' reġjuni b’karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi: ir-reġjuni muntanjużi, ir-reġjuni insulari, u r-reġjuni b’popolazzjoni żgħira; mingħajr ma jiċċekken l-irwol sinifikanti tal-koeżjoni territorjali biex ikunu indirizzati l-problemi ta’ dawn ir-reġjuni, jesprimi l-fehma li l-koeżjoni territorjali m’għandhiex tkun politika mmirata b'mod esklużiv għal reġjuni bi żvantaġġi ġeografiċi; iqis, madankollu, li għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali dwar kif jistgħu jingħelbu l-iżvantaġġi tagħhom sabiex ikunu jistgħu jaqilbu l-potenzjal reġjonali f'vantaġġi u opportunitajiet reali biex jiġi stimulat l-iżvilupp, li hu vitali għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi;

20.

Josserva wkoll li reġjuni oħra jħabbtu wiċċhom ma' sfidi ta’ linji politiċi speċifiċi f’termini ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali, aċċessibilità u kompetittività; dawn l-isfidi jinkludu r-reġjuni l-aktar imbiegħda, stabbiliti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE, reġjuni konfinali, reġjuni periferiċi, reġjuni tax-xtajta, kif ukoll reġjuni li għaddejjin minn proċess ta' tnaqqis fil-popolazzjoni; iqis, b'mod partikolari, li l-karatteristika partikolari tad-distanza għandha tkun rikonoxxuta bħala karatteristika ġeografika partikolari li titlob kunsiderazzjonijiet għal linji politiċi speċjali għal dawn ir-reġjuni; josserva l-isfidi speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri li huma ġżejjer żgħar, Ċipru u Malta, fl-iżvilupp tagħhom;

21.

Hu tal-fehma li l-koeżjoni territorjali m’għandhiex tkun limitata biss għall-effetti tal-politika reġjonali tal-UE dwar it-territorju Ewropew, iżda għandha tikkonċentra wkoll fuq id-dimensjoni territorjali ta’ linji politiċi settorjali oħra tal-UE b’impatt territorjali qawwi; jisħaq, fil-kuntest tal-koeżjoni territorjali, fuq l-importanza tat-titjib ta’ sinerġiji bejn linji politiċi tal-UE differenti sabiex ikun koordinat u massimizzat l-impatt territorjali tagħhom fost in-nies; josserva, madankollu, li l-linji politiċi kollha tal-UE dejjem se jżommu l-awtonomija tagħhom, u li dan il-proċess ma jimplikax is-subordinazzjoni ta’ politika għal oħra;

Rakkomandazzjonijiet għall-futur tal-koeżjoni territorjali

22.

Jistenna li definizzjoni ċara u flessibbli biżżejjed ta' x'inhi l-koeżjoni territorjali għandha tirriżulta mill-konsultazzjoni pubblika, li se tkun miftiehma, maqsuma u mifhuma mill-partijiet interessati kollha fil-qasam u li se tagħti ċarezza u trasparenza lill-kunċett; jinnota, f'dan ir-rigward, il-proposta għal definizzjoni mressqa mill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill; iqis, madankollu, li l-koeżjoni territorjali għandha tkun suġġetta għall-prinċipju tas-sussidjarjetà fl-oqsma kollha; hu tal-fehma wkoll li, sabiex tiġi definita u tinftiehem aħjar il-koeżjoni territorjali, għandhom ikunu stabbiliti definizzjonijiet komuni ta' kunċetti bħal “territorju”, “zona rurali” u “zona muntanjuża”;

23.

Jikkunsidra li numru ta’ elementi għandhom ikunu fil-qalba tad-definizzjoni futura ta’ koeżjoni territorjali, inkluż il-kunċett li l-koeżjoni territorjali testendi lil hinn mill-koeżjoni ekonomika u soċjali u li n-natura orizzontali u l-istrateġija integrata tagħha jinkoraġġixxu azzjoni transkonfinali u fit-territorji kollha; hu tal-fehma li l-koeżjoni territorjali għandha l-għan li tnaqqas id-differenzi bejn l-Istati Membri u r-reġjuni u għandha tiggarantixxi l-iżvilupp armonjuż u sostenibbli taz-zoni ġeografiċi b'karatteristiċi u partikolaritajiet differenti billi jiġi evalwat kif il-politika ta' koeżjoni u linji politiċi settorjali oħra tal-UE jistgħu jitfasslu bl-aħjar mod skont is-sitwazzjoni tagħhom; jenfasizza li kull definizzjoni futura għandha wkoll tagħmilha ċara li l-koeżjoni territorjali għandha tiffoka l-aktar fuq governanza tajba, ukoll rigward is-sħubija bejn il-parteċipanti pubbliċi, privati u tas-soċjetà ċivili, sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom opportunitajiet ġusti f’termini ta’ kundizzjonijiet tal-għajxien u ta’ kwalità tal-ħajja;

24.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tipproċedi bil-pubblikazzjoni ta’ White Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali, wara t-tmiem ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjoni; jemmen li White Paper tkun strumentali biex tiddefinixxi b’mod ċar u tikkonsolida l-idea ta’ koeżjoni territorjali u l-valur miżjud tagħha għall-politika ta’ koeżjoni, u tipproponi dispożizzjonijiet konkreti u azzjonijiet ta’ politika li jgħinu biex jinstab tarf il-problemi li kulma jmorru qegħdin jikbru għar-reġjuni tal-UE, u li wara għandhom ikunu introdotti fil-pakkett leġiżlattiv dwar il-Fondi Strutturali wara l-2013, flimkien mal-qafas finanzjarju relatat miegħu; hu tal-fehma li dikjarazzjoni inizjali dwar l-implikazzjonijiet baġitarji u finanzjarji li jista' jkun hemm għall-koeżjoni territorjali għandhom jidħlu wkoll f'din il-White Paper;

25.

Jilqa' l-pubblikazzjoni tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar ir-Reġjuni 2020; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkorpora l-konklużjonijiet u l-analiżi ta' dan id-dokument ta' ħidma fil-White Paper tagħha dwar il-Koeżjoni Territorjali, b'mod partikolari b'rabta mad-deskrizzjoni ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

26.

Iqis li t-tliet kunċetti ta’ konċentrazzjoni, konnessjoni u koperazzjoni, li fuqhom issejset l-analiżi tal-Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali, għandhom ikomplu jkunu żviluppati u tradotti f’għażliet ta’ politika konkreti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tispjega kif dawn il-kunċetti għandhom ikunu integrati fil-qafas leġiżlattiv għal wara l-2013;

27.

Jitlob li jsir rinforz sinifikanti tal-Objettiv Ewropew tal-Koperazzjoni Territorjali għall-perjodu ta’ progammazzjoni li jmiss; huwa konvint mill-valur miżjud għall-Unjoni Ewropea ta’ dak l-objettiv, l-aktar minħabba l-involviment dirett ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-programmi rilevanti ta’ koperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali; iqis, madankollu, li dan m'għandux isir għad-detriment taż-żewġ għanijiet l-oħra; għal dan il-għan, jisħaq ukoll fuq l-importanza tal-iżvilupp integrat tal-baċiri tal-baħar kif ukoll tad-dimensjoni transkonfinali u l-programmi operattivi rilevanti tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li huma sinifikanti b'mod partikolari minħabba t-tkabbir tal-UE fil-ġejjieni;

28.

Huwa tal-opinjoni li l-koeżjoni territorjali għandha tiżviluppa bħala prinċipju orizzontali u għandha tkun il-bażi tal-linji politiċi u l-azzjonijiet kollha tal-UE; hu tal-fehma li l-evoluzzjoni tal-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli u ta’ protezzjoni ambjentali għandha sservi bħala eżempju dwar kif tkun integrata l-koeżjoni territorjali fl-iżvilupp futur tal-linji politiċi rilevanti kollha tal-UE, billi trid tidher fl-oqsma kollha tal-linji politiċi marbuta mal-koeżjoni; jikkunsidra, madankollu, li din id-dimensjoni orizzontali tal-koeżjoni territorjali m’għandhiex tillimitaha għal qafas ġeneralizzat u astratt ta’ valuri; jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tieħu l-inizjattivi kollha li tista' biex taqleb il-koeżjoni territorjali fi proposti leġiżlattivi u ta' politika;

29.

Ifakkar fl-importanza tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru, tal-opportunitajiet indaqs u tal-ħtiġijiet speċjali tal-persuni b’diżabilità u taċ-ċittadini anzjani f’kull fażi fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE;

30.

Jenfasizza l-bżonn li jkunu elaborati, fil-kuntest ta’ koeżjoni territorjali, indikaturi kwalitattivi addizzjonali bl-iskop li jiġu ppjanati u implimentati aħjar il-linji politiċi korrispondenti fost in-nies, filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet territorjali differenti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tfassal, mingħajr dewmien, l-istudji meħtieġa u tiżviluppa l-possibilità li jiġu definiti indikaturi affidabbli ġodda u l-mod li bih għandhom jiġu integrati fis-sistema għall-evalwazzjoni tad-differenzi reġjonali;

31.

Jinnota li l-PGD kien l-uniku kriterju biex tiġi determinata l-eliġibilità tar-reġjuni skont l-Objettiv 1 (Konverġenza), filwaqt li indikaturi oħra diġà ġew utilizzati għar-reġjuni eliġibbli skont l-Objettiv Reġjonali tal-Kompetittività u l-Impjiegi; jenfasizza t-tħassib tiegħu għall-fatt li ż-żieda ċerta fil-konverġenza bejn il-pajjiżi ta’ spiss taħbi ż-żieda fin-numru ta’ differenzi bejn, u fi ħdan, ir-reġjuni, u minħabba f’hekk jinsisti fuq il-ħtieġa għal kunsiderazzjoni approfondita tal-mertu tal-PGD bħala l-uniku kriterju ta’ eliġibilità għall-għajnuna finanzjarja mill-Fondi Strutturali;

32.

Iqis li l-problema tad-differenzi intrareġjonali fir-reġjuni tan-NUTS II tista' tiġi osservata aħjar fil-livell tan-NUTS III; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex teżamina sa liema punt il-problema tad-differenzi interni fiz-zoni tan-NUTS II tista’ tingħeleb fil-futur billi jiġu definiti wkoll iz-zoni megħjuna fil-livell tan-NUTS III; jisħaq, f'dan il-kuntest tal-koeżjoni territorjali, fuq l-importanza li l-Istati Membri jiddeterminaw liema unità territorjali tikkorrispondi għal-livell xieraq ta' intervent waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fondi Strutturali; jirrakkomanda, għal dan l-iskop, analiżi tal-ispazji tat-territorju kollu tal-UE fil-bidu ta' kull perjodu ta' programmazzjoni;

33.

Hu tal-fehma li sabiex ikun koordinat aħjar l-impatt territorjali ta’ linji politiċi settorjali tal-UE, jeħtieġ li jkun hemm ftehim u kejl aħjar ta’ dawk l-impatti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tkompli bl-evalwazzjoni tal-impatt territorjali ta' dawn il-linji politiċi, u biex testendi l-mekkaniżmi eżistenti tal-evalwazzjoni tal-impatt, bħall-Evalwazzjoni Strateġika tal-Ambjent, għall-aspetti territorjali; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta wkoll modi konkreti għall-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-linji politiċi territorjali u settorjali u biex tkompli bl-evalwazzjoni tal-kontribut tal-istrateġiji ta' Liżbona u ta' Goteborg dwar il-koeżjoni territorjali;

34.

Itenni t-talba, li ilu jagħmel, għall-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE komprensiva għal reġjuni b’karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi, li tippermettilhom jindirizzaw aħjar il-problemi u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom; hu tal-fehma li l-istrateġija tal-UE għandha tenfasizza d-dimensjoni territorjali tal-politika ta’ koeżjoni u tfittex kif tadatta l-linji politiċi tal-UE għall-ħtiġijiet u għall-vantaġġi speċifiċi ta’ dawn it-territorji; jenfasizza li l-implimentazzjoni ta’ strateġija bħal din hija kundizzjoni essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ dawn it-territorji; hu tal-fehma li l-elaborazzjoni ta' indikaturi ġodda biex ikunu deskritti aħjar is-sitwazzjoni u l-problemi fost in-nies hi importanti ħafna biex tirnexxi l-implimentazzjoni ta' strateġija tal-UE f'dan il-qasam;

35.

Jenfasizza, madankollu, li l-elaborazzjoni ta’ indikaturi addizzjonali u t-twettiq ta’ evalwazzjonijiet territorjali m’għandhomx iwasslu għal iktar burokrazija jew iktar dewmien fl-implimentazzjoni ta’ linji politiċi u azzjonijiet ġodda li jappoġġjaw il-koeżjoni territorjali; jenfasizza l-bżonn ta' riżultati diretti li jirriżultaw mill-inkorporazzjoni tal-koeżjoni territorjali fis-sett li jmiss ta’ programmi tal-Fondi Strutturali;

36.

Ifakkar fl-irwol importanti li għandhom l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u l-mikrointrapriżi, kif ukoll in-negozji tas-snajja', fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tagħhom biex itejbu l-kompetittività u l-impjiegi fir-reġjuni; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni twettaq analiżi speċifika tal-impatt u tal-effikaċja tal-Fondi Strutturali u tal-linji politiċi Ewropej immirati għall-SMEs fir-reġjuni, kif ukoll tad-diffikultajiet amministrattivi u finanzjarji li dawn l-SMEs iħabbtu wiċċhom magħhom;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni, barra minn hekk, biex isegwu politika attiva li tappoġġja l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-intrapriżi u tippermetti l-koperazzjoni reċiproka bejn in-negozji, is-settur pubbliku, l-iskejjel u l-universitajiet, u sabiex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod dirett fid-definizzjoni tal-linji politiċi territorjali;

38.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jilħqu l-għanijiet tal-intestatura 4 tal-Ewwel Programm ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħolqien ta’ għarfien dwar il-koeżjoni territorjali u l-ippjanar sostenibbli tal-ispazji, il-perspettivi tal-bini u l-analiżi tal-impatti u jirrikonoxxi l-irwol ċentrali tal-ESPON f’dan il-proċess;

39.

Jinnota li l-bidla fil-klima se jkollha riperkussjonijiet sinifikanti għall-koeżjoni territorjali; jitlob biex il-Kummissjoni tkompli bl-analiżi tal-effetti negattivi tal-bidla fil-klima fir-reġjuni differenti, minħabba li l-impatt hu mistenni li jvarja madwar l-Unjoni Ewropea; iqis li l-koeżjoni territorjali għandha tqis l-għanijiet tal-bidla fil-klima u tistimola l-mudelli tal-iżvilupp sostenibbli fit-territorji tal-UE; jirrikonoxxi, madankollu, li l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, fil-biċċa l-kbira tagħha, għandha tkun indirizzata wkoll f' linji politiċi oħra tal-UE;

40.

Josserva b’interess kbir li l-Ħames Rapport ta’ Progress jirreferi b'mod speċifiku, għall-ewwel darba, għal “reġjuni ta’ tranżizzjoni”, li jinsabu bejn ir-“reġjuni ta’ konverġenza” u r-“reġjuni ta’ kompetittività u impjiegi”; jirrikonoxxi l-ħtieġa li dawn ir-reġjuni, li issa huma mxerrda bejn reġjuni li jkunu fil-“fażi ta' dħul” jew “fil-fażi ta' ħruġ” bejn iż-żewġ Objettivi, ikunu trattati b'mod separat; jitlob lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-koeżjoni territorjali, biex tistabbilixxi sistema iktar komprensiva ta’ assistenza ta' tranżizzjoni gradwali lil reġjuni li dalwaqt jaqbżu l-limitu ta’ 75 % tal-PDG, sabiex ikunu provduti bi status iktar ċar u b'iktar sigurtà fl-iżvilupp tagħhom; iqis li għandha tiġi stabbilita wkoll sistema ta' tranżizzjoni għal dawk l-Istati Membri li joħorġu mill-Fond ta' Koeżjoni;

41.

Jikkunsidra li l-għażla ta’ strateġija integrata se jkollha ċans ikbar ta' suċċess jekk l-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll il-partijiet interessati, inklużi s-sħab ekonomiċi, soċjali u oħrajn, f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (5), li jistgħu jipprovdu perspettiva u fehim ġenerali tal-ħtiġijiet u tal-ispeċifiċitajiet ta’ territorju partikolari, ikunu involuti mill-bidu fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp ta’ kull territorju; jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal linji ta' gwida li jgħinu lill-Istati Membri, kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jimplimentaw l-istrateġija integrata bl-iktar mod effiċjenti u biex jistabilixxu sħubijiet effikaċi fl-iżvilupp ta' strateġiji futuri għat-territorji kkonċernati;

42.

Jirrikonoxxi li l-koeżjoni territorjali għandha twassal għal titjib fil-governanza tal-politika ta’ koeżjoni; jaqbel mal-fehma li għal problemi differenti huma meħtieġa qisien territorjali differenti u li għalhekk l-istabbiliment ta’ sħubiji reali bejn il-partijiet kollha involuti fl-iżvilupp reġjonali u lokali, fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali, hija prekondizzjoni fil-proċess tat-tfassil tal-koeżjoni territorjali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu l-isforzi kollha biex jiżviluppaw governanza territorjali bħal din li tkun ta’ diversi livelli; jikkunsidra li l-koeżjoni territorjali għandha tiffoka fuq l-identifikazzjoni tal-livell territorjali xieraq biex tkun indirizzata kull politika jew miżura b’mod li jkun kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadin;

43.

Jenfasizza li l-linji politiċi tal-UE, u b’mod aktar partikolari, il-politika ta’ koeżjoni tal-UE, biddlu l-governanza minn sistema li ta’ sikwit kienet ċentralizzata għal sistema li kulma tmur qiegħda ssir aktar integrata u b’diversi livelli; jistieden lill-partijiet interessati, lill-awtoritajiet pubbliċi u liċ-ċittadini biex jistabilixxu sistema formali ta' governanza territorjali, imsejsa fuq strateġija territorjali integrata, li taħdem minn isfel għal fuq u li tolqot bosta setturi, sabiex twieġeb b'mod koerenti u effettiv għal ħtieġa waħda taċ-ċittadini jew l-utenti tagħha, f'qasam li jikkorrispondi għal din il-ħtieġa; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-esperjenzi ta' inizjattivi tal-UE li rnexxew, bħall-Urban I u l-Urban II għal zoni urbani u l-Leader għal zoni rurali;

44.

Ifakkar li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika strutturali huwa parzjalment dovut għar-riġidità u l-kumplessità eċċessivi tal-proċeduri u li, konsegwentement, għandha tingħata konsiderazzjoni lis-simplifikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri u lid-diviżjoni ċara tar-responsabilitajiet u tal-kompetenzi fost l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali; iqis li l-governanza territorjali se tiddependi bil-kbir mit-twaqqif ta' regoli ċari bħal dawn; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq bla dewmien sett ta' proposti konkreti għal dan il-għan;

45.

Jirrakkomanda li, minħabba li l-koeżjoni territorjali kulma tmur qiegħda tikseb importanza kbira fil-kuntest mhux biss tal-linji politiċi reġjonali imma wkoll ta’ linji politiċi settorjali oħrajn tal-UE, l-istrutturi informali li ilhom jirregolaw il-koeżjoni territorjali u l-ippjanar tal-ispazji fil-Kunsill għandhom jiġu sostitwiti minn laqgħat ministerjali formali, li għandhom ilaqqgħu lill-Ministri responsabbli għall-politika reġjonali fl-Unjoni Ewropea; hu tal-fehma li żvilupp istituzzjonali bħal dan fil-Kunsill jiggarantixxi l-fluss aħjar tal-informazzjoni kif ukoll l-iżvilupp mgħaġġel tal-politika ta' koeżjoni territorjali;

46.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jibdew jirriflettu minn issa dwar kif jikkonsolidaw u jimplimentaw aħjar il-kunċett tal-koeżjoni territorjali fil-programmi u fil-linji politiċi nazzjonali tagħhom; iqis, f'dan il-kuntest, li l-prinċipji bażiċi tal-iżvilupp poliċentriku u s-sħubija urbana u rurali, kif ukoll l-implimentazzjoni sħiħa ta' Natura 2000 għandhom ikunu diġà integrati fl-ippjanar reġjonali tagħhom;

*

* *

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi addottati, P6_TA(2008)0068.

(2)  Testi addottati, P6_TA(2008)0069.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2008)0492.

(4)  ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 509.

(5)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/73


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Id-dimensjoni urbana tal-politika ta' koeżjoni

P6_TA(2009)0164

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar id-dimensjoni urbana tal-politika ta' koeżjoni fil-perjodu ġdid ta' programmar (2008/2130(INI))

2010/C 117 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 158 u 159 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Ewwel Programm ta' Azzjoni għall-Implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea (“l-Ewwel Programm ta' Azzjoni”), adottat fil-Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli għall-ippjanar u l-iżvilupp tal-ispazji f'Ponta Delgada (Azores) fit-23 u fl-24 ta' Novembru 2007,

wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali tal-UE - Lejn Ewropa ta' Reġjuni Diversi aktar Kompetittiva u Sostenibbli (“l-Aġenda Territorjali”) u l-Karta ta' Leipzig dwar il-Bliet Sostenibbli Ewropej (“il-Karta ta' Leipzig”), li kienu t-tnejn adottati fil-Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli għall-ippjanar tal-ispazji u l-iżvilupp urban li sar f'Leipzig fl-24 u fil-25 ta' Mejju 2007,

wara li kkunsidra l-“Bristol Accord” adottat fil-Kunsill Informali tal-Ministri dwar komunitajiet sostenibbli li seħħ fi Bristol fis-6 u fis-7 ta' Diċembru 2005,

wara li kkunsidra l-“Urban acquis” adottat fil-Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli għall-koeżjoni territorjali, li sar f'Rotterdam fid-29 ta' Novembru 2004,

wara li kkunsidra l-Karta Ġdida ta’ Ateni tal-2003, ipproklamata f’Liżbona fl-20 ta’ Novembru 2003 matul il-Kunsill Ewropew tal-Pjanifikaturi tal-Urbanistika, u l-viżjoni tagħha għall-futur tal-bliet Ewropej,

wara li kkunsidra l-“Lille Action Programme” adottat fil-Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli għall-affarijiet urbani, li sar f'Lille fit-3 ta' Novembru 2000,

wara li kkunsidra l-Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp tal-Ispazji (ESDP), adottata fil-Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli għall-ippjanar tal-ispazji li sar f'Potsdam fil-11 ta' Mejju 1999,

wara li kkunsidra l-Karta tal-Bliet Ewropej lejn is-Sostenibilità kif approvata fil-Konferenza Ewropea dwar is-Sostenibilità tal-Bliet f'Aalborg, id-Danimarka fis-27 ta' Mejju 1994,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2008 bit-titolu “Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali: Nibdlu d-diversità territorjali f’vantaġġi” (COM(2008)0616),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2008 bit-titolu “Il-ħames rapport ta' progress dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali: Reġjuni li jikbru, Ewropa li tikber” (COM(2008)0371),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Mejju 2008 bit-titolu, “Ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji u l-programmi tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013” (COM(2008)0301),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2007 bit-titolu “Ir-Raba’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali” (COM(2007)0273),

wara li kkunsidra l-Gwida mill-Kummissjoni dwar “Id-dimensjoni urbana fil-politiki tal-Komunità għall-perjodu 2007 - 2013” adottata fl-24 ta' Mejju 2007,

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni dwar “Id-dimensjoni territorjali u urbana fl-oqfsa ta' referenza strateġiċi nazzjonali u l-programmi operattivi (2007 - 2013): L-ewwel evalwazzjoni” minn Mejju 2007,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2006 bit-titolu, “Il-Politika tal-Koeżjoni u l-Ibliet: il-kontribut ta’ l-ibliet għat-tkabbir u għall-impjiegi fir-reġjuni” (COM(2006)0385),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar il-Linji Gwida Strateġiċi tal-Komunita' dwar il-Koeżjoni (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2005 bit-titolu “Politika ta’ Koeżjoni bħala Sostenn għat-Tkabbir u għall-Impjiegi: Il-Linji ta' Gwida Strateġiċi tal-Komunità, 2007-2013” (COM(2005)0299),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ġunju 2002 bit-titolu “L-ipprogrammar tal-Fondi Strutturali 2000-2006: evalwazzjoni inizjali tal-Inizjattiva Urbana” (COM(2002)0308),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 1997 bit-titolu “Lejn aġenda urbana fl-Unjoni Ewropea” (COM(1997)0197),

wara li kkunsidra r-riżultati tal-Programm tan-Network Osservatorju tal-Ippjanar tal-Ispazji Ewropew (ESPON) 2006 u l-Programm adottat ESPON 2013,

wara li kkunsidra r-riżultati tal-Proġetti Pilota Urbani (1989-1999), l-inizjattiva tal-Komunità URBAN I (1994-1999) u URBAN II (2000-2006),

wara li kkunsidra l-informazzjoni mill-bażi tad-data tal-Verifika Urbana li tipprovdi statistiċi bi 330 indikaturi fi 358 belt Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-Segwitu tal-Aġenda Territorjali u tal-Karta ta' Leipzig: Lejn Programm ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ippjanar tal-Ispazju u l-Koeżjoni Territorjali (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2007 dwar il-qasam tad-djar u l-politika reġjonali (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar id-dimensjoni urbana fil-kuntest tat-tkabbir (4),

wara li ikkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0031/2009),

A.

billi huwa rikonoxxut li waqt li l-kwistjonijiet urbani jaqgħu taħt ir-responsabilità ta' awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, iz-zoni urbani madankollu għandhom irwol prinċipali fl-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġiji ta' Liżbona u ta' Gothenburg u għaldaqstant jiġu kkunsidrati bħala ta' prijorità għolja fil-Politika ta' Koeżjoni, li l-istituzzjonijiet tal-UE huma responsabbli għaliha,

B.

billi l-objettivi tal-UE kif stipulati fil-Karta ta' Leipzig għandhom jiżguraw strateġija integrata għall-implimentazzjoni ta' politika ta' żvilupp urban sabiex jinħolqu spazji urbani ta' kwalità għolja, u jiġu modernizzati t-trasport, l-enerġija, is-servizzi pubbliċi u n-networks tal-informazzjoni kif ukoll biex jitħeġġu t-tagħlim tul il-ħajja, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni partikolarment fi bliet u zoni interni żvantaġġati,

C.

filwaqt li jqis li kemm il-ħolqien ta' “lista ta' kontroll” flessibbli, adattabbli u dinamika għall-implimentazzjoni tal-Karta ta' Leipzig, liema proċess hu kundizzjoni essenzjali biex taqdi l-esiġenzi varji ta' diversi bliet Ewropej, kif diġà kien mogħti bidu taħt il-Presidenza Franċiża, u kemm l-elaborazzjoni ulterjuri ta’ pjanijiet ta’ żvilupp urban integrat minn kull Stat Membru jistgħu jipprovdu bażi oħra utli biex titfa’ dawl fuq is-sitwazzjonijiet differenti u biex b'konsegwenza jsiru impenji lejn inizjattivi li għandhom objettivi preċiżi,

D.

billi hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn bliet u zoni urbani,

E.

billi, għalkemm 80 % tal-492 miljun abitant tal-UE jgħixu fil-bliet, minħabba li l-Unjoni Ewropea hija karatterizzata mill-iżvilupp poliċentriku tagħha, hemm madankollu xi differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri rigward id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni f'zoni urbani, suburbani u rurali kif ukoll problemi relatati mar-rappreżentazzjoni pjuttost skarsa tal-interessi tal-popolazzjoni urbana u l-bżonnijiet fil-programmi operattivi tal-Fondi Strutturali,

F.

billi z-zoni urbani huma responsabbli biex jiġġeneraw 70 sa 80 % tal-PGD tal-UE u l-bliet huma rikonoxxuti bħala ċentri ta' innovazzjoni u l-magni tal-iżvilupp reġjonali, nazzjonali u tal-UE,

G.

billi, madankollu, il-bliet huma wkoll responsabbli għal iktar minn 75 % tal-konsum dinji tal-enerġija u jipproduċu 80 % tal-gassijiet b'effett ta' serra bħala riżultat tal-produzzjoni tal-enerġija, it-traffiku, l-industrija u t-tisħin,

H.

billi t-tendenza lejn l-urbanizzazzjoni hija msaħħa bil-migrazzjoni interna lejn il-bliet kapitali u metropoli oħrajn; u billi ż-żieda fil-popolazzjoni li tirriżulta hija ta’ piż kbir għall-bliet li qed jikbru, li jridu jlaħħqu ma’ żieda kbira ta’ ħtiġijiet fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart, il-proviżjoni tal-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ta' xogħol u billi din it-tendenza lejn l-urbanizzazzjoni li dejjem qiegħda tissaħħaħ tippreżenta sfida enormi liz-zoni rurali, li jridu jiffaċċjaw it-tnaqqis fil-kapital uman u fin-numru ta' ħaddiema, konsumaturi u studenti,

I.

billi t-tkabbir reċenti tal-UE li qatt ma sar bħalu qabel wassal għal żieda eċċezzjonali ta' disparitajiet reġjonali kif ukoll iż-żieda ta' għadd kbir ta' bliet li jsofru minn degradazzjoni urbana,

J.

billi minkejja l-fatt li hemm diversi arranġamenti politiċi, istituzzjonali u kostituzzjonali fl-Istati Membri, iz-zoni urbani tal-UE qed jiffaċċjaw sfidi komuni u għandhom ukoll opportunitajiet komuni biex ikunu jistgħu jindirizzawhom, li jenfasizza l-ħtieġa għal data statistika dettaljata minn naħa waħda u għal kooperazzjoni reċiproka u l-iskambju ta' prattiki tajbin min-naħa l-oħra, sabiex il-bliet Ewropej ikunu jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni mid-dinja kollha,

K.

billi l-iżvilupp tal-ispazju tal-UE qed jiffaċċja l-isfidi tar-ristrutturar ekonomiku, tat-taqlib qawwi fis-suq tax-xogħol, it-trasport pubbliku mhux aċċessibbli u ffullat, it-territorji li jistgħu jintużaw limitati u aggravati bit-tkabbir urban, popolazzjoni li qed tiċkien fin-numru u li qed tikber fl-età, it-tnaqqis tal-popolazzjoni ta' zoni rurali u bliet żgħar minħabba li n-nies imorru fiċ-ċentri urbani kbar, l-esklużjoni soċjali, rati għoljin tal-kriminalità li qed jiżdiedu, ċerti distretti tal-bliet li jsiru getto, dħul domestiku baxx, il-kwalità tal-ħajja li qed tmur għall-agħar f'zoni żvantaġġati, nuqqas ta' parkijiet u zoni ta' rikreazzjoni, it-tniġġiż tal-ambjent, il-kontroll tal-ġestjoni tal-ilma, tal-iskart u tar-residwi u l-bżonn ta’ provvisti sikuri ta’ enerġija u użu effiċjenti tal-enerġija,

L.

billi il-governanza koordinata li tagħmel użu minn teknoloġiji elettroniċi ġodda u b'mod partikulari l-governanza elettronika (“e-governance”) mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha tista' tnaqqas sew il-problemi eżistenti u twassal biex l-espansjoni urbana tiġi indirizzata b'mod integrat li jaħdem b'kooperazzjoni maz-zoni suburbani li jinsabu fil-konfini ta' zoni rurali u li jieħu kont tagħhom, kif ukoll li jkun konformi mal-istrateġiji moderni tal-ippjanar urban, bħat-tkabbir intelliġenti, il-pjanifikazzjoni mill-ġdid tal-ispazji u l-urbaniżmu intelliġenti,

M.

billi l-attivitajiet tal-iżvilupp urban huma partikularment favorevoli fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs), speċjalment fis-settur tas-servizzi, u l-politika ta' koeżjoni saret dejjem aktar orjentata lejn il-promozzjoni tal-vantaġġ kompetittiv tal-bliet,

N.

billi l-SMEs, speċjalment l-intrapriżi żgħar u mikro, u l-attivitajiet artiġjanali u ta' negozju huma essenzjali biex tinżamm l-attività fiċ-ċentri urbani u jinżamm il-bilanċ fid-distretti tal-bliet, u billi l-politiki urbani dwar it-trasport, l-attività kummerċjali, tranżazzjonijiet dwar propjetà inkluż il-prezz tal-akkomodazzjoni, jew għall-kuntrarju l-assenza ta’ tfassil ibbilanċjat tal-politika f'dawn l-oqsma ta’ spiss wassal għal kemm l-għajbien tal-attivitajiet ekonomiċi kif ukoll l-iskarsezza dejjem tiżdied tax-xogħlijiet li joffru servizzi personalizzati,

O.

billi l-isħubija bejn iz-zoni urbani u dawk rurali għad trid tiġi msaħħa, minħabba li z-zoni urbani għandhom irwol importanti fl-iżvilupp armonjuż u integrat tal-periferiji tagħhom, sabiex tinkiseb il-koeżjoni territorjali u tal-iżvilupp reġjonali bilanċjat,

1.

Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp urban sostenibbli u l-kontribuzzjoni taz-zoni urbani għall-iżvilupp reġjonali u jistieden lill-Kummissjoni biex regolarment tevalwa, tkejjel, toħloq livelli ta' riferiment u tiddiskuti l-impatt tal-politiki tal-UE fuq il-qagħda ekonomika u soċjali, speċjalment fir-rigward ta' kwistjonijiet dwar l-edukazzjoni u l-kultura, u tal-qagħda tas-saħħa, it-trasport, l-ambjent u s-sigurtà fiz-zoni urbani;

2.

Jiddispjaċih li l-Istati Membri huma mħeġġin imma mhux obbligati biex jippromwovu l-iżvilupp urban sostenibbli bħala prijorità strateġika; b'konsegwenza, jesprimi tħassib li d-dimensjoni urbana mhix meqjusa b'mod adegwat minn xi Stati Membri fl-ambitu tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali janalizzaw u jevalwaw l-impatt tal-integrazzjoni (“mainstreaming”) tal-Inizjattiva URBAN u biex timmoniterja regolarment u teżamina l-effetti tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE fiz-zoni urbani;

3.

Jenfasizza l-esperjenza pożittiva tal-inizjattiva Komunitarja URBAN rigward l-isħubija, l-approċċ integrat u l-prinċipju li tibda mis-saffi t'isfel, li taw kontribut sinifikanti għall-effikaċja u l-adattament tal-proġetti appoġġjati; jitlob li dawn il-kisbiet fid-dimensjoni urbana tal-finanzjament strutturali jiġu meqjusa u li jiġu introdotti mekkaniżmi simili fil-finanzjament ewlieni disponibbli għall-iżvilupp urban sostenibbli, sabiex aktar bliet ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-kisbiet;

4.

Jesprimi l-opinjoni li ma jkunx xieraq u jkun saħanistra problematiku li tiġi adottata definizzjoni komuni għal “zoni urbani” u għat-terminu “urban” b’mod aktar ġenerali, minħabba li hu diffiċli tiġbor taħt l-istess kappa id-diversità ta' sitwazzjonijiet fl-Istati Membri kif ukoll fir-reġjuni u għalhekk huwa tal-opinjoni li kull definizzjoni obbligatorja u l-identifikazzjoni ta' zoni urbani għandhom jitħallew f'idejn l-Istati Membri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà fuq il-bażi ta' indikaturi komuni Ewropej;

5.

Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jappoġġjaw il-bliet kapitali tagħhom u l-metropoli l-oħra fil-ħidma tagħhom biex jiffaċċjaw l-isfidi l-ġodda li ġejjin mill-urbanizzazzjoni u miż-żieda fil-popolazzjoni li rriżultat minn dan il-proċess, speċjalment fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart, l-akkomodazzjoni, l-impjiegi u l-edukazzjoni; f'livell iktar ġenerali, jikkunsidra li t-taqlib demografiku jiġġenera sfidi kemm għal zoni urbani kif ukoll għal dawk rurali fir-rigward tas-suq tax-xogħol u barra minn hekk fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ mill-ġdid ta' nies li kellhom impjieg u li ġew milquta mill-qgħad, u wkoll f'rigward it-tnaqqis fil-popolazzjoni taz-zoni rurali;

6.

Jikkunsidra li f’dan il-kuntest, u filwaqt li jikkunsidra li huwa ċar li minħabba l-istess natura tagħhom, l-arranġamenti kostituzzjonali differenti tal-Istati Membri mhumiex kompatibbli ma’ approċċ armonizzanti, minkejja l-effikaċja tal-varji livelli ta’ governanza, ikun utli li l-Istati Membri jiddefinixxu, permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi, fuq bażi ta' kull każ individwali, id-dimensjoni urbana kif jifhmuha huma, biex tissaħħaħ l-armonizzazzjoni interna u tiżdied l-interazzjoni mal-Kummissjoni;

7.

Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom il-possibilità li jiddelegaw lill-bliet l-ġestjoni tal-Fondi Strutturali maħsuba għall-implimentazzjoni ta’ miżuri li jfittxu li jwettqu l-żvilupp sostenibbli urban; jikkunsidra li s-subdelega tippreżenta valur miżjud doppju: minn banda ikun ħafna iktar effiċjenti fir-rigward tat-tkabbir reġjonali u Ewropew li l-bliet jieħdu r-responsabilità mill-ippjanar sal-implimentazzjoni tal-azzjoni li tittieħed, filwaqt li jirrispondu għal sfidi strettament ta' natura lokali u mill-banda l-oħra, tkun għodda ewlenija għat-titjib tal-kapaċità amministrattiva tat-tmexxija lokali; jiddispjaċih, madankollu, mill-fatt illi l-possibilità ta' subdelega, possibilment permezz ta' għotjiet globali lill-awtoritajiet muniċipali fi ħdan il-programmi operattivi ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), s'issa ma ġietx utilizzata għal kollox u huwa konvint illi għandu jiġi maħsub u mħeġġeġ irwol ċar għaz-zoni urbani bħala strutturi intermedjarji fl-ambitu tal-approċċ ta' governanza f'bosta livelli fil-perjodu ta' programmar li jmiss, u huwa tal-fehma illi d-dimensjoni urbana u s-subdelega fil-politika reġjonali għandhom ikunu tassattivi; madankollu, is-subdelega m'għandhiex titħalla li twassal għall-frammentazzjoni tal-politika reġjonali, u għaldaqstant jeħtieġ li l-metodi użati għas-subdelega jkunu definiti bir-reqqa;

8.

Jenfasizza l-importanza ta' strateġija integrata għall-ippjanar tal-iżvilupp urban; jipproponi illi kull appoġġ pubbliku għall-iżvilupp urban għandu jkun imsejjes fuq pjanijiet għal żvilupp urban intregrat; jitlob biex l-approċċ integrat isir kundizzjoni li torbot, kemm jista' jkun malajr, imma mhux aktar tard mill-perjodu ta' programmar li jmiss, biex jingħataw u jiġu implimentati l-Fondi Strutturali u anke biex wieħed jirċievi self mill-Bank Ewropew tal-Investiment; jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida li jkunu jikkomprendu rakkomandazzjonijiet u eżempji ta' prattika tajba dwar il-pjanijiet għall-iżvilupp urban integrat u biex tinkoraġġixxi wkoll l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

9.

Jistieden lill-Istati Membri biex, fl-oqfsa ta’ referenza strateġiċi u programmi operattivi nazzjonali tagħhom, jagħtu prijorità lill-iffinanzjar ta’ proġetti li jimplimentaw il-pjanijiet ta’ ġestjoni urbana sostenibbli;

10.

Jirrakkomanda li pjanijiet għall-ġestjoni urbana sostenibbli għandhom jinkludu mill-inqas ftit mill-elementi li ġejjin: pjan dwar il-ġestjoni tal-iskart, mapep u pjanijiet ta’ azzjoni dwar l-istorbju, programmi lokali dwar it-tniġġiż atmosferiku u l-ambjent, previżjonijiet tat-tkabbir demografiku, talbiet għal zoni ġodda għall-iżvilupp, l-irkupru ta’ siti u bini abbandunati, ir-riġenerazzjoni ta’ zoni li qed imorru għall-agħar u ta’ zoni deindustrijalizzati, id-disponibiltà u l-aċċessibiltà tas-servizzi pubbliċi, l-istruttura urbana u l-proporzjon ta’ zoni ħodor, il-faċilitajiet għal persuni b'diżabilità, il-valorizzazzjoni tal-patrimonju kulturali, storiku u naturali, stimi ta' rekwiżiti tal-ilma u l-enerġija u l-użu effikaċi tal-ilma u l-enerġija, id-disponibiltà tat-trasport pubbliku, il-ġestjoni effikaċi tat-traffiku, l-integrazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli (migranti, minoritajiet, persuni bi ftit kwalifiki, persuni b'diżabilità, nisa, eċċ.), id-disponibilità ta’ bini deċenti bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu, u pjanijiet għall-ġlieda kontra d-delinkwenza;

11.

Jemmen illi t-tfassil ta' pjanijiet ta' żvilupp urban integrat jista' jkun effiċjenti biss jekk ikun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli għall-iżvilupp urban sostenibbli, u għalhekk jirrakkomanda illi r-riżorsi disponibbli jiġu kkonċentrati f'azzjonijiet speċifiċi; jipproponi livell minimu ta' spiża fuq fondi strutturali, li jrid jiġi stabbilit, għal kull abitant taz-zona urbana, għal kull perjodu ta' programmar, b'mod li meta dan l-ammont jiġi allokat ma jkunx ta' piż li mhux realistiku għaz-zona;

12.

Jidentifika bżonn urġenti biex isaħħaħ mill-ġdid il-kapaċità amministrattiva għall-governanza urbana kemm vertikali kif ukoll orizzontali u jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-ħtieġa urġenti li tiġi adottata strateġija integrata fl-implimentazzjoni tal-politika ta' żvilupp urban (li tittratta kwistjonijiet fundamentalment marbuta mal-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini, bħat-trasport, is-servizzi pubbliċi, il-kwalità tal-ħajja, l-impjiegi u l-attivitajiet ekonomiċi lokali, is-sigurtà, eċċ.) billi jiġu involuti f'dan l-isforz il-gvernijiet nazzjonali flimkien mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet interessati pubbliċi u privati relevanti oħra kollha, fuq il-bażi tal-prinċipju tal-partenarjat;

13.

Jirrikonoxxi d-diffikultà għall-awtoritajiet urbani biex jirrikonċiljaw l-oqsma tal-iffinanzjar tal-Fond Strutturali Ewropew (ESF) waqt li jfittxu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-iffinanzjar tal-ERDF waqt li jippjanaw investimenti fl-infrastruttura fiżika; jemmen illi l-prinċipju tal-“programm uniku, fond uniku” għandu jiġi revedut u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jagħmlu użu aħjar mis-sinerġiji tal-iffinanzjar tal-ERDF u l-ESF u jsaħħaħ mill-ġdid l-iffinanzjar integrat; fuq perjodu ta' żmien twil, jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja l-possibilità li tgħaqqad iż-żewġ fondi, jekk dan ikun jista' jiżgura s-simplifikazzjoni tal-proċeduri;

14.

Jappoġġa l-idea tal-prinċipju tal-fondi ta' rotazzjoni JESSICA u l-potenzjal tagħhom għat-tkabbir ekonomiku f'zoni urbani u jemmen ukoll li fil-perjodu ta' programmar li jmiss, il-politika reġjonali għandha bżonn tuża għall-vantaġġ tagħha, fuq skala ikbar, il-mekkaniżmi ta' inġinerija finanzjarja bħalma huma l-fondi ta' rotazzjoni, li joffru self favorevoli, minflok ma tistrieħ biss fuq l-għotjiet, kif inhu attwalment il-każ;

15.

Jinnota l-iżvilupp urban potenzjali tas-settur privat u jemmen li l-użu tas-Sħubijiet Pubbliċi Privati għandhom ikunu maħsuba u mħeġġa sistematikament għall-istabbiliment ta' skemi u proġetti ta' ffinanzjar innovattivi biex jiġu ffaċċjati l-problemi ekonomiċi u soċjali l-kbar taz-zoni urbani, speċjalment għall-bini tal-infrastruttura u tad-djar; jenfasizza li dan jirrikjedi regoli ta’ mġiba ċari u trasparenti, speċjalment fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi, li għandhom jieħdu, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, id-deċiżjonijiet strateġiċi dwar l-għażla ta' mezzi ta' provvediment ta' servizzi, tfassil ta' speċifikazzjonijiet, u wkoll ta' żamma ta' ċertu ammont ta' kontroll;

16.

Jenfasizza l-aspetti ta' implimentazzjoni u dawk amministrattivi tad-dimensjoni urbana u jitlob għal aktar sforzi biex jiġu simplifikati r-regoli ta' implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u t-tnaqqis ġenerali tal-burokrazija eċċessiva fir-rigward tal-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi u l-proġetti individwali;

17.

Jinnota li apparti mill-politika ta' koeżjoni, hemm politiki oħra tal-Komunità li jipprovdu wkoll appoġġ finanzjarju lil zoni urbani u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa u tipproponi koordinazzjoni aktar b'saħħitha tal-politiki kkonċernati li jirnexxielha tgħaqqad flimkien ir-riżorsi kollha tal-UE allokati għaz-zoni urbani biex tkun żgurata fil-prattika l-implimentazzjoni tal-istrateġija integrata, filwaqt li titqies dejjem il-politika tal-koeżjoni;

18.

Jemmen li l-istrutturi tal-governanza li hemm fis-seħħ fl-Istati Membri għadhom mhumiex adattati biex jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni orizzontali u jħeġġeġ b'qawwa lill-Kummissjoni biex tiffavorixxi l-prinċipju ta’ struttura ta’ ġestjoni transsettorjali;

19.

Jitlob biex ir-riżorsi finanzjarji, umani u organizzattivi jiġu użati b'mod iktar effiċjenti sabiex jinħolqu u jissaħħu n-networks stabbiliti mill-bliet fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli minħabba li dawn għandhom irwol importanti fil-kooperazzjoni territorjali; f’dan il-kuntest, jenfasizza l-bżonn li jkun hemm infrastruttura li tgħin biex jinżammu karatteristiċi partikolari (per eżempju, dawk storiċi), il-modernizzazzjoni (per eżempju, poli ta’ innovazzjoni), it-tkabbir ekonomiku (per eżempju SMEs) u l-attivitajiet tal-istaġun u jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-qagħda taz-zoni urbani fl-Inizjattiva, Reġjuni għall-Bidla Ekonomika;

20.

Jinnota li l-implimentazzjoni xierqa tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u ta' strateġija dwar l-iżvilupp sostenibbli tat-territorju jirrikjedu bilanċ bejn politiki li jikkonċernaw iz-zoni urbani, suburbani u rurali u b'konsegwenza jaffettwaw l-iżvilupp tal-koeżjoni reġjonali reali u jtenni l-fatt li l-politika dwar l-iżvilupp rurali għandha impatt sinifikanti fuq l-ispazju u li m'hemmx integrazzjoni suffiċjenti tal-politiki dwar l-iżvilupp urban u rurali; jenfasizza l-ħtieġa għal sinerġija reali bejn dawn il-politiki li ssib il-qofol tagħha f'potenzjal reali tal-iżvilupp u għall-promozzjoni ta' oqsma attraenti u kompettitivi; jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jużaw l-istrument ta' sħubija urbana-rurali biex jilħqu l-għan ta' żvilupp bilanċjat tal-ispazju;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni telabora u taġġorna regolarment il-Verifika Urbana u fl-istess ħin tipprovdi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni dwar “il-qasma urbana–rurali” għall-Istati Membri kollha sabiex ikun hemm stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni u sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet speċifiċi għal żvilupp urban u rurali bilanċjat;

22.

Jirrakkomanda lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jistabbilixxu Grupp Ewropew ta’ Livell Għoli għall-Iżvilupp Urban u biex japplikaw il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni għall-politika ta’ żvilupp ġeografiku urban fil-livell tal-Unjoni;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0069.

(3)  ĠU C 76 E, 27.3.2008, p 124.

(4)  ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 127.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/79


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
L-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Fondi Strutturali 2007 - 2013

P6_TA(2009)0165

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Fondi Strutturali 2007 - 2013: ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji ta' koeżjoni nazzjonali u l-programmi operattivi (2008/2183(INI))

2010/C 117 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE u b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 3(2) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Mejju 2008 dwar ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji u l-programmi tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 (COM(2008)0301),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (1) (ir-Regolament Ġenerali dwar l-ERDF, l-ESF u l-Fond ta' Koeżjoni),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni (2) (Linji gwida strateġiċi dwar il-koeżjoni),

wara li kkunsidra r-riżultati tan-negozjati tal-istrateġiji u l-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 - Skedi skont l-Istat Membru,

wara li kkunsidra r-Raba' Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (COM(2007)0273) (ir-Raba' Rapport dwar il-Koeżjoni),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja (COM(2008)0803),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-effiċjenza fl-enerġija u l-investimenti fl-enerġija rinovabbli fid-djar (COM(2008)0838),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew biex jestendi t-tipi ta' spejjeż eliġibbli għal kontribut mill-FSE (COM(2008)0813),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-governanza u s-sħubija fil-livelli nazzjonali u reġjonali, u bażi għal proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0108/2009),

A.

billi l-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq dwar ir-riżultati tan-negozjati mal-Istati Membri dwar l-Oqsfa ta' Referenza Strateġiċi Nazzjonali u l-Programmi Operazzjonali,

B.

billi, skont l-Artikolu 158 tat-Trattat, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali tagħha, il-Komunità għandu jkollha l-objettiv li tnaqqas id-diskrepanzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tad-diversi reġjuni u t-tardività tal-inqas reġjuni jew gżejjer vantaġġati, inklużi z-zoni rurali,

C.

billi l-aħħar żewġ stadji ta' tkabbir tal-Unjoni Ewropea wessgħu b'mod sostanzjali d-disparitajiet reġjonali fil-Komunità, li jeħtieġu li jiġu indirizzati kif xieraq sabiex ikun promoss żvilupp armonizzat, ibbilanċjat u sostenibbli,

D.

billi r-rapporti reċenti dwar il-koeżjoni jenfasizzaw tendenza lejn deterjorament tad-disparitajiet territorjali bejn ir-reġjuni Ewropej u, fil-livell subreġjonali, disparitajiet ikkaratterizzati minn fenomeni bħal segregazzjoni spazjali, li rriżultaw fit-tfiġġija ta' ċerti forom ta' gettoizzazzjoni, u d-deklin kontinwu ta' xi zoni mbiegħda u prinċipalment agrikoli,

E.

billi f'Ottubru 2006 l-Kunsill adotta l-linji gwida Strateġiċi msemmija hawn fuq dwar il-koeżjoni, bħala qafas indikattiv għall-Istati Membri għat-tħejjija tal-Oqfsa ta' Referenza Strateġiċi Nazzjonali u l-Programmi Operazzjonali għall-perjodu 2007-2013,

F.

billi t-tliet prijoritajiet stabbiliti fil-linji gwida Strateġiċi dwar il-koeżjoni jikkonsistu f'li jagħmlu mill-Ewropa u r-reġjuni tagħha postijiet aktar attraenti fejn wieħed jinvesti u jaħdem, jtejbu l-għarfien u l-innovazzjoni għat-tkabbir u jinħolqu aktar impjiegi li jkunu wkoll aħjar,

G.

billi l-bidla ta' dawn il-prijoritajiet fi programmi operazzjonali għandha tippermetti lir-reġjuni li jiffaċċaw l-isfidi tal-globalizzazzjoni, tal-bidla strutturali, demografika u fil-klima u li jsaħħu l-iżvilupp sostenibbli,

H.

billi hemm differenzi sinifikanti fil-mod kif l-Istati Membri implimentaw il-prijoritajiet imsemmija hawn fuq fil-programmi operazzjonali tagħhom, li jiddependu mil-liema objettivi ta' żvilupp reġjonali, ta' konverġenza jew ta' kompetittività reġjonali u ta' impjiegi jaqa' taħtu kull reġjun,

I.

billi l-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea qabel l-1 ta' Mejju 2004 kienu obbligati mir-Regolament Ġenerali dwar l-ERDF, l-ESF u l-Fond ta' Koeżjoni li jallokaw 60 % tan-nefqa totali għall-objettiv ta' “konverġenza” u 75 % għall-objettiv tal-kompetittività reġjonali u tal-impjiegi għall-prijoritajiet marbuta mal-Istrateġija ta' Liżbona, u billi l-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-1 Mejju 2004 jew wara ngħatalhom parir li jadottaw l-istess approċċ,

J.

billi s-sostenibilità, il-prevenzjoni ta' kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni, il-governanza tajba u l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija, flimkien ma' kapaċità istituzzjonali u amministrattiva soda, huma essenzjali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-politika ta' koeżjoni,

K.

billi l-politika ta' koeżjoni trid tkun soda u flessibbli biżżejjed biex ikun jista' jkollha rwol importanti fl-isforzi tal-Unjoni kontra l-effetti tal-kriżi ekonomika globali preżenti,

1.

Jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-Istati Membri kollha biex jinkorporaw it-tliet prijoritajiet stabbiliti fil-linji gwida Strateġiċi dwar il-koeżjoni, li jikkorrispondu għall-objettivi tal-aġenda ta' Liżbona, fil-programmi operazzjonali tagħhom;

2.

Jinnota l-bidu pjuttost bil-mod li ngħata għall-perjodu ta' programmar ġdid f'bosta Stati Membri, li jista' jipperikola l-użu effettiv tal-fondi; jesprimi, madankollu, il-kunfidenza tiegħu li l-impenji li ttieħdu tul in-negozjati u l-proċess ta' approvazzjoni tal-programmi operazzjonali jkunu rrispettati għall-benefiċċju tar-reġjuni u tal-Unjoni kollha kemm hi;

It-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali

3.

Jinnota d-determinazzjoni tal-Istati Membri li jindirizzaw il-bżonnijiet territorjali speċifiċi li jiġu mil-lokazzjoni ġeografika tagħhom u mill-iżvilupp ekonomiku u istituzzjonali, billi jfasslu strateġiji biex inaqqsu l-iżbilanċi intrareġjonali u interreġjonali; ifakkar, f'dan il-kuntest, il-miżuri proposti mill-Istati Membri biex jiffaċċaw l-isfidi partikulari ta' żvilupp tar-reġjuni b'karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi, bħar-reġjuni muntanjużi, il-gżejjer, l-ibgħad reġjuni, bliet tal-fruntieri mbiegħda, reġjuni li jsofru minn depopolazzjoni u reġjuni fil-fruntieri; itenni l-fatt li żvilupp ekonomiku u ambjentali fuq bażi soda, kif ukoll it-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali jibqgħu l-għanijiet prinċipali tal-politika reġjonali tal-UE;

4.

Jiddispjaċih li l-prinċipji tas-sostenibilità, l-ugwaljanza tal-opportunità u n-non-diskriminazzjoni, kif ukoll il-partenarjat, ma ġewx applikati u ddokumentati suffiċjentement f'bosta Oqfsa ta' Referenza Strateġika Nazzjonali u Programmi Operazzjonali; huwa kritiku tal-fatt li b'danakollu l-Kummissjoni xorta waħda approvat il-Programmi Operazzjonali b'defiċits bħal dawn u ma seħqitx għat-titjib mal-Istati Membri jew ir-reġjuni;

5.

Jenfasizza li l-esperjenza wriet li l-konverġenza bejn il-pajjiżi tista' taħbi distakk dejjem ikbar bejn u ġewwa r-reġjuni; jinnota, barra minn hekk, li dawn id-disparitajiet reġjonali u lokali jistgħu jiġu osservati f'għadd ta' oqsma, bħalma huma l-impjiegi, il-produttività, id-dħul, il-livelli ta' edukazzjoni u l-kapaċità ta' innovazzjoni; jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni territorjali tal-koeżjoni biex jingħelbu dawn il-problemi;

Politika ta' koeżjoni li twassal biex titwettaq l-aġenda ta' Liżbona

6.

Japprezza l-isforzi magħmula mill-awtoritajiet nazzjonali biex jiżguraw li l-allokazzjoni medja ta' nfiq għat-temma tal-aġenda ta' Liżbona tikkostitwixxi 65 % tal-fondi disponibbli għar-reġjuni tal-objettiv tal-konverġenza u 82 % tal-fondi allokati għar-reġjuni tal-objettiv tal-kompetittività reġjonali u tal-impjiegi, li fil-fatt huma persentaġġi ogħla minn dawk li kienu rikjesti fil-bidu;

7.

Huwa konvint li jinħtieġ ħafna iktar investiment f'dan il-qasam; iqis li, fid-dawl tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali, iridu jkunu allokati linji gwida tal-UE aktar b’saħħithom u iktar riżorsi finanzjarji biex isostnu dawn l-objettivi u b'mod speċifiku mill-inqas 5 % tal-finanzjament strutturali jeħtieġ li jintefaq għat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija tad-djar eżistenti; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni biex issegwi l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kompetittività tad-9 u l-10 ta’ Ottubru 2008 dwar l-effiċjenza tal-enerġija; jenfasizza l-irwol prinċipali u l-potenzjal ta' żvilupp li jirrappreżentaw l-enerġiji rinnovabbli għar-reġjuni tal-UE, kemm biex jinħolqu l-impjiegi kif ukoll biex jitrawwem żvilupp lokali sostenibbli;

8.

Iħeġġeġ lir-reġjuni fl-isforzi tagħhom biex jiksbu l-għanijiet ta' Liżbona permezz ta' implimentazzjoni bir-reqqa u effettiva tal-programmi operazzjonali tagħhom; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tagħhom sabiex tiżgura li l-objettivi jitwettqu fil-prattika u biex tinforma lill-Parlament dwar il-problemi li tiltaqa' magħhom;

9.

Iqis li r-riżorsi finanzjarji ddedikati għan-netwerks ta' enerġija trans-Ewropej mhumiex biżżejjed, ladarba dawn huma vitali għat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija;

10.

Jiġbed l-attenzjoni għall-irwol importanti li għandhom kumpaniji żgħar u mikrointrapriżi, b'mod partikolari intrapriżi tas-snajja, fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, permezz tal-kontribut importanti li jagħtu għat-tkabbir u l-impjiegi; jitlob, għalhekk, politika attiva biex tappoġġa l-forom kollha ta' innovazzjoni f'dawn l-intrapriżi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex toħloq opportunitajiet għal koperazzjoni reċiproka bejn in-negozji, is-settur pubbliku, l-iskejjel u l-universitajiet, sabiex jinħolqu raggruppamenti reġjonali ta' innovazzjoni fl-ispirtu tal-Istrateġija ta' Liżbona;

Reazzjoni għall-globalizzazzjoni u l-bidla strutturali

11.

Japprezza l-fatt li l-Istati Membri kollha allokaw ammont sinifikanti tal-allokazzjonijiet finanzjarji totali tagħhom għall-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-servizzi bbażata fuq l-għarfien u fil-promozzjoni tal-intraprenditorija u tas-servizzi ta' għajnuna għan-negozji, kif ukoll fl-assistenza għall-kumpaniji u l-ħaddiema fl-adattament għal kundizzjonijiet ġodda; jinnota li, għal bosta mir-reġjuni tal-objettiv ta' konverġenza tal-Unjoni, l-iżgurar tal-aċċessibilità għadu problema sinifikanti, minħabba li għandhom nuqqas ta' infrastruttura tat-trasport;

12.

Jemmen li l-politika industrijali għandha tkun appoġġata permezz tal-Fondi Strutturali sabiex tiżdied il-kompetittività tal-Istati Membri u tal-Unjoni; għalhekk jappoġġa l-prijorità fil-politika ta' koeżjoni biex ikun żblukkat il-potenzjal tan-negozji, b'mod partikolari dak tal-SMEs;

Bidla demografika u swieq tax-xogħol iktar inklużivi

13.

Jifraħ lill-Istati Membri għall-isforzi tagħhom biex jagħtu ordni ta' prijorità lill-investimenti bl-objettiv li jżidu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, biex jiżguraw opportunitajiet indaqs u b'hekk isostnu l-miżuri appoġġati mill-ESF u l-programm PROGRESS (2007-2013), li huma mfassla sabiex jgħinu biex tinqered id-diskriminazzjoni u jtejbu s-sitwazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; japprezza l-miżuri meħuda mill-Istati Membri bl-għan li jtejbu l-ħiliet u jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-programmi tagħhom iffinanzjati mill-ESF; jenfasizza li huwa importanti u neċessarju li jibqgħu jsiru sforzi t'appoġġ għall-impjiegi issa li qed niffaċċjaw kriżi ekonomika dejjem tikber, b'kunsiderazzjoni partikulari għall-ħtiġijiet speċjali tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni anzjani f'kull stadju tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politika ta' koeżjoni;

14.

Jappoġġja l-“prinċipju ta” sħubija' implimentat mill-Kummissjoni fil-politika ta' koeżjoni u jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi organizzazzjonijiet lokali u nazzjonali tan-nisa fin-negozjar u l-implimentazzjoni tiegħu;

Reazzjoni għall-isfidi tal-iżvilupp sostenibbli, il-bidla fl-klima u l-enerġija

15.

Iqis li miżuri mmirati lejn il-ħarsien tal-ambjent, il-ġlieda kontra l-bidla tal-klima u l-promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija għandhom ikunu inkorporati fil-programmi operazzjonali kollha u japprezza l-impenji li ttieħdu mill-Istati Membri sabiex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet, billi allokaw madwar terz tal-baġit totali tal-politika ta' koeżjoni għalihom; iqis, madankollu, li l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u l-promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija mhumiex biżżejjed biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet reali;

16.

Iqis li l-iżvilupp ta’ poli ta’ kompetittività taħt il-Fondi Strutturali huwa essenzjali minħabba li dawn joffru potenzjal konsiderevoli għall-ħolqien ta’ impjiegi mħallsin tajjeb u għall-ġenerazzjoni ta’ tkabbir, iżda wkoll għat-tnaqqis tal-pressjoni fuq konurbazzjonijiet kbar; f’dan ir-rigward jilqa’ b’sodisfazzjon it-tkomplija tal-programm URBAN, u jqis li jeħtieġ li tingħata ħajja mill-ġdid liz-zoni urbani u li jkunu rrijabilitati l-infrastrutturi urbani qodma;

17.

Jenfasizza li skont ir-Regolamenti dwar il-Fondi Strutturali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sess jiġu promossi matul id-diversi stadji tal-implimentazzjoni tal-fondi;

18.

Jistieden lill-Istati Membri biex jinfurmaw liċ-ċittadini, lill-awtoritajiet lokali u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u lill-organizzazzjonijiet tan-nisa dwar il-possibilitajiet ta' finanzjament, l-eliġibbiltà għall-kofinanzjament mill-Fondi Strutturali, ir-regoli tal-kofinanzjament, ir-regoli dwar ir-rimborż, u fejn jistgħu jsibu s-sejħiet għal proposti fil-qafas tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013;

19.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li ostakli amministrattivi eċċessivi ma jżommux organizzazzjonijiet mhux governattivi milli japplikaw għall-finanzjament ta' proġetti, b'mod partikolari dawk iddedikati għall-appoġġ lin-nisa li jinsabu f'ċirkostanzi ta' żvantaġġ ekonomiku, lin-nisa immigranti, lin-nisa li huma membri ta' xi minoranza etnika, lin-nisa b’diżabilità, lin-nisa li għandhom persuni dipendenti, u lin-nisa li huma vittmi ta' vjolenza jew tortura;

20.

Jinnota li hemm differenza sostanzjali bejn il-mod kif l-Istati Membri tal-UE-15 u tal-UE-12 allokaw ir-riżorsi fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u jirrikonoxxi l-bżonn li l-Istati Membri l-ġodda jallokaw ħafna iktar riżorsi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni rigward l-ambjent, il-klima u l-biodiversità kif stabbiliti fl-acquis tal-Komunità;

21.

Jenfasizza l-importanza li jkunu kkonsolidati l-kapaċitajiet għall-koperazzjoni u l-assorbiment effettiv tal-fondi disponibbli, bl-użu tal-mezzi kollha possibbli, inklużi l-iskambju tal-aħjar prattiki, il-kampanji ta’ informazzjoni, l-azzjonijiet komuni, l-iskambji ta’ teknoloġija ġdida u l-iżvilupp ta’ sħubijiet, minħabba li dan se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effiċjenti ta’ programmi ta’ koperazzjoni li diġà nbdew u b’mod partikolari għal żieda fil-kapaċità ta’ assorbiment tal-Istati Membri l-ġodda;

22.

Iqis li f'perjodu ta' kriżi ekonomika l-Istati Membri għandhom jisfruttaw l-idea ta' sinerġiji bejn il-ħarsien tal-ambjent u l-ħolqien tal-impjiegi stipulata fil-Linji Gwida Strateġiċi dwar il-Koeżjoni u jallokaw iktar riżorsi għall-proġetti li jippromwovu ekonomija u impjiegi ekoloġiċi u innovazzjoni “ħadra”;

It-tisħiħ tal-governanza fuq livelli multipli u s-sħubija

23.

Iqis li l-prinċipju tal-governanza u s-sħubija fuq livelli multipli huma elementi ewlenin tal-leġittimità tal-programmi operazzjonali, it-trasparenza tagħhom, u l-effettività tagħhom matul il-fażi ta' programmazzjoni u speċjalment matul il-proċess ta' implimentazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon, għalhekk, l-isforzi li saru mill-Istati Membri kollha, skont l-oqfsa u t-tradizzjonijiet istituzzjonali speċifiċi tagħhom, li jsaħħu l-prinċipju ta' sħubija fil-programmi tagħhom għall-perjodu attwali, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar l-ERDF, l-ESF u l-Fond ta' Koeżjoni; jirrakkomanda speċjalment lill-Istati Membri ġodda li għandhom esperjenza limitata fil-ħolqien ta' sħubiji effettivi biex konsistentement isaħħu l-prinċipji ta' sħubija u trasparenza matul l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali;

24.

Jistieden lill-Istati Membri biex jevitaw dewmien eċċessiv biex jirrimborsaw l-ispejjeż ta' proġetti lesti, filwaqt li jinnota li l-insolvenza kkawżata minn prattika bħal din ta’ spiss iżżomm lir-riċevituri - li fil-biċċa l-kbira huma l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ - milli jibdew attivitajiet oħra speċifiċi għall-qasam ta' azzjoni tagħhom;

25.

Jirrimarka li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika strutturali huwa parzjalment dovut għar-riġidità żejda tal-proċeduri u li dawn il-proċeduri għandhom għalhekk ikunu mħaffa, bl-introduzzjoni ta' diviżjoni ċara tar-responsabilitajiet u l-kompetenzi bejn l-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali;

26.

Jistieden lill-Istati Membri biex jikkoperaw mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u lokali sa mill-fażi ta' ppjanar tal-Oqfsa ta' Referenza Strateġiċi Nazzjonali sabiex jiggarantixxu l-aħjar implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u biex jissodisfaw b'mod sħiħ l-ideali ta' gvern fuq livelli multipli;

27.

Jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-koperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat fil-forma ta' sħubijiet pubbliċi-privati li jippermettu li jitwettqu bosta proġetti ewlenin sabiex jiżdied l-effett tal-investiment;

28.

Jinnota li hija meħtieġa evalwazzjoni tal-koordinazzjoni u l-komplementarjetà tal-programmi tal-Fond Strutturali mal-programmi ta' żvilupp rurali; jinnota li l-esperjenza fil-kamp tindika li s-sinerġiji bejn iż-żewġ programmi mhumiex qed ikunu sfruttati biżżejjed;

Il-bini ta' kapaċitajiet istituzzjonali

29.

Japprezza ż-żieda fl-għarfien dwar l-importanza li tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva għall-implimentazzjoni effettiva tal-politiki pubbliċi u għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE; jitlob li jsiru sforzi sostanzjali, fir-reġjuni tal-objettiv tal-konverġenza kollha, biex tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u biex jiżdied il-professjonaliżmu tal-awtoritajiet pubbliċi;

30.

Jenfasizza wkoll il-bżonn li l-politika ta' koeżjoni tkun iffukata fuq zoni rurali, minħabba li l-koeżjoni territorjali tista' tkun irrealizzata biss billi jiġi żviluppat bilanċ bejn iz-zoni urbani u dawk rurali;

L-istandardizzar tal-politiki ta' suċċess, it-tisħiħ tal-għarfien u t-tixrid ta' prattiki tajba

31.

Partikularment japprezza l-integrazzjoni mill-Istati Membri l-ġodda tar-riżultati tal-Inizjattivi tal-Komunità URBAN u EQUAL fil-programmi operazzjonali għall-perjodu bejn l-2007- 2013; japprova l-isforzi li saru mill-Istati Membri biex idaħħlu fis-seħħ pjanijiet integrati għall-iżvilupp urban sostenibbli, ladarba l-irħula u l-bliet huma l-postijiet fejn ikun hemm l-industriji, li huma responsabbli għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol; apparti dan, iqis li l-potenzjal sħiħ tal-programmi ta' Koperazzjoni Territorjali Ewropea, kif ukoll tal-istrumenti Jessica, Jaspers, Jeremie u Jasmine għandu jkun sfruttat sabiex jitħaffef l-iżvilupp u jinkisbu rati ogħla ta' tkabbir;

32.

Jistieden lill-Istati Membri biex iqisu l-impatt fuq in-nisa u d-dimensjoni tas-sessi fir-rigward tal-proġetti kollha tal-Fondi Strutturali;

Konklużjonijiet

33.

Iqis li l-ebda deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-valur ma jistgħu jsiru rigward il-mod kif l-Istati Membri ddeċidew li jimplimentaw il-qafas ipprovdut mil-linji gwida Strateġiċi dwar il-koeżjoni fit-tfassil tal-oqfsa ta' referenza strateġiċi u l-programmi operazzjonali nazzjonali tagħhom; japprezza li l-Istati Membri kollha wettqu sforzi konsiderevoli, f'kull stadju, biex jiksbu prijoritajiet marbuta mal-politika ta' koeżjoni, fil-kuntest tal-bżonnijiet u l-limitazzjonjiet speċifiċi tagħhom;

34.

Jikkunsidra li t-trasparenza fl-allokazzjoni tal-fondi u s-simplifikazzjoni amministrattiva, li tħaffef l-aċċess għall-informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali tal-Fondi Strutturali, huma kundizzjonijiet ewlenin biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-politika ta' koeżjoni;

35.

Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-proċeduri li stabbilew sabiex jiżguraw li approċċ integrat operazzjonali sħiħ ikun applikat għall-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni, biex b'hekk ikun żgurat li l-aspetti kollha ta' kull programm operattiv partikulari jkunu kkunsidrati b'mod adegwat;

36.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tiżgura li l-Istati Membri joperaw sistemi ta' kontroll effiċjenti sabiex ikunu jistgħu japplikaw ġestjoni finanzjarja soda għan-nefqa tal-Komunità;

37.

Jinnota li l-kriżi ekonomika globali attwali ħolqot sitwazzjoni ġdida fl-Istati Membri kollha li teħtieġ evalwazzjoni mill-ġdid u l-adattament possibbli ta' prijoritajiet ta' investiment; jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq biex jiġu emendati r-Regolamenti sabiex ikunu ssodisfati l-bżonnijiet tal-Unjoni f'dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u jtenni l-opinjoni tiegħu li l-politika ta' koeżjoni hija ċentrali għall-irkupru ekonomiku, fit-territorju kollu tal-Unjoni; għalhekk jirrifjuta kull tentattiv li l-politika tiġi nazzjonalizzata mill-ġdid;

*

* *

38.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2008)0492.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/85


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
L-iżvilupp ta’ mikrokreditu bħala appoġġ għat-tkabbir u għall-impjiegi

P6_TA(2009)0166

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikrokreditu bħala appoġġ għat-tkabbir u għall-impjiegi (2008/2122(INI))

2010/C 117 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikrokreditu b’appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi (COM(2007)0708),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005 - 2010) - White Paper (1), b’mod partikulari l-paragrafu 35 tagħha,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-mikrointrapriżi u tal-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2005 dwar Azzjonijiet Komuni għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Il-Programm Komunitarju ta’ Liżbona (COM(2005)0330),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2005 dwar Politika ta’ Koeżjoni bħala Sostenn għat-Tkabbir u għall-Impjiegi: Il-Linji ta’ Gwida Strateġiċi tal-Komunità, 2007-2013 (COM(2005)0299),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar it-twassil mill-Istati Membri u r-Reġjuni tal-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi permezz tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, 2007-2013 (COM(2007)0798),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2007 intitolata Proposta għal Programm tal-Komunità ta’ Liżbona 2008-2010 (COM(2007)0804),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013) (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2008 bit-titolu “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” - “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (COM(2008)0394),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-aċċess għall-attività u l-eżerċitar tagħha minn istituzzjonijiet ta’ kreditu (verżjoni mfassla mill-ġdid) (4) u l-proposta tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2008 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (COM(2008)0602),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis  (6),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1535/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet de minimis fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli (7),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (8),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (9),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar il-mikrokrediti (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 192(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0041/2009),

A.

billi l-Kummissjoni attwalment tiddefinixxi l-mikrokreditu bħala self ta’ EUR 25 000 jew anqas u li r-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE tgħid li mikrointrapriża hija intrapriża b’anqas minn 10 impjegati u li għandha fatturat annwali jew total fil-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx iż-2 000 000 EUR; billi jidher li dawn id-definizzjonijiet mhumiex relevanti għas-swieq kollha nazzjonali u ma jippermettux distinzjoni ċara bejn il-mikrokrediti u l-mikroself lill-mikrointrapriżi, il-mikrokreditu għal dawk il-mikrointrapriżi li jissellfu u m’għandhomx garanziji x’joffru u dawk li għandhom,

B.

billi l-aċċess diffiċli għal forom xierqa ta’ finanzjament jissemma ta’ spiss bħala xkiel importanti ħafna għall-intraprenditorjat, u hemm talba potenzjali sinifikanti għall-mikrokreditu fl-Unjoni Ewropea li attwalment mhux qed tiġi ssodisfata,

C.

billi l-Kummissjoni ma mexxietx ’il quddiem it-talbiet li l-Parlament kien għamel fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2007 biex jitfassal pjan ta’ azzjoni għall-mikrofinanzjamenti, biex jiġu kkoordinati l-miżuri ta’ politika differenti u biex isir l-aħjar użu tal-aħjar prattiki fl-Unjoni Ewropea u f’ pajjiżi terzi,

D.

billi fl-2008, għat-tieni sena suċċessiva, il-Parlament approva approprjazzjonijiet biex ikun iffinanzjat proġett pilota bit-titolu “Għal promozzjoni ta’ ambjent aktar favorevoli għall-mikrokreditu fl-UE”, u billi, minkejja li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2007 tonqos milli ssemmi dawk l-approprjazzjonijiet, huma xorta jista’ jitwarrbu b’mod siewi għall-formazzjoni ta’ kapital proprju li jista’ jservi ta’ kapital biex jitwaqqaf negozju,

E.

billi hemm diversi karatteristiċi li jiddistingwu l-mikrokreditu mill-kreditu ordinarju, li jinkludi l-kreditu għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju; billi n-negozji li qed jipprovaw jiksbu kreditu ordinarju normalment jinqdew bit-tipi differenti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, u billi wieħed għandu jżomm f’moħħu l-importanza tal-għan aħħari li ċ-ċittadini kollha jiġu nklużi fis-sistema finanzjarja formali,

F.

billi l-mikrokreditu jinvolvi aktar spejjeż operattivi, minħabba d-daqs żgħir tas-self, in-nuqqas ta’ (biżżejjed) garanzija, u spejjeż amministrattivi għoljin,

G.

billi l-attività tal-mikrokreditu għandha elementi innovattivi u suġġettivi, bħal rekwiżiti ta’ garanziji alternattivi jew mingħajr il-bżonn ta’ garanzija u evalwazzjoni mhux tradizzjonali tal-affidabilità għal kreditu, u ta’ spiss ma jingħatax biss għall-finijiet ta’ qligħ, imma jservi wkoll għal skop ta’ koeżjoni, billi jipprova (jerġa’) jintegra lill-persuni żvantaġġati fis-soċjetà,

H.

billi l-mikrokrediti huma, min-natura tagħhom, żgħar imma l-possibilità li jiġu “riċiklati” (billi jerġa’ jingħata self ta’ dan it-tip wara li jkun tħallas lura) minħabba li l-iskadenza tagħhom tkun ġeneralment qasira timmoltiplika l-impatt tagħhom; billi wieħed għandu jieħu kont tal-objettiv tal-integrazzjoni mill-ġdid ta’ dawk li jirċevuhom fis-sistema bankarja tradizzjonali,

I.

billi hemm diversi fornituri li jistgħu joffru mikrokreditu jew li jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament, bħall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji informali (self awtorizzat li jsir minn persuna għal persuna), l-organizzazzjonijiet fejn huma sidien il-membri (pereżempju l-unjins tal-kreditu), l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, is-soċjetajiet mutwalistiċi u s-soċjetajiet li għandhom istituzzjonijiet ta’ għajnuna (provident society), l-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżvulupp tal-komunità, il-banek tal-garanziji u fondi ta’ garanzija u l-banek ta’ tifdil, il-koperattivi u l-banek kummerċjali, u billi jista’ jkun li l-koperazzjoni bejn il-fornituri varji tkun ta’ benefiċċju,

J.

billi hemm il-ħtieġa li tkun rikonoxxuta l-istruttura unika tal-fornituri tas-servizzi finanzjarji li jeżistu fl-Unjoni Ewropea kollha bħal m’huma l-unjins tal-kreditu li huma istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji li jimmobilizzaw id-depożiti tal-membri għal mikroself u dawn l-istrutturi uniċi m’għandhomx jeskluduhom a priori mill-programmi relevanti ta’ finanzjament ta’ mikrokreditu,

K.

billi l-kriżi finanzjarja attwali u r-riperkussjonijiet possibbli tagħha fl-ekonomija globali jixhdu l-iżvantaġġi ta’ prodotti finanzjarji kumplessi u l-ħtieġa li jkunu kkunsidrati modi kif tissaħħaħ l-effiċjenza kif ukoll li l-mezzi kollha possibbli ta’ forniment ta’ finanzjament ikunu f’posthom meta n-negozji jkunu naqqsu l-aċċess għall-kapital minħabba kriżi ta’ likwidità b’mod partikulari f’żoni ekonomikament u soċjalment żvantaġġati, u, fl-istess ħin, jenfasizzaw l-importanza ta’ istituzzjonijiet li jiffukaw l-attività tagħhom fuq l-iżvilupp lokali,

L.

billi l-intraprenditorjat għandu jitrawwem,

M.

billi għandhom isiru l-akbar sforzi possibbli biex il-piż regolatorju fuq il-mikrointrapriżi jitnaqqas għall-anqas livell possibbli u l-Kummissjoni tintalab taġixxi f’dan is-sens,

N.

billi l-limiti massimi għar-rati tal-interessi jistgħu jgerrxu lil min isellef milli jipprovdi mikrokreditu jekk ir-restrizzjonijiet ta’ dan it-tip iwaqqfu milli jkopri l-ispejjeż tas-self,

O.

billi l-appoġġ għall-mikrokreditu għandu jkollu rwol prominenti fl-Istrateġija ta’ Liżbona riveduta,

P.

billi f’għadd mhux ħażin ta’ każijiet dawk li jkunu jridu aċċess għall-fondi skont il-pjan ta’ koeżjoni tal-UE sabiex jistabbilixxu negozju tal-familja żgħir, jista’ jkun li jiffaċċjaw diffikultajiet meta jiġu biex jipprovdu l-kofinanzjament mitlub,

Q.

billi inizjattiva tal-UE dwar il-mikrokreditu għandha tiffoka fuq il-persuni żvantaġġati, li jridu jistabbilixxu mikrointrapriża, bħal min hu qiegħed (għal perjodu twil ta’ żmien), min jiddependi mill-għajnuna soċjali, l-immigranti, il-minoranzi etniċi bħar-Roma, min hu attiv fl-ekonomija informali jew min jgħix fl-inħawi rurali żvantaġġati kif ukoll in-nisa,

R.

billi, għalkemm l-involviment tas-settur privat għandu jkun assigurat sa kemm ikun possibbli, hemm bżonn ta’ intervent pubbliku fl-attività tal-mikrokreditu,

S.

billi jeżistu diversi inizjattivi tal-UE li jinvolvu elementi ta’ appoġġ għall-mikrokreditu, u approċċ eħfef u aktar iffukat, billi jagħqdu tali elementi sabiex jiffurmaw sistema waħda, ikun ta’ benefiċċju,

T.

billi l-aċċess għal appoġġ kummerċjali (bħat-taħriġ, coaching u l-bini tal-kapaċità) għall-fundaturi tal-mikrointrapriżi hu essenzjali, u t-taħriġ għal min jissellef b’mikrokreditu għandu jkun obbligatorju, u billi l-edukazzjoni finanzjarja tal-konsumatur u t-tislif responsabbli għandhom ikunu parti importanti mill-politiki tal-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji kollha,

U.

billi l-benefiċjarji potenzjali tal-mikrokrediti għandhom igawdu mill-vantaġġ ta’ konsulenza legali kif xieraq fir-rigward ta’, inter alia, il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu, it-twaqqif ta’ negozju, il-ġbir tad-dejn, l-akkwist u l-isfruttament tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u industrijali, b’mod partikulari meta l-mikrointrapriża kkonċernata ikollha l-intenzjoni jew il-potenzjal li tagħmel negozju fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea,

V.

billi jekk ikun hemm aċċess għat-tagħrif dwar il-kreditu ta’ dawk li potenzjalment se jissellfu, jiġi ffaċilitat il-forniment tal-mikrokreditu,

W.

billi għandhom jiġu promossi r-riċerka u l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-mikrokreditu, eż. fir-rigward ta’ tekniki innovattivi għall-għoti, is-salvagwardja u l-mitigazzjoni tar-riskju ta’ mikrokrediti, u sa liema punt tali approċċi jaħdmu f’kuntest tal-UE u ma liema gruppi speċifiċi jaħdmu,

X.

billi għandu jiġi investigat l-irwol tal-intermedjarji sabiex jitwaqqfu l-abbużi, kif ukoll sabiex jitqiesu modi alternattivi ta’ kif tkun stabbilita l-kredibilità ma’ dawk li jissellfu (pereżempju, permezz ta’ gruppi ta’ appoġġ bejn il-pari),

Y.

billi għandu jiġi stabbilit qafas tal-UE għall-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji mhux bankarji, u l-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-mekkaniżmu għall-appoġġ tal-mikrokreditu li jibqa’ newtrali fost dawn il-fornituri tal-mikrokreditu,

Z.

billi dawk li m’għandhom l-ebda indirizz permanenti jew dokumenti ta’ identifikazzjoni personali m’għandhomx jiġu esklużi milli jiksbu mikrokreditu bil-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu,

AA.

billi r-regoli tal-KE dwar il-kompetizzjoni għandhom jiġu adattati biex jitnaqqas ix-xkiel biex jingħata mikrokreditu,

AB.

billi r-regoli tal-KE dwar l-akkwist pubbliku għandhom jgħinu lil min jissellef b’mikrokreditu,

1.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, fuq il-bażi tal-Artikolu 44, l-Artikolu 47(2) jew l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar il-kwistjonijiet trattati fir-rakkomandazzjonijiet dettaljati t’hawn taħt;

2.

Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

3.

Jikkunsidra li, fejn ikun xieraq, l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta jew proposti mitluba għandhom ikunu koperti minn allokazzjonijiet baġitarji tal-UE;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati mehmużin magħha lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 392.

(2)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(3)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

(4)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(6)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.

(7)  ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35.

(8)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(9)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(10)  Testi adottati, P6_TA(2008)0199.


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
ANNESS

ANNESS GĦALL-MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI: RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

1.     Rakkomandazzjoni 1: dwar it-tqanqil tal-kuxjenza rigward il-mikrokreditu

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola dan li ġej:

(a)

Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-introduzzjoni tal-kunċett ta’ mikrokreditu fl-istatistika u l-leġiżlazzjoni relevanti dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji. L-istatistika dwar il-mikrokreditu għandha tieħu kont taċ-ċifri tal-Prodott Gross Domestiku per capita fl-Istati Membri u tiddistingwi bejn intrapriżi ta’ xi ħadd li jaħdem għal rasu jew mal-familja tiegħu u dawk b’impjegati minn barra l-familja sabiex ikun possibbli li jkun hemm diskriminazzjoni pożittiva favur dawk tal-ewwel.

(b)

Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri biex jistandardizzaw il-preżentazzjoni statistika tal-mikrokrediti, inklużi l-ġbir u l-analiżi tad-data klassifikati skont is-sess, l-età u l-oriġini etnika.

(c)

Il-Kummissjoni għandha tfassal strateġija ta’ komunikazzjoni intenzjonata għall-promozzjoni tax-xogħol awtonomu bħala alternattiva għax-xogħol b’salarju u, b’mod partikulari, bħala mezz biex il-gruppi destinatarji żvantaġġati jaħarbu mill-qgħad.

(d)

Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw inċentivi fiskali għall-involviment tas-settur privat fl-attività ta’ mikrokreditu.

(e)

Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri biex jirrestrinġu l-applikazzjoni tal-limiti massimi għar-rati tal-interessi għal self lill-konsumatur; madankollu l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw mekkaniżmu li bih jistgħu jkunu esklużi rati ta’ interess għoljin ferm.

(f)

Il-Kummissjoni - minħabba l-aħħar kriżi tal-krediti “sub-prime” - għandha tanalizza l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati ta’ mikrokreditu dirett imqabbla ma’ faċilitajiet ta’ kreditu titolizzat.

(g)

Il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li l-Istati Membri janalizzaw u jirrappurtaw b’mod speċifiku dwar l-isforzi u r-riżultati tagħhom fir-rigward tal-mikrokreditu fir-rapporti annwali tagħhom dwar il-programmi ta’ riforma nazzjonali tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-linji gwida integrati għall-iżvilupp u l-impjiegi tal-Istrateġija ta’ Liżbona riveduta. Il-Kummissjoni għandha titratta l-mikrokreditu b’mod espliċitu fir-Rapport ta’ Progress Annwali tagħha.

2.     Rakkomandazzjoni 2: dwar il-finanzjament mill-UE

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola dan li ġej:

(a)

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-(ko)finanzjament tal-proġetti relatati ma’ dan li ġej, sakemm il-fondi ta’ dan it-tip ikun speċifikament immirati lejn il-promozzjoni tad-disponibilità tal-mikrokreditu għall-persuni kollha u għall-intrapriżi kollha li m’għandhomx aċċess dirett għall-kreditu, li s-soltu jkun definiti mill-Istati Membri, fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom, bħala gruppi speċifiċi żvantaġġati (bħarRoma, l-immigranti, dawk li jgħixu fl-inħawi rurali żvantaġġati, nies f’sitwazzjonijiet tax-xogħol prekarji, u n-nisa):

(i)

il-forniment permezz ta’ fondi nazzjonali jew tal-UE ta’ garanziji għal min jipprovdi mikrokreditu;

(ii)

il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ kummerċjali bħala servizzi addizzjonali għal min jissellef b’mikrokreditu, jew minn min jipprovdi l-mikrokreditu jew minn terzi, servizzi li għandhom jinkludu taħriġ immirat obbligatorju b’evalwazzjonijiet regolari għal min jissellef b’mikrokreditu, bill-possibilita’ li dan it-taħriġ jista’ jkun iffinanzjat mill-Fondi Strutturali, jekk xieraq;

(iii)

ir-riċerka u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam operattiv, eż. fir-rigward ta’ rekwiżiti alternattivi għal garanziji, metodi mhux tradizzjonali għall-evalwazzjoni tal-affidabilità tal-kreditu, sistemi għall-għoti ta’ punti dwar l-affidabilità u l-irwol tal-intermedjarji;

(iv)

il-ħolqien ta’ websajt fejn dawk li potenzjalment se jirċievu l-mikrokrediti jkunu jistgħu jippreżentaw il-proġetti tagħhom lil dawk li jkunu jridu jsellfu l-flus biex jappoġġjawhom; kif ukoll

(v)

il-ħolqien ta’ bażi tal-informazzjoni għall-UE kollha li tinkludi tagħrif dwar il-kreditu pożittiv u negattiv li jirrigwarda lil min jissellef b’mikrokreditu.

(b)

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(i)

taħtar entità ta’ koordinazzjoni waħda fejn jinġabru l-attivitajiet tal-UE għall-finanzjamenti kollha li jikkonċernaw il-mikrokreditu; kif ukoll

(ii)

tiffinanzja (jew tikkofinanzja) biss proġetti li jkunu jistgħu jiġu magħquda maż-żamma tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali, bħal benefiċċji tal-qgħad u appoġġ għad-dħul, fuq bażi ta’ analiżi tal-fornituri tas-servizzi tan-negozju, li jagħtu kas tal-kisbiet tan-negozju u l-istandard minimu nazzjonali tal-għajxien.

3.     Rakkomandazzjoni 3: dwar qafas armonizzat tal-UE għall-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji bankarji u mhux bankarji

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att jew atti leġiżlattivi li għandhom jiġu adottati għandhom jkollhom l-għan li jirregolaw dan li ġej:

Il-Kummissjoni għandha tipproponi l-leġiżlazzjoni biex jiġi pprovdut qafas għall-UE kollha għall-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji bankarji u mhux bankarji. L-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji mhux bankarji għandhom jinkludu:

(a)

definizzjoni ċara tal-fornituri ta’ mikrokreditu, sakemm ma’ jaċċettawx depożiti, u għalhekk ma jikkostitwixxux istituzzjonijiet finanzjarji skont id-Direttiva 2006/48/KE;

(b)

il-kapaċità li jitwettqu attivitajiet ibbażati esklużivament fuq l-għoti ta’ kreditu;

(c)

il-kapaċità li l-fondi jissellfu lil partijiet terzi (on-lending); kif ukoll

(d)

regoli armonizzati, ibbażati fuq ir-riskju f’dak li għandu x’jaqsam mal-awtorizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni, ir-rappurtar u s-sorveljanza prudenzjali.

4.     Rakkomandazzjoni 4: dwar id-Direttiva 2005/60/KE

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att jew atti leġiżlattivi li għandhom jiġu adottati għandhom jkollhom l-għan li jirregolaw dan li ġej:

Il-Kummissjoni, meta tkun qed tirrevedi d-Direttiva 2005/60/KE, għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet stipulati f’dik id-direttiva ma jkunux ostakoli li jwaqqfu lil dawk bla indirizz permanenti jew dokumenti ta’ identifikazzjoni personali milli jkollhom aċċess għall-mikrokreditu, billi jipprevedu eżenzjoni speċjali fid-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-obbligu ta’ viġilanza fir-rigward tal-klijent.

5.     Rakkomandazzjoni 5: dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv li għandu jiġi adottat għandu jkollu l-għan li jirregola dan li ġej:

(a)

Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tirrevedi r-regoli de minimis, għandha tipprevedi:

(i)

id-differenzjament tal-limiti de minimis bejn l-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-appoġġ finanzjarju għal min jipprovdi mikrokreditu;

(ii)

it-tneħħija tad-diskriminazzjoni ta’ għajnuna de minimis mogħtija lil intrapriża fis-settur tal-biedja jekk l-għajnuna tingħata f’konnessjoni ma’ mikrokreditu; kif ukoll

(iii)

tnaqqis tal-piż amministrattiv jekk l-għajnuna tingħata f’konnessjoni ma’ mikrokreditu.

(b)

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika li l-irwol tal-fornituri tal-mikrokreditu u, jekk ikun applikabbli, l-appoġġ pubbliku li istituzzjonijiet ta’ dan it-tip jirċievu jkunu konformi mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni.

(c)

Il-Kummissjoni għandha timplimenta regoli li jippermettu li jingħata trattament preferenzjali ta’ merkanzija u s-servizzi pprovduti minn min jissellef b’mikrokreditu fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku.


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009

6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/91


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Il-metodu ABB-ABM bħala strument ta’ treġija għall-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji

P6_TA(2009)0173

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-metodu ABB-ABM bħala strument ta’ treġija għall-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji (2008/2053(INI))

2010/C 117 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0104/2009),

A.

billi l-Immaniġġjar Ibbażat fuq l-Attività (ABM), l-Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività (ABB), u ċ-ċiklu tal-Ippjanar Strateġiku u l-Programmazzjoni (SPP) ġew adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE bħala segwitu għall-White Paper dwar ir-riforma fl-2000 (“ir-Riformi Kinnock”), bħala parti minn impetu ġdid għal immaniġġjar tal-programmi tal-Kummissjoni u tal-UE b’mod ġenerali aktar orjentati lejn il-prestazzjoni,

B.

billi dawn il-kunċetti, fil-prattika, ġew għalhekk introdotti waqt il-Kummissjoni Prodi u l-objettivi strateġiċi tagħha għal ħames snin bejn l-2000 u l-2005 kemm bħala ċiklu annwali SPP u ċiklu ABM-ABB korrispondenti fuq in-naħa tar-riżorsi,

C.

billi l-għan aħħari ta’ dan kollu kien indubbjament li jiġi żgurat li riżorsi skarsi ġejjin mill-persuni li jħallsu t-taxxi jintużaw bl-aħjar mod possibbli biex jintlaħqu numru ta’ prijoritajiet politiċi, li jkun sar qbil dwarhom, billi jiġu marbuta aħjar flimkien il-politiki u l-proċess ta’ allokazzjoni ta’ riżorsi, li kien ifisser li l-istituzzjonijiet tal-UE jkunu jridu jistabbilixxu mekkaniżmi biex jilħqu dan mingħajr burokrazija u b’mod effiċjenti,

D.

billi fl-istess ħin ir-riforma mmirata lejn immaniġġjar u implimentazzjoni effiċjenti, aktar libertà għall-azzjoni, u definizzjoni aktar ċara li wieħed jagħti kont ta’ għemilu u tar-reponsabilità tiegħu,

E.

billi l-awtorità baġitarja naturalment tat l-akbar importanza lill-użu ottimali tar-riżorsi skarsi u issa tqis li wasal iż-żmien li tagħti rendikont tal-iżviluppi li saru s’issa u li tagħti impetu ġdid lil aktar titjib li jista’ jarrikkixxi lill-Istituzzjonijiet tal-UE b’sistemi ta’ kwalità għolja orjentati lejn il-prestazzjoni,

F.

billi diġà saru tibdiliet pożittivi kunsiderevoli għal dak li huwa approċċ ġenerali u l-“mind-set” li jirrigwarda dawn il-kwistjonijiet iżda, fl-istess ħin, għadu jeżisti spazju għal aktar titjib fl-immaniġġjar tar-riżorsi eżistenti,

Ġenerali

1.

Iqis li l-implimentazzjoni tal-ABM-ABB kien suċċess u ġabet magħha bidla kulturali importanti fil-Kummissjoni filwaqt li fl-istess ħin għenet biex tiċċara ir-responsabilitajiet personali, u tagħmel l-immaniġġjar aktar effettiv, orjentat lejn ir-riżultati u trasparenti;

2.

Jinnota li għad hemm il-periklu ta’ burokratizzazzjoni tal-Kummissjoni minħabba l-proliferazzjoni ta’ regoli li jfissru piż żejjed u proċeduri skomdi; Jitlob, għalhekk, għal aktar żvilupp ta’ proċeduri u mmaniġġjar fil-livelli kollha fil-Kummissjoni;

3.

Iqis li l-objettivi strateġiċi ta’ ħames snin tal-Kummissjoni – li fl-aħħar mill-aħħar huma l-bażi politika għall-ipprogrammar ġenerali tagħha – u t-trasformazzjoni annwali tagħhom fi Strateġija ta’ Politika Annwali (APS), għandhom ikunu marbuta aħjar mal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF), bil-ħsieb li t-tempestività u l-adozzjoni ta’ dawn jiġu ssimplifikati fi strateġija waħda koerenti mar-riżorsi korrispondenti u għalhekk hu tal-fehma li l-MFF innifsu għandu jkun ta’ ħames snin;

4.

Huwa tal-opinjoni li attwalment il-programmi tal-UE qed jiġu studjati mill-qrib fir-rigward tal-kontrolli u l-legalità, iżda, sfortunatament, li l-istess ammont ta’ attenzjoni ma tingħatax lir-riżultati effettivi miksuba matul il-perjodu miftiehem tagħhom; iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni lir-riżultati miksuba meta tiġi evalwata l-prestazzjoni ġenerali annwali tal-Kummissjoni, inkluża dik waqt il-proċedura ta’ kwittanza;

Responsabilitajiet

5.

Jenfasizza li identifikazzjoni ċara u diviżjoni tar-responsabilitajiet huma ta’ importanza kruċjali biex jinkisbu riżultati fil-politiki tal-UE u valur tajjeb għall-flus tal-baġit; jenfasizza li r-responsabilità politika hija f’idejn il-Kummissarji; jenfasizza wkoll li fil-konfront tal-Parlament huma wkoll totalment responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ mmaniġġjar sod u effettiv fid-dipartiment rispettivi tagħhom u fil-Kummissjoni inġenerali; jenfasizza li relazzjonijiet tajba bejn l-istituzzjonijiet fi spirtu ta’ fiduċja reċiproka u sistema miftuħa huma elementi għas-suċċess;

6.

Iqis li huwa tal-akbar importanza li, bħala l-Eżekuttiv responsabbli għall-implimentazzjoni, il-Kummissjoni jkollha biżżejjed mezzi għall-manuvra, iżda għandha tirrapporta b’mod ċar ħafna dwar l-objettivi miksuba u l-użu tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati; iqis inqas importanti – mill-perspettiva ta’ awtorità baġitarja – kif sewwasew ikunu ntlaħqu l-għanijiet u kif il-Kummissjoni tkun ħadmet internament; għalhekk jiffavorixxi livell ogħla ta’ libertà f’dan ir-rigward, b’mod korrispondneti; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza ċ-ċiklu attwali ABB-SPP biex tiżgura li jkun konsistenti f’dan ir-rigward u biex tippreżenta proposti relevanti għal tibdil;

7.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tistabilixxi indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi ċari biex jitkejjel l-ilħiq tal-għanijiet politiċi u amministrattivi u dawn għandhom ikunu komparabbli skont iż-żmien;

8.

Ifakkar li livell ta’ responsabilità fl-immaniġġjar u l-amministrazzjoni, kif iddefinit permezz tad-dispożizzjonijiet relevanti fir-Regolamenti tal-Persunal u permezz tal-prinċipju ta’ mmaniġġjar finazjarju sod fir-Regolament Finanzjarju, huwa wkoll f’idejn id-Diretturi ġeneral tad-DGs tal-Kummissjoni (uffiċjali awtorizzanti delegati), f’termini ta’ implimentazzjoni effiċjenti, effettiva u, naturalment, legalment korretta tal-programmi u l-politiki;

9.

Iqis li, fil-parti l-kbira tal-oqsma, il-kwistjoni hija ta’ katina ċara ta’ responsabilità, li la għandha livelli żejda u lanqas hija burokratika ż-żejjed, iżda li tista’ xorta waħda tkun il-kawża ta’ nuqqas ta’ “sjieda” għal kwistjonijiet speċifiċi fil-Kummissjoni, u jixtieq li jkun hemm linji gwida ċari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi/tal-baġit u kif il-kwistjoni tal-ABM u l-ABB tinfluwenza dan is-suġġett;

10.

Jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan ir-rigward, aktar ħidma biex tiġi ċċarata r-responsabilità ta’ parteċipanti individwali u jissaħħaħ is-sens ta’ responsabilità fi ħdan l-organizzazzjoni; iqis ukoll, f’dan ir-rigward, li l-użu effettiv u l-integrazzjoni tal-ABM-ABB bħala “għodda għas-suċċess”, pjuttost milli piż amministrattiv, jistgħu jkunu ta’ importanza kruċjali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bil-proċess u tippreżenta proposti relevanti biex tmexxih ’il quddiem;

Feedback

11.

Iqis li l-preżentazzjoni u s-sinteżi tar-riżultati u r-riżorsi allokati użati fir-Rapporti Annwali tal-Attività (AARs) għadha lura meta mqabbla mal-ħin li ntuża għal dmirijiet amministrattivi għall-preżentazzjoni tal-objettivi u r-riżorsi rikjesti fl-istadji preparatorji, jiġifieri, l-APS, il-Pjanijiet tal-Immaniġġjar Annwali u d-Dikjarazzjonijiet tal-Attività; f’dan ir-rigward, iqis li huwa meħtieġ aktar żvilupp fejn is-servizzi kollettivi tal-Kummissjoni jassumu l-“ownership” ta’ dan il-proċess b’mod pożittiv;

12.

Jenfasizza l-bżonn reali li jinkisbu rapporti aħjar u faċli tużahom dwar ir-riżultati sabiex il-Parlament jeżegwixxi d-dmirijiet baġitarji, leġiżlattivi u ta’ verifika tiegħu; iqis li verżjoni aktar konċiża tal-AARs relevanti u r-Rapport ta’ Sinteżi tagħhom, inklużi r-riżultati u l-ispejjeż, għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament u l-Kunsill fil-proċedura baġitarja annwali;

13.

Iqis li huwa nuqqas serju li, sa issa, l-APS, u l-informazzjoni baġitarja parallela li tgħaddi fil-qafas preliminari tal-baġit (PDB), introduċew prijoritajiet ġodda mingħajr ma identifikaw il-“prijoritajiet negattivi” u li, bħala konsegwenza, iċ-ċiklu sħiħ donnu jżid prijorità wara l-oħra mingħajr ma jieħu deċiżjoni politika dwar il-kwistjonijiet li, minħabba r-riżorsi limitati disponibbli mingħand dawk li jħallsu t-taxxi, għandhom jiġu minimizzati biex jagħtu preċedenza lill-prijoritajiet l-aktar kruċjali; jenfasizza li din hija kontradizzjoni ċara tal-prinċipji bażiċi tar-riforma; jinnota, madankollu, li l-limiti stretti tal-MFF ftit li xejn iħallu lok għall-immanuvrar;

14.

Jinnota l-proposti biex tittejjeb il-koerenza bejn il-Pjanijiet tal-Immaniġġjar Annwali u d-Dikjarazzjonijiet tal-Attività ppubblikati mal-PDB sabiex il-piż amministrattiv tal-proċess tal-SPP jitnaqqas filwaqt li tinżamm ir-rabta bejn l-objettivi u l-“outputs” imkejla; hu tal-fehma li l-Pjan tal-Immaniġġjar Annwali jeħtieġ li jkun riformat u jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni malajr;

15.

Għadu, għalhekk, mhux konvint li l-proċess SPP-ABM iqis b’mod suffiċjenti l-“lezzjonijiet li ħa” u r-riżultati preċedenti u kif dawn jgħaddu lura fis-sistema għas-snin li ġejjin; jinnota li dan huwa marbut mal-mod kif il-firxa vasta ta’ studji u evalwazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni jiġu kkunsidrati, u jinfluwenzaw, kif huwa tajjeb li għandhom jinfluwenzaw, il-proċess ta’ allokazzjoni ta’ riżorsi; jipproponi għalhekk li tintalab b’mod ċar link għall-analiżi tal-programmi u għall-proċess baġitarju fit-termini ta’ referenza tal-evalwazzjonijiet; jipproponi wkoll li fl-AAR jidħol kapitolu dwar il-lezzjonijiet li jkunu ttieħdu;

16.

Huwa tal-fehma li ċ-ċiklu SPP-ABM għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni tar-riskji marbuta mal-kisba tal-objettivi ta’ politiki ffissati;

17.

Bħala proposta prattika biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-programmi tal-UE, iqis neċessarju li ċ-ċikli attwali ta’ mmaniġġjar u tal-baġit jintużaw aħjar fil-preparazzjoni tal-baġit il-ġdid; f’termini tekniċi dan ifisser li għall-proċedura attwali (Baġit 2010), l-AARs u r-raport tas-Sinteżi tagħhom għall-2008, li jinkludu r-riżultati dwar jekk l-objettivi intlaħqux jew le, għandhom ikunu disponibbli fil-ħin u jintużaw b’mod aktar intensiv matul il-proposti tal-Kummissjoni li jkunu saru tul l-2009; jenfasizza x-xewqa tiegħu li għandu jkun hemm “konsegwenzi sistematiċi” bħala riżultat ta’ kif ikunu mexjin il-prijoritajiet u l-miri preċedenti; jikkritika l-fatt li, minn sena għal oħra, ma tingħatax attenzjoni biżżejjed għal dak li jkun sar fir-rigward ta’ dawn u kif dan għandu jirrefletti fis-snin sussegwenti;

18.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ċertu titjib fid-Dikjarazzjonijiet tal-Attività li huma pprovduti mal-PDB biex jiġġustifikaw ir-riżorsi rikjesti; jiddeplora l-fatt li, madankollu, din l-informazzjoni kultant għadha ma laħqitx il-kwalità mixtieqa biex timmotiva, per eżempju, żieda fil-baġit, u, ukoll, jiddispjaċih li sa issa l-awtorità baġitarja għadna ma tqisx xieraq li tippremja lil dawk li jiksbu riżultati tajbin (“good performers”) u, mill-banda l-oħra, iżżomm jew anki tnaqqas il-baġits ta’ dawk id-dipartimenti li jipprovdu riżultati insuffiċjenti;

Fi ħdan il-Kummissjoni

19.

Iqis li l-objettivi fuq terminu ta’ żmien twil, jiġifieri l-MFF u l-objettivi strateġiċi fuq ħames snin kif ukoll l-APS ukoll għandhom jiġu spjegati u jintrabtu aħjar mal-ħidma tad-DĠs u s-servizzi individwali bħala parti importanti fil-motivazzjoni tal-istaff u l-fatt li jħossuhom parti minn, u kontributuri tal-objettivi ewlenin tal-organizzazzjoni b’mod ġenerali; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, biex torbot b’mod aktar ċar il-prijoritajiet pożittivi u negattivi fil-Pjanijiet tal-Immaniġġjar Annwali u fl-AARs mal-għanijiet pluriennali u strateġiċi tal-Kummissjoni b’mod ġenerali;

20.

Jemmen ukoll li, f’termini ġenerali, dawn l-objettivi strateġiċi sfortunatament ma huma suġġetti għall-ebda tentattiv reali ta’ evalwazzjoni f’termini ta’ progress; jemmen li, pereżempju, reviżjoni fuq żmien medju dwar kif intlaħqu l-miri strateġiċi tista’ tiġi implimentata u li kull DG jista’ jagħti s-sehem tiegħu f’dan il-proċess billi jindika liema azzjonijiet ittieħdu, liema riżorsi ntużaw, u kif dan ikkontribwixxa sabiex inlaħqu l-miri ġenerali; jenfasizza li, sabiex dan jinkiseb b’mod prattiku, l-objettivi u l-indikaturi użati biex titkejjel il-prestazzjoni jkollhom jiġu definiti f’dan il-kuntest strateġiku kemm jista’ jkun;

21.

Jenfasizza li involviment bħal dan, fl-aħħar mill-aħħar, huwa wkoll iċ-ċavetta għal immaniġġjar responsabbli tar-riżorsi fil-livelli operazzjonali u, pereżempju, parti ewlenija biex l-unitajiet jiġu motivati jfittxu prattiki tax-xogħol effiċjenti, isibu mod kif jiffrankaw fejn huwa possibbli, jikkoperaw ma’ dipartimenti oħra eċċ.;

22.

Iqis li l-ABB-ABM għandhom jiġu żviluppati b’mod li jkunu hemm trasparenza akbar u spjegazzjonijiet li jikkonċernaw it-tqassim tar-responsabilitajiet bejn funzjonijiet ċentralizzati u deċentralizzati fil-Kummissjoni, u, ħaġa li hija importanti, jipprovdu gwida ċara fir-rigward tal-ammont u l-ispejjeż tal-istaff/tar-riżorsi dedikati għall-appoġġ amministrattiv u l-funzjonijiet ta’ koordinazzjoni inkluż l-appoġġ għaċ-ċiklu ABB-ABM innifsu u, b’dan il-mod, jingħata kontribut biex jinstab bilanċ ġust bejn approċċ ċentralizzat u wieħed deċentralizzat;

Rimarki konklużivi

23.

Jitlob lill-Kummissjoni tintegra aħjar u tissimplifika ċ-ċiklu SPP-ABM sabiex ir-riżultati effettivi tal-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet ikunu jistgħu jiġu kunsidrati b’mod xieraq fl-allokazzjoni ta’ riżorsi umani u finanzjarji; jenfasizza li dan għandu jirriżulta fl-identifikazzjoni ta’ “prijoritajiet negattivi” possibbli;

24.

Hu tal-fehma li għandha tingħata iżjed kunsiderazzjoni biex l-Istrateġija ta’ Politika Annwali għandha ssir eżerċizzju li permezz tiegħu r-riżultati tas-snin preċedenti jitqiesu b’mod sistematiku, biex b’hekk jingħata kontribut favur it-tnaqqis tal-piż amministrattiv minn fuq il-Kummissjoni;

25.

Jenfasizza li simplifikazzjonijiet u titjib fil-preżentazzjoni għandhom isiru wkoll fil-kontenut tad-dokumenti ewlenin tal-SPP-ABM, bħar-Rapport Annwali tal-Attività u ta’ Sinteżi tal-Kummissjoni, biex ikunu aktar konformi mal-ħtiġijiet tal-Awtorità Baġitarja u ta’ Kwittanza;

26.

Jinsisti li din l-azzjoni m’għandhiex tirriżulta f’ħidma amministrattiva akbar; jitlob, għalhekk, lill-Kummisjjoni twettaq analiżi dettaljata tal-ispejjeż amministrattivi taċ-ċiklu SPP-ABM, sabiex tidentifika simplifikazzjonijiet amministrattivi possibbli, u biex jimmonitorja mill-viċin l-adegwatezza tal-allokazzjoni tar-riżorsi umani, speċjalment lill-attivitajiet ta’ tfassil tal-programmi u l-baġit;

27.

Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lura lill-Parlament dwar ir-riżultati ta’ tali analiżi fir-rapport tal-iskrining li jmiss, kif ukoll dwar l-azzjonijiet implimentati u l-progress li jkun sar fir-rigward tat-talbiet li jkunu saru fir-riżoluzzjoni preżenti qabel l-ewwel qari tal-Parlament għall-Baġit 2010;

28.

Hu tal-fehma li għandha ssir enfasi akbar fuq il-fatt li jiġu stabbiliti kriterji ta’ kwalità li magħhom għandu jikkonforma t-tagħrif dwar ir-rendiment;

29.

Jitlob ukoll lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat dwar l-azzjonijiet meħuda biex tevalwa u ttejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja organizzattiva, b’mod partikolari fir-rigward tat-tqassim tal-funzjonijiet ta’ appoġġ u koordinazzjoni amministrattivi bejn il-livelli ċentrali u operazzjonali fi ħdan il-Kummissjoni;

30.

Jenfasizza li għandu jkun hemm konnessjoni aktar ċara bejn l-AARs, l-APS u l-PDB tal-Kummissjoni u li l-allineament bejn l-attivitajiet ta’ tfassil tal-programmi u tal-baġit għandhom jiġu promossi b’perspettiva pluriennali, permezz ta’ konnessjoni bejn l-MFF, il-Pjan Strateġiku tal-Kummissjoni u l-APS;

31.

Iqis li dan it-titjib jagħmel l-ABB-ABM strument effettiv bil-ħsieb ta’ baġit b’riżultati u jkattar kultura ta’ responsabilità fi ħdan il-Kummissjoni u fejn kulħadd jirrispondi għal għemilu;

32.

Huwa tal-fehma li l-Parlament għandu jirrevedi kif jutilizza t-tagħrif dwar ir-rendiment mid-dokumenti SPP-ABM biex isaħħaħ id-djalogu tiegħu mal-Kummissjoni;

*

* *

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/95


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013

P6_TA(2009)0174

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-Reviżjoni ta' nofs iż- żmien tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 (2008/2055(INI))

2010/C 117 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat KE u b’mod partikolari l-Artikoli 268 sa 280 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċess kontinwu tar-ratifika tat-Trattat ta’ Liżbona,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-Dixxiplina Baġitarja u l-Amministrazzjoni Finanzjarja Tajba (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2005 dwar Sfidi tal-Politika u l-Mezzi Baġitarji tal-Unjoni wara t-tkabbir 2007-2013 (2),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar ir-Riforma tal-Baġit, il-Bidla fl-Ewropa (SEC(2008)2739),

wara li kkunsidra r-riżultati tal-Konferenza dwar ir-Riforma tal-Baġit, il-Bidla fl-Ewropa li saret fuq stedina tal-Kummissjoni fit-12 ta’ Novembru 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2007 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (it-taqsimiet kollha) (3) u tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-2009 (it-taqsimiet kollha) (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea stess (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar il-proposta emendata għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finazjarja soda fir-rigward tal-qafas finanzjarju pluriennali (6),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-4 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Frar 2008 dwar ir-raba’ rapport dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2008 dwar il-“Kontroll tas-Saħħa” fuq il-PAK (9),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsilli Ewropej tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005, il-21 u t-22 ta’ Ġunju 2007 u 11l-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008,

wara li kkunsidra r-reazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ir-riforma tal-Baġit, il-Bidla fl-Ewropa” (SEC(2007)1188),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura (A6-0110/2009),

A.

billi l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu fuq l-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar Dixxiplina Baġitarja u Amministrazzjoni Finanzjarja Tajba (l-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006) wara negozjati intensi bbażati fuq il-pożizzjoni tan-negozjati tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ġunju 2005, li kienet ibbażata fuq analiżi profonda tal-ħtiġijiet biex b’hekk jiġu identifikati l-prijoritajiet politiċi, u fuq il-ftehim milħuq mill-Istati Membri fl-2005,

B.

billi l-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 tipprevedi li l-Kummissjoni se tirraporta dwar it-tħaddim tal-IIA sal-aħħar tal-2009 u tistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni estensiva u sħiħa li tkopri l-aspetti kollha tal-infiq tal-UE, inklużi l-Politika Agrikola Komuni u r-riżorsi, inkluż l-iskont tar-Renju Unit, u biex tagħmel rapport fl-2008-2009,

C.

billi l-Kummissjoni f’Settembru 2007 nidiet konsultazzjoni pubblika wiesgħa, li għaliha saru aktar minn 300 kontribuzzjoni, u ospitat konferenza “Ir-Riforma tal-Baġit, il-Bidla fl-Ewropa ” fit-12 ta’ Novembru 2008 li kienet l-ewwel pass tal-proċess ta’ evalwazzjoni,

D.

billi l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tippreżenta Komunikazzjoni li ssemmi l-orjentazzjonijiet ewlenin li għandhom ifasslu l-qafas finazjarju li jmiss, l-aktar tard fil-Ħarifa 2009, u għandha tippreżenta rapport dwar it-tħaddim tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 (it-tieni pass tal-proċess) filwaqt li l-proposti għall-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) li jmiss u l-IIA se jsiru mill-Kummissjoni li jmiss (it-tielet pass) matul l-2010,

E.

billi l-proċess tar-ratifika tat-Trattat ta' Liżbona għadu mhux lest,

F.

billi d-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattat ta’ Liżbona jipprevedu li l-MFF se jkollu status li jorbot legalment skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u se jkun validu “mill-inqas għal 5 snin”,

G.

billi t-Trattat ta’ Liżbona jipprevedi li jkun hemm estensjoni tal-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea, li l-konsegwenzi tagħhom jistgħu jkunu riflessi f’għadd ta’ politiki ġodda li għalihom jistgħu jkunu meħtieġa bażijiet legali u finanzjament,

H.

billi l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-iskeda tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss ikollha leġittimità demokratika u li l-mandati tal-Kummissjoni u tal-Parlament ikunu kemm jista' jkun jaqblu, filwaqt li jitqies li l-MFF attwali tista' tittawwal u tiġi aġġustata sal-2015/2016,

I.

billi n-nomina ta’ Kummissjoni ġdida u s-seduti ta' smigħ li suppost se jsiru f’dan il-kuntest għandhom ikunu opportunità għall-Parlament il-ġdid elett biex jagħmel mistoqsijiet lill-Kummissarji l-ġodda u jevalwahom dwar il-prijoritajiet politiċi rispettivi tagħhom u l-baġits meqjusa neċessarji għal dan l-iskop,

J.

billi l-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-programmi leġiżlattivi li għadhom għaddejjin, li suppost se ssir fl-2010-2011, għandha tirrappreżenta bażi ewlenija għal evalwazzjoni futura tal-programmi li għadhom għaddejjin u tal-prijoritajiet futuri, u għandha titqies kif jistħoqq fil-kuntest ta' titwil u aġġustament tal-qafas finanzjarju attwali sal-aħħar tal-2015/2016,

1.

Ifakkar li l-Parlament ta kontribut qawwi għat-twaqqif tal-MFF tal-2007-2013 u tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 waqt li, b’mod parallel, ta lok għall-kontinwità tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità permezz tat-tnedija ta’ għadd kbir ta’ programmi pluriennali; hu tal-fehma li l-parti l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Parlament għadhom validi għax kienu bbażati fuq strateġija minn isfel għal fuq li rabtet il-kompiti u l-wegħdiet mal-mezzi baġitarji meħtieġa; f’dan il-kuntest, huwa tal-fehma li xi prinċipji u orjentazzjonijiet wiesgħin ibbażati fuq esperjenza tal-passat għandhom jgħaddu għand il-Parlament il-ġdid;

Approċċ fi tliet stadji

2.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex torganizza konsultazzjoni miftuħa u wiesgħa li għandha l-għan li ssib ideat ġodda u tendenzi li għadhom qegħdin jiżviluppaw; ifakkar, madankollu, li, fil-limiti tal-prerogattivi istituzzjonali li kull istituzzjoni tgawdi minnhom, il-Parlament huwa intitolat li jesplora soluzzjonijiet u opinjonijiet oħra fuq il-bażi ta' konsultazzjonijiet u seduti ta' smigħ li jkun ippjana hu stess;

3.

Iqis li, fl-aħħar sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-MFF attwali (2007-2013) u tal- IIA tas-17 ta’ Mejju 2006, sar xi progress fuq it-tliet pilastri żviluppati mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni ta' ftehima interistituzzjonali (10): ir-rabta tal-prijoritajiet politiċi mal-bżonnijiet finanzjarji, il-modernizzar tal-istruttura baġitarja u t-titjib tal-kwalità tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE; jinnota madankollu li għad hemm lok għal titjib bħal pereżempju li tiġi ssodisfata d-“déclaration d'assurance”(DAS) maqbula dak iż-żmien, is-simplifikazzjoni tar-regoli u t-titjib tal-użu tal-fondi li diġà huma previsti iżda li mhumiex implimentati biżżejjed;

4.

Ifakkar fl-għarfien tiegħu tal-fatt li numru ta' defiċits baqgħu mingħajr soluzzjoni fil-ftehima finali - bħall-introduzzjoni ta' dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni reġjonali u nazzjonali; jisħaq li kien meħtieġ aktar finanzjament għal prijoritajiet politiċi tal-UE, l-aktar għal Galileo, l-IET u l-faċilità tal-ikel u nstabet soluzzjoni permezz tal-użu ta' strumenti eżistenti tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006; jinnota li l-Kunsill innifsu ma kienx kapaċi jimplimenta l-ftehima tal-Kunsill Ewropew li kellha l-għan li talloka EUR 5 000 000 000 mill-baġit tal-UE għall-irkupru ekonomiku u l-programm ta' appoġġ; jemmen li hemm il-ħtieġa ta’ aktar aġġustamenti fl-MFF preżenti u l-IIA bbażati fuq evalwazzjoni suffiċjenti u ambizzjuża;

5.

Jirrimarka li għandha ssir distinzjoni bejn l-analiżi ta' ċerti programmi fl-MFF attwali fuq il-bażi tal-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-leġiżlazzjoni li għandha ssir fl-2010-2011, l-isfidi eżistenti li jirriżultaw mill-finanzjament insuffiċjenti tal-intestatura 4 u l-intestatura 1a, u l-isfidi l-ġodda bħall-enerġija, il-bidla fil-klima, iċ-ċittadinanza, il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali organizzata, Il-Politika Estera u ta' Sigurtà Comuni (PESK) u linji politiċi oħrajn relatati mal-kompetenzi l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Liżbona u t-tħejjija tal-MFF il-ġdida; jenfasizza li jekk l-MFF attwali tittawwal fiż-żmien tkun prekundizzjoni aktar meħtieġa li ssir analiżi ambizzjuża ta' nofs il-perjodu;

6.

Jisħaq li l-kuntest preżenti u għadd ta’ inċertezzi marbutin mal-proċess ta’ ratifika tat-Trattat ta’ Liżbona min-naħa waħda, u, min-naħa l-oħra, tmiem it-terminu parlamentari preżenti, ir-riżultat tal-elezzjonijiet Ewropej u t-twaqqif tal-Kummissjoni l-ġdida fil-kuntest ekonomiku preżenti, ma jagħtux lok għat-teħid ta’ pożizzjonijiet dettaljati bl-għan li jkun hemm reviżjoni ambizzjuża fix-xhur li ġejjin; jenfasizza, madankollu, li analiżi ambizzjuża għandha tkun prijorità urġenti għall-Parlament u l-Kummissjoni ġodda;

7.

Għalhekk huwa tal-fehma li l-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu għandha tiżviluppa fi tliet stadji:

(a)

(i)

jingħelbu d-defiċits u dak li baqa’ xi jsir fil-kuntest tal-proċeduri baġitarji annwali, jekk hu possibbli permezz ta’ aktar flessibilità u, jekk huwa meħtieġ, permezz tal-użu ta’ parti mill-marġini li baqgħet taħt il-limitu tar-riżorsi tal-Parlament Ewropew,

(ii)

analiżi tal-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu,

(b)

(i)

it-tħejjija tal-possibilità li l-MFF attwali jittawwal fiż-żmien u jiġi aġġustat sal-2015/2016 biex ikun jista' jkun hemm tranżizzjoni mingħajr problemi għal sistema ta' MFF li ddum ħames snin li tagħti lil kull Parlament u lil kull Kummissjoni, matul il-perjodi tal-mandati rispettivi tagħhom, ir-responsabilità politika għal kull MFF,

(ii)

aġġustament u estensjoni possibbli tal-programmi attwali kif previst fil-leġiżlazzjoni (2010-2011) f'konformità mal-estensjoni possibbli tal-MFF, kif diġà ntalab diversi drabi mill-Parlament,

(c)

preparazzjoni tal-MFF li jmiss li tibda fl-2016/2017; din il-fażi se tkun responsabilità tal-Parlament elett fl-2014;

Prinċipji ġenerali

8.

Ifakkar li l-limiti massimi tar-riżorsi tiegħu jirrappreżentaw 1.31 % tad-dħul gross nazzjonali (DGN) tal-UE f’impenji u 1,24 % tad-DGN tal-UE f’pagamenti; iffakkar ukoll li kull sena marġini sinifikanti jibqgħu taħt il-limiti stabbilit mill-qafas finanzjarju, l-aktar f'pagamenti (EUR 8 300 000 000 fl-2007, EUR 13 000 000 000 fl-2008, EUR 7 800 000 000 fl-2009); barra minn hekk ifakkar li jeżistu marġini kbar bejn il-limitu massimu tal-MFF u l-limitu massimu tar-riżorsi tal-UE (11) (EUR 36 600 000 000 fl-2010, EUR 44 200 000 000 fl-2011, EUR 45 000 000 000 fl-2012 u EUR 50 600 000 000 fl-2013) (12);

9.

Jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu kif espress fir-riżoluzzjoni fuq imsemmija tad-29 ta’ Marzu 2007 fejn saħaq li “r-rabta politika bejn ir-riforma tad-dħul u r-reviżjoni tan-nefqa hija inevitabbli u perfettament raġonevoli”; jemmen li ż-żewġ proċessi għandhom jitmexxew b’mod parallel bl-għan li jiddaħlu f’riforma globali u integrata għal sistema ġdida ta’ finanzjament u nfiq tal-UE l-iktar tard għall-MFF li se tibda fl-2016/2017, li jkun jeħtieġ li x-xogħol preparatorju, inkluża r-ratifika, isir qabel; jitlob li titqies sistema li permezz tagħha l-benefiċċji u l-piżijiet bejn l-Istati Membri jilħqu livell aktar adegwat b'mod ġenerali;

10.

Jemmen li l-kobor ġenerali tar-riżorsi tal-UE m’għandux ikun affettwat mill-kriżi ekonomika dinjija ta’ bħalissa, anki jekk id-DGN tal-Istati Membri jieqaf isegwi tendenza ta' żieda kontinwa; għalhekk huwa konvint li l-infiq tal-UE għandu jikkonċentra fuq politiki b’valur ċar miżjud Ewropew, li jaqblu bis-sħiħ mal-prinċipji tas-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u s-solidarjetà; ifakkar li fi żmien ta' kriżi dan il-valur miżjud jitkejjel fil-parti l-kbira f'termini tal-prinċipju fundamentali tas-solidarjetà fost il-popli Ewropej;

11.

Jenfasizza li l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, l-amministrazzjoni mtejba mill-Istati Membri u r-rabta min-naħa tal-Kummissjoni tal-prijoritajiet politiċi mal-ħtiġijiet finanzjarji għandhom jibqgħu prijorità għas-snin li ġejjin, u li wieħed għandu jipprova jilħaq dan l-objettiv permezz ta' identifikazzjoni minn qabel ta' prijoritajiet pożittivi u negattivi iktar milli limiti massimi imposti minn dak li jkun stess, u għaldaqstant jemmen li l-MFF għandu jkollha aktar flessibilità; jenfasizza li l-isfidi li għandha l-UE (bi kriżijiet fis-setturi tal-ikel, tal-enerġija u dak finanzjarju) huma ta' kobor li rari rajna bħalu fl-istorja tagħha; iqis li reazzjoni verament Ewropea għal dawn il-kriżijiet teħtieġ miżuri leġiżlattivi u baġitarji internazzjonali;

12.

Jemmen li, peress li l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni huma fi stat kostanti ta' evoluzzjoni b'riżultat tal-globalizzazzjoni, tal-bidla demografika, tal-iżvilupp teknoloġiku, tal-ħtieġa li jkunu żgurati sorsi sikuri u diversi ta' provvista tal-enerġija, u tal-bidla fil-klima, huwa ta' importanza kbira li l-infiq tal-UE jiġi evalwat mill-ġdid u użat bl-aħjar mod sabiex jinkisbu l-ogħla valur miżjud u l-aktar azzjoni effettiva tal-UE;

13.

Huwa konvint li hija ħtieġa assoluta li jkun hemm aktar flessibilità fl-intestaturi u bejn intestatura u oħra biex il-kapaċitajiet operattivi tal-Unjoni Ewropea mhux biss jiffaċċjaw l-isfidi ġodda tal-UE iżda wkoll biex jiffaċilitaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Istituzzjonijiet; jistenna li l-Kummissjoni fil-proposti tagħha li ġejjin, ibbażati fuq id-Dikjarazzjoni Nru 1 tal-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006, tieħu inizjattivi rilevanti f’dan ir-rigward;

14.

Ifakkar li l-Punt 21 tal-IIA jistipula li “fil-każ ta' ċirkostanzi mhux previsti, il-qafas finanzjarju jista', fuq proposta tal-Kummissjoni, jiġi rivedut f'konformità mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji”; għal darba oħra jikkritika l-imġiba mhux razzjonali tal-Kunsill li ripetutament jopponi l-użu ta' din il-possibilità ta' reviżjoni;

15.

Itenni r-rieda tiegħu li jara titjib konkret u rapidu fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni u b’mod partikolari tal-politika ta’ koeżjoni; jistenna bis-sħiħ li l-impenn konġunt magħmul mill-Kummissjoni u mill-Kunsill f'isem l-Istati Membri f'Novembru 2008 li jissimplifika l-proċeduri (l-iktar is-Sistemi ta' Kontroll tal-Management (MCS)) sabiex jitħaffu l-ħlasijiet, u li jipproduċi effett pożittiv fil-baġits li ġejjin; lest li jieħu miżuri politiċi u amministrattivi jew is-sitwazzjoni attwali tibqa' ma tinbidilx; jissuġġerixxi li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri għandha tkun prijorità f'oqsma oħra, pereżempju r-riċerka u l-innovazzjoni u l-politika tal-SMEs;

16.

Jinnota li għandha tingħata prijorità għolja lill-immaniġġjar effettiv tal-infiq tal-UE; jinnota, barra minn hekk, li huwa partikolarment importanti li l-allokazzjonijiet tal-fondi jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u fuq evalwazzjoni kontinwa ta' kif ikunu qed jaħdmu; iqis li għandhom jitrawmu Sħubijiet b'saħħithom u effiċjenti bejn il-Pubbliku u l-Privat (PPP) f'dan ir-rigward;

17.

Jiddispjaċih li l-progress qed isir bil-mod fuq id-dibattitu dwar ir-riforma tas-sistema tal-finanzjament tal-baġit tal-UE, li saret iktar urġenti konsegwenza tal-kriżi ekonomika; jiddispjaċih b'mod partikolari li ma nħatfitx l-opportunità li tiġi stabbilita sistema biex jiġu rkantati d-drittijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sabiex jiġi mniedi dibattitu politiku fundamentali dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi pubbliċi ġodda li nħalqu bid-deċiżjonijiet tal-UE; jappella sabiex dan id-dibattitu jiġi mniedi fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-MFF attwali;

18.

Jinnota li proporzjon kbir tal-objettivi tal-Unjoni tqiesu mill-Istati Membri fil-baġits nazzjonali tagħhom; jinsisti li l-approprjazzjonijiet immobilizzati b'dan il-mod jiġu rreġistrati u ppubblikati f'kull Stat Membru biex ikun aktar faċli li jiġi kkalkulat l-isforz li sar minn kull wieħed minnhom u jiġu evalwati l-ammonti li jridu jiġu previsti fil-baġit tal-UE f'oqsma fejn l-isforzi tal-Istati Membri jridu jiġu inkoraġġiti jew ikkumplimentati;

Osservazzjonijiet speċifiċi

19.

Huwa determinat li jsib finanzjament xieraq għall-politiki ġodda jew addizzjonali li jistgħu jirriżultaw wara d-dħul fis-seħħ possibbli tat-Trattat ta' Liżbona (bħall-politiki tal-enerġija u tal-ispazju, ir-riċerka fl-intestatura 1a; il-koperazzjoni ġudizzjarja fl-intestatura 3a; iż-żgħażagħ, l-isport, il-politika tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, is-saħħa pubblika fl-intestatura 3b; l-għajnuna umanitarja, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fl-intestatura 4);

20.

Ifakkar li l-intestaturi 1a, 3 u 4 diġà mhumiex iffinanzjati biżżejjed fl-MFF preżenti; jisħaq li politiki addizzjonali m’għandhomx ibiddlu l-bilanċ bejn il-kategoriji ewlenin tal-MFF preżenti jew ifixklu l-prijoritajiet eżistenti; jisħaq ukoll li, jekk xi Stati Membri jibqgħu jinsistu fuq “approċċ ta’ 1 % ”, ma jkunx hemm metodu baġitarju, biex ikunu ffinanzjati prijoritajiet ġodda, li m'għandux ikun aċċettabbli għall-Kunsill u assolutament mhux aċċettabbli għall-Parlament;

21.

Jikkunsidra li parti mill-evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu, indipendentement mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, għandha tkun li l-Unjoni tkun provduta bil-mezzi biex tilħaq l-ambizzjoni politika tagħha fl-oqsma tas-sigurtà tal-enerġija u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; huwa lest li jeżamina l-possibiltà li jkun hemm ħolqien ta’ fond speċifiku għal dak l-iskop; jenfasizza li dan irid ikun prijorità minn ta' fuq nett għall-MFF li jmiss, preferibbilment permezz ta' ftehima globali dwar kif jiġu ffinanzjati l-politiki dwar il-bidla fil-klima; jikkunsidra, minn perspettiva għall-futur imbiegħed, il-ħolqien ta' kategorija ġdida li tpoġġi flimkien il-politiki kollha rilevanti għall-baġit fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima;

22.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' koerenza politika f'dan ir-rigward u jindika l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-programmi kollha ewlenin, inklużi tal-agrikoltura, il-programmi ta' koeżjoni, in-netwerks tat-trasport u tal-enerġija, u l-programmi tal-iżvilupp, ma jkollhomx effett fuq il-klima;

23.

Itenni li huwa lest biex jidħol f'negozjati mal-Kunsill dwar il-proposti tal-Kummissjoni biex jiġu ffinanzjati proġetti dwar l-enerġija u n-netwerks (broadband) fil-kuntest tal-Pjan ta’ Rkupru tal-UE;

24.

Jenfasizza li l-kuntest attwali ta’ tnaqqis ekonomiku m’għandux jintuża bħala skuża għal dewmien iżda għall-kuntrarju għandu jitqies bħala opportunità sabiex jiżdiedu l-investimenti f'teknoloġiji ħodor;

25.

Jinsisti li jkun hemm ħidma biex tintlaħaq il-mira ta' żieda fin-nefqa tar-Riċerka u l-Innovazzjoni għal 3 % tad-DGN tal-UE sas-sena 2010; jisħaq li r-riċerka xjentifika, l-infrastruttura xjentifika, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni jinsabu fil-qalba tal-Istrateġija ta’ Liżbona u huma l-fatturi ewlenin għat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, l-iżvilupp sostenibbli u l-kompetittività tal-UE;

26.

Jenfasizza l-potenzjal tal-programmi tal-edukazzjoni, il-kultura u ż-żgħażagħ biex l-Ewropa tiġi aktar qrib iċ-ċittadini tagħha u biex titrawwem id-diversità kulturali kif ukoll il-fehim reċiproku, minbarra l-irwol li l-edukazzjoni għandha biex jintlaħqu l-miri ta' Liżbona u biex il-ħiliet jiġu adattati għall-isfidi u l-opportunitajiet il-ġodda li jirriżultaw mill-kriżi finanzjarja u ekonomika u mill-bidla fil-klima;

27.

Ifakkar li l-intestatura 4 “L-UE bħala sieħba globali” għadha mhux iffinanzjata biżżejjed u li din hija sitwazzjoni li ilha hekk; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti: għall-finanzjament b'perspettiva fit-tul biex tgħin sabiex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp; għall-impenji li jirriżultaw mill-ftehima internazzjonali dwar il-bidla fil-klima indipendentement mill-għajnuna umanitarja; biex jiġu evitati l-kunflitti u jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; għal politika kredibbli għall-viċinat; għas-PESK/ESDP (sakemm ikun hemm proċeduri adegwati ta' kwittanza), biex jiġu evitati negozjati rikorrenti u li ma jispiċċaw qatt mal-Kunsill matul il-proċeduri baġitarji annwali; jenfasizza li l-bżonnijiet il-ġodda għandhom ikunu ffinanzjati b'riżorsi addizzjonali;

28.

Ifakkar fl-impenji li saru mill-Istati Membri fl-2005 bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira ta’ 0.7 % tad-DGN tal-UE għall-assistenza uffiċjali għall-żvilupp (ODA) fl-2015; jemmen li l-appoġġ tal-baġit tal-UE jista’ jkun inċentiv utli li jgħin l-Istati Membri biex iżommu ma’ din il-mira; itenni r-rieda tiegħu li jintegra l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit ġenerali biex tissaħħaħ it-trasparenza bil-proċeduri tiegħu tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jinvolvu lill-Parlament u li huma kkontrollati minnu;

29.

Jistieden lill-Parlament elett fl-2009, għal raġunijiet ta' trasparenza, biex jinkorpora l-fondi li attwalment joperaw barra l-baġit fl-istruttura baġitarja regolari;

*

* *

30.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 373.

(3)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 454.

(4)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0622.

(5)  ĠU C 27E, 31.1.2008, p. 214.

(6)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 263.

(7)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0576.

(8)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0068.

(9)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0093.

(10)  ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 182.

(11)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi propji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42).

(12)  1.24 % tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji vs. limitu massimu tal-MFF ibbażat fuq id-DGN stmat għall-2009 tal-UE - 27.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/101


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Ftehima għal Sħubija Ekonomika bejn il-KE u l-Istati tal-Cariforum

P6_TA(2009)0175

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwdar Ftehima għal Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Cariforum, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

2010/C 117 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Settembru 2003 dwar il-Ħames Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) f'Cancún (1), tat-12 ta' Mejju 2005 dwar l-evalwazzjoni tad-Doha Round wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO tal-1 ta' Awissu 2004 (2), tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-preparamenti għas-sitt Konferenza Ministerjali dwar l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f'Ħong Kong (3), tat-23 ta' Marzu 2006 dwar l-impatt tal-iżvilupp tal-Ftehimiet ta' Partenarjati Ekonomiċi (EPAs) (4), tal-4 ta' April 2006 dwar l-evalwazzjoni tad-Doha Round wara l-Konferenza Ministerjali ta' Ħong Kong (5), tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar il-kummerċ u l-faqar: l-iddisinjar ta' politiki kummerċjali biex isir l-aħjar użu mill-kontribuzzjoni tal-kummerċ biex jittaffa l-faqar (6), tas-7 ta' Settembru 2006 dwar is-sospensjoni tan-negozjati dwar l-Aġenda tal-Iżvilupp ta' Doha (7) (DDA), tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-Ftehimiet ta' Partenarjati Ekonomiċi (8), tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-Ftehima TRIPS u l-aċċess għall-mediċini (9), tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-Ftehimiet ta' Partenarjati Ekonomiċi (10), u l-pożizzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2009 sat-31 ta' Diċembru 2011 u li jemenda ir-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u (KE) Nru 1100/2006 (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2002 dwar ir-rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar in-negozjati tal-Ftehimiet ta' Partenarjati Ekonomiċi mal-pajjiżi u r-reġjuni tal-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku (AKP) (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2009 dwar l-impatt tal-iżvilupp tal-Ftehimiet ta' Partenarjati Ekonomiċi (EPAs) (13),

wara li kkunsidra l-Ftehima għal Partenarjat Ekonomiku bejn l-Istati Cariforum, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-iffirmar tal-Ftehima ta' Partenarjat Ekonomiku,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Partenarjat bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehima ta' Cotonou),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni ta' April 2006, Ottubru 2006, Mejju 2007, Ottubru 2007, Novembru 2007 u Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-Ftehimiet ta' Partenarjati Ekonomiċi (COM(2007)0635),

wara li kkunsidra l-Ftehima Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerc (GATT), b'mod partikulari l-Artikolu XXIV taghha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tar-Raba' Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fl-14 ta' Novembru 2001 f'Doha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tas-Sitt Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fit-18 ta' Diċembru 2005 f'Ħong Kong,

wara li kkunsidra r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, adottati mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-10 ta' Ottubru 2006,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000, li tistabilixxi l-Għanijiet tal-Millennju ghall-Izvilupp (MDGs) bħala kriterji stabbiliti b'mod kollettiv mill-komunità internazzjonali għall-qerda tal-faqar,

wara li kkunsidra l-Komunikat ta' Gleneagles, adottat mill-G8 fit-8 ta' Lulju 2005,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) flimkien mal-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi mill-1 ta' Jannar 2008 ir-relazzjoni kummerċjali preċedenti tal-UE mal-pajjiżi tal-AKP – li kienet tagħti lil dawn tal-aħħar aċċess preferenzjali għas-swieq tal-UE fuq bażi mhux reċiprokata – ma baqgħetx tikkonforma mar-regoli tad-WTO,

B.

billi l-EPAs huma ftehimiet kompatibbli mad-WTO mmirati biex jappoġġjaw l-integrazzjoni reġjonali u jippromwovu l-integrazzjoni gradwali tal-ekonomiji tal-AKP fl-ekonomija dinjija, biex b'hekk jisseddaq l-iżvilupp sostenibbli soċjali u ekonomiku tagħhom u jingħata kontribut għall-isforz globali biex jinqered il-faqar fil-pajjiżi tal-AKP,

C.

billi l-EPAs għandhom jintużaw biex tinbena relazzjoni fit-tul li permezz tagħha l-kummerċ jappoġġja l-iżvilupp,

D.

billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali tfisser li l-politika kummerċjali se tkun importanti aktar minn qatt qabel għad-dinja li għadha qed tiżviluppa,

E.

billi l-impatt fuq il-pajjiżi u fuq ir-reġjuni tal-impenji kumplessi u b'konsegwenzi vasti inklużi fil-ftehimiet jista' jkun kbir bil-bosta,

F.

billi l-EPA inevitabilment se tikkondizzjona l-ambitu u l-kontenut tal-ftehimiet futuri magħmulin bejn il-Cariforum u l-imsieħba kummerċjali l-oħrajn u l-pożizzjoni tar-reġjun fin-negozjati,

G.

billi kull wieħed mill-Istati tal- Cariforum għandu skeda ta' liberalizzazzjoni għalih, b'ċertu livell ta' sovrappożizzjoni bejn il-pajjiżi li se tikkonverġi mal-mogħdija taż-żmien, biex tevolvi fi skeda reġjonali; billi l-mira tal-Komunità tal-Karibew (Caricom) hija li tistabbilixxi Suq Uniku sal-2015,

H.

billi l-impatt assolut tar-regoli tal-kummerċ stabbiliti mill-EPA jista’ jkun wisq akbar mit-tneħħija ta’ tariffi,

I.

billi regoli kummerċjali mtejba għandhom ikunu akkumpanjati b’żieda fl-appoġġ għall-assistenza relatata mal-kummerċ,

J.

billi l-mira tal-Istrateġija tal-UE għallGħajnuna għall-Kummerċ huwa li tkun appoġġjata l-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet kummerċjali ġodda,

K.

billi l-aħħar sentenza tal-Artikolu 139(2) tal-Ftehima jgħid li “Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jiġi interpretat bħala li jgħarraq il-kapaċità tal-Partijiet u tal-Istati Firmatarji tal- Cariforum li jippromwovu l-aċċess għall-mediċini”,

L.

billi l-EPA fiha Dikjarazzjoni dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp iżda ma fiha ebda impenn ta’ ffinanzjar li huwa legalment vinkolanti,

1.

Jenfasizza li l-EPAs ma jistgħux jitqiesu bħala sodisfaċenti sakemm ma jiksbux l-għanijiet li ġejjin: li jiġi offrut l-appoġġ lill-pajjiżi AKP għall-iżvilupp sostenibbli, li tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kummerċ dinji, li jiġi msaħħaħ il-proċess ta' reġjonalizzazzjoni, li jingħata ħajja mill-ġdid lill-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi AKP u li tiġi mħeġġa d-diversifikazzjoni ekonomika tal-pajjiżi AKP;

2.

Ifakkar li l-EPA għandha tappoġġja l-obbjettivi, il-politiki u l-prijoritajiet ta' żvilupp tal-Istati tal-Cariforum, mhux biss fl-istruttura u l-kontenut, imma wkoll fil-mod u l-ispirtu tal-implimentazzjoni;

3.

Jindika li l-EPA għandha tikkontribwixxi għall-ksib tal-MDGs;

4.

Jistieden lill-Kummisjoni biex tiċċara l-pożizzjoni tagħha fuq l-objettiv imsemmi tal-UE li tiskuraġġixxi l-paradisi fiskali; ifakkar f'dan ir-rigward li 8 mill-14 -il pajjiż CARIFORUM firmatarju tal-EPA huma mniżżla bħala paradisi fiskali mill-OECD u li l-CARIFORUM EPA tipprovdi għal-liberalizzazzjoni tal-kont kurrenti għar-residenti kollha (Artikolu 122), il-liberalizzazzjoni tal-kont kapitali għall-investituri (Artikolu 123), u attività transkonfinali kważi bla limiti tas-servizzi finanzjarji, li jinkludu l-operazzjoni ta' “Servizzi ta' trust” u d-derivattivi over-the-counter (Artikolu 103, B-6);

5.

Jenfasizza li l-għan prinċipali tal-EPA bejn il-KE u l-Cariforum huwa li, permezz tal-għanijiet għall-iżvilupp, it-tnaqqis tal-faqar u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel kulma tista' sabiex terġa' tibda n-negozjati dwar l-Aġenda dwar l-Iżvilupp ta' Doha (DDA) u sabiex tiżgura li l-ftehimiet ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ ikomplu jippromwovu l-iżvilupp fil-pajjiżi l-fqar;

7.

Huwa konvint li l-EPAs sħaħ għandhom ikunu komplementari għall-ftehima dwar id-DDA u mhux alternattiva għall-pajjiżi AKP;

8.

Jenfasizza l-importanza tal-kummerċ intrareġjonali u l-ħtieġa ta' iktar rabtiet kummerċjali fir-reġjun sabiex ikun żgurat it-tkabbir sostenibbli fir-reġjun; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni u l-qbil bejn l-entitajiet reġjonali differenti;

9.

Huwa mħasseb li, minkejja li l-Kummissjoni għandha mandat tan-negozjar tal-EPA, li kien approvat mill-Kunsill fis-17 ta' Ġunju 2002, li stqarr li waqt in-negozjati, kienu se jitqiesu l-interessi partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Komunità, u li f'dan ir-rigward, l-EPAs setgħu b'mod partikolari jagħmlu dispożizzjoni għal miżuri speċifiċi biex jassistu l-prodotti minn dawn ir-reġjuni, sabiex dawn jiġu inklużi fit-terminu l-qasir fil-kummerċ interreġjunali, skont id-dispożizzjonijiet tad-WTO, l-interessi tar-reġjuni ultraperiferiċi għadhom ma ġewx meqjusa b'mod suffiċjenti fir-rigward ta' ħafna aspetti li ġew komunikati lill-Kummissjoni mill-kunsilli reġjonali, u li b'konsegwenza l-inklużjoni fuq terminu qasir tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-kummerċ interreġjonali ġiet ittraskurata;

10.

Jinkoraġġixxi iktar tnaqqis fit-tariffi bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-gruppi reġjonali, li llum jammontaw għal bejn 15 u 25 fil-mija tal-valur tal-kummerċ, sabiex jitħeġġeġ iżjed il-kummerċ bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, it-tkabbir ekonomiku u l-integrazzjoni reġjonali;

11.

Jenfasizza li suq reġjonali ġenwin huwa bażi essenzjali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-EPA u li l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni reġjonali huma essenzjali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Istati tal-Cariforum;

12.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-Ftehima għandha tagħti kas tal-proċessi ta' integrazzjoni tal-Cariforum, inklużi l-miri u l-obbjettivi tas-Suq u l-Ekonomija Uniċi tal-Caricom (CSME) kif imniżżla fit-Trattat Rivedut ta' Chaguaramas;

13.

Jirrikonoxxi li l-Istati tal-Cariforum li huma membri tal-Caricom impenjaw ruħhom f'oqsma li għadhom ma ġewx finalizzati skont is-CSME jew għadhom ma ġewx implimentati għal kollox, inklużi s-servizzi finanzarji, servizzi oħrajn, l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwisti pubbliċi, il-kummerċ elettroniku, il-proprjetà intellettwali, iċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija, u l-ambjent; jitlob li tiġi kkunsidrata s-CSME fl-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet f’dawn l-oqsma, skont l-Artikolu 4(3) tal-EPA bejn il-KE u l-Cariforum;

14.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi rilevanti biex jagħtu tagħrif ċar u trasparenti dwar il-qagħda ekonomika u politika u dwar l-iżvilupp f'dawn il-pajjiżi sabiex titjieb il-kooperazzjoni mal-KE;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara kif fil-fatt issir id-distribuzzjoni madwar ir-reġjun tal-AKP tal-fondi li ġejjin mill-wegħda ta' nfiq prijoritarju fil-kuntest tal-baġit imkabbar tal-Għajnuna għall-Kummerċ;

16.

Jinsisti li, sabiex tkun konformi mal-Prinċipji ta' Pariġi dwar l-Effettività tal-Għajnuna, l-għajnuna għandha, fost affarijiet oħra, tkun mogħtija skont it-talba, u għalhekk jistieden lill-AKP biex jipproponu l-fondi addizzjonali relatati mal-EPA partikolarment fir-rigward ta’ oqfsa regolatorji, miżuri ta’ salvagwardja, tħaffif tal-kummerċ, appoġġ biex jintlaħqu standards internazzjonali sanitarji u fitosanitarji u ta’ proprjetà intellettwali u l-kompożizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-EPA;

17.

Ifakkar fl-adozzjoni, f'Ottubru 2007, tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, bl-impenn li l-għajnuna kollettiva tal-UE relatata mal-kummerċ tiżdied għal EUR 2 biljun (2 000 000 000)fis-sena sal-2010 (EUR 1 biljun mill-Komunità, EUR 1 biljun mill-Istati Membri); jinsisti li l-pajjiżi tal-Cariforum għandhom jirċievu sehem xieraq u ġust;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkjarifika d-distribuzzjoni tal-fondi fir-reġjun kollu, jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jispjegaw l-iffinanzjar addizzjonali lilhinn mill-impenji baġitarji tal-2008-2013;

19.

Jitlob li jkun hemm determinazzjoni u provvediment bikrin ta' sehem ekwu mir-riżorsi tal-Għajnuna għall-Kummerċ; jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-fondi jirrappreżentaw riżorsi addizzjonali u li ma jkunux sempliċement fondi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) ippreżentati f’pakkett ġdid, u li għandhom jikkonformaw mal-prijoritajiet tal-CARIFORUM kif ukoll li, kemm jista’ jkun, it-tqassim tagħhom għandu jgħaddi mill-Fond Reġjonali għall-Iżvilupp u dan għandu jkun f’waqtu, b’mod prevedibbli u f’armonija mal-iskedi ta’ twettiq tal-pjanijiet ta’ żvilupp strateġiku nazzjonali u reġjonali; jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-Istati tal-CARIFORUM biex jagħmlu użu effiċjenti minn dawn il-fondi sabiex jgħinu fil-kumpens għat-telf possibbli ta' dħul mid-dwana u biex jiġu indirizzati u l-bżonnijiet għat-tkabbir tal-iżvilupp u l-kompetittività;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara liema fondi huma addizzjonali għall-iffinanzjar tal-għaxar Fond ta' Żvilupp Ewropew; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li d-dispożizzjonijiet kollha ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, inkluż l-iffinanzjar tagħhom, jitwettqu mingħajr dewmien, adegwatament, u b'mod effettiv;

21.

Jinnota li għall-Baħamas, Antigwa u l-Barbados, hemm antiċipat telf ta' dħul mid-dwana minħabba l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ; jaċċetta li għal Stati oħrajn tal-Cariforum, proporzjon sostanzjali tal-esportazzjonijiet tal-UE jew huwa diġà ħieles mix-xkiel għall-kummerċ jew il-biċċa l-kbira tal-liberalizzazzjoni ser isseħħ fis-snin 10-15 tal-iskeda ta’ implimentazzjoni;

22.

Jenfasizza li, jekk ikun neċessarju, l-inizjattiva duty-free, quota-free (DFQF) għandha tkun akkumpanjata b’bidliet sostanzjali fir-regoli tal-oriġini biex tinħoloq żjieda sinifikattiva fl-esportazzjonijiet tal-merkanzija; f’dan ir-rigward jilqa’ b’sodisfazzjon id-dikjarazzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni li r-Regoli ta' Oriġini jistgħu jiġu aġġornati skont l-Artikolu 10 bi qbil mal-prinċipju tal-kumulazzjoni;

23.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament dwar l-ammont ta’ applikazzjonijiet għall-brevetti u l-litigazzjonijiet taħt il-PCT; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-impenji tat-trasferiment tat-teknologija fil-Ftehima; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tipprovax tarmonizza l-istandards tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali lil hinn minn dak li huwa xieraq għal-livell ta' żvilupp tal-Istati tal-CARIFORUM; jenfasizza l-importanza li jkun hemm għajnuna għall-pajjiżi tal-CARIFORUM fil-monitoraġġ tal-imġiba antikompetittiva fis-settur farmaċewtiku;

24.

Iħeġġeġ lin-negozjaturi ta' kull EPA sħiħa biex jiggarantixxu l-ġestjoni trasparenti tar-riżorsi naturali u biex iħejju profil tal-aħjar prattiki meħtieġa biex il-pajjiżi tal-AKP jaqalgħu kemm jistgħu minn riżorsi bħal dawn;

25.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mhux se jintużaw biex jgħawġu l-kompetizzjoni leġittima mill-fornituri tal-mediċini ġeneriċi, u/jew biex iwaqqfu l-entitajiet governattivi ta' akkwist milli jixtru provvisti ġeneriċi;

26.

Jirrispetta l-ħtieġa għal kapitolu dwar id-difiża tal-kummerċ b'salvagwardji bilaterali; jistieden liż-żewġ naħat biex jevitaw użu mhux meħtieġ ta' dawn is-salvagwardji;

27.

Jirrikonoxxi l-inklużjoni ta' kapitolu dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-EPA komprensiva li tkopri l-kooperazzjoni fil-kummerċ tal-merkanzija, il-kompetittività fil-forniment, infrastruttura ta' titjib fil-kummerċ, il-kummerċ fis-servizzi, kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ, il-bini ta' kapaċità istituzzjonali, u aġġustamenti fiskali; jistieden liż-żewġ naħat biex iżommu l-impenn miftiehem tagħhom li jikkonkludu n-negozjati dwar il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku biss meta jkun inbena livell ta' kapaċità adegwat;

28.

Jenfasizza li l-EPA għandha tqis l-interessi speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju taż-żewġ Partijiet;

29.

Jitlob li l-Unjoni Ewropea tapplika l-prinċipju tal-Pajjiż l-Aktar Favorit (MFN) għall-gruppi sottoreġjonali kollha tal-AKP;

30.

Jirrikonoxxi l-applikazzjoni selettiva tat-trattament MFN għall-Unjoni Ewropea mill-Cariforum u mill-gruppi sottoreġjonali l-oħrajn;

31.

Iqis li meta jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ trattament speċjali u differenzjali inklużi fl-Arikolu 5 tal-EPA u, sabiex jinkiseb l-għan tat-tnaqqis tal-faqar, indikaturi xierqa tal-iżvilupp ta’ EPA għandu jkollhom tliet skopijiet ewlenin: biex jagħtu bidu għall-implimentazzjoni tal-impenji tal-EPAs mill-Istati tal-Cariforum jew biex dawn jiġu kkwalifikati għal eżenzjonijiet; biex jimmonitorjaw l-impatt tal-implimentazzjoni tal-EPA fuq l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar; biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-impenji tal-KE, b’mod partikolari, l-iżburżar u t-twassil effettiv tal-assistenza finanzjarja u teknika mwiegħda;

32.

Jenfasizza l-ħtieġa li jintużaw indikaturi tal-iżvilupp biex jitkejlu r-riżultati ekonomiċi u soċjali mistennija (bħat-tnaqqis tal-faqar, standards tal-għajxien aħjar u l-ftuħ tal-ekonomija) fl-implimentazzjoni tal-EPA;

33.

Jinnota d-differenza kbira bejn il-livelli ta' nfiq pubbliku fuq is-sussidji u l-appoġġ finanzjarju u tekniku għall-agrikoltura:

34.

Jinnota li dan iqiegħed lill-bdiewa fl-AKP fi żvantaġġ billi jnaqqas il-kompetittività tagħhom kemm fil-pajjiż u kemm barra għaliex il-prodotti tagħhom huma iktar għoljin f'termini reali meta mqabbla mal-prodotti sussidjati tal-UE u tal-Istati Uniti;

35.

Jappoġġja għaldaqstant l-esklużjonijiet miftiehma ta' linji ta' tariffi li jiffukaw fuq prodotti agrikoli u xi prodotti agrikoli pproċessati ladarba dawn huma msejsa prinċipalment fuq il-ħtieġa tal-ħarsien ta' industriji li għadhom ġodda jew prodotti sensittivi f'dawn il-pajjiżi;

36.

Jitlob li jkun hemm mekkaniżmi ta' monitoraġġ xierqa u trasparenti – bi rwol u influwenza ċari – biex jiġi segwit l-impatt tal-EPAs, b'iktar sjieda min-naħa tal-AKP u b'konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati;

37.

Jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja t-twaqqif ta' mekkaniżmu indipendenti ta' monitoraġġ fi ħdan l-Istati tal-Cariforum mogħni bir-riżorsi neċessarji biex jagħmel l-analiżi neċessarja ħalli jiddetermina kemm l-EPA qed tilħaq l-għanijiet tagħha;

38.

Iqis importanti li l-implimentazzjoni tal-EPAs għandha tinvolvi t-twaqqif ta’ sistema adegwata ta’ monitoraġġ, li tkun ikkoordinata mill-kumitat parlamentari rilevanti u li tkun tinvolvi l-membri tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp, u li tiżgura bilanċ adegwat bejn iż-żamma tal-irwol ewlieni tal-Kumitat INTA u l-konsistenza ġenerali fil-politiki għall-iżvilupp u dawk kummerċjali; iqis li dan il-kumitat parlamentari għandu jopera b’mod flessibbli u għandu jikkoordina b’mod attiv il-ħidma tiegħu mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE (JPA);

39.

Jenfasizza l-irwol kruċjali tal-parlamenti u tal-atturi mhux statali tal-Cariforum fl-immonitorjar u l-immaniġġjar tal-EPA; jinnota li l-involviment effettiv tagħhom jeħtieġ aġenda ċara u inklużiva bejn l-UE u l-Istati tal-Cariforum;

40.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jikkonsulta lill-kunsilli reġjonali tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea li jinsabu fil-Karajbi (Martinika, il-Gwadalupe u l-Gujana Franċiża) qabel ma ssir ir-ratifika tal-EPA bejn l-Istati tal-Cariforum u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

41.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-Dikjarazzjoni Konġunta msemmija aktar ’il fuq u l-fatt li se ssir reviżjoni komprensiva obbligatorja tal-Ftehima sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tal-iffirmar u mbagħad kull ħames snin wara l-ewwel darba, sabiex jiġi ddeterminat l-impatt tal-Ftehima, inklużi l-ispejjeż u l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni; jindika li l-Partijiet impenjaw ruħhom li jemendaw il-provvedimenti tagħha u jaġġustaw l-applikazzjoni tagħha skont il-ħtieġa; jitlob li l-Parlament u l-Parlamenti tal-Cariforum ikunu involuti fi kwalunkwe reviżjoni tal-EPA;

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-AKP, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.


(1)  ĠU C 77 E, 26.3.2004, p. 393.

(2)  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 397.

(3)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 126.

(4)  ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 121.

(5)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(6)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 261.

(7)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 244.

(8)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 301.

(9)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 591.

(10)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 361.

(11)  Testi adottati, P6_TA(2008)0252.

(12)  ĠU C 273 E, 14.11.2003, p. 305.

(13)  Testi adottati, P6_TA(2009)0051.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/106


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika Interim KE- Kosta ta' l-Avorju

P6_TA(2009)0176

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Kosta tal-Avorju, min-naħa l-oħra

2010/C 117 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehima Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), b'mod partikulari l-Artikolu XXIV tagħha,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Partenarjat bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehima ta' Cotonou),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000, li tistipula l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (l-MDGs) bħala kriterji stabbiliti b'mod kollettiv mill-komunità internazzjonali għall-qerda tal-faqar,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tar-Raba' Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-WTO, adottata fl-14 ta' Novembru 2001 f'Doha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2003 dwar il-Ħames Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) f'Cancún (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2005 dwar l-evalwazzjoni taċ-Ċiklu ta' Doha wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO tal-1 ta' Awwissu 2004 (2),

wara li kkunsidra l-Communiqué ta' Gleneagles, adottat mill-G8 fit-8 ta' Lulju 2005,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar it-tħejjijiet għas-Sitt Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f'Ħong Kong (3),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tas-Sitt Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-WTO, adottata fit-18 ta' Diċembru 2005 f'Ħong Kong,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2006 dwar l-impatt tal-iżvilupp ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (EPAs) (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ April 2006 dwar l-evalwazzjoni taċ-Ċiklu ta’ Doha wara l-Konferenza Ministerjali tal-WTO f’Ħong Kong (5),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar il-kummerċ u l-faqar: il-politiki tal-kummerċ imfassla biex iżidu kemm jista' jkun il-kontribuzzjoni tal-kummerċ sabiex jitnaqqas il-faqar (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006 dwar is-sospensjoni tan-negozjati dwar l-Aġenda ta' Żvilupp ta' Doha (7),

wara li kkunsidra r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, adottati mill-Kunsill Ġenerali tal-WTO fl-10 ta' Ottubru 2006,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 (8) u tat-12 ta' Diċembru 2007 (9) dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-Ftehim ta' Partenarjat Ekonomiku (COM(2007)0635),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni (GAERC) ta' April 2006, Ottubru 2006, Mejju 2007, Novembru 2007 kif ukoll Mejju u Ġunju 2008,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li tapplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u (KE) Nru 1100/2006 (10),

wara li kkunsidra l-Ftehima għal Sħubija Ekonomika Interim bejn il-Kosta tal-Avorju, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) konġuntament mal-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-relazzjoni kummerċjali preċedenti tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi tal-AKP sal-31 ta' Diċembru 2007 – li tagħtihom aċċess preferenzjali għas-swieq tal-UE fuq bażi mhux reċiproka – kienet ir-raġuni ta' deroga mir-regoli ġenerali tad-WTO,

B.

billi l-ftehimiet ekonomiċi (l-EPAS) huma ftehimiet kompatibbli ma' dawk tad-WTO, li għandhom l-għan li jappoġġaw l-integrazzjoni reġjonali u l-promozzjoni ta' integrazzjoni gradwali tal-ekonomiji tal-AKP fl-ekonomiji dinjija, u b'hekk ikattru l-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli tagħhom u jikkontribwixxu għall-isforz ġenerali li jinqered il-faqar u jinħoloq il-ġid fil-pajjiżi tal-AKP,

C.

billi l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika Interim (l-IEPAs) huma ftehimiet kompatibbli mal-WTO, li jinvolvu impenji sostanzjali, dwar il-kummerċ ta' prodotti mmirat biex jevitaw il-waqfien tal-kummerċ tal-AKP mal-Unjoni Ewropea, dawn għandhom ikunu kkunsidrati bħala soluzzjoni temporanja waqt li jkunu għaddejjin in-negozjati biex tkun konkluża EPA komprensiva mar-reġjun tal-Afrika tal-Punent,

D.

billi r-regoli tal-kummerċ inklużi fl-IEPA għandhom ikunu akkumpanjati b'żieda fl-appoġġ għal assistenza relatata mal-kummerċ bħall-bini tal-kapaċità amministrattiva u l-miżuri li jippromwovu governanza tajba,

E.

billi l-Kosta tal-Avorju tinsab fil-151 post minn 163 fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tat-Transparency International tal-2008,

F.

billi l-għan tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ huwa li jappoġġa l-kapaċitajiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet ġodda ta’ kummerċ,

G.

billi l-klawsola tal-Iktar Nazzjon Preferut (MFN), li tistabbilixxi tariffa normali u mhux diskriminatorja fuq il-merkanzija importata, ġiet imfittxa minn xi stati tal-AKP fin-negozjati tal-EPA, sabiex jiżguraw li l-esportaturi kollha jkunu trattati bl-istess mod kif jiġi trattat l-iktar esportatur preferut,

H.

billi hemm kompetizzjoni limitata bejn l-ekonomiji tal-UE u dawk tal-AKP peress li l-maġġoranza vasta tal-esportazzjoni tal-UE tikkonsisti prinċipalment f'oġġetti li l-Istati tal-AKP ma jipproduċux però li għandhom bżonnhom jew għall-konsum dirett jew bħala dħul għall-industrija domestika; billi dan mhuwiex il-każ rigward il-kummerċ fi prodotti agrikoli fejn is-sussidji tal-UE għall-esportazzjoni jirrappreżentaw ostaklu serju għall-produtturi tal-AKP fis-setturi tal-agrikoltura, tat-trobbija tal-bhejjem u tal-prodotti tal-ħalib, billi jfixklu u sikwit jeqirdu s-swieq, kemm lokali kif ukoll reġjonali, u għalhekk l-UE għandha twaqqaf gradwalment kull xorta ta' sussidju għall-esportazzjoni,

I.

billi regoli ta' oriġini ġodda u iktar flessibbli u mtejba kienu nnegozjati bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi tal-AKP, u dawn jistgħu potenzjalment jipprovdu l-pajjiżi tal-ACP b'benefiċċji konsiderevoli jekk ikunu implimentati kif xieraq u bil-kunsiderazzjoni dovuta għal-livelli ta' kapaċità mnaqqsa tagħhom,

1.

Jenfasizza l-EPAs ma jistgħux jitqiesu bħala sodisfaċenti sakemm ma jiksbux tliet għanijiet: joffru lill-pajjiżi tal-AKP appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli, jippromwovu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kummerċ dinji u jsaħħu l-proċess ta’ reġjonalizzazzjoni;

2.

Jenfasizza li l-għan ewlieni ta' din il-ftehima hu li jsir kontribut permezz tal-kummerċ u l-iżvilupp, it-tnaqqis tal-faqar, u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem għall-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millennju;

3.

Ifakkar li, filwaqt li l-ftehim interim huwa kompatibbli mal-WTO u jista' jitqies bħala l-ewwel pass fil-proċess, dan jista' ma jwassalx awtomatikament għal EPA “sħiħ”;

4.

Jirrakkomanda strateġija flessibbli u pragmatika fin-negozjati li għadhom għaddejjin għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'dan il-kuntest, tqis b'mod partikolari t-talba tal-Kosta tal-Avorju rigward l-aspetti tal-iżvilupp tal-ftehima; jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan ir-rigward il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-GAERC ta' Mejju 2008;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis kull rikjesta mill-Kosta tal-Avorju biex tinnegozja mill-ġdid kwalunkwe dispożizzjoni dwar kwistjonijiet kontenzjużi li tixtieq temenda jew tirtira;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-iżviluppi ekonomiċi relatati mal-ftehima; jappoġġa għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi l-aspetti kollha tal-ftehima matul in-negozjati ta' EPA sħiħ; jisħaq li l-EPA sħiħ għandu jinkludi klawsola ta’ reviżjoni u evalwazzjoni tal-impatt, li għandha ssir fi żmien perjodu ta' bejn tlieta u ħames snin wara l-iffirmar tal-ftehima sabiex jiġi determinat l-impatt soċjo-ekonomiku, inklużi l-ispejjeż u l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni; jitlob biex il-Parlament ikun involut fi kwalunkwe reviżjoni tal-ftehima;

7.

Ifakkar li l-EPAs għandhom ikunu kompatibbli mar-regolamenti tad-WTO, li ma jeħtiġux jew ma jfixklux l-impennji ta' liberalizzazzjoni tas-servizzi, il-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew l-hekk imsejħa “Kwistjonijiet ta' Singapore”;

8.

Jitlob li jkun hemm qafas regolatorju li jkun stabbilit matul it-tranżizzjoni minn EPA interim għal wieħed sħiħ fir-rigward tas-servizzi; jitlob li jkun hemm proċedura x'tiġi segwita biex ikun żgurat, fejn ikun possibbli, li l-provvista tas-servizzi universali tkun fis-seħħ, inklużi servizzi pubbliċi essenzjali; jafferma mill-ġdid f'dan il-kuntest l-opinjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċ fis-servizzi (11);

9.

Iqis li EPA sħiħ għandu jinkludi taqsima dwar djalogu politiku u d-difiża tad-Drittijiet tal-Bniedem;

10.

Jesprimi t-tama li gvern elett b'mod demokratiku li jkun ukoll responsabbli ieħu postu kemm jista' jkun malajr fil-Kosta tal-Avorju; għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon il-preparamenti kollha kompluti mill-Kummissjoni Elettorali Indipendenti (CEI), iżda jħeġġeġ lis-CEI biex tippubblika malajr kemm jista’ jkun skeda elettorali ġdida u realistika; jemmen li l-appoġġ tal-Parlament għal EPA sħiħ bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju għandu jqis jekk l-elezzjonijiet seħħewx u jekk huwiex fil-kariga gvern elett demokratikament; jitlob li jkun ikkonsultat kmieni kemm jista’ jkun;

11.

Ifaħħar lill-firmatarji tal-ftehim talli ffaċilitaw l-avvanz tar-riformi doganali fi ħdan ir-reġjun tal-Afrika tal-Punent, speċjalment meta wieħed iqis il-pożizzjoni li l-Kosta tal-Avorju għandha fir-reġjun tal-Afrika tal-Punent bħala waħda mill-iktar ekonomiji avvanzati u għanja, u wkoll bħala mexxej fl-iżvilupp kummerċjali u ekonomiku;

12.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-iżvilupp ta' unjoni doganali fil-grupp reġjonali tal-Afrika tal-Punent u, b'mod partikolari, il-benefiċċji għall-Kosta tal-Avorju li għandhom ikunu disponibbli permezz ta' sinkronizzazzjoni tar-reġjun tal-Afrika tal-Punent, li jwasslu għal suq ikbar, żieda fil-kummerċ kif ukoll żieda fl-opportunitajiet għall-ħolqien ta' ekonomiji ta' skala;

13.

Ifakkar li l-kummerċ intrareġjonali jammonta għal porzjon żgħir tal-kummerċ tal-Kosta tal-Avorju u jenfasizza l-bżonn għal żieda fir-rabtiet tal-kummerċ reġjonali sabiex it-tkabbir sostenibbli jkun żgurat fir-reġjun; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tqis kif xieraq il-politiki tal-grupp reġjonali tal-Komunità Ekonomika tal-Istati Afrikani tal-Punent (l-ECOWAS);

14.

Jenfasizza l-fatt li EPA tal-futur mal-Afrika Ċentrali taħt l-ebda ċirkustanza m'għandu jipperikola l-koeżjoni jew idgħajjef l-integrazzjoni reġjonali ta' dawn il-pajjiż;

15.

Iqis li l-EPA sħiħa għandha tinkoraġġixxi l-esportazzjonijiet ta’ prodotti pproċessati permezz ta’ regoli dwar l-oriġini aktar sempliċi u mtejba, partikolarment f’setturi prinċipali bħat-tessuti, is-sajd u l-agrikoltura;

16.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tipprovdi żieda u assistenza teknika u amministrattiva adegwata lill-Kosta tal-Avorju, inkluż lis-settur privat u lis-soċjetà ċivili, sabiex ikun iffaċilitat l-adattament tal-ekonomija ta' dan il-pajjiż wara l-iffirmar tal-IEPA;

17.

Ifakkar fl-adozzjoni, f'Ottubru 2007, tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, bl-impenn li l-għajnuna kollettiva tal-UE relatata mal-kummerċ tiżdied għal EUR 2 biljun (2 000 000 000) fis-sena sal-2010 (EUR 1 biljun mill-Komunità, EUR 1 biljun mill-Istati Membri); jinsisti li l-Kosta tal-Avorju għandha tirċievi sehem xieraq u ekwitabbli; jitlob li jkun deċiż minn kmieni u jkun provdut is-sehem tar-riżorsi ta’ Għajnuna għall-Kummerċ; jenfasizza li dawn il-fondi għandhom jirrappreżentaw riżorsi addizzjonali u ma għandhomx ikunu fondi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) ippreżentati f’pakkett ġdid li għandhom jikkonformaw mal-prijoritajiet tal-Kosta tal-Avorju u li l-infiq tagħhom għandu jkun f'waqtu, jista' jitbassar u jkun konformi mal-iskedi ta' twettiq tal-pjanijiet ta' żvilupp strateġiku nazzjonali u reġjonali; jopponi kull xorta ta’ kundizzjonalità b’rabta mar-ratifikazzjoni ta' dan l-EPA fil-kwistjoni tal-għoti ta’ għajnuna Ewropea u jistieden lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi li l-aċċess għall-fondi tal-Għaxar EDF jinżamm separat mir-riżultati u r-ritmu tan-negozjati;

18.

Jenfasizza l-importanza tal-immaniġġjar trasparenti tar-riżorsi naturali, minħabba li dawn huma fatturi ewlenin għall-iżvilupp; iħeġġeġ lin-negozjaturi tal-EPA finali biex jagħtu kont sħiħ ta' mekkaniżmu bħal dan u biex jidentifikaw l-aħjar prattiki sabiex il-Kosta tal-Avorju tkun tista' tagħmel l-akbar dħul minn dawn it-tip ta' riżorsi; jafferma mill-ġdid f'dan il-kuntest stipulat fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 dwar ir-responsabilità soċjali korporattiva (12) u jitlob lill-Kummissjoni biex tkun żgura li kumpaniji trasnazzjonali bbażati fl-UE li għandhom faċilitajiet ta' produzzjoni fil-pajjiżi tal-AKP jimxu skont l-istandards ewlenin tal-ILO, mal-konvenzjonijiet soċjali u ambjentali u mal-ftehimiet internazzjonali biex jintlaħaq bilanċ dinji bejn it-tkabbir ekonomiku u standards soċjali u ambjentali ogħla;

19.

Jitlob lill-awtoritajiet tal-Kosta tal-Avorju biex iħeġġu u jipproteġu lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)fid-dawl tal-iffirmar ta' din l-IEPA; Ifaħħar lill-IEPA talli tat lil dawn l-SMEs perjodu ta' 15-il sena sabiex jadattaw ruħhom għall-bidliet;

20.

Jemmen li l-iżvilupp tar-riżorsi umani tar-reġjun huwa essenzjali biex ikun żgurat id-dħul minn sistema ta' kummerċ riveduta, u jħeġġeġ l-iżvilupp ta' inċentivi biex jinżammu u jiġu attirati ħaddiema kwalifikati u b'kapaċitajiet għall-forza tax-xogħol tal-Kosta tal-Avorju;

21.

Jesprimi l-appoġġ kontinwu tiegħu għal EPA sħiħ bejn il-Komunità Ewropea u l-Kosta tal-Avorju; iqis li l-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu nnegozjati jinkludu:

i)

regoli għall-ħarsien ta' industriji ġodda lokali sinifikanti għal skopijiet ta’ żvilupp;

ii)

l-oqsma tal-proprjetà intellettwali li jkopru mhux biss prodotti teknoloġiċi tal-Punent iżda wkoll il-bijodiversità tradizzjonali; apparti dan, in-negozjati dwar id-dritt tal-proprjetà intellettwali ma tistax tmur lil hinn mir-regoli tad-WTO u ma tistax titlob obbligi tat-TRIPS + mill-membri tad-WTO tal-Afrika tal-Punent jew dawk li mhumiex;

iii)

klawsola tad-drittijiet tal-bniedem;

iv)

kapitolu dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-foresta tal-Golf tal-Guinea, li għalhekk għandha ssaħħaħ il-mekkaniżmu FLEGT;

v)

taxxi permessi f'każijiet ġustifikabbli għal raġunijiet ta' żvilupp;

vi)

it-trasparenza tax-xiri pubbliku bi ftuħ għal kuntratturi tal-UE maħluqa f'mument ideali għall-bżonnijiet tal-Kosta tal-Avorju;

vii)

viżas tax-xogħol, li għandhom ikunu disponibbli għaċ-ċittadini tal-Kosta tal-Avorju għal perjodi ta' mhux anqas minn 24 xahar biex ikunu jistgħu jaħdmu bħala “carers” u xogħlijiet simili;

22.

Jiddispjaċih li ħafna prodotti, inklużi s-siment, il-petrol u l-karozzi, li n-nefqa inqas għall-importazzjoni tagħhom tista' tkun essenzjali għall-imprendituri lokali u għall-industriji żgħar li jinsabu iktar ‘il fuq fil-katina tal-valur, kienu esklużi mil-liberalizzazzjoni;

23.

Jinsisti li kull EPA sħiħ għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar standards bażiċi relatati ma' tmexxija tajba, trasparenza u rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

24.

Jemmen li EPA sħiħ se jestendi bis-sħiħ il-benefiċċji tiegħu għaċ-ċittadini tal-Kosta tal-Avorju jekk jiġi elett gvern responsabbli u demokratiku f'dan il-pajjiż; jesprimi tama li, f'waqtu, gvern bħal dan jieħu l-poter fil-Kosta tal-Avorju;

25.

Iqis importanti li fl-implimentazzjoni tal-EPAs, għandha tkun stabbilita sistema ta’ monitoraġġ xierqa, ikkoordinata mill-kumitat parlamentari rilevanti u li tkun tinvolvi l-membri tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp, li b'mod li tiżgura bilanċ adegwat bejn iż-żamma tal-irwol ewlieni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ Internazzjonali u l-konsistenza ġenerali fil-politiki għall-iżvilupp u dawk kummerċjali; iqis li dan il-kumitat parlamentari għandu jopera b’mod flessibbli u għandu jikkoordina b’mod attiv il-ħidma tiegħu mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE (JPA); iqis li dan il-monitoraġġ għandu jibda wara l-adozzjoni ta’ kull IEPA;

26.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinformaw lill-Parlament fil-ħin matul il-proċess ta' negojar tranżitorju;

27.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi alternattivi vijabbli li jiggarantixxu aċċess għas-suq għal dawk il-pajjiżi li jkunu jixtiequ jieħu l-impenn lejn EPA sħiħ;

28.

Jisħaq b'mod partikolari l-irwol kruċjali tal-parlamenti tal-AKP u tal-parteċipanti mhux tal-istat fil-monitoraġġ u l-immaniġġjar tal-EPAs, u jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-involviment tagħhom fil-proċeduri tan-negozjati li jinsabu għaddejjin; jinnota li dan jitlob li jkun hemm aġenda ċara bejn l-UE u l-pajjiżi tal-AKP, imsejsa fuq approċċ parteċipattiv;

29.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-AKP, lill-Kunsill tal-Ministri tal-AKP-UE u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.


(1)  ĠU C 77 E, 26.3.2004, p. 393.

(2)  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 397.

(3)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 126.

(4)  ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 121.

(5)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(6)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 261.

(7)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 244.

(8)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 301.

(9)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 361.

(10)  Testi addottati, P6_TA(2008)0252.

(11)  Testi adottati, P6_TA(2008)0407.

(12)  ĠU C 301 E,13.12.2007, p. 45.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/112


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Ftehima interim għal Sħubija Ekonomika bejn il-KE-Gana

P6_TA(2009)0177

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-Ftehima interim għal Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Gana, min-naħa l-oħra

2010/C 117 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2003 dwar il-Ħames Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li saret f’Cancún (1), tat-12 ta’ Mejju 2005 dwar l-evalwazzjoni tar-Rawnd ta’ Doha wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO tal-1 ta’ Awwissu 2004 (2), tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar il-preparamenti għas-Sitt Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Ħong Kong (3), tat-23 ta’ Marzu 2006 dwar l-impatt tal-iżvilupp fuq il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (EPAs) (4), tal-4 ta’ April 2006 dwar l-evalwazzjoni tar-Rawnd ta’ Doha wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Ħong Kong (5), tal-1 ta’ Ġunju 2006 dwar il-kummerċ u l-faqar: it-tfassil ta’ politiki kummerċjali biex ikun massimizzat il-kontribut tal-kummerċ għat-tnaqqis tal-faqar (6), tas-7 ta’ Settembru 2006 dwar is-sospensjoni tan-negozjati dwar l-Aġenda ta’ Żvilupp ta’ Doha (7) (DDA), tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar Ftehimiet ta’ Partenarjat Ekonomiku (8), tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar Ftehimiet ta’ Partenarjat Ekonomiku (9) u tal-pożizzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li tapplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u (KE) Nru 1100/2006 (10),

wara li kkunsidra l-Ftehima interim għal Sħubija Ekonomika bejn il-Gana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta’ Partenarjat bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmata f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (il-Ftehima ta’ Cotonou),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni (GAERC) ta’ April 2006, Ottubru 2006, Mejju 2007, Ottubru 2007, Novembru 2007, Mejju 2008 u Novembru 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-Ftehim ta’ Partenarjat Ekonomiku (COM(2007)0635),

wara li kkunsidra l-Ftehima Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), b’mod partikulari l-Artikolu XXIV tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tas-Sitt Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fit-18 ta’ Diċembru 2005 f’Ħong Kong,

wara li kkunsidra r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, adottati mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-10 ta’ Ottubru 2006,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta’ Settembru 2000, li tistipula l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) bħala kriterji stabbiliti b’mod kollettiv mill-komunità internazzjonali għall-qerda tal-faqar,

wara li kkunsidra l-Komunikat ta’ Gleneagles, adottat mill-G8 fit-8 ta’ Lulju 2005,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tar-Raba’ Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fl-14 ta’ Novembru 2001 f’Doha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) konġuntement mal-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura,

A.

billi sal-31 ta’ Diċembru 2007 r-relazzjoni kummerċjali preċedenti tal-UE mal-pajjiżi tal-ACP, relazzjoni li kienet tagħti lil dawn tal-aħħar aċċess preferenzjali għas-swieq tal-UE fuq bażi mhux reċiproka - ma kinitx tikkonforma mar-regoli tad-WTO,

B.

billi l-EPAs huma ftehimiet kompatibbli mad-WTO mmirati biex jappoġġjaw l-integrazzjoni reġjonali u jippromwovu l-integrazzjoni gradwali tal-ekonomiji tal-ACP fl-ekonomija dinjija, biex b’hekk jisseddaq l-iżvilupp sostenibbli soċjali u ekonomiku tagħhom u jingħata kontribut għall-isforz globali biex jinqered il-faqar fil-pajjiżi tal-ACP,

C.

billi r-regoli tad-WTO ma jirrikjedux li l-pajjiżi tal-EPAs iwettqu liberalizzazzjoni fl-oqsma kollha tas-servizzi, tal-investiment, tal-akkwist pubbliku, tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, tal-kompetizzjoni, tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ, tal-protezzjoni tad-dejta, tal-moviment tal-kapital jew tat-tmexxija fiskali, u billi n-negozjati dwar dawn il-kwistjonijiet għandhom isiru biss meta ż-żewġ partijiet ikunu lesti jagħmlu dan; billi l-objettivi ddikjarati tal-EPAs li jissaħħaħ l-iżvilupp u jitnaqqas il-faqar iridu jintlaħqu permezz ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ li tkun progressiva u mfassla kif suppost u li tkun ibbażata fuq benchmarks tal-iżvilupp, li jista’ jkollhom irwol fil-promozzjoni tad-diversità tas-suq, tat-tkabbir ekonomiku u tal-iżvilupp,

D.

billi l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tas-26 u s-27 ta’ Mejju 2008 enfasizza l-ħtieġa ta’ strateġija flessibbli, filwaqt li jiġi żgurat progress adegwat, u stieden lill-Kummissjoni biex tuża l-flessibilità u l-asimetrija kollha li hi kompatibbli mad-WTO biex jitqiesu l-ħtiġijiet u l-livelli differenti ta’ żvilupp fil-pajjiżi u r-reġjuni tal-ACP,

E.

billi s-sistemi preċedenti ta’ kummerċ preferenzjali ma kienux kapaċi jikkontribwixxu biex titjieb b’mod sinifikanti s-sitwazzjoni ekonomika f’dawn il-pajjiżi,

F.

billi l-Ftehimiet Interim ta’ Sħubija Ekonomika (IEPAs) huma ftehimiet dwar il-kummerċ ta’ merkanzija li għandhom l-għan li jevitaw it-tfixkil tal-kummerċ tal-ACP mal-Unjoni u għandhom jitqiesu bħala soluzzjoni temporanja waqt li jkunu għaddejjin negozjati biex tintlaħaq EPA komprensiva mar-reġjun tal-Afrika tal-Punent,

G.

billi l-impatt globali tar-regoli tal-kummerċ stabbiliti mill-EPA jista’ jkun ħafna akbar mit-tneħħija tat-tariffi,

H.

billi, skont l-Artikolu 37(6) tal-Ftehima ta’ Cotonou, il-pajjiżi tal-ACP għandhom id-dritt li jesploraw alternattivi għall-EPAs,

I.

billi l-IEPAs huma pjattaformi li jwasslu lejn EPAs sħiħ,

J.

billi l-Unjoni Ewropea toffri lill-pajjiżi AKP aċċess ta’ 100 % għas-swieq tal-UE mingħajr kwoti u dazji, b’perjodi ta’ tranżizzjoni għar-ross (2010) u z-zokkor (2015),

K.

billi l-livelli ta’ kapaċità jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn il-pajjiżi differenti tal-ACP kif ukoll bejn l-ACP u l-Unjoni Ewropea,

L.

billi hemm kompetizzjoni limitata bejn l-ekonomiji tal-UE u tal-ACP, minħabba li l-maġġoranza kbira tal-esportazzjoni tal-UE tikkonsisti fi prodotti li l-pajjiżi tal-ACP ma jipproduċux iżda li jeħtieġu għall-konsum dirett jew bħala fatturi tal-produzzjoni għall-industrija domestika,

M.

billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali tfisser li l-politika tal-kummerċ se tkun importanti iktar minn qatt qabel għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex dawn japprofittaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet fil-kummerċ internazzjonali,

N.

billi l-klawsola tal-Iktar Nazzjon Preferut (MFN), li tistabbilixxi tariffa normali u mhux diskriminatorja fuq il-merkanzija impurtata, hija inkluża fit-testi tal-EPAs bl-għan li jiġi żgurat li l-esportaturi kollha jkunu ttrattati bl-istess mod bħall-esportatur l-aktar preferut,

O.

billi regoli ta’ oriġini ġodda u mtejba kienu nnegozjati bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi tal-ACP, u dawn jistgħu potenzjalment jipprovdu l-pajjiżi tal-ACP b’benefiċċji konsiderevoli jekk ikunu implimentati kif xieraq u bil-kunsiderazzjoni dovuta għal-livelli ta’ kapaċità mnaqqsa tagħhom,

P.

billi l-obbjettiv tal-Istrateġija dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ huwa li tkun appoġġjata l-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet kummerċjali ġodda,

Q.

billi l-EPA sħiħ inevitabbilment se tikkundizzjona l-ambitu u l-kontenut tal-ftehimiet futuri li jsiru bejn il-pajjiżi tal-ACP u sħab kummerċjali oħra, u l-pożizzjoni tar-reġjun fin-negozjati,

R.

billi l-bilanċ kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) huwa ugwali f’termini ta’ kummerċ bejn ir-reġjuni,

S.

billi l-Gana hija membru tal-ECOWAS, li hija magħmula minn 15-il stat; billi l-istati individwali jvarjaw ħafna fid-daqs u fil-GDP madwar ir-reġjun,

T.

billi 12 mill-15-il pajjiż li flimkien jiffurmaw l-ECOWAS huma meqjusa Pajjiżi l-Inqas Żviluppati (LDCs),

U.

billi l-Gana, il-Kosta tal-Avorju u n-Niġerja mhumiex klassifikati bħala LDCs; billi għalhekk jistgħu joħorġu diffikultajiet potenzjali minn livelli li mhumiex indaqs ta’ riżorsi u kapaċità governattivi fil-grupp reġjonali tal-ECOWAS minħabba li l-maġġoranza tal-membri tiegħu huma kklassifikati bħala LDCs,

1.

Jafferma mill-ġdid il-fehma tiegħu li, jekk jitfasslu kif jixraq, l-EPAs jirrappreżentaw opportunità biex ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-ACP u l-UE jerġgħu jieħdu r-ruħ, biex tiġi promossa d-diversifikazzjoni ekonomika u l-integrazzjoni reġjonali tal-ACP u biex jitnaqqas il-faqar fil-pajjiżi tal-ACP;

2.

Jirrikonoxxi l-benefiċċji li l-konklużjoni tal-IEPA bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-pajjiżi tal-ACP, min-naħa l-oħra, għandha għall-esportaturi, billi tespandi l-possibilitajiet għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea wara l-iskadenza fil-31 ta’ Diċembru 2007 tat-tariffi preferenzjali kif dispost fil-Ftehima ta’ Cotonou, u għaldaqstant iżżomm u tespandi b’mod sostanzjali l-opportunitajiet tal-Gana li tesporta lejn l-Unjoni, permezz kemm ta’ aċċes sħiħ għas-suq u kif ukoll ta’ regoli tal-oriġini mtejba;

3.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Komunità Ewropea qed toffri lill-pajjiżi tal-ACP aċċess għas-suq tal-Unjoni kompletament ħieles mid-dazju u mill-kwoti għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, sabiex tiġi appoġġjata l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ bejn l-ACP u l-Unjoni;

4.

Jenfasizza li l-EPA mal-Gana m’għandha fl-ebda ċirkostanza tipperikola l-koeżjoni, jew iddgħajjef l-integrazzjoni reġjonali, tal-ECOWAS;

5.

Ifakkar li, filwaqt li l-ftehima interim hija kompatibbli mad-WTO u tista’ titqies bħala l-ewwel pass fil-proċess, tista’ ma twassalx awtomatikament għal EPA finali;

6.

Jiindika li r-regolamenti tad-WTO ma jeħtiġux u ma jipprojbixxux ftehimiet dwar servizzi jew il-kwistjonijiet ta’ Singapore;

7.

Jirrikonoxxi l-istabbiliment ta’ perjodi ta’ tranżizzjoni fl-IEPA għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) sabiex jadattaw għall-bidliet li jibdew jitħaddmu skont il-ftehima, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-istati kkonċernati biex ikomplu jappoġġjaw l-interessi tal-SMEs fin-negozjati tagħhom dwar EPA komprensiva;

8.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-ACP biex ikomplu bil-proċess ta’ liberalizzazzjoni u jinkoraġġixxi l-estensjoni ta’ riformi bħal dawn lil hinn mill-kummerċ tal-oġġetti, biex tiżdied il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi;

9.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tagħmilx pressjoni bla bżonn fuq il-Gana biex taċċetta l-impenji ta’ liberalizzazzjoni fis-servizzi pubbliċi u dawk magħrufa bħala “kwistjonijiet ta’ Singapore”;

10.

Jistieden lill-Unjoni sabiex tipprovdi aktar għajnuna xierqa kemm lill-awtoritajiet tal-ACP kif ukoll lis-settur privat sabiex tkun faċilitata t-tranżizzjoni tal-ekonomiji wara l-iffirmar tal-IEPA;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiċċaraw kif fil-fatt issir id-distribuzzjoni tal-fondi madwar ir-reġjun tal-ACP li ġejjin mill-infiq prijoritarju mwiegħed fil-kuntest tal-baġit imkabbar tal-Għajnuna għall-Kummerċ;

12.

Ifakkar fl-adozzjoni, f’Ottubru 2007, tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, bl-impenn li tiżdied l-għajnuna kollettiva tal-UE relatata mal-kummerċ għal EUR 2 biljun (2 000 000 000) kull sena sal-2010 (EUR 1 biljun mill-Komunità; EUR 1 biljun mill-Istati Membri); jinsisti li r-reġjun tal-Afrika tal-Punent jirċievi sehem xieraq u ekwu;

13.

Jitlob li jkun deċiż u pprovdut minn kmieni s-sehem tar-riżorsi ta’ Għajnuna għall-Kummerċ; jenfasizza li dawn il-fondi għandhom ikunu riżorsi addizzjonali u mhux sempliċement riallokazzjoni tal-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF), li għandhom jikkonformaw mal-prijoritajiet tal-Gana u li l-ħruġ tagħhom għandu jkun f’waqtu, b’mod li jista’ jitbassar u konformi mal-iskedi tat-twettiq tal-pjanijiet ta’ żvilupp strateġiku nazzjonali u reġjonali; jopponi kull xorta ta’ kundizzjonalità b’rabta mal-EPAs fil-kwistjoni tal-għoti ta’ għajnuna Ewropea u jistieden lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi li l-aċċess għall-fondi tal-Għaxar EDF jinżamm separat mir-riżultati u r-ritmu tan-negozjati;

14.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi rilevanti biex jipprovdu informazzjoni ċara u trasparenti dwar is-sitwazzjoni ekonomika u politika u l-iżvilupp f’dawn il-pajjiżi sabiex itejbu l-koperazzjoni mal-Unjoni Ewropea;

15.

Jenfasizza l-importanza tal-immaniġġjar trasparenti tar-riżorsi naturali, minħabba li dawn huma fatturi ewlenin għall-iżvilupp; iħeġġeġ lin-negozjaturi tal-EPA finali biex jagħtu kont sħiħ ta’ mekkaniżmu bħal dan u biex jidentifikaw l-aħjar prattiki biex il-Gana tkun tista’ tgawdi mill-akbar vantaġġ possibbli minn riżorsi bħal dawn; jerġa’ jafferma f’dan il-kuntest ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2007 dwar ir-responsabilità soċjali tal-intrapriżi: sħubija ġdida (11) u jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kumpaniji transnazzjonali bbażati fl-UE b’faċilitajiet ta’ produzzjoni fil-pajjiżi tal-ACP jikkonformaw ma’ standards ewlenin tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, mal-pattijiet soċjali u ambjentali u mal-ftehimiet internazzjonali biex jintlaħaq bilanċ madwar id-dinja bejn it-tkabbir ekonomiku u standards soċjali u ambjentali ogħla;

16.

Jenfasizza l-importanza tal-kummerċ intrareġjonali u l-ħtieġa ta’ iktar rabtiet kummerċjali fir-reġjun sabiex ikun żgurat it-tkabbir sostenibbli fir-reġjun; jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni u l-qbil bejn l-entitajiet reġjonali differenti;

17.

Jinkoraġġixxi iktar tnaqqis fit-tariffi bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-gruppi reġjonali, li llum jammontaw għal bejn 15 u 25 fil-mija tal-valur tal-kummerċ, sabiex ikun inkoraġġit iktar il-kummerċ bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar, it-tkabbir ekonomiku u l-integrazzjoni reġjonali;

18.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-iżvilupp ta’ unjoni doganali fil-grupp tal-Afrika tal-Punent u l-isforzi li qed isiru biex tinħoloq unjoni monetarja, speċjalment meta wieħed iqis il-benefiċċji għall-kumpaniji li jkunu disponibbli permezz tas-sinkronizzazzjoni tar-reġjun tal-Afrika tal-Punent, li twassal għal suq ikbar, żieda fil-kummerċ, u iktar opportunitajiet għall-ħolqien ta’ ekonomiji ta’ skala;

19.

Jitlob li jkun hemm mekkaniżmi ta’ monitoraġġ xierqa u trasparenti - bi rwol u influwenza ċari - biex jiġi segwit l-impatt tal-EPAs, b’iktar sjieda min-naħa tal-ACP u b’konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati; jenfasizza li għandha titwettaq reviżjoni komprensiva tal-IEPA mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-firma, rigward l-impatt soċjoekonomiku tagħha, inklużi l-ispejjeż u l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni, u li jkunu jistgħu jsiru emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehima u aġġustamenti għall-applikazzjoni tagħhom;

20.

Jinsisti li, f’konformità mal-Prinċipji ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, l-għajnuna għandha tkun, fost affarijiet oħra, ibbażata fuq id-domanda, u jistieden lill-ACP, għalhekk, biex jispeċifikaw għal liema skop ikunu meħtieġa fondi addizzjonali relatati mal-EPA, partikolarment fir-rigward ta’ oqfsa regolatorji, miżuri ta’ salvagwardja, faċilitazzjoni tal-kummerċ, appoġġ fl-ilħuq ta’ standards internazzjonali sanitarji u fitosanitarji u ta’ proprjetà intellettwali u l-kompożizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-EPA;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel l-aħjar tagħha biex terġa’ tibda n-negozjati dwar id-DDA u tiżgura li l-ftehimiet dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ ikomplu jippromwovu l-iżvilupp fil-pajjiżi l-foqra;

22.

Huwa konvint li l-EPAs sħiħ għandhom ikunu kumplimentari għal ftehima dwar id-DDA u mhux alternattiva għall-pajjiżi tal-ACP;

23.

Jirrispetta l-ħtieġa għal kapitolu dwar id-difiża tal-kummerċ b’salvagwardji bilaterali; jistieden lill-Kummissjoni biex taċċetta, fil-kuntest ta’ negozjati kontinwi li għandhom l-għan li jwasslu għall-konklużjoni ta’ EPA komprensiva, reviżjoni ta’ salvagwardji inklużi fl-EPA interim sabiex tiggarantixxi użu xieraq, trasparenti u mgħaġġel fil-każ li jintlaħqu l-kriterji għall-applikazzjoni tagħhom;

24.

Jinnota d-differenza kbira bejn il-livelli ta’ nfiq pubbliku fuq is-sussidji u l-appoġġ għall-agrikoltura: filwaqt li l-UE tonfoq EUR 55 biljun fis-sena u l-Istati Uniti tonfoq USD 55 biljun fis-sena, mill-1980 'l hawn il-Gana ma tat l-ebda sussidji lill-bdiewa tagħha jew lill-produtturi ta’ prodotti agrikoli;

25.

Jemmen li, minkejja li l-prodotti agrikoli tal-Gana għandhom aċċess preferenzjali għas-suq tal-UE, l-EPA ma tistax twassal għall-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola tal-Gana sakemm ma tissaħħaħx u tkun immodernizzata l-kapaċità tal-produzzjoni permezz ta’ investiment tekniku u finanzjarju;

26.

Jinnota li dan huwa ta’ żvantaġġ għall-bdiewa fil-pajjiżi tal-ACP billi jnaqqsilhom mill-kompetittività kemm internament kif ukoll esternament, billi l-prodotti tagħhom huma aktar għaljin f’termini reali minn prodotti sussidjati tal-UE u l-Istati Uniti;

27.

Għalhekk jappoġġja l-esklużjonijiet ta’ linji tariffarji miftiehma, li jiffukaw fuq il-prodotti agrikoli u xi prodotti agrikoli proċessati, minħabba li huma bbażati l-aktar fuq il-ħtieġa li jiġu mħarsa l-industriji li għadhom jibdew jew il-prodotti sensittivi f’dawn il-pajjiżi;

28.

Jinnota li l-Gana kellha esklużjonijiet ta’ linji tariffarji għat-tiġieġ u laħmijiet oħra, għat-tadam, għall-basal, għaz-zokkor, għat-tabakk u għall-birra;

29.

Jenfasizza li l-EPA finali għandha tinkoraġġixxi esportazzjonijiet ipproċessati b’regoli ta’ oriġini aktar sempliċi u mtejba, l-aktar f’setturi ewlenin bħall-agrikoltura;

30.

Jirrikonoxxi li l-IEPA diġà tinkludi kapitolu dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp (Titolu 2) li jkopri l-koperazzjoni għall-iżvilupp, l-aġġustament fiskali, il-kompetittività min-naħa tal-provvista, l-infrastruttura li ssaħħaħ in-negozju, li jeħtieġ li jkunu implimentati għalkollox; jisħaq li, fil-qafas tal-kapitoli tal-ftehima reġjonali sħiħa dwar is-servizzi, għandhom jitlestew b’mod urġenti regoli relatati mal-investimenti u l-kummerċ; jistieden liż-żewġ naħat biex iżommu l-impenn miftiehem tagħhom li jikkonkludu n-negozjati dwar il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku biss ladarba jkun inbena livell ta’ kapaċità adegwat;

31.

Jenfasizza li kwalunke EPA finali trid tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar it-tmexxija tajba, it-trasparenza fl-uffiċċji politiċi, u d-drittijiet tal-bniedem;

32.

Jinnota li l-EPAs għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-MDGs;

33.

Jistieden lill-partijiet fin-negozjati biex jinkludu ftehimiet li jorbtu rigward l-investiment, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, li jistgħu jagħtu spinta lill-Gana bħala pajjiż għan-negozju u l-investiment, u jirrimarka li, peress li dawn ir-regoli se jkunu applikati għal kulħadd, dawn jibbenefikaw kemm lill-konsumaturi u kemm lill-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali;

34.

Jinnota l-importanza tal-kontribuzzjoni min-naħa ta’ parteċipanti mhux statali u partijiet interessati oħra kkonċernati fir-reġjun tal-ECOWAS, kif ukoll tal-analiżi tal-effetti tal-EPAs, li se tgħin fil-bini ta’ sħubija ġenwina li hija meħtieġa fil-monitoraġġ tal-EPAs;

35.

Jitlob proċedura rapida ta’ ratifikazzjoni sabiex il-benefiċċji tal-EPA interim jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pajjiżi sħab mingħajr dewmien żejjed;

36.

Jirrakkomanda strateġija flessibbli, adattata u pragmatika fin-negozjati li għadhom għaddejjin għal EPA finali; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, biex tqis b’mod partikolari t-talba tal-Gana rigward l-aspetti tal-iżvilupp tal-ftehima; jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan ir-rigward il-Konklużjonijiet tal-GAERC ta Mejju 2008;

37.

Iħeġġeġ lill-partijiet fin-negozjati biex itemmu n-negozjati kif ippjanat matul l-2009; jinkoraġġixxi lill-partijiet biex jieħdu kull miżura biex ikunu f’pożizzjoni li jiffinalizzaw EPA finali bejn l-pajjiżi tal-ACP u l-Unjoni Ewropea qabel it-tmiem tal-2009 kif ippjanat;

38.

Jisħaq li l-EPA finali għandha tinkludi klawsola ta’ reviżjoni u evalwazzjoni globali tal-impatt, li għandha ssir fi żmien perjodu ta’ bejn tlieta u ħames snin wara l-iffirmar tal-ftehima; jitlob li l-Parlament Ewropew u l-Parlament tal-Gana jkunu involuti f’kull reviżjoni tal-ftehima;

39.

Jisħaq b’mod partikolari dwar l-irwol kruċjali tal-parlamenti tal-ACP u tal-parteċipanti mhux tal-istat fil-monitoraġġ u l-immaniġġjar tal-EPAs, u jitlob lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi l-involviment tagħhom fil-proċeduri tan-negozjati li jinsabu għaddejjin; huwa tal-fehma li dan jeħtieġ aġenda ċara bejn l-Unjoni u l-pajjiżi tal-ACP bbażata fuq approċċ parteċipatorju;

40.

Iqis importanti li fl-implimentazzjoni tal-EPAs, għandha tkun stabbilita sistema ta’ monitoraġġ xierqa, koordinata mill-kumitat parlamentari rilevanti u li tkun tinvolvi l-membri tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp, li b’mod li tiżgura bilanċ adegwat bejn iż-żamma tal-irwol ewlieni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-konsistenza ġenerali fil-politiki għall-iżvilupp u dawk kummerċjali; iqis li dan il-kumitat parlamentari għandu jopera b’mod flessibbli u għandu jikkoordina b’mod attiv il-ħidma tiegħu mal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE (JPA); iqis li dan il-monitoraġġ għandu jibda wara l-adozzjoni ta’ kull EPA interim;

41.

Jinsisti li l-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat bis-sħiħ u involut matul il-proċess ta’ negozjazzjoni tranżizzjonali;

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-ACP, lill-Kunsill tal-Ministri ACP-UE u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE.


(1)  ĠU C 77 E, 26.3.2004, p. 393.

(2)  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 397.

(3)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 126.

(4)  ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 121.

(5)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(6)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 261.

(7)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 244.

(8)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 301.

(9)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 361.

(10)  Testi adottati, P6_TA(2008)0252.

(11)  ĠU C 301E, 13.12.2007, p. 45.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/118


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Ftehim Interim għal Sħubija Ekonomika KE-Stati tal-Paċifiku

P6_TA(2009)0178

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehim Interim għal Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Paċifiku, minn naħa u l-Komunità Ewropea, min-naħa l-oħra

2010/C 117 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Settembru 2003 dwar il-Ħames Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li saret f'Cancún (1), tat-12 ta' Mejju 2005 dwar l-evalwazzjoni tar-Round ta' Doha wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO tal-1 ta' Awwissu 2004 (2), tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-preparamenti għas-Sitt Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong (3), tat-23 ta' Marzu 2006 dwar l-impatt tal-iżvilupp fuq il-Ftehim tas-Sħubija Ekonomika (EPAs) (4), tal-4 ta' April 2006 dwar il-valutazzjoni tar-Round ta' Doha wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong (5), tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar il-kummerċ u l-faqar: it-tifsil ta' politiki ta' kummerċ biex jimmassimizzaw il-kontribut tal-kummerċ għat-tnaqqis tal-faqar (6), tas-7 ta' Settembru 2006 dwar is-sospensjoni tan-negozjati dwar l-Aġenda dwar l-Iżvilupp ta' Doha (7) (DDA), tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-Ftehim ta' Partenarjat Ekonomiku (8), tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-Ftehim TRIPS u l-aċċess għall-mediċini, tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-Ftehim ta' Partenarjat Ekonomiku (9), u tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta ta' regolament tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati fit-tariffi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u (KE) Nru 1100/2006 (10),

wara li kkunsidra l-Ftehim interim għal Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa, u l-Komunità Ewropea, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u tal-Paċifiku (AKP) min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmata f'Kotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehim ta' Kotonou),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni (GAERC) ta' April 2006, Ottubru 2006, Mejju 2007, Ottubru 2007, Novembru 2007 u Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-Ftehim ta' Partenarjati Ekonomiċi (COM(2007)0635),

wara li kkunsidra l-Ftehim Generali dwar it-Tariffi u l-Kummerc (GATT), b'mod partikolari l-Artikolu XXIV tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tar-Raba' Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fl-14 ta' Novembru 2001 f'Doha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tas-Sitt Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fit-18 ta' Diċembru 2005 f'Ħong Kong,

wara li kkunsidra r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, adottati mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-10 ta' Ottubru 2006,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000, li tistabilixxi l-Għanijiet tal-Millennju ghall-Izvilupp (MDGs) bħala kriterji stabbiliti b'mod kollettiv mill-komunità internazzjonali ghall-qerda tal-faqar,

wara li kkunsidra l-Communiqué ta' Gleneagles, adottata mill-G8 fit-8 ta' Lulju 2005,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) flimkien mal-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura,

A.

billi mill-1 ta' Jannar 2008 r-relazzjoni kummerċjali preċedenti tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi AKP – li kienet tagħti lil dawn tal-aħħar aċċess preferenzjali għas-swieq tal-UE fuq bażi mhux reċiproka – m'għadhiex konformi mar-regoli tad- WTO,

B.

billi l-EPAs huma ftehim kompatibbli mad-WTO mmirat biex jappoġġja l-integrazzjoni reġjonali u jippromwovi l-integrazzjoni gradwali tal-ekonomiji tal-AKP fl-ekonomija dinjija, biex b'hekk jisseddaq l-iżvilupp sostenibbli soċjali u ekonomiku tagħhom u jingħata kontribut għall-isforz globali biex jinqered il-faqar fil-pajjiżi tal-AKP,

C.

billi l-EPAs għandhom jintużaw biex tinbena relazzjoni fit-tul li permezz tagħha l-kummerċ jappoġġja l-iżvilupp,

D.

billi l-EPAsInterim huma ftehim dwar kummerċ ta' merkanzija li għandu l-għan li jevita t-tfixkil tal-kummerċ tal-AKP mal-Unjoni Ewropea,

E.

billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika ta' bħalissa tfisser li l-politika kummerċjali se tkun importanti aktar minn qatt qabel għad-dinja li għadha qed tiżviluppa,

F.

billi l-IEPA hija ffukata fuq il-kummerċ fil-merkanzija u l-kompatibilità mad-WTO,

G.

billi r-regoli tad-WTO ma jeħtiġux, u lanqas jimpedixxu, li l-pajjiżi tal-EPA jieħdu impenji ta' liberalizzazzjoni fil-qasam tas-servizzi,

H.

billi l-impatt fuq il-pajjiżi u r-reġjun tal-impenji inklużi fil-ftehim jista' jkun sostanzjali ħafna,

I.

billi mill-14+1 (Timor tal-Lvant) Stati AKP tal-Paċifiku s'issa l-Papwa Ginea Ġdida u r-Reppublika tal-Gżejjer Fiġi biss, inizjalaw l-IEPA,

J.

billi l-IEPA x'aktarx tista' tinfluwenza l-ambitu u l-kontenut tal-ftehim futuri li jsiru bejn il-Papwa Ginea Ġdida u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi u sħab kummerċjali oħra u l-pożizzjoni tar-reġjun fin-negozjati,

K.

billi hemm kompetizzjoni limitata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-Paċifiku minħabba li l-biċċa l-kbira tal-esportazzjoni mill-UE tikkonsisti minn prodotti li l-Istati tal-Paċifiku ma jipproduċux imma li sikwit ikunu jeħtiġuhom jew għall-konsum dirett jew bħala ħtiġijiet għall-industrija domestika,

L.

billi fil-qagħda politika attwali l-Gżejjer Fiġi qegħdin jitmexxew minn gvern militari, kull EPA sħih għandu jiddependi minn pjan direzzjonali miftiehem li jwassal għal elezzjonijiet demokratiċi kif approvat mill-gruppi politiċi rilevanti kollha fil-Fiġi,

M.

billi l-Kunsill talab biex id-demokrazija terġa' tistabbilixxi ruħha mill-ġdid b'mod urġenti u sħiħ, kif ukoll biex it-tmexxija ċivili terġa' lura mill-aktar fis,

N.

billi l-grupp reġjonali tal-Paċifiku tal-pajjiżi AKP huwa magħmul minn 14-il stat li huma gżejjer imbegħdin minn xulxin ġeografikament u Timor tal-Lvant, b'popolazzjoni totali bejniethom ta' inqas minn 8 miljun persuna; billi iktar minn kwalunkwe reġjun ieħor, l-Istati tal-Paċifiku jvarjaw ħafna fid-daqs u l-karatteristiċi, bl-ikbar wieħed, il-Papwa Ginea Ġdida tliet elef darba ikbar mill-iżgħar, Niue,

O.

billi s-sajd u l-attivitajiet u l-industriji marbuta miegħu juru l-akbar potenzjal għaż-żieda fl-esportazzjoni għall-ġejjieni,

P.

billi regoli ġodda dwar il-kummerċ iridu jkunu akkumpanjati b'iktar appoġġ għall-għajnuna relatata mal-kummerċ,

Q.

billi l-għan tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ huwa li tkun appoġġjata l-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet kummerċjali ġodda,

R.

billi ġew negozjati regoli tal-oriġini mtejba, ġodda u aktar flessibbli, bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-AKP li se jwasslu għal benefiċċji konsiderevoli jekk jiġu implimentati kif jixraq u b'kunsiderazzjoni xierqa għal-livelli ta' kapaċità mnaqqsa tagħhom,

S.

billi l-kalendarju għan-negozjati li għaddejjin bħalissa mill-Ftehim Interim għall- EPA sħih bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-Paċifiku, jimxu fuq il-bażi li l-ftehim se jkun konkluż sa tmiem l-2009,

1.

Jenfasizza li ftehim bħal dawn ma jistgħux jitqiesu bħala sodisfaċenti sakemm ma jiksbux tliet għanijiet: joffru lill-pajjiżi tal-AKP appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli, jippromwovu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kummerċ dinji u jsaħħu l-proċess ta’ reġjonalizzazzjoni;

2.

Jenfasizza li l-għan ewlieni ta' dan il-ftehima hu li jsir kontribut permezz tal-għanijiet tal-iżvilupp, it-tnaqqis tal-faqar u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem għall-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millennju; u biex jintlaħqu dawn l-objettivi: li jiġi offrut l-appoġġ lill-pajjiżi tal-ACP għall-iżvilupp sostenibbli, hekk li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kummerċ dinji, li jissaħħaħ il-proċess ta' reġjonalizzazzjoni, li jingħata ħajja mill-ġdid lill-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-ACP u li titħeġġeġ id-diversifikazzjoni ekonomika tal-pajjiżi tal-ACP;

3.

Jenfasizza li biex ikun hemm ħarsien mill-konsegwenzi potenzjali negattivi tal-ftuħ tal-ekonomiji tal-Istati tal-Paċifiku, għandu jingħata appoġġ mill-Unjoni Ewropea sabiex jinġiebu benefiċċji reali permezz ta' preferenzi kummerċjali, u l-bini tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali;

4.

Jemmen li kwalunkwe EPA trid tippromwovi u żżid il-kummerċ, it-tkabbir ekonomiku, l-integrazzjoni reġjonali, id-diversifikazzjoni ekonomika u t-tnaqqis tal-faqar;

5.

Iħeġġeġ lill-partijiet fin-negozjati biex itemmu n-negozjati kif ippjanat matul l-2009; jinkoraġġixxi lill-partijiet biex jieħdu kull miżura sabiex ikunu jistgħu jiffinalizzaw l-EPA komprensiva bejn il-pajjiżi AKP u l-Unjoni Ewropea qabel tmiem l-2009, kif ippjanat;

6.

Jirrikonoxxi l-importanza u l-benefiċċji li jintlaħqu ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba tal-AKP tagħha li jkunu konformi mad-WTO, għaliex mingħajr ftehim bħal dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali u l-iżvilupp tagħhom ikunu mfixkla bil-kbir; dan ġie muri fil-benefiċċji għall-esportaturi tat-tkabbir fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea wara l-iskadenza fil-31 ta' Diċembru 2007 tat-trattament preferenzjali tat-tariffi previst fil- Ftehim ta’ Kotonou;

7.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Unjoni Ewropea qed toffri lill-pajjiżi AKP aċċess sħiħ għas-suq mingħajr dazju u mingħajr kwoti għall-maġġoranza tal-prodotti, biex jappoġġa l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ bejn l-pajjiżi tal-AKP u l-Unjoni Ewropea;

8.

Jenfasizza li l-iffirmar tal-IEPA huwa pass neċessarju lejn it-tkabbir sostenibbli f'dan ir-reġjun kollu kemm hu, u jenfasizza l-importanza ta' negozjati kontinwi lejn ftehim komprensiv li jinkoraġġixxi iktar kummerċ, investiment u integrazzjoni reġjonali;

9.

Jirrikonoxxi l-istabbiliment ta’ perjodi ta’ tranżizzjoni fl-IEPA għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) sabiex ikunu jistgħu jadattaw għal bidliet stipulati mill-ftehim, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Istati tal-Paċifiku kkonċernati biex ikomplu jappoġġjaw l-interessi tal-SMEs fin-negozjati tagħhom lejn EPA komprensiva;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tagħmilx pressjoni fuq l-Istati tal-Paċifiku biex jaċċettaw impenji ta' liberalizzazzjoni fis-servizzi u f'dawk imsejħa bħala l-“kwistjonijiet ta' Singapor”;

11.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi AKP biex ikomplu l-proċess ta' liberalizzazzjoni, biex jestendu riformi bħal dawn lil hinn mill-kummerċ u l-merkanzija, sabiex tiżdied il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u tas-servizzi;

12.

Jitlob li jitlesta u jibda jitħaddem qafas regolatorju b’saħħtu fil-każ li jkun hemm negozjati dwar servizzi biex ikun żgurat li jkun hemm provvista universali ta’ servizzi u li servizzi pubbliċi essenzjali jinżammu barra mill-qafas tan-negozjar;

13.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea sabiex tipprovdi aktar għajnuna xierqa lill-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-AKP u lis-settur privat sabiex tkun faċilitata t-tranżizzjoni tal-ekonomiji wara l-iffirmar tal-IEPA;

14.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi rilevanti biex jipprovdu informazzjoni ċara u trasparenti dwar is-sitwazzjoni ekonomika u politika u l-iżvilupp f'dawn il-pajjiżi sabiex tittejjeb il-koperazzjoni mal-Kummissjoni;

15.

Iħeġġeġ lin-negozjaturi ta' kull EPA finali biex ikun hemm immaniġġjar trasparenti tar-riżorsi naturali u li jkunu spjegati l-aħjar prattiki meħtieġa sabiex il-pajjiżi rilevanti jkunu jistgħu jiksbu l-akbar dħul possibbli minn dawn ir-riżorsi;

16.

Jenfasizza l-importanza tal-kummerċ intrareġjonali u l-ħtieġa ta' iktar rabtiet kummerċjali fir-reġjun sabiex ikun żgurat it-tkabbir sostenibbli fir-reġjun; jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni u l-qbil bejn l-entitajiet reġjonali differenti;

17.

Jinkoraġġixxi iktar tnaqqis fit-tariffi bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-gruppi reġjonali, li llum jammontaw għal bejn 15 % u 25 % tal-valur tal-kummerċ, sabiex ikunu inkoraġġiti l-kummerċ bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, it-tkabbir ekonomiku u l-integrazzjoni reġjonali;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel kulma tista' sabiex terġa' tibda n-negozjati dwar id-DDA u sabiex tiżgura li l-ftehim ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ ikomplu jippromwovu l-iżvilupp fil-pajjiżi l-fqar;

19.

Huwa konvint li l-EPAs sħaħ għandhom ikunu kumplementari għall-ftehim dwar id-DDA u mhux alternattiva għall-pajjiżi AKP;

20.

Jirrispetta l-ħtieġa għal kapitolu dwar id-difiża tal-kummerċ b'salvagwardji bilaterali; jistieden liż-żewġ naħat biex jevitaw użu mhux meħtieġ ta' dawn is-salvagwardji u lill-Kummissjoni biex, fil-qafas tan-negozjati kontinwi bil-għan li tintlaħaq EPA komprensiva, taċetta li jkun hemm reviżjoni tas-salvagwardji li jinsabu fl-EPA interim sabiex ikun hemm garanzija ta' użu xieraq, trasparenti u mgħaġġel, sakemm jiġu sodisfati l-kriterji għall-applikazzjoni tagħhom;

21.

Jappoġġja l-esklużjonijiet ta' linji ta' tariffi miftiehma li jiffukaw fuq prodotti tal-biedja u xi prodotti tal-biedja pproċessati minħabba li huma msejsa prinċipalment fuq il-ħtieġa li jiġu protetti l-industriji ġodda jew il-prodotti sensittivi f'dawn il-pajjiżi;

22.

Jitlob proċedura rapida ta' ratifikazzjoni sabiex il-benefiċċji tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika Interim ikunu għad-dispożizzjoni tal-pajjiżi msieħba mingħajr dewmien żejjed;

23.

Ifakkar li, waqt li l-ftehim interim tista' titqies bħala l-ewwel pass fil-proċess, f'termini legali din hija ftehim internazzjonali kompletament indipendenti li tista' ma twassalx awtomatikament la lejn EPA finali u lanqas għall-firma min-naħa tal-firmatarji inizjali kollha tal-EPA komprensiva;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti l-ogħla flessibilità fin-negozjati li qed jissuktaw kif imsemmi fil-konklużjonijiet tal-GAGRC dwar din il-kwistjoni f'Mejju u f'Novembru 2008;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis talbiet li saru mill-Istati tal-Paċifiku biex tkun negozjata mill-ġdid l-EPA finali għal uħud mill-kwistjonijiet kontroversjali fl-EPA interim li huma jixtiequ jemendaw jew jirtiraw;

26.

Jirrimarka li l-Papwa Ginea Ġdida u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi kienu l-uniċi membri tar-reġjun tal-Paċifiku li s'issa kkonkludew il-ftehim, bil-membri l-oħra tal-grupp tar-reġjun Paċifiku, minħabba l-livelli iktar baxxi ta' kummerċ fil-merkanzija mal-Unjoni Ewropea min-naħa tagħhom, jagħżlu li ma jiffirmawx;

27.

Ifakkar li suq reġjonali ġenwin huwa bażi essenzjali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-EPA u li l-integrazzjoni u l-koperazzjoni reġjonali huma essenzjali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Istati Paċifiċi;

28.

Jenfasizza li hemm bżonn li jkun żgurat li l-IEPA ma tnaqqasx kemm l-interessi politiċi u kemm is-sentiment pubbliku rigward l-integrazzjoni ekonomika fil-Paċifiku;

29.

Jenfasizza għalhekk li l-implimentazzjoni tal-IEPA u n-negozjati għal EPA finali jridu jikkunsidraw kif dovut il-proċessi ta' integrazzjoni fir-reġjun Paċifiku;

30.

Jirrakkomanda approċċ flessibbli, ażimetriku u prammatiku fin-negozjati li għaddejjin bħalissa għal EPA finali; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, partikolarment biex tqis it-talbiet tal-Istati tal-Paċifiku rigward l-aspetti tal-iżvilupp tal-ftehim; jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan ir-rigward il-Konklużjonijiet tal-GAERC ta' Mejju 2008;

31.

Ifakkar li l-ftehim jista' jkollu wkoll implikazzjonijiet għar-relazzjonijiet bejn ir-reġjun Paċifiku u l-eqreb u l-ikbar sħab kummerċjali tiegħu, l-Awstralja u n-New Zealand u li jrid ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim attwali ma jkunux ta' tfixkil għall-ftehim kummerċjali futuri ma' dawn il-pajjiżi;

32.

Jirrkonoxxi li kapitlu ta' koperazzjoni fl-iżvilupp iddaħħal fl-EPA komprensiva li jkopri l-koperazzjoni fil-kummerċ tal-merkanzija, il-kompetittività fil-forniment, infrastruttura ta' titjib fil-kummerċ, il-kummerċ fis-servizzi, kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ, il-bini ta' kapaċità istituzzjonali, u aġġustamenti fiskali; jistieden liż-żewġ naħat biex iżommu l-impenn miftiehem tagħhom li jikkonkludu n-negozjati dwar il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku biss meta jkun inbena livell ta' kapaċità adegwat;

33.

Ifakkar li l-EPA għandha tappoġġa l-objettivi, il-politiki u l-prijoritajiet ta' żvilupp tal-Istati tal-Paċifiku, mhux biss fl-istruttura u l-kontenut, iżda wkoll fil-mod u l-ispirtu tal-implimentazzjoni tagħha;

34.

Jindika li l-EPA għandha tikkontribwixxi għall-ksib tal-MDGs;

35.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Unjoni Ewropea tapplika b’mod selettiv il-prinċipju tal-Pajjiżi l-Aktar Favorit (MFN) għall-gruppi sottoreġjonali kollha tal-AKP;

36.

Ifakkar fl-adozzjoni f'Ottubru 2007, tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, bl-impenn li l-għajnuna kollettiva tal-UE relatata mal-kummerċ tiżdied għal EUR 2 bijun (EUR 2 000 000 000) fis-sena sal-2010 (EUR 1 biljun mill-Komunità, EUR 1 biljun mill-Istati Membri); jinsisti li r-reġjun Paċifiku għandu jirċievi sehem xieraq u ġust;

37.

Jitlob li jkun deċiż u pprovdut minn kmieni s-sehem tar-riżorsi ta’ Għajnuna għall-Kummerċ; jenfasizza li dawn il-fondi għandhom ikunu riżorsi addizzjonali u mhux biss fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp ippreżentati f'pakket ġdid; li għandhom jikkonformaw mal-prijoritajiet tal-Papwa Ginea Ġdida u r-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi u li l-għoti tagħhom isir f'waqtu, b'mod prevedibbli u skont l-iskedi ta' twettiq tal-pjanijiet strateġiċi ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali;ifakkar li l-EPA għandha tappoġġja l-objettivi, il-politiki u l-prijoritajiet ta' żvilupp tal-Istati AKP, mhux biss fl-istruttura u l-kontenut, iżda wkoll fil-mod u l-ispirtu tal-implimentazzjoni tagħha;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-impenji li ttieħdu mill-Kunsill f'Settembru 2007 dwar il-Ftehim dwar Aspetti li Għandhom x'Jaqsmu mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (TRIPS) u l-aċċess għall-mediċini, sabiex ma tinnegozjax dispożizzjonijiet TRIPS-plus relatati mal-farmaċewtika li jaffettwaw is-saħħa pubblika u l-aċċess għall-mediċini fl-EPA sħiħa, sabiex toqgħod lura milli titlob l-adeżjoni mat-Trattat ta’ Koperazzjoni dwar il-Privattivi jew mat-Trattat tal-Liġi dwar il-Privattivi jew l-aċċettazzjoni tal-obbligi marbuta magħhom, u biex toqgħod lura wkoll milli tinkorpora t-termini tad-Direttiva 2004/48/KE (11) u biex ma tintroduċix fl-EPA sħiħa regoli bħall-protezzjoni ta' bażi ta' data mhux originali;

39.

Jesprimi l-appoġġ kontinwu tiegħu għal EPA finali bejn il-Komunità Ewropea u reġjun tal-Paċifiku inkluż il-qasam prinċipali tan-negozjati għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jkopri mhux biss l-artefatti teknoloġiċi tal-Punent, imma wkoll il-bijodiversità u l-għarfien tradizzjonali;

40.

Jitlob li jkun hemm mekkaniżmi xierqa u trasparenti ta' monitoraġġ - bi rwol u influwenza ċara - biex ikun segwit l-impatt tal-EPAs, b'żieda fis-sjieda tal-AKP u konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati;

41.

Jikkunsidra importanti li fl-implimentazzjoni ta’ EPAs, għandha tkun stabbilita sistema ta’ monitoraġġ ċara, koordinata mill-kumitat parlamentari relevanti bl-involviment ta' Membri tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp, li tiżgura bilanċ bejn iż-żamma tal-irwol ewlieni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-konsistenza ġenerali fil-politiki għall-iżvilupp u kummerċjali; dan il-kumitat parlamentari għandu jopera b’mod flessibbli u għandu jikkoordina b’mod attiv mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE (JPA); jikkunsidra li dan il-monitoraġġ għandu jibda wara l-adozzjoni ta’ kull IEPA;

42.

Jenfasizza b'mod partikolari tal-parlamenti tal-AKP u l-parteċipazzjoni ta' atturi mhuxtal-istat fil-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-EPAs u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tiggarantixxi l-involviment tagħhom fil-proċeduri ta' negozjati li għaddejjin; dan jirrikjedi aġenda ċara bejn l-UE u l-pajjiżi tal-AKP ibbażata fuq approċċ parteċipattiv;

43.

Jisħaq li l-EPA finali għandha tinkludi klawsola ta’ reviżjoni u evalwazzjoni globali tal-impatt, li għandha ssir fi żmien perjodu ta' bejn tlieta u ħames snin wara l-iffirmar tal-ftehim sabiex jiġi determinat l-impatt soċjo-ekonomiku, inklużi l-ispejjeż u l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni; jitlob li l-Parlament Ewropew u l-Parlamenti tal-Istati tal-Paċifiku għandhom ikunu involuti f'kull reviżjoni tal-ftehim;

44.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-AKP, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.


(1)  ĠU C 77 E, 26.3.2004, p. 393.

(2)  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 397.

(3)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p.126.

(4)  ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 121.

(5)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(6)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 261.

(7)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 244.

(8)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 301.

(9)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p.361.

(10)  Testi adottati, P6_TA(2008)0252.

(11)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004, dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, 30.4.2004, p.45).


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/124


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Ftehima Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-KE-SADC EPA

P6_TA(2009)0179

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehima Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati SADC EPA, min-naħa l-oħra

2010/C 117 E/21

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2003 dwar il-Ħames Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f'Cancún (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2005 dwar l-evalwazzjoni taċ-Ċiklu ta' Doha wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO tal-1 ta' Awwissu 2004 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar it-tħejjijiet għas-Sitt Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f'Ħong Kong (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2006 dwar l-impatt tal-iżvilupp ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (EPAs) (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-4 ta’ April 2006 dwar l-evalwazzjoni taċ-Ċiklu ta’ Doha wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Ħong Kong (5),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar il-kummerċ u l-faqar: il-politiki tal-kummerċ imfassla biex iżidu kemm jista' jkun il-kontribuzzjoni tal-kummerċ sabiex jitnaqqas il-faqar (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006 dwar is-sospensjoni tan-negozjati dwar l-Aġenda ta' Żvilupp ta' Doha (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar Ftehim dwar Sħubija Ekonomika (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar Ftehimiet ta’ Partenarjat Ekonomiku (9),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li tapplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u (KE) Nru 1100/2006 (10),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati SADC (il-Komunità għall-Iżvilupp tal-Afrikana tan-Nofsinhar) u l-IStati tal-EPA, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), minn naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (il-Ftehima ta' Cotonou),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni (GAERC) ta' April 2006, Ottubru 2006, Mejju 2007, Ottubru 2007, Novembru 2007 u Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-Ftehim ta' Partenarjat Ekonomiku (COM(2007)0635),

wara li kkunsidra l-Ftehima Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerc (GATT), b'mod partikulari l-Artikolu XXIV tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tar-Raba' Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fl-14 ta' Novembru 2001 f'Doha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) konġuntement mal-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi mill-1 ta' Jannar 2008 r-relazzjoni kummerċjali preċedenti tal-Unjoni Ewropea mal-AKP – li kienet tagħti lil dawn tal-aħħar aċċess preferenzjali għas-swieq tal-UE fuq bażi mhux reċiproka – m'għadhiex konformi mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO),

B.

billi l-EPAs huma ftehimiet kompatibbli mad-WTO mmirati biex jappoġġjaw l-integrazzjoni reġjonali u jippromwovu l-integrazzjoni gradwali tal-ekonomiji tal-AKP fl-ekonomija dinjija, u b'hekk jisseddaq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħhom u jikkontribwixxi għall-isforz globali fid-direzzjoni tal-qerda tal-faqar fil-pajjiżi tal-AKP,

C.

billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika kurrenti tfisser li l-politika kummerċjali se tkun importanti aktar minn qatt qabel għad-dinja li qed tiżviluppa,

D.

billi s-sistemi preċedenti ta' kummerċ preferenzjali ma kkontribwewx lejn it-titjib deċiżiv tas-sitwazzjoni ekonomika f'dawn il-pajjiżi,

E.

billi l-EPAs interim (IEPAs) huma ftehimiet dwar il-kummerċ ta' merkanzija li għandhom l-għan li jevitaw it-tfixkil tal-kummerċ tal-AKP mal-Komunità Ewropea; billi dawn il-ftehimiet jinkludu numru ta' dispożizzjonijiet kontenzjużi,

F.

billi l-Unjoni Ewropea toffri lill-pajjiżi tal-AKP ħielsa mill-kwota ta' 100 % u aċċess bla dazju għas-swieq tal-UE b'perjodi ta' tranżizzjoni għar-ross (2010) u z-zokkor (2015),

G.

billi kien ippruvat li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ, imfassla tajjeb, tista’ tippromwovi d-diversità fis-swieq, it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp,

H.

billi l-klawsola tal-Iktar Nazzjon Preferut, li tistabbilixxi tariffa normali u mhux diskriminatorja fuq il-merkanzija importata, ġiet imfittxa minn xi stati tal-AKP fin-negozjati tal-EPA, sabiex jiżguraw li l-esportaturi kollha jkunu trattati tajjeb bħala l-esportatur l-aktar preferut,

I.

billi hemm kompetizzjoni limitata bejn l-ekonomiji tal-UE u dawk tal-APK peress li l-esportazzjoni tal-UE tikkonsisti prinċipalment f'oġġetti li l-pajjiżi tal-AKP ma jipproduċux però li għandhom bżonnhom jew għall-konsum dirett jew bħala dħul għall-industrija domestika; billi dan mhuwiex il-każ rigward il-kummerċ fi prodotti agrikoli fejn is-sussidji tal-UE għall-esportazzjoni jirrappreżentaw ostaklu serju għall-produtturi tal-AKP fis-setturi tal-agrikoltura, tat-trobbija tal-bhejjem u tal-prodotti tal-ħalib, billi jfixklu u sikwit jeqirdu s-swieq kemm lokali kif ukoll reġjonali, u għalhekk l-UE għandha twaqqaf kull xorta ta' sussidju għall-esportazzjoni bla dewmien,

J.

billi ġew negozjati regoli ta' oriġini ġodda u mtejba, li jikkonċernaw b'mod speċjali t-tessuti, il-ħwejjeġ, is-sajd u xi prodotti agrikoli bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati tas-SADC, u dawn potenzjalment jistgħu jipprovdu benefiċċji konsiderevoli lill-istati tas-SADC jekk ikunu implimentati kif xieraq u bil-kunsiderazzjoni dovuta għal-livelli ta' kapaċità mnaqqsa tagħhom; u billi għandu jkun enfasizzat li, jekk l-EPAs jinkoraġġixxu kumulazzjoni reġjonali u jippromwovu l-investiment, huma meħtieġa regoli ta' oriġini simplifikati u mtejba biex l-intrapriżi fil-pajjiżi tal-AKP ikunu jistgħu jiżviluppaw esportazzjoni pproċessata u biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet tas-suq il-ġdid disponibbli skont l-EPAs,

1.

Jafferma mill-ġdid il-fehma tiegħu li l-EPAs għandhom jitmexxew mill-bżonnijiet tal-pajjiżi tal-AKP u għandhom jitfasslu b’tali mod biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-AKP u l-UE, biex jippromwovu l-iżvilupp u d-diversifikazzjoni ekonomika tal-AKP, kif ukoll l-integrazzjoni reġjonali, it-tnaqqis tal-faqar, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u b’hekk b’mod ġenerali l-ksib tal-objettivi ta’ żvilupp tal-millenju;

2.

Jenfasizza li biex tkun garantita protezzjoni mill-konsegwenzi negattivi potenzjali tal-ftuħ tal-ekonomiji tar-reġjun tas-SADC, għandu jingħata appoġġ mill-Unjoni Ewropea sabiex jinġiebu benefiċċji reali permezz ta' preferenzi kummerċjali u sabiex jinbena l-iżvilupp ekonomiku u soċjali;

3.

Jirrikonoxxi l-benefiċċji li kellu l-bidu tal-IEPA għall-esportaturi billi żamm l-istatus quo għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea wara li skadew fil-31 ta' Diċembru 2007 it-tariffi preferenzjali tal-Ftehima ta' Cotonou, u b'hekk evita l-ħsara li setgħet saret lill-esportaturi tal-AKP li kieku kienu obbligati li joperaw skont sistemi kummerċjali anqas favorevoli;

4.

Jilqa' l-fatt li l-Komunità Ewropea qed toffri aċċess sħiħ lill-pajjiżi tal-AKP għas-suq mingħajr dazju u mingħajr kwoti għall-prodotti tagħhom biex tappoġġja l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ bejn l-pajjiżi tal-AKP u l-Unjoni Ewropea;

5.

Jilqa' l-konklużjonijiet tal-GAERC ta' Mejju, Ġunju u Novembru 2008 li jenfasizzaw il-bżonn għall-appoġġ lill-proċessi eżistenti ta' integrazzjoni reġjonali u l-promozzjoni tal-iżvilupp, u jitlob lill-Kummissjoni biex tirrispetta dan il-mandat waqt in-negozjati; f'dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza li jiġi evitat ix-xoljiment tal-Unjoni tal-Kummerċ tal-Afrika t'Isfel (SACU);

6.

Jenfasizza li l-iffirmar tal-IEPA huwa pass neċessarju lejn it-tkabbir sostenibbli fir-reġjuni u f'dawn ir-reġjuni bħala entità waħda, u jenfasizza l-importanza ta' negozjati kontinwi lejn ftehima sħiħa li jinkoraġġixxi iktar kummerċ, investiment u integrazzjoni reġjonali;

7.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tipprovdi iktar għajnuna tat-tip adegwat, kemm lill-awtoritajiet fil-pajjiżi tal-AKP, kif ukoll lis-settur privat sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni tal-ekonomiji wara l-iffirmar tal-IEPA;

8.

Iqis li l-ftehima interim attwali ma tagħti la spazju u lanqas attenzjoni speċifikament għall-kwistjonijiet tas-sovranità tal-ikel u d-dritt tal-ikel u ma tiffavorixxix strumenti ta' politika agrikola u kummerċjali li jagħmluha possibbli li s-suq jiġi regolarizzat u li tiġi protetta l-agrikoltura tal-familja sostenibbli; jenfasizza li dawn is-suġġetti għandhom jitqiegħdu fiċ-ċentru tan-negozjati sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-politika kummerċjali u l-politiki l-oħra kollha tal-UE ikunu konsistenti fir-rigward tal-prinċipji tas-sovranità tal-ikel u d-dritt għall-ikel;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiċċaraw kif fil-fatt issir id-distribuzzjoni tal-fondi madwar ir-reġjun tal-AKP li ġejjin mill-infiq prijoritarju mwiegħed fil-kuntest tal-baġit imkabbar tal-Għajnuna għall-Kummerċ; ifakkar fl-adozzjoni, f'Ottubru 2007, tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, bl-impenn li l-għajnuna kollettiva tal-UE relatata mal-kummerċ tiżdied għal EUR 2 biljun (2 000 000 000) fis-sena sal-2010 (EUR 1 biljun mill-Komunità, EUR 1 biljun mill-Istati Membri); jinsisti li r-reġjun tas-SADC għandu jirċievi sehem xieraq u ġust;

10.

Jitlob li jkun deċiż u pprovdut minn kmieni s-sehem tar-riżorsi tal-Għajnuna għall-Kummerċ; jenfasizza li dawn il-fondi għandhom jirrappreżentaw riżorsi addizzjonali u mhux biss fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) ippreżentat f'pakket ġdid, li għandhom jikkonformaw mal-prijoritajiet tal-Istati tas-SADC u li l-għoti tagħhom isir f'waqtu, b'mod prevedibbli u skont l-iskedi ta' twettiq tal-pjanijiet strateġiċi ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali; jopponi kull xorta ta’ kundizzjonament b’rabta mal-EPAs, fil-kwistjoni dwar l-għoti ta’ għajnuna Ewropea u jistieden lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi li l-aċċess għall-fondi tal-Għaxar FEI jinżamm separat mir-riżultati u r-ritmu tan-negozjati;

11.

Iħeġġeġ lin-negozjaturi ta' kull EPA sħiħa biex jiggarantixxu l-ġestjoni trasparenti tar-riżorsi naturali u biex iħejju profil tal-aħjar prattiki meħtieġa biex il-pajjiżi tal-AKP jagħmlu kemm jistgħu qliegħ minn riżorsi bħal dawn;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kumpaniji transnazzjonali bbażati fl-UE b'faċilitajiet ta' produzzjoni fil-pajjiżi tal-ACP jikkonformaw ma' standards ewlenin tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, mal-pattijiet soċjali u ambjentali u mal-ftehimiet internazzjonali biex jintlaħaq bilanċ madwar id-dinja bejn it-tkabbir ekonomiku u standards soċjali u ambjentali ogħla;

13.

Jenfasizza l-importanza tal-kummerċ intrareġjonali u l-ħtieġa ta' iktar rabtiet kummerċjali fir-reġjun sabiex ikun żgurat it-tkabbir sostenibbli fir-reġjun; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni u l-qbil bejn l-entitajiet reġjonali differenti; jistieden lill-Kummissjoni biex ma timminax id-dimensjoni reġjonali;

14.

Iqis importanti li fl-implimentazzjoni ta’ EPAs, għandha tkun stabbilita sistema ta’ monitoraġġ ċara, koordinata mill-kumitat parlamentari relevanti bl-involviment ta' membri tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp, li tiżgura bilanċ bejn iż-żamma tal-irwol ewlieni tal-Kumitat tal-Kummerċ Internazzjonali u l-konsistenza ġenerali fil-politiki għall-iżvilupp u kummerċjali; dan il-kumitat parlamentari għandu jopera b’mod flessibbli u għandu jikkoordina b’mod attiv mal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE; iqis li dan il-monitoraġġ għandu jibda wara l-adozzjoni ta’ kull IEPA;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel kull ma tista' sabiex terġa' tibda n-negozjati dwar l-Aġenda dwar l-Iżvilupp ta’ Doħa u sabiex tiżgura li l-ftehimiet ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ ikomplu jippromwovu l-iżvilupp f'pajjiżi foqra;

16.

Huwa konvint li l-EPAs sħaħ għandhom ikunu kumplimentari għal ftehima dwar l-Aġenda dwar l-Iżvilupp ta’ Doha u mhux jitqies bħala alternattiva;

17.

Jirrispetta l-ħtieġa għal, u l-importanza ta’, kapitolu dwar id-difiża tal-kummerċ b'salvagwardji bilaterali; jistieden liż-żewġ partijiet biex jevitaw abbuż ta' dawn is-salvagwardji u lill-Kummissjoni biex taċċetta, fil-qafas tan-negozjati kontinwi għall-konklużjoni ta' EPA komprensiva, reviżjoni tas-salvagwardji li jinsabu fl-EPA interim sabiex ikun hemm garanzija ta' utilizzazzjoni xierqa, trasparenti u ta' malajr sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji għall-applikazzjoni tagħhom;

18.

Jappoġġa l-esklużjonijiet miftiehma ta' linji ta' tariffi li jiffukaw fuq prodotti agrikoli u xi prodotti agrikoli pproċessati ladarba dawn huma msejsa primarjament fuq il-ħtieġa tal-ħarsien ta' industriji ġodda jew prodotti sensittivi f'dawn il-pajjiżi;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni biex turi flessibilità meta tindirizza t-tħassib sostantiv ewlieni tal-Angola, tan-Namibja u tal-Afrika t'Isfel dwar kwistjonijiet bħal ma hi l-klawsola MFN, kif ukoll taxxi fuq l-esportazzjoni u l-protezzjoni għall-industrija li għadha tibda;

20.

Jinkoraġġixxi lill-partijiet negozjanti biex ikollhom approċċ flessibbli, asimetriku u pragmatiku għan-negozjati li għaddejjin bħalissa għal EPA reġjonali sodisfaċjenti għaż-żewġ partijiet, mingħajr ma jagħmlu skadenzi mhux realistiċi u billi jagħmluha possibbli għall-pajjiżi tal-SADC li jinnegozjaw mill-ġdid kwalunwe dispożizzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ litiġju li jkunu jixtiequ jemendaw jew ineħħu;

21.

Jinnota b’approvazzjoni l-progress li sar matul in-negozjati tekniċi ta’ Marzu 2009 f’Swakopmund, in-Namibia, u jilqa’ l-aċċettazzjoni tal-Kummissjoni tal-fatt li l-kwistjonijiet ta’ litiġju għandhom jiġu indirizzati qabel l-iffirmar tal-IEPA; jitlob li l-kwistjonijiet pendenti, bħall-klawsola MFN, id-definizzjoni legali tal-partijiet u l-kwistjonijiet tal-aċċess residwu agrikolu għas-suq, jissolvew b'tali mod li jippermetti lill-membri kollha tal-grupp SADC EPA li jiffirmaw l-IEPA;

22.

Jirrikonoxxi li kapitolu dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp iddaħħal fl-IEPA tal-UE -SADC li jkopri l-kooperazzjoni fil-kummerċ fi prodotti, il-kompetittività min-naħa tal-fornituri, l-infrastruttura li tgħin in-negozju, il-kummerċ fis-servizzi, kwistjonijiet marbuta man-negozju, il-bini tal-kapaċità istituzzjonali, u l-aġġustamenti fiskali; jistieden liż-żewġ naħat biex iżommu l-impenn miftiehem tagħhom li jikkonkludu n-negozjati dwar il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku biss meta jkun inbena livell ta' kapaċità adegwat; jitlob lill-Kummissjoni biex tikkoopera mill-qrid mal-Istati tal-SADC biex jissodisfaw l-objettivi msemmija f’dan il-kapitolu dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

23.

Jenfasizza li kwalunke EPA sħiħa trid tinkludi dispożizzjonijiet dwar definizzjoni aċċettata b’mod konġunt ta’ tmexxija tajba, trasparenza fl-uffiċċji politiċi, u d-drittijiet tal-bniedem, bi qbil mal-Artikoli 11b, 96 u 97 tal-Ftehima ta’ Cotonou, kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi għall-gruppi l-aktar vulnerabbli bħal ma huma l-bdiewa lokali u n-nisa;

24.

Jiġbed l-attenzjoni li l-kalendarju għan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar it-tranżizzjoni minn EPA interim għal waħda finali bejn l-UE u l-pajjiżi tas-SADC huwa bbażat fuq l-fehma li l-ftehima se tkun konkluża sa tmiem l-2009; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tagħmilx pressjoni mhux xierqa fuq il-pajjiżi tas-SADC biex jaċċettaw impenji ta' liberalizzazzjoni u obbligi regolatorji fis-servizzi u l-hekk imsejħa “kwistjonijiet ta' Singapor”;

25.

Jitlob li jiġi applikat qafas regolatorju b’saħħtu fil-każ li jkun hemm negozjati dwar servizzi biex ikun żgurat li jkun hemm provvista universali ta’ servizzi;

26.

Jappoġġa l-isforzi taż-żewġ naħat biex jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva tal-Afrika t'Isfel matul il-proċess ta' nnegozjar; jirrikonoxxi li l-involviment tal-Afrika t'Isfel huwa fundamentali biex tkun promossa l-koerenza ekonomika, l-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet kummċerjali u ta' investiment bejn ir-reġjun u l-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm u tiżviluppa din l-assoċjazzjoni fin-negozjati ta' EPA komprensiva u sħiħa;

27.

Jinnota l-intenzjoni tar-reġjun tas-SADC li jipparteċipa fil-ħolqien ta' Zona ta' Kummerċ Ħieles ġdida mar-reġjun tal-Komunità Afrikana tal-Lvant (EAC) u s-Suq Komuni għall-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (COMESA); jistieden lill-Kummissjoni biex issegwi l-iżviluppi sabiex tiżgura kompatibilità sħiħa tal-EPA;

28.

Jilqa' l-inklużjoni ta' klawsola ta' reviżjoni fi ħdan l-IEPA tal-UE-SADC li tafferma li għandha ssir reviżjoni komprensiva tal-Ftehima mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-iffirmar, u sussegwentement f'intervalli ta' ħames snin, inkluża analiżi tal-ispejjeż u l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni tal-obbligi kummerċjali; jekk ikun hemm bżonn, iridu jsiru l-emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehima u l-aġġustamenti għall-applikazzjoni tagħhom, fir-rigward ta’ u b'konformità mar-regoli ta' proċedura tad-WTO;

29.

Iħeġġeġ lill-partijiet fin-negozjati biex itemmu n-negozjati għal EPA sħiħa kif ippjanat matul l-2009;

30.

Jinsisti li l-Parlament jrid ikun informat u involut b’mod sħiħ matul fil-proċess tranżitorju tan-negozjati; jixtieq li dan isir permezz ta’ trialogu informali attiv mal-Kunsill u l-Kummissjoni; jitlob lill-Kunsill biex jirreferi din il-kwistjoni lill-Parlament malajr kemm jista’ jkun;

31.

Jisħaq l-aktar dwar il-funzjoni kruċjali tal-parlamenti tal-AKP u tal-atturi mhux tal-istat fil-monitoraġġ u l-eżekuzzjoni ta’ EPAs u jitlob lill-Kummissjoni li tiggarantixxi l-involviment tagħhom fil-proċeduri tan-negozjati li jinsabu għaddejjin bħalissa; dan jitlob li jkun hemm aġenda ċara bejn l-UE u l-pajjiżi tal-AKP imsejsa fuq approċċ parteċipattiv;

32.

Jagħti istruzzjoni lill-President biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi AKP, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.


(1)  ĠU C 77 E, 26.3.2004, p. 393.

(2)  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 397.

(3)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 126.

(4)  ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 121.

(5)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(6)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 261.

(7)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 244.

(8)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 301.

(9)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 361.

(10)  Testi adottati, P6_TA(2008)0252.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/129


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Ftehim ta’ Sħubija ekonomika KE-Stati tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afrika

P6_TA(2009)0180

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-ftehim interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija ekonomika bejn l-Istati tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afrika fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa oħra

2010/C 117 E/22

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Settembru 2003 dwar il-Ħames Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li saret f'Cancún (1), tat-12 ta' Mejju 2005 dwar il-valutazzjoni tad-Doha Round wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-WTO tal-1 ta' Awwissu 2004 (2), tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-preparamenti għas-Sitt Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong (3), tat-23 ta' Marzu 2006 dwar l-impatt tal-iżvilupp fuq il-Ftehim tas-Sħubija Ekonomika (EPAs) (4), tal-4 ta' April 2006 dwar il-valutazzjoni tad-Doha Round wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong (5), tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar il-kummerċ u l-faqar: it-tifsil ta' politiki ta' kummerċ biex ikun massimizzat il-kontribut tal-kummerċ għat-tnaqqis tal-faqar (6), tas-7 ta' Settembru 2006 dwar is-sospensjoni tan-negozjati dwar l-Aġenda dwar l-Iżvilupp ta' Doha (7) (DDA), tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-Ftehim ta' Sħubija ekonomika (8), tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (9) u l-pożizzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati fit-tariffi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u (KE) Nru 1100/2006 (10),

wara li kkunsidra l-Ftehim interim dwar il-Sħubija ekonomika bejn il-Komoros, il-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles, iż-Żimbabwe, iż-Żambja min-naħa l-waħda u l-Komunità Ewropea min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubijabejn il-membri tal-Gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmata f'Kotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehim ta' Kotonou),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni ta' April 2006, Ottubru 2006, Mejju 2007, Ottubru 2007, Novembru 2007 u Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-Ftehim ta' Partenarjati Ekonomiċi (COM(2007)0635),

wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), b'mod partikolari l-Artikolu XXIV tiegħu,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tar-Raba' Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fl-14 ta' Novembru 2001 f'Doha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tas-Sitt Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fit-18 ta' Diċembru 2005 f'Ħong Kong,

wara li kkunsidra r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, adottati mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-10 ta' Ottubru 2006,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta’ Settembru 2000, li tistabbilixxi l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) bħala kriterji stabbiliti kollettivament mill-komunità internazzjonali għall-qerda tal-faqar,

wara li kkunsidra l-Communiqué ta' Gleneagles, adottata mill-G8 fit-8 ta' Lulju 2005,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) b’konnessjoni mal-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Procedura,

A.

billi sal-31 ta' Diċembru 2007 ir-relazzjoni kummerċjali preċedenti tal-UE mal-pajjiżi tal-AKP, relazzjoni li kienet tagħti lil dawn tal-aħħar aċċess preferenzjali għas-swieq tal-UE fuq bażi mhux reċiproka - ma kinitx tikkonforma mar-regoli tad-WTO,

B.

billi l-EPAs huma ftehim kompatibbli mad-WTO mmirat biex jappoġġja l-integrazzjoni reġjonali u jippromwovi l-integrazzjoni gradata tal-ekonomiji tal-AKP fl-ekonomija dinjija, u b'hekk jitrawwem l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħhom u jikkontribwixxi għall-isforz globali fid-direzzjoni tal-qerda tal-faqar u l-mard fil-pajjiżi AKP,

C.

billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika ta’ bħalissa tfisser li l-politika kummerċjali ġusta u favur l-iżvilupp se tkun importanti aktar minn qatt qabel għad-dinja li għadha qed tiżviluppa,

D.

billi s-sistemi preċedenti ta' kummerċ preferenzjali ma kkontribwewx għat-titjib sinifikanti tas-sitwazzjoni ekonomika f'dawn il-pajjiżi,

E.

billi l-Ftehim “Interim” ta' Sħubija Ekonomika (IEPAs) huma ftehim dwar kummerċ ta' merkanzija li għandhu l-għan li jevita t-tfixkil tal-kummerċ tal-AKP mal-Unjoni Ewropea,

F.

billi l-IEPAs huma ftehim internazzjonali kompletament indipendenti u kompatibbli mad-WTO u jista' jitqies bħala l-ewwel pass fil-proċess lejn EPAs,

G.

billi l-Unjoni Ewropea toffri lill-pajjiżi AKP aċċess 100 % mingħajr kwoti u mingħajr dazju għas-swieq tal-UE mill-ewwel sena minbarra għar-ross (2010) u għaz-zokkor(2015),

H.

billi l-livelli ta' kapaċità bejn il-pajjiżi AKP u l-Unjoni Ewropea jvarjaw b'mod konsiderevoli,

I.

billi hemm kompetizzjoni limitata bejn l-UE u l-pajjiżi AKP minħabba li l-biċċa l-kbira tal-esportazzjoni tal-UE prinċiparjament tikkonsisti f’oġġetti li l-pajjiżi AKP ma jipproduċux iżda li jeħtieġuhom għal konsum dirett jew bħal inputs għall-industrija domestika;

J.

billi l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ imfassla kif xieraq tista' tippromwovi d-diversità tas-suq, it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp,

K.

billi xi pajjiżi tal-AKP, waqt in-negozjati EPA, fittxew il-Klawżola tan-Nazzjon l-Aktar Favorit (MFN), li tistabbilixxi tariffa normali u mhux diskriminatorja għall-merkanzija impurtata, bil-għan li jkun żgurat li l-esportaturi kollha jiġu trattati daqs l-esportatur li jinnegozja l-aktar favorit,

L.

billi ġew innegozjati regoli mtejba dwar l-oriġini mal-pajjiżi AKP, u dawn jistgħu jagħtu lill-AKP benefiċċji konsiderevoli jekk jiġu implimentati kif xieraq filwaqt li jitqiesu l-livelli mnaqqsa tagħhom ta’ kapaċità,

M.

billi regoli kummerċjali mtejba għandhom ikunu akkumpanjati b’żieda fl-appoġġ għal assistenza relatata mal-kummerċ,

N.

billi l-għan tal-Istrateġija tal-UE tal-Għajnuna għal Kummerċ huwa biex tkun appoġġjata l-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet kummerċjali ġodda,

O.

billi EPA finali inevitabbilment se tikkundizzjona l-ambitu u l-kontenut tal-ftehim futuri magħmulin bejn il-pajjiżi AKP u sħab kummerċjali oħra, u l-pożizzjoni tar-reġjun fin-negozjati,

P.

billi l-grupp ta’ pajjiżi AKP mil-Lvant u n-Nofsinhar tal-Afrika jikkonsisti f' pajjiżi, li jvarjaw fid-daqs u fil-GDP mir-reġjun kollu,

Q.

billi l-grupp tal-Istati tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afrika tal-ESA huwa magħmul minn ħames Stati, b’popolazzjoni kkombinata ta’ 33.5 miljun, fejn kull Stat ivarja fid-daqs u fil-karatteristiċi tiegħu, bl-akbar wieħed, il-Madagaskar, b’popolazzjoni 250 darba ikbar minn tal-iċken Stat, is-Seychelles,

R.

billi r-reġjun ESA huwa maqsum fil-grupp Komunità Afrikana tal-Lvant (EAC) u l-grupp ESA, jistgħu jerġgħu jingħaqdu hekk kif dawn il-gruppi jkunu lesti li jagħmlu dan,

1.

Jafferma mill-ġdid il-ħsieb tiegħu li, jekk jitfasslu b’mod xieraq u jkunu akkumpanjati minn politiki effikaċi orjentati lejn l-iżvilupp, l-EPAs jirrappreżentaw opportunità biex ir-relazzjonijiet kummerċjali AKP-UE jerġgħu jingħataw il-ħajja, ikunu promossi d-diversifikazzjoni ekonomika u l-integrazzjoni reġjonali tal-AKP, u biex jitnaqqas il-faqar fil-pajjiżi AKP;

2.

Jenfasizza li l-EPA ma jistgħux jitqiesu bħala sodisfaċenti sakemm ma jiksbux tliet għanijiet: joffru lill-pajjiżi tal-AKP appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli, jippromwovu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kummerċ dinji u jsaħħu l-proċess ta’ reġjonalizzazzjoni;

3.

Jenfasizza li l-għan prinċipali ta’ din il-ftehim huwa li, permezz tal-għanijiet għall-iżvilupp, it-tnaqqis tal-faqar u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-MDGs;

4.

Jirrikonoxxi l-benefiċċji li l-iffirmar tal-IEPAs bejn l-Unjoni min-naħa waħda u l-pajjiżi relevanti min-naħa l-oħra kellu fuq l-esportaturi billi jinżamm l-istejtus quo għal esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea wara l-iskadenza tal-trattament prefernzjali ta' tariffi previst fil-Ftehim ta’ Kotonou fil-31 ta’ Diċembru 2007, u għalhekk il-preservazzjoni u l-espansjoni sostanzjali tal-opportunitajiet tal-esportazzjoni lejn l-UE għall-pajjiżi tal-ESA, kemm permezz ta’ regoli sħaħ tas-suq u kemm permezz ta' regoli ta' oriġini mtejba;

5.

Jirrikonoxxi l-importanza li jintlaħaq ftehim bejn l-UE u l-imsieħba tal-AKP tagħha li jkun konformi mad-WTO, għaliex mingħajr ftehim bħal dan, ir-relazzjonijiet kummerċjali u l-iżvilupp tagħhom ikunu mfixkla bil-kbir;

6.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Komunità Ewropea qed toffri lill-pajjiżi ESA aċċess sħiħ għas-suq mingħajr dazju u mingħajr kwoti għall-prodotti tagħhom, biex tappoġġa l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ bejn l-ESA u l-Unjoni;

7.

Jenfasizza li l-iffirmar tal-IEPAs huwa pass meħtieġ sabiex ikun hemm tkabbir sostenibbli fir-reġjuni, u f'dawn ir-reġjuni b'mod ġenerali, u jenfasizza l-importanza tan-negozjati kontinwi lejn ftehim finali sabiex jitħeġġeġ aktar kummerċ, investiment u integrazzjoni reġjonali;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li, jekk hija x-xewqa tar-Reġjun tal-Afrika tal-Lvant u n-Nofsinhar, huwa jista' jinnegozja mill-ġdid kwalunkwe dispożizzjonijiet dwar il-kwistjonijiet kontroversjali li jixtieq jemenda jew jirtira;

9.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-istabbiliement ta’ perjodi ta’ tranżizzjoni fl-IEPA għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) sabiex ikunu jistgħu jadattaw għal bidliet stipulati mill-ftehim, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-istati kkonċernati biex ikomplu jappoġġjaw l-interessi tal-SMEs fin-negozjati tagħhom lejn EPA finali;

10.

Jiġbed l-attenzjoni li hemm żbilanċ enormi bejn l-ekonomija tal-UE u l-ekonomiji tal-pajjiżi tal-ESA li qatt ma jista’ jiġi aġġustat, anke biss b’mod parzjali permezz ta’ politiki ta’ kummerċ ħieles;

11.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi AKP biex ikomplu bil-proċess ta’ liberalizzazzjoni u jinkoraġġixxi l-estensjoni ta’ riformi bħal dawn lil hinn mill-kummerċ ta’ merkanzija biss biex tiżdied il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi;

12.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea sabiex tipprovdi aktar għajnuna xierqa kemm lill-awtoritajiet tal-AKP kif ukoll lis-settur privat sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni tal-ekonomiji wara l-iffirmar tal-IEPA u sabiex ikun żgurat li jittieħdu miżuri ħalli l-gruppi vulnerabbli (l-anzjani, il-persuni b’diżabiltajiet, l-ommijiet li jrabbu l-uliedhom waħidhom) jiġu protetti matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni ekonomika;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiċċaraw kif fil-fatt issir id-distribuzzjoni tal-fondi madwar ir-reġjun tal-AKP li ġejjin mill-wegħda ta' nfiq prijoritarju fil-kuntest tal-baġit imkabbar tal-Għajnuna għall-Kummerċ;

14.

Jistieden li jkun deċiż minn kmieni u jkun provdut is-sehem tar-riżorsi ta’ Għajnuna għall-Kummerċ;

15.

Ifakkar fl-adozzjoni, f'Ottubru 2007, tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, bl-impenn li żżid l-għajnuna kollettiva tal-UE relatata mal-kummerċ għal € 2 biljun fis-sena sal-2010 (€ 1 biljun mill-Komunità, € 1 biljun mill-Istati Membri); jinsisti li r-Reġjun tal-Afrika tal-Punent jirċievi sehem adatt u ġust;

16.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi relevanti biex jipprovdu informazzjoni ċara u trasparenti dwar is-sitwazzjoni ekonomika u politika u l-iżvilupp f’dawn il-pajjiżi sabiex titjieb il-koperazzjoni mal-Unjoni;

17.

Iħeġġeġ lin-negozjaturi ta' kull EPA finali għall-immaniġġjar trasparenti tar-riżorsi naturali u li jkunu spjegati l-aħjar prattiki meħtieġa sabiex il-pajjiżi rilevanti jkunu jistgħu jiksbu l-akbar dħul possibbli minn dawn ir-riżorsi;

18.

Jenfasizza l-importanza tal-kummerċ intra-reġjonali u l-ħtieġa ta' iktar rabtiet kummerċjali fir-reġjun sabiex ikun żgurat it-tkabbir sostenibbli fir-reġjun; jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni u l-qbil bejn l-entitajiet reġjonali differenti; jitlob li kwalunkwe ftehim bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ESA ma jikkontradixxux lil xulxin jew ixekklu l-integrazzjoni reġjonali f'dan ir-reġjun iktar wiesa';

19.

Jitlob li jkun hemm mekkaniżmi ta’ monitoraġġ trasparenti u xierqa – li jkollhom irwol u influwenza ċari – biex isegwu l-impatt tal-EPAs, b’żieda fis-sjieda AKP u b’konsultazzjoni ikbar mal-partijiet ikkonċernati, inkluża s-soċjetà ċivili; jenfasizza li għandha titwettaq reviżjoni komprensiva tal-Ftehim interim ta’ Sħubija ekonomika mal-ESA mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-firma, rigward l-impatt soċjoekonomiku tagħha, inklużi l-ispejjeż u l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni, fejn jingħata spazju għal emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u għal aġġustamenti għall-applikazzjoni tagħhom;

20.

Jikkunsidra importanti li fl-implimentazzjoni ta’ EPAs, għandha tkun stabbilita sistema ta’ monitoraġġ ċara, koordinata mill-kumitat parlamentari relevanti bl-involviment ta' Membri tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp, li tiżgura bilanċ bejn iż-żamma tal-irwol ewlieni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ Internazzjonali u l-konsistenza ġenerali fil-politiki għall-iżvilupp u kummerċjali; jikkunsidra li dan il-kumitat parlamentari għandu jopera b’mod flessibbli u għandu jikkoordina b’mod attiv mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-IEPA;

21.

Jenfasizza b'mod partikulari l-irwol kruċjali tal-Parlamenti tal-Afrika, il-Karibew, il-Paċifiku u atturi mhux tal-istat fis-sorveljanza u l-ġestjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-involviment tagħhom fil-proċeduri tan-negozjati li għaddejin, li jeħtieġu aġenda ċara bbażata fuq approċċ parteċipattiv għan-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku;

22.

Jinsisti li, sabiex tkun konformi mal-Prinċipji ta' Pariġi dwar l-Effettività ta' l-Għajnuna, l-għajnuna għandha tkun, fost l-oħrajn, iggwidata mid-domanda, u għalhekk, jistieden lill-AKP biex iressqu bl-assistenza xierqa tal-UE fejn meħtieġa, proposti dettaljati u bl-ispejjeż, ta’ kif u għal-liema skop fondi addizzjonali relatati mal-EPA huma meħtieġa, partikolarment fir-rigward ta’oqfsa regolatorji, miżuri ta’ salvagwardja, iffaċilitar tal-kummerċ, appoġġ biex jintlaħqu standards internazzjonali Sanitarji u Fitosanitarji u ta’ Proprjetà Intellettwali, kompożizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-EPA;

23.

Jesprimi appoġġ kontinwu għal EPA komprensiva bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi tal-ESA inkluż il-qasam prinċipali tan-negozjati għad-drittijiet tal-propjetà intellewali li jkopri mhux biss l-artefatti teknoloġiċi tal-Punent, imma anke l-bijodiversità u l-għarfien tradizzjonali;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel li tista’ sabiex tibda mill-ġdid in-negozjati dwar id-DDA u sabiex tiżgura li l-Ftehim dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ ikompli jippromwovi l-iżvilupp fil-pajjiżi l-fqar;

25.

Jinsab konvint li EPAs sħaħ għandhom ikunu kumplimentarji għal ftehim dwar id-DDA u mhux alternattiva;

26.

Jirrispetta l-ħtieġa għal kapitolu dwar id-difiża tal-kummerċ b'salvagwardji bilaterali; jistieden liż-żewġ naħat biex jevitaw abbuż mhux meħtieġ ta' dawn is-salvagwardji;jistieden lill-Kummissjoni biex taċċetta, fil-qafas tan-negozjati kontinwi għall-konklużjoni ta' EPA komprensiva, reviżjoni tas-salvagwardji li jinsabu fl-EPA interim sabiex ikun hemm garanzija ta' utilizzazzjoni xierqa, trasparenti u mgħaġġla sakemm jintlaħqu l-kriterji għall-applikazzjoni tagħhom;

27.

Jikkunsidra li l-EPAgħandu jinkoraġġixxi l-esportazzjonijiet ta’ prodotti pproċessati permezz ta’ regoli dwar l-oriġini aktar sempliċi u mtejba, partikolarment f’setturi prinċipali bħat-tessuti u l-agrikoltura;

28.

Jappoġġja l-esklużjonijiet ta’ linji ta’ tariffi miftehma li jiffukaw fuq prodotti tal-biedja u xi prodotti tal-biedja pproċessati minħabba li huma msejsa prinċipalment fuq il-ħtieġa li jiġu protetti l-industriji ġodda jew il-prodotti sensittivi f’dawn il-pajjiżi u jfakkar l-impenn li għamlet l-UE fil-kuntest tal-Aġenda dwar l-Iżvilupp ta’ Doha biex tneħħi gradwalment is-sussidji fuq l-esportazzjoni agrikola;

29.

Jiġbed l-attenzjoni li l-kalendarju għan-negozjati li għaddejjin bħalissa mill-Ftehim interim għall-EPA sħiħ bejn l-UE u l-ESA, jimxu fuq il-bażi li l-ftehim se tkun konkluża sa tmiem l-2009; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma tagħmilx pressjoni ambizzjuża żżejjed fuq ir-Reġjun tal-Afrika tal-Lvant u n-Nofsinhar biex jaċċetta l-liberalizzazzjoni u f'dan ir-rigward biex jikkunsidra l-fehmiet tal-Parlament tal-Reġjun tal-Afrika tal-Lvant u n-Nofsinhar;

30.

Jemmen li għandha ssir distinzjoni bejn is-servizzi kummerċali u s-servizzi pubbliċi; jenfasizza l-bżonn li jinżammu s-servizzi pubbliċi li jindirizzaw il-bżonnijiet bażiċi tal-individwi jew li għandhom irwol importanti fil-preservazzjoni tad-diversità kulturali fin-negozjati kollha;

31.

Jinnota l-inklużjoni ta' kapitlu dwar koperazzjoni għall-iżvilupp fl-EPA finali li jkopri l-koperazzjoni fil-kummerċ tal-merkanzija, il-kompetittività fil-forniment, l-infrastruttura fl-iskambju tan-negozju, il-kummerċ fis-servizzi, il-kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ, il-bini ta' kapaċità istituzzjonali, u l-aġġustamenti fiskali; jistieden liż-żewġ partijiet biex jirrispettaw l-impenn miftiehem bil-għan li jkun hemm konklużjoni tan-negozjati dwar il-kompetizzjoni u l-appalti pubbliċi, fejn titqies il-kapaċità tal-pajjiżi ESA;

32.

Jenfasizza li kwalunke EPA finali għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar it-tmexxija tajba, it-trasparenza fl-uffiċċji politiċi, u d-drittijiet tal-bniedem, b'konformità mal-Artikoli 11b, 96 u 97 tal-Ftehim ta' Kotonou;

33.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tindirizza l-hekk magħrufa “kwistjonijiet kontroversjali”, bħall-kopertura tal-kummerċ fil-ftehim, il-klawsola MFN, it-taxxi tal-esportazzjoni, is-salvagwardji u r-regoli tal-oriġini, fil-kuntest tan-negozjati lejn EPA finali reġjonali, b’mod li jkun fl-interess tal-UE u taċ-ċittadini tagħha u biex ikun appoġġjat l-iżvilupp sostenibbli fl-UE u fil-pajjiżi AKP;

34.

Jenfasizza l-importanza ta' EPA finali biex ikunu appoġġjati r-relazzjonijiet bejn ir-reġjuni permezz tal-armonizzazzjoni tal-ftehim kummerċjali bejn il-pajjiżi AKP u l-Komunità Ewropea;

35.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu minħabba li s-sitwazzjoni attwali fiż-Żimbabwe f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-ekonomija tirrappreżenta theddida kbira għaċ-ċittadini u hija piż kbir fuq il-kollaborazzjoni attwali u futura bejn l-Unjoni Ewropea u ż-Żimbabwe;

36.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-iżvilupp ta’ unjoni doganali fil-grupp ESA u l-isforzi li qed isiru lejn il-ħolqien ta’ unjoni monetarja li b’mod partikolari tikkunsidra l-benefiċċji għall-intrapriżi li se jkunu disponibbli permezz tal-armonizzazzjoni tar-regoli fir-reġjun ESA, li se twassal għal suq ikbar, żieda fil-kummerċ, u żieda fl-opportunitajiet għall-ħolqien ta’ ekonomiji ta’ skala;

37.

Jistieden lill-partijiet fin-negozjati biex jinkludu ftehim li jorbot fir-rigward tal-appalti pubbliċi, tal-investiment, tal-kompetizzjoni u tal-appalti pubbliċi li jistgħu jkabbru l-interess li jsir negozju u investiment fil-pajjiżi ESA, minħabba li dawn ir-regoli huma ta' benefiċċju kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-gvernijiet lokali, peress li r-regoli se jkunu ugwali għal kulħadd u għalhekk jgħinu biex jattiraw in-negozju u l-investiment;

38.

Jitlob li jkun hemm proċedura ta' ratifika immedjata bil-għan li l-benefiċċji tal-IEPA jkunu disponibbli għall-pajjiżi msieħba mingħajr dewmien;

39.

Jinkoraġġixxi lill-partijiet biex itemmu n-negozjati għal EPA finali bejn il-pajjiżi ESA u l-Komunita' Ewropea, sakemm il-benefiċċji reċiproċi ta’ ftehim bħal dan ikun rikonoxxut fuq iż-żewġ naħat;

40.

Jinsisti li l-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat u involut b’mod sħiħ matul il-proċess tan-negozjati tranżitorji; jixtieq li dan isir permezz ta’ trijalogu informali attiv mal-Kunsill u l-Kummissjoni; jitlob lill-Kunsill biex jirreferi din il-kwistjoni lill-Parlament malajr kemm jista’ jkun;

41.

Jirrikonoxxi s-sitwazzjoni tal-poplu tal-Arċipelagu ta’ Chagos, li tneħħew bil-forza mill-gżejjer tagħhom u bħalissa qed jgħixu fi stat ta’ faqar fil-gżejjer tal-Mawrizju u tas-Seychelles, u jqis li l-UE għandha taħdem biex tinstab soluzzjoni għan-nies ta’ Chagos biex ikunu jistgħu jirritornaw lura lejn il-gżejjer tal-oriġini tagħhom;

42.

Jagħti istruzzjoni lill-President biex iressaq din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi AKP, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.


(1)  ĠU C 77 E, 26.3.2004, p. 393.

(2)  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 397.

(3)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 126.

(4)  ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 121.

(5)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(6)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 261.

(7)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 244.

(8)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 301.

(9)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 361

(10)  Testi adottati, P6_TA(2008)0252.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/135


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-KE u l-Istati Msieħba fil-Komunità tal-Afrika tal-Lvant

P6_TA(2009)0181

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-ftehima li tistabbilixxi qafas għal Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Istati Msieħba fil-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra

2010/C 117 E/23

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2003 dwar il-Ħames Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li saret f’Cancún (1), tat-12 ta’ Mejju 2005 dwar l-evalwazzjoni tar-Rawnd ta’ Doha wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO tal-1 ta’ Awwissu 2004 (2), tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar il-preparamenti għas-Sitt Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Ħong Kong (3), tat-23 ta’ Marzu 2006 dwar l-impatt tal-iżvilupp fuq il-Ftehimiet tas-Sħubija Ekonomika (EPAs) (4), tal-4 ta’ April 2006 dwar il-valutazzjoni tar-Rawnd ta’ Doha wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Ħong Kong (5), tal-1 ta’ Ġunju 2006 dwar il-kummerċ u l-faqar: it-tifsil ta’ politiki ta’ kummerċ biex jimmassimizzaw il-kontribut tal-kummerċ għat-tnaqqis tal-faqar (6), tas-7 ta’ Settembru 2006 dwar is-sospensjoni tan-negozjati dwar l-Aġenda dwar l-Iżvilupp ta’ Doha (DDA) (7), tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar il-Ftehimiet ta’ Partenarjat Ekonomiku (8), tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar il-Ftehim TRIPS u l-aċċess għall-mediċini (9), tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Ftehimiet ta’ Partenarjat Ekonomiku (10), ul-pożizzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-proposta ta’ regolament tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi ġeneralizzati fit-tariffi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u (KE) Nru 1100/2006 (11),

wara li kkunsidra l-Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u l-Istati Msieħba fil-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (il-Ftehima ta’ Cotonou),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni ta’ April 2006, Ottubru 2006, Mejju 2007, Ottubru 2007, Novembru 2007 u Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-Ftehimiet ta’ Partenarjati Ekonomiċi (COM(2007)0635),

wara li kkunsidra l-Ftehima Generali dwar it-Tariffi u l-Kummerc (GATT), b’mod partikulari l-Artikolu XXIV taghha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tar-Raba’ Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fl-14 ta’ Novembru 2001 f’Doha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tas-Sitt Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fit-18 ta’ Diċembru 2005 f’Ħong Kong,

wara li kkunsidra r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, adottati mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-10 ta’ Ottubru 2006,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta’ Settembru 2000, li tistabilixxi l-Għanijiet tal-Millennju ghall-Izvilupp (MDGs) bhala kriterji stabbiliti b’mod kollettiv mill-komunità internazzjonali għall-qerda tal-faqar,

wara li kkunsidra l-Communiqué ta’ Gleneagles, adottata mill-G8 fit-8 ta’ Lulju 2005,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) konġuntement mal-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta’ Proċedura,

A

billi l-EPAs għandhom ikunu ftehimiet kompatibbli mad-WTO mmirati biex jappoġġaw l-integrazzjoni reġjonali u jippromwovu l-integrazzjoni gradwali tal-ekonomiji tal-AKP fl-ekonomija dinjija, u b’hekk irawwmu l-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli tagħhom u jikkontribwixxu għall-isforz globali sabiex jinqered il-faqar fil-pajjiżi AKP,

B.

billi r-regoli tad-WTO ma jeħtiġux li l-pajjiżi tal-EPA jidħlu f’impenji ta’ liberalizzazzjoni fl-oqsma tas-servizzi,

C.

billi l-EPAs għandhom jintużaw biex tinbena relazzjoni fit-tul li permezz tagħha l-kummerċ jappoġġja l-iżvilupp,

D.

billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali tfisser li r-relazzjonijiet ibbażati fuq politika ta’ kummerċ ġust se jkunu importanti iktar minn qatt qabel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

E.

billi l-EPA Interim (IEPA) hija ffukata fuq il-kummerċ fil-merkanzija u l-kompatibilità mad-WTO,

F.

billi l-IEPA se jkollha impatt fundamentali fuq l-evoluzzjoni futura tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali u fuq il-politiki tal-Istati Msieħba tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC) u s-sħab kummerċjali tagħhom fl-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar,

G.

billi l-Istati Msieħba tal-EAC ħolqu unjoni doganali fl-2005 u qed jaħdmu lejn l-istabbiliment ta’ suq komuni sal-2010, unjoni monetarja sal-2012 u federazzjoni politika tal-Istati Afrikani tal-Lvant,

H.

billi l-IEPA tista’ probabbilment tikkundizzjona l-ambitu u l-kontenut tal-ftehimiet futuri li jsiru bejn il-pajjiżi EAC u sħab kummerċjali oħra u l-pożizzjoni tar-reġjun fin-negozjati,

I.

billi hemm kompetizzjoni limitata bejn l-UE u l-pajjiżi AKP minħabba li l-biċċa l-kbira tal-esportazzjoni tal-UE primarjament tikkonsisti f’oġġetti li l-pajjiżi AKP ma jipproduċux iżda li spiss jeħtiġuhom għal konsum dirett jew bħal inputs għall-industrija domestika; billi dan mhuwiex il-każ fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli fejn is-sussidji tal-UE għall-esportazzjoni jirrappreżentaw ostaklu serju għall-produtturi tal-AKP fis-setturi tal-agrikoltura, tat-trobbija tal-bhejjem u tal-prodotti tal-ħalib, minħabba li jfixklu u sikwit jeqirdu s-swieq kemm lokali kif ukoll reġjonali, u għalhekk l-UE għandha, mingħajr dewmien, ittemm kull xorta ta’ sussidju għall-esportazzjoni,

J.

billi l-Istati Msieħba tal-EAC indikaw li jixtiequ jinnegozjaw mill-ġdid għadd ta’ kwistjonijiet inklużi fl-IEPA,

K.

billi l-ebda waħda mill-iskedi ta’ liberalizzazzjoni ma tirrikjedi li pajjiż jibda jneħħi t-tariffi pożittivi qabel l-2015; billi l-Istati Msieħba tal-EAC għandhom 24 sena biex ilestu l-proċess ta’ liberalizzazzjoni skont l-IEPA,

L.

billi l-impenji dwar il-kummerċ iridu jkunu akkumpanjati b’iktar appoġġ għall-għajnuna relatata mal-kummerċ,

M.

billi l-għan tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ huwa li tappoġġa l-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex japprofittaw minn opportunitajiet ġodda ta’ kummerċ, u li tikkumpensa għall-ispejjeż tal-aġġustament u l-impatti potenzjalment negattivi tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ,

N.

billi m’għandu jkun hemm xejn f’EPA sħiħa potenzjali li jnaqqas il-kapaċità tal-Istati Msieħba tal-EAC li jippromwovu l-aċċess għall-mediċini,

1.

Jemmen li kwalunkwe IEPA trid tikkontribwixxi biex jerġa’ jieħu l-ħajja l-kummerċ bejn il-pajjiżi tal-AKP u l-Unjoni Ewropea, għal iktar tkabbir ekonomiku, integrazzjoni reġjonali, diversifikazzjoni ekonomika u t-tnaqqis tal-faqar u l-kisba tal-MDGs; għaldaqstant iħeġġeġ implimentazzjoni flessibbli li tqis bis-sħiħ ir-restrizzjonijiet fuq il-kapaċità tal-Istati Msieħba tal-EAC;

2.

Jenfasizza li ftehimiet bħal dawn ma jistgħux jitqiesu bħala sodisfaċenti sakemm ma jiksbux tliet għanijiet: li joffru lill-pajjiżi tal-AKP appoġġ għal żvilupp sostenibbli, li jġibu ’l quddiem il-parteċipazzjoni tagħhom fid-dinja tal-kummerċ, u li jsaħħu l-proċess tar-reġjonalizzazzjoni; jenfasizza li fil-kisba tal-ħarsien mill-konsegwenzi negattivi tal-ftuħ tal-ekonomiji tal-Istati Msieħba tal-EAC, għandu jingħata appoġġ mill-Unjoni Ewropea sabiex jinġiebu benefiċċji reali permezz ta’ preferenzi kummerċjali, u l-bini tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali;

3.

Jafferma mill-ġdid il-fehma tiegħu li, jekk jitfasslu kif jixraq, l-EPAs jirrappreżentaw opportunità biex ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-AKP u l-UE jerġgħu jieħdu r-ruħ, biex tiġi promossa d-diversifikazzjoni ekonomika u l-integrazzjoni reġjonali tal-AKP u biex jitnaqqas il-faqar fil-pajjiżi tal-AKP;

4.

Iħeġġeġ lill-partijiet fin-negozjati biex itemmu n-negozjati kif ippjanat matul l-2009; jinkoraġġixxi lill-partijiet biex jieħdu kull miżura sabiex ikunu jistgħu jiffinalizzaw l-EPA komprensiva bejn il-pajjiżi AKP u l-Unjoni Ewropea qabel tmiem l-2009, kif ippjanat;

5.

Jirrikonoxxi l-benefiċċji li kellu l-iffirmar tal-IEPA għall-esportaturi, billi żied il-possibilitajiet għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea wara li skadew fil-31 ta’ Diċembru 2007 it-tariffi preferenzjali kif dispost fil-Ftehimata’ Cotonou, u b’hekk evita l-ħsara li setgħet saret lill-esportaturi tal-AKP li kieku kellhom ikunu obbligati li joperaw skont sistemi kummerċjali anqas favorevoli;

6.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Unjoni Ewropea qed toffri lill-pajjiżi tal-AKP aċċess sħiħ għas-suq mingħajr dazju u mingħajr kwoti fl-Unjoni Ewropea għall-maġġoranza tal-prodotti;

7.

Jenfasizza li l-IEPA hija ftehima dwar il-kummerċ tal-merkanzija li għandha l-għan li tippreżerva u tespandi b’mod sostanzjali l-opportunitajiet ta’ esportazzjoni għall-Unjoni Ewropea għall-Istati Imsieħba tal-EAC, kemm permezz tal-aċċess għas-suq sħiħ kif ukoll tar-regoli ta’ oriġini mtejba;

8.

Jenfasizza li l-iffirmar tal-IEPA huwa pass neċessarju lejn it-tkabbir sostenibbli f’dan ir-reġjun kollu kemm hu, u jenfasizza l-importanza tal-kontinwità fin-negozjati lejn ftehim komprensiv li jinkoraġġixxi iktar kummerċ, investiment u integrazzjoni reġjonali;

9.

Ifakkar li l-EPAs għandhom ikunu kompatibbli mar-regoli tad-WTO, li ma jeħtiġux jew ma jipprojbixxux il-liberalizzazzjoni tal-impenji jew l-obbligi regolatorji rigward is-servizzi, il-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l- hekk imsejħa “Kwistjonijiet ta’ Singapore”;

10.

Jistieden li jkun stabbilit qafas regolatorju matul it-tranżizzjoni minn EPA interim għal sħiħ fir-rigward tas-servizzi; jistieden għal passi biex ikun żgurat, fejn possibbli, li l-provvista ta’ servizzi universali tkun fis-seħħ, inklużi għal servizzi pubbliċi essenzjali; jafferma mill-ġdid f’dan il-kuntest l-opinjonijiet stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Settembru 2008 dwar il-Kummerċ fis-servizzi (12);

11.

Ifakkar li suq reġjonali ġenwin huwa bażi essenzjali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-IEPA u li l-integrazzjoni u l-koperazzjoni reġjonali huma essenzjali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Istati Msieħba tal-EAC;

12.

Jitlob li kwalunkwe ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tar-reġjun tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar ma għandhomx jikkontradixxu lil xulxin jew iwaqqfu l-integrazzjoni reġjonali f’dan ir-reġjun ikbar;

13.

Jirrikonoxxi l-istabbiliement ta’ perjodi ta’ tranżizzjoni fl-IEPA għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) sabiex ikunu jistgħu jadattaw għal bidliet stipulati mill-ftehima, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Istati Msieħba tal-EAC ikkonċernati biex ikomplu jappoġġjaw l-interessi tal-SMEs fin-negozjati tagħhom lejn EPA komprensiva;

14.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tipprovdi iktar għajnuna tat-tip adegwat lill-awtoritajiet fil-pajjiżi tal-AKP, kif ukoll lis-settur privat sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni tal-ekonomiji tagħhom wara l-iffirmar tal-IEPA;

15.

Jappoġġja għaldaqstant l-esklużjonijiet miftiehma ta’ linji ta’ tariffi li jiffukaw fuq prodotti agrikoli u xi prodotti agrikoli pproċessati ladarba dawn huma msejsa prinċipalment fuq il-ħtieġa tal-ħarsien ta’ industriji li għadhom ġodda jew prodotti sensittivi f’dawn il-pajjiżi;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara kif fil-fatt issir id-distribuzzjoni madwar ir-reġjun tal-AKP tal-fondi li ġejjin mill-wegħda ta’ nfiq prijoritarju fil-kuntest tal-baġit imkabbar tal-Għajnuna għall-Kummerċ;

17.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi rilevanti biex jipprovdu informazzjoni ċara u trasparenti dwar is-sitwazzjoni ekonomika u politika u l-iżvilupp f’dawn il-pajjiżi sabiex tittejjeb il-koperazzjoni mal-Kummissjoni;

18.

Jirrkonoxxi li kapitlu ta’ koperazzjoni fl-iżvilupp ġie inkluż fl-EPA komprensiva li tkopri l-koperazzjoni fil-kummerċ tal-merkanzija, il-kompetittività fil-forniment, infrastruttura ta’ titjib fil-kummerċ, il-kummerċ fis-servizzi, kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ, il-bini ta’ kapaċità istituzzjonali, u aġġustamenti fiskali; jistieden liż-żewġ naħat biex iżommu l-impenn miftiehem tagħhom li jikkonkludu n-negozjati dwar il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku biss meta jkun inbena livell ta’ kapaċità adegwat;

19.

Ifakkar li l-EPA għandha tappoġġa l-objettivi, il-politiki u l-prijoritajiet ta’ żvilupp tal-Istati Msieħba tal-EAC, mhux biss fl-istruttura u l-kontenut, iżda wkoll fil-mod u l-ispirtu tal-implimentazzjoni tagħha;

20.

Ifakkar fl-adozzjoni, f’Ottubru 2007, tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, bl-impenn li l-għajnuna kollettiva tal-UE relatata mal-kummerċ tiżdied għal EUR 2 biljun (2 000 000 000) fis-sena sal-2010 (EUR 1 biljun mill-Komunità, EUR 1 biljun mill-Istati Membri); jinsisti li l-Istati Msieħba tal-EAC għandhom jirċievi sehem xieraq u ġust;

21.

Jitlob għal determinazzjoni bikrija u l-provvista tas-sehem tar-riżorsi tal-Għajnuna għall-Kummerċ; jenfasizza li dawn il-fondi għandhom ikunu riżorsi addizzjonali u mhux sempliċement l-impakkettar mill-ġdid tal-finanzjament tal-EDF, li għandhom jikkonformaw mal-prijoritajiet tal-EAC u li l-infiq tagħhom għandu jkun f’waqtu, jista’ jitbassar u f’konformità mal-iskedi ta’ twettiq tal-pjanijiet ta’ żvilupp strateġiku nazzjonali u reġjonali; huwa kontra kull tip ta’ kundizzjonalità marbuta mal-EPAs fil-kwistjoni tal-għoti tal-għajnuna Ewropea u jistieden lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi li l-aċċess għall-fondi tal-10 EDF jinżammu separati mir-riżultati u l-progress tan-negozjati;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkjarifika d-distribuzzjoni tal-fondi fir-reġjun kollu, jistieden lill-Istati Membri biex jispjegaw l-iffinanzjar addizzjonali lil hinn mill-impenji baġitarji tal-2008-2013;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni, minħabba l-impenji meħuda mill-Kunsill f’Settembru 2007 dwar il-Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u l-aċċess għal-mediċini, biex ma tinnegozjax dispożizzjonijiet TRIPS-plus relatati ma’ farmaċewtiċi li jaffettwaw is-saħħa pubblika u l-aċċess għall-mediċini f’EPA sħiħa, sabiex toqgħod lura milli titlob l-adeżjoni mat-Trattat ta’ Koperazzjoni dwar il-Privattivi jew mat-Trattat tal-Liġi dwar il-Privattivi jew l-aċċettazzjoni tal-obbligi marbuta magħhom, u biex toqgħod lura wkoll milli tinkorpora t-termini tad-Direttiva 2004/48/KE dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u biex ma tintroduċix fl-EPA sħiħa regoli bħall-protezzjoni ta’ bażi ta’ dejta mhux originali;

24.

Iħeġġeġ lin-negozjaturi ta’ kull EPA sħiħa biex jiggarantixxu l-ġestjoni trasparenti tar-riżorsi naturali u biex iħejju profil tal-aħjar prattiki meħtieġa biex il-pajjiżi tal-AKP jaqalgħu kemm jistgħu minn riżorsi bħal dawn;

25.

Jenfasizza li kwalunkwe EPA sħiħa għandha tinkludi wkoll dispożizzjonijiet rigward tmexxija tajba, trasparenza fil-karigi politiċi, u d-drittijiet tal-bniedem;

26.

Jenfasizza l-importanza tal-kummerċ intrareġjonali u l-ħtieġa ta’ iktar rabtiet kummerċjali fir-reġjun sabiex ikun żgurat it-tkabbir sostenibbli fir-reġjun; jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni u l-qbil bejn l-entitajiet reġjonali differenti;

27.

Jinkoraġġixxi iktar tnaqqis fit-tariffi bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-gruppi reġjonali, li llum jammontaw għal bejn 15 % u 25 % tal-valur tal-kummerċ, sabiex ikunu inkoraġġuti l-kummerċ bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, it-tkabbir ekonomiku u l-integrazzjoni reġjonali;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel kulma tista’ sabiex terġa’ tibda n-negozjati dwar id-DDA u sabiex tiżgura li l-ftehimiet ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ ikomplu jippromwovu l-iżvilupp fil-pajjiżi l-fqar;

29.

Huwa konvint li l-EPAs sħaħ għandhom ikunu komplementari għall-ftehima dwar id-DDA u mhux alternattiva għall-pajjiżi AKP;

30.

Jirrispetta l-ħtieġa għal kapitolu dwar id-difiża tal-kummerċ b’salvagwardji bilaterali; jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-qafas tan-negozjati kontinwi bil-għan li tintlaħaq EPA komprensiva, taċetta li jkun hemm reviżjoni tas-salvagwardji li jinsabu fl-EPA interim sabiex ikun hemm garanzija ta’ użu xieraq, trasparenti u mgħaġġel, sakemm jiġu sodisfati l-kriterji għall-applikazzjoni tagħhom;

31.

Jitlob proċedura ta’ ratifika immedjata bl-għan li l-profitti tal-IEPA jkunu disponibbli għall-pajjiżi msieħba mingħajr dewmien mhux meħtieġ;

32.

Ifakkar li, waqt li l-IEPA tista’ titqies bħala l-ewwel pass fil-proċess, f’termini legali din hija ftehima internazzjonali kompletament indipendenti li tista’ ma twassalx awtomatikament għal EPA sħiħa;

33.

Jenfasizza li l-kunsens possibbli mill-Parlament għall-IEPA ma jiddeterminax minn qabel il-pożizzjoni tal-Parlament rigward il-kunsens tiegħu għall-EPA sħiħa, ladarba l-proċedura tal-konklużjoni hija relatata ma’ żewġ ftehimiet internazzjonali differenti;

34.

Ifakkar li l-EAC hija l-uniku reġjun li l-membri kollha tagħha aderew għall-IEPA u li offrew skedi ta’ liberalizzazzjoni identiċi; jirrimarka li dawn iridu jkunu evalwati regolarment u riveduti jekk l-implimentazzjoni tagħhom tkun tqila wisq;

35.

Ifakkar li l-IEPA probabbli se tinfluwenza r-relazzjonijiet bejn ir-reġjun u l-eqreb imsieħba kummerċjali tiegħu u għandu jkun żgurat li d-dispożizzjonijiet tal-ftehima attwali għandhom jgħinu biex jiffaċilitaw il-ftehimiet kummerjali tal-ġejjieni;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra t-talbiet magħmula mill-Komunità tal-Afrika tal-Lvant biex tinnegozja mill-ġdid ċerti kwistjonijiet kontenzjużi fl-EPA Interim li tixtieq li temenda jew tneħħi fl-EPA sħiħa;

37.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi AKP biex ikomplu l-proċess ta’ liberalizzazzjoni u jinkoraġġixxi l-estensjoni ta’ riformi bħal dawn lil hinn mill-kummerċ u l-merkanzija, u sabiex tiżdied il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u tas-servizzi;

38.

Jindika li l-EPA għandha tikkontribwixxi għall-ksib tal-MDGs;

39.

Jinnota li fi ħdan in-negozjati tal-EPA xi stati tal-AKP, bi għan li jiżguraw li l-esportaturi kollha jiġu ttrattati tajjeb bħall-imsieħeb l-aktar favorit, fittxew il-klawżola tal-Istat l-Aktar Favorit (MFN), li normalment toħloq tariffi mhux diskriminatorji dwar l-importazzjoni tal-prodotti;

40.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li regoli ta’ oriġini ġodda flessibbli u mtejba qed ikunu negozjati bejn l-UE u l-pajjiżi tal-AKP, u dawn jistgħu potenzjalment jipprovdu l-pajjiżi tal-AKP b’benefiċċji konsiderevoli jekk ikunu implimentati kif xieraq u bil-kunsiderazzjoni dovuta għal-livelli ta’ kapaċità mnaqqsa tagħhom;

41.

Jenfasizza li l-esportazzjonijiet ta’ prodotti tal-mijieri jew tal-injam ma jridux jikkompromettu l-fraġilità ta’ ekosistema li l-irwol kontinentali tagħha huwa fundamentali u li l-mekkaniżmi ta’ remunerazzjoni tas-servizzi ambjentali forniti mill-Istati Msieħba tal-EAC għandhom ikunu inklużi fl-EPA;

42.

Iqis importanti li fl-implimentazzjoni ta’ EPAs, għandha tkun stabbilita sistema ta’ monitoraġġ ċara, koordinata mill-kumitat parlamentari relevanti bl-involviment ta’ Membri tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp, li tiżgura bilanċ bejn iż-żamma tal-irwol ewlieni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-konsistenza ġenerali fil-politiki kummerċjali u għall-iżvilupp; dan il-kumitat parlamentari għandu jopera b’mod flessibbli u għandu jikkoordina b’mod attiv mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE; iqis li dan il-monitoraġġ għandu jibda wara l-adozzjoni ta’ kull IEPA;

43.

Jenfasizza b’mod partikulari l-irwol kruċjali tal-parlamenti tal-AKP u tal-atturi mhux statali fis-sorveljanza u l-ġestjoni tal-EPAs u jitlob lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi l-involviment tagħhom fil-proċeduri ta’ negozjazzjoni li jinsabu għaddejjin; dan jirrikjedi aġenda ċara bejn il-pajjiżi tal-UE u l-AKP bbażata fuq strateġija parteċipattiva;

44.

Jitlob li jkun hemm mekkaniżmi ta’ monitoraġġ xierqa u trasparenti – bi rwol u influwenza ċari – biex jiġi segwit l-impatt tal-EPAs, b’iktar sjieda min-naħa tal-AKP u b’konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati;

45.

Jilqa’ l-inklużjoni ta’ klawsola ta’ reviżjoni fi ħdan l-IEPA, li tafferma li għandha ssir reviżjoni komprensiva tal-Ftehima mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-iffirmar, u sussegwentement f’intervalli ta’ ħames snin, inkluża analiżi tal-ispejjeż u l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni tal-obbligi kummerċjali; jekk ikun hemm bżonn, iridu jsiru l-emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehima u l-aġġustamenti għall-applikazzjoni tagħhom, fir-rigward u f’konformità mar-regoli u l-proċeduri tad-WTO;

46.

Jistieden lill-Kunsill biex jikkonsulta mal-Parlament qabel tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehimiet internazzjonali - kif inhu l-każ għall-EPAs - meta tkun meħtieġa l-proċedura ta’ kunsens, minħabba l-possibilità li l-Parlament sussegwentement ikun jista’ jirrifjuta l-ftehima internazzjonali, bil-konsegwenza li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu jkollhom jispiċċaw;

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-AKP, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.


(1)  ĠU C 77 E, 26.3.2004, p. 393.

(2)  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 397.

(3)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 126.

(4)  ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 121.

(5)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(6)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 261.

(7)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 244.

(8)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 301.

(9)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 591.

(10)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 361.

(11)  Testi adottati, P6_TA(2008)0252.

(12)  Testi adottati P6_TA(2008)0407.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/141


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
KE - L-Afrika Ċentrali: Ftehima ta' Sħubija Ekonomika Interim

P6_TA(2009)0182

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehima interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra

2010/C 117 E/24

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Settembru 2003 dwar il-Ħames Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li saret f'Cancún (1), tat-12 ta' Mejju 2005 dwar l-evalwazzjoni tar-Rawnd ta' Doha wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tad-WTO tal-1 ta' Awwissu 2004 (2), tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-preparamenti għas-Sitt Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong (3), tat-23 ta' Marzu 2006 dwar l-impatt fuq l-iżvilupp tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) (4), tal-4 ta' April 2006 dwar il-valutazzjoni tad-Doha Round wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong (5), tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar il-kummerċ u l-faqar: it-tfassil ta' politiki kummerċjali biex ikun massimizzat il-kontribut tal-kummerċ għat-tnaqqis tal-faqar (6), tas-7 ta' Settembru 2006 dwar is-sospensjoni tan-negozjati dwar l-Aġenda ta' Żvilupp ta' Doha (7) (DDA), tat-23 ta' Mejju 2007 dwar Ftehimiet ta' Partenarjat Ekonomiku (8), tat-12 ta' Diċembru 2007 dwar Ftehimiet ta' Partenarjat Ekonomiku (9) u l-pożizzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u (KE) Nru 1100/2006 (10),

wara li kkunsidra l-Ftehima interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u tal-Paċifiku (AKP) min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehima ta' Cotonou),

wara li kkunsidra l-Konkluzjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Generali u r-Relazzjonijiet Esterni (GAERC) ta' April 2006, Ottubru 2006, Mejju 2007, Ottubru 2007, Novembru 2007 u Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-Ftehim ta' Partenarjat Ekonomiku (COM(2007)0635),

wara li kkunsidra l-Ftehima Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), b'mod partikulari l-Artikolu XXIV tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Ministerjali adottati rispettivament fir-Raba' Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO fl-14 ta' Novembru 2001 f'Doha u s-Sitt Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO fit-18 ta' Diċembru 2005 f'Ħong Kong,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta' Ottubru 2007,

wara li kkunsidra r-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force tad-WTO dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, adottati mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO fl-10 ta’ Ottubru 2006,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000, li tistabilixxi l-Għanijiet tal-Iżvilupp għall-Millennju (MDGs) bħala kriterji stabbiliti b'mod kollettiv mill-komunità internazzjonali għall-qerda tal-faqar,

wara li kkunsidra l-impenji tal-komunità dwar l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) li ttieħdu fil-“Konsensus ta' Monterrey”, adottat fit-22 ta' Marzu 2002 min-Nazzjonijiet Uniti waqt il-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, fil-Communiqué ta' Gleneagles, adottat mill-G8 fit-8 ta' Lulju 2005, fil-Konkluzjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill dwar l-EPAs, adottati fis-27 ta' Mejju 2008 f'Addis Ababa, u fid-Dikjarazzjoni ta' Doha dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, adottata fit-2 ta' Diċembru 2008 min-Nazzjonijiet Uniti fis-segwitu tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp għar-Reviżjoni tal-Implimentazzjoni tal-Consensus ta' Monterrey,

wara li kkunsidra l-Aġenda għall-Azzjoni ta' Accra, adottata fl-4 ta' Settembru 2008 mill-Istati parteċipanti fit-Tielet Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċità tal-Għajnuna,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) konġuntement mal-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi ma kienx possibbli li tiġi konkluża ftehima reġjonali mal-pajjiżi kollha tal-Afrika Ċentrali qabel tmiem l-2007, l-Unjoni Ewropea u l-Kamerun inizjalaw Ftehima interim għal Sħubija Ekonomiku fis-17 ta' Diċembru 2007; billi din il-ftehima kienet iffirmata fil-15 ta' Jannar 2009 f'Yaoundé,

B.

billi l-objettivi primarji ta' dik il-ftehima, bħal tal-EPAs kollha, għandhom ikunu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli u l-qerda tal-faqar, kif ukoll l-appoġġ għall-integrazzoni reġjonali u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-ekonomiji tal-AKP fl-ekonomija globali,

C.

billi l-Kummissjoni għadha qed tinnegozja ftehima parallela mal-Istati kollha tal-Afrika Ċentrali,

D.

wara li kkunsidra d-diversità tal-profili ekonomiċi u soċjali tat-tmien Stati tal-Afrika Ċentrali, li sitta minnhom m'għandhomx aċċess għall-baħar u ħamsa minnhom huma pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs) li jibbenefikaw minn aċċess liberu għas-suq Ewropew skont l-inizjattiva “Kollox Barra Armi”,

E.

billi l-ftuħ ta' dawn il-pajjiżi għall-esportazzjoni Ewropea jeħtieġ li jkun akkumpanjat mill-għajnuna għall-iżvilupp u għajnuna teknika sostanzjali,

F.

billi kemm il-Kummissjoni u kemm l-Istati Membri impenjaw ruħhom f'Ottubru 2007 li jipprovdu EUR 1biljun (EUR 1 000 000 000) addizzjonali kull sena skont l-iniżjattiva għall-Għajnuna għall-Kummerċ sabiex jgħinu lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw itejbu l-kapaċità għall-kummerċ tagħhom, kemm jekk iffirmaw EPAs u kemm jekk le, u billi r-reġjun tal-Afrika Ċentrali għandu għalhekk jirċievi proporzjon ġust u ekwu ta' din is-somma,

G.

billi s'issa kien hemm kompetizzjoni limitata bejn l-ekonomiji tal-UE u tal-Kamerun, minħabba li l-esportazzjoni tal-UE tikkonsisti prinċipalment fi prodotti li l-Kamerun ma jipproduċix iżda jkollu bżonn għall-konsum dirett jew għall-użu fl-industrija domestika; billi dan mhuwiex il-każ rigward il-kummerċ fi prodotti agrikoli fejn is-sussidji tal-UE għall-esportazzjoni jirrappreżentaw ostaklu serju għall-produtturi tal-ACP fis-setturi tal-agrikoltura, tat-trobbija tal-bhejjem u tal-prodotti tal-ħalib, billi jfixklu u sikwit jeqirdu s-swieq kemm lokali kif ukoll reġjonali, u għalhekk l-UE għandha twaqqaf kull xorta ta' sussidju għall-esportazzjoni bla dewmien; billi ż-żieda possibbli fl-esportazzjoni tal-UE lejn il-Kamerun wara l-Interim EPA (IEPA) m'għandhiex tkun ta' dannu għal produzzjoni lokali u għall-industriji li għadhom jibdew, ladarba l-EPAs għandhom jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-ekonomiji tal-AKP,

1.

Jenfasizza li ftehimiet bħal dawn ma jistgħux jitqiesu bħala sodisfaċenti sakemm ma jiksbux l-għanijiet li ġejjin: li joffru lill-pajjiżi AKP appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli; li jippromwovu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kummerċ dinji; li jsaħħu l-proċess ta' reġjonalizzazzjoni; li jagħtu l-ħajja mill-ġdid għall-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi AKP; li jippromwovu d-diversifikazzjoni ekonomika tal-pajjiżi AKP;

2.

Jenfasizza b'mod partikulari r-raison d'être oriġinali ta' dawn il-ftehimiet, li tikkonsisti fl-iżvilupp, it-tnaqqis tal-faqar u l-kontribuzzjoni biex jintlaħqu l-MDGs;

3.

Jemmen li t-temma ta’ dawn l-objettivi se tirrikjedi li l-pajjiżi AKP jingħataw ħarsien iffukat kontra ċerti konsegwenzi negattivi possibbli b'riżultat tal-implimentazzjoni tal-EPAs, bl-għoti ta' appoġġ biex jgħinhom jiksbu benefiċċju reali mill-preferenzi kummerċjali u li jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu iktar għajnuna li tkun adegwata sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni ekonomika wara li jkunu inizjalati l-IEPAs;

4.

Iħeġġeġ lill-partijiet fin-negozjati biex itemmu n-negozjati kif ippjanat matul l-2009; jinkoraġġixxi lill-partijiet biex jieħdu kull miżura possibbli biex ikunu f'pożizzjoni li jiffinalizzaw EPA komprensiva bejn l-pajjiżi AKP u l-Unjoni Ewropea qabel it-tmiem tal-2009 kif ippjanat;

5.

Jirrikonoxxi li r-regoli tad-WTO kienu jirrikjedu l-konklużjoni tal-ftehima sal-31 ta' Diċembru 2007; jinnota madankollu li l-Kummissjoni għamlet pressjoni biex tikkonkludi EPAs komprensivi qabel dik id-data, meta l-limitazzjoni tal-ftehim għall-prodotti kienet tkun biżżejjed biex ikun hemm konformità mal-impenji li l-Komunità Ewropea ħadet mad-WTO;

6.

Iqis li li tintalab liberalizzazzjoni ta' 80 % f'valur ta' kummerċ hija interpretazzjoni tal-Artikolu XXIV tal-GATT li ma tikkkunsidrax biżżejjed il-fatt li l-UE qed ikollha negozjati ma' wħud mill-aktar pajjiżi fqar tad-dinja, li għandhom differenzi fil-livell ta' żvilupp u fis-setturi sensittivi tagħhom;

7.

Jirrikonoxxi l-benefiċċji li kellu l-iffirmar tal-IEPA għall-esportaturi, billi żied il-possibilitajiet għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea wara li skadew it-tariffi preferenzjali kif dispost fil-Ftehima ta' Cotonou fil-31 ta' Diċembru 2007, u b'hekk evita l-ħsara li setgħet saret lill-esportaturi tal-AKP li kieku kellhom ikunu obbligati li joperaw skont sistemi kummerċjali anqas favorevoli;

8.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Unjoni Ewropea qed toffri lill-pajjiżi AKP aċċess sħiħ għas-suq tal-Unjoni Ewropea mingħajr dazju u mingħajr kwoti għall-maġġoranza tal-prodotti, biex tappoġġa l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ bejn l-pajjiżi AKP u l-Unjoni Ewropea;

9.

Jirrimarka li, jekk il-ftehim ikun ikkonfermat, ikun hemm bżonn ta' sforzi kbar kif ukoll għajnuna u assistenza teknika tal-UE sostanzjali sabiex l-ekonomija tal-Kamerun tilħaq l-istandard meħtieġ;

10.

Jemmen li, minkejja li l-prodotti agrikoli tal-Kamerun se jkollhom aċċess preferenzjali għas-suq Ewropew, l-EPA ma tistax twassal għall-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola tal-Kamerun ħlief jekk il-kapaċità ta' produzzjoni tissaħħaħ u tiġi modernizzata permezz ta' investiment tekniku u finanzjarju;

11.

Jinnota li d-distakk kbir bejn il-livelli ta' nefqa pubblika fuq sussidji agrikoli bejn l-ekonomija tal-UE u dawk tal-pajjiżi AKP huwa ta' żvantaġġ għall-bdiewa fil-pajjiżi AKP billi jnaqqsilhom il-kompetittività kemm f'pajjiżhom u kemm barra, minħabba li l-prodotti tagħhom huma aktar għaljin f'termini reali;

12.

Jappoġġa għalhekk l-esklużjonijiet ta' linji tariffarji miftiehma, li jiffukaw fuq il-prodotti agrikoli u xi prodotti agrikoli proċessati, ladarba dawn huma bbażati l-aktar fuq il-ħtieġa li jiġu mħarsa l-industriji li għadhom jibdew jew il-prodotti sensittivi f'dawn il-pajjiżi;

13.

Iqis li sabiex tiġi garantita s-sikurezza alimentari fil-Kamerun u fir-reġjun jeħtieġ li tiġi implimentata politika ta' appoġġ bi skadenza fit-tul għall-bżonnijiet agrikoli, inklużi strumenti politiċi li jippermettu regolamentazzjoni tas-suq u l-ħarsien ta' agrikultura tal-familja sostenibbli; iqis li m'għandħiex tiġi ristretta l-kapaċità ta' intervent Statali f'dan il-qasam; jenfasizza li dawn is-suġġetti għandhom jitqiegħdu fiċ-ċentru tan-negozjati sabiex tiġi garantita l-koerenza tal-politika kummerċjali u l-politiki kollha tal-UE fir-rigward tas-sovranità tal-ikel u d-dritt għall-ikel;

14.

Iħeġġeġ lin-negozjaturi ta' kull EPA komprensiva biex ikunu responsabbli għall-ġestjoni trasparenti tar-riżorsi naturali u li jispjegaw l-aħjar prattiki sabiex il-pajjiżi rilevanti jkunu jistgħu jiksbu l-ogħla dħul minn riżorsi bħal dawn;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara kif il-fondi tal-wegħda ta' nfiq prijoritarju fil-kuntest tal-baġit imkabbar tal-Għajnuna għall-Kummerċ fil-fatt ikunu distribwiti madwar ir-reġjun tal-AKP;

16.

Jitlob li jkun deċiż u pprovdut minn kmieni s-sehem tar-riżorsi tal-Għajnuna għall-Kummerċ; jenfasizza li dawn il-fondi għandhom jirrappreżentaw riżorsi addizzjonali u mhux ikunu biss fondi mill-EDF ippreżentati f'pakket ġdid, u li għandhom jikkonformaw mal-prijoritajiet tar-reġjun tal-Afrika Ċentrali u li l-għoti tagħhom isir f'waqtu, b'mod prevedibbli u skont l-iskedi ta' twettiq tal-pjanijiet strateġiċi ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali; jopponi kull xorta ta’ kundizzjonament marbut mal-iffirmar tal-EPAs fil-kwistjoni tal-għoti ta’ għajnuna tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi li l-aċċess għall-fondi tal-Għaxar EDF jinżamm separat mir-riżultati u r-ritmu tan-negozjati;

17.

Jemmen li l-iskadenzi sabiex il-fondi tal-UE ikunu impenjati u mħallsa għandhom ikunu rrispettati, kif maqbul fil-programmi indikattivi reġjonali u nazzjonali, ladarba fondi bħal dawn huma essenzjali biex jakkumpanjaw lill-pajjiżi AKP fil-proċess ta' liberalizzazzjoni;

18.

Ifakkar fit-talbiet ripetuti tal-Parlament sabiex l-EDF jigi inkorporat fil-baġit tal-UE; jikkritika l-użu tal-EDF bħala sors primarju ta' finanzjament għall-Fond Reġjonali tal-EPA meta kien antiċipat finanzjament addizzjonali; jinnota li l-ammonti allokati taħt il-Programm Nazzjonali Indikattiv għall-Kamerun u l-Programm Reġjunali Indikattiv mhumiex biżżejjed sabiex jwasslu li l-ekonomija tkun tal-livell mistenni, li l-iffirmar ta' EPA jkun jeżiġi;

19.

Jenfasizza li l-finanzjament Ewropew għandu jgħin sabiex l-ekonomiji tal-pajjiżi AKP jilħqu l-istandard meħtieġ, kif ukoll jagħmel tajjeb għad-dħul li se jintilef mid-dwana; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tindika kemm jista' jkun malajr il-metodi li tuża biex tikkalkula l-impatt fiskali nett tal-EPAs;

20.

Jinsisti li, f'konformità mal-Prinċipji stabbiliti fid-Dikjrazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, l-għajnuna għandha tkun, fost affarijiet oħra, ibbażata fuq id-domanda, u jistieden lill-pajjiżi AKP, għalhekk, biex jiddikjaraw kemm fondi addizzjonali marbuta mal-EPA jeħtieġu, b'mod partikulari fir-rigward ta’ oqfsa regolatorji, miżuri ta’ salvagwardja, faċilitazzjoni tal-kummerċ, appoġġ fl-ilħiq ta’ standards internazzjonali sanitarji u fitosanitarji u ta’ proprjetà intellettwali u l-kompożizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-EPA;

21.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi rilevanti biex jipprovdu informazzjoni ċara u trasparenti dwar is-sitwazzjoni ekonomika u politika u l-iżvilupp f'dawn il-pajjiżi, sabiex tittejjeb il-koperazzjoni mal-Kummissjoni;

22.

Jenfasizza l-importanza tal-kummerċ intrareġjonali u l-ħtieġa ta' iktar rabtiet kummerċjali fir-reġjun sabiex ikun żgurat it-tkabbir sostenibbli fir-reġjun; jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni u l-qbil bejn l-entitajiet reġjonali differenti;

23.

Jinkoraġġixxi iktar tnaqqis fit-tariffi bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-gruppi reġjonali, li llum jammontaw għal bejn 15 % u 25 % tal-valur tal-kummerċ, sabiex ikun inkoraġġit il-kummerċ bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, it-tkabbir ekonomiku u l-integrazzjoni reġjonali;

24.

Jenfasizza l-fatt li EPA ġejjiena mal-Afrika Ċentrali taħt ebda ċirkustanza m'għandha tipperikola l-koeżjoni jew idgħajjef l-integrazzjoni reġjonali ta' dawn il-pajjiżi;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel kulma tista' sabiex terġa' tibda n-negozjati dwar id-DDA u sabiex tiżgura li l-ftehimiet ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ ikomplu jippromwovu l-iżvilupp fil-pajjiżi l-fqar;

26.

Huwa konvint li EPAs komprensivi għandhom ikunu komplementari għall-ftehim dwar id-DDA u mhux alternattiva għall-pajjiżi AKP;

27.

Iqis li l-inċertezzi rigward ir-riżultati tar-Rawnd ta' Doha u s-soluzzjoni għall-kwistjoni dwar il-banana fid-WTO jeħtieġu li l-Unjoni Ewropea tagħti attenzjoni partikulari u tieħu passi prijoritarji sabiex tħares il-futur tas-settur tal-banana fil-Kamerun u fir-reġjun tal-Afrika Ċentrali;

28.

Jilqa' l-miżuri ta' protezzjoni li tipprovdi l-ftehima, iżda jinnota li l-istrumenti pprovduti sabiex dawn jiġu adottati huma kkumplikati, u jistgħu jillimitaw il-possibilità li dawn jiġu implimentati; jistieden lill-Kummissjoni biex taċċetta, fil-qafas tan-negozjati kontinwi għall-konklużjoni ta' EPA komprensiva, reviżjoni tas-salvagwardji li jinsabu fl-EPA interim sabiex ikun hemm garanzija ta' utilizzazzjoni xierqa, trasparenti u ta' malajr sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji għall-applikazzjoni tagħhom;

29.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-evalwazzjoni tal-impatt globali tal-EPA, wara l-implimentazzjoni tagħha, mill-parlamenti nazzjonali, mill-Parlament Ewropew u mis-soċjetà ċivili; jitlob biex jkun hemm il-possibilità biex il-kalendarju jiġi rivedut jekk ikun hemm bżonn;

30.

Jitlob li jingħata appoġġ għall-produzzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati ta' valur miżjud aktar għoli, b'mod partikulari billi jiġu simplifikati u jkunu magħmula aktar flessibbli r-regoli dwar l-oriġini, li għandhom jikkunsidraw id-differenzi fl-iżvilupp industrijali kemm bejn l-UE u l-pajjiżi AKP, kif ukoll bejn l-istess pajjiżi AKP;

31.

Jirrikonoxxi l-istabbiliment ta’ perjodi ta’ tranżizzjoni fl-IEPA għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) sabiex ikunu jistgħu jadattaw għal bidliet stipulati mill-ftehima, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-istati kkonċernati biex ikomplu jappoġġjaw l-interessi tal-SMEs fin-negozjati tagħhom dwar EPA komprensiva;

32.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tipprovdi iktar għajnuna tat-tip adegwat lill-awtoritajiet fil-pajjiżi AKP, kif ukoll lis-settur privat sabiex tkun iffaċilitata t-tranżizzjoni ekonomika tagħhom wara l-iffirmar tal-IEPA;

33.

Jenfasizza li l-EPA reġjunali ma tistax sempliċement tittrasponi l-IEPA mal-Kamerun; jirrimarka li l-Kamerun mhux rappreżentattiv tad-diversità tat-tmien pajjiżi tar-reġjun, li m'għandhomx l-istess prijoritajiet u bżonnijiet rigward kalendarji ta' liberalizzazzjoni, perjodi ta' tranżizzjoni u listi ta' prodotti sensittivi; jistieden li l-EPAs reġjunali jkunu flessibbli biżżejjed sabiex iqisu dawn il-fatturi speċifiċi;

34.

Iqis li l-offerta attwali tar-reġjun tal-Afrika Ċentrali li jilliberalizza 71 % tal-kummerċ tiegħu tul perjodu ta' 20 sena, b'perjodu preparatorju ta' ħames snin, hija raġjonevoli u għandha tiġi kkunsidrata bir-reqqa mill-parti Ewropea;

35.

Jirrakkomanda approċċ flessibbli, asimmetriku u prammatiku fin-negozjati li għaddejjin bħalissa għal EPA sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, biex tqis b'mod partikolari t-talba tar-reġjun tal-Afrika Ċentrali rigward l-aspetti tal-iżvilupp tal-ftehima; jilqa’ f’dan ir-rigward il-Konklużjonijiet tal-GAERC ta Mejju 2008;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrispondi bla ebda kundizzjoni u b'mod flessibbli għat-talbiet tal-pajjiżi AKP biex jirrevedu l-kwistjonijiet kontenzjużi fl-IEPAs, inkluża d-definizzjoni ta' “sostanzjalment il-kummerċ kollu”; il-klawżola dwar il-Nazzjon l-Iktar Iffavorit (MFN), l-obbligi dwar it-tneħħija tat-taxxi fuq l-esportazzjoni, il-klawżola ta' waqfien totali u salvagwardji bilaterali u speċjali;

37.

Jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-każ li Stati tal-Afrika Ċentrali li mhumiex fost l-LDCs ma jixtiqux jiffirmaw EPA, teżamina l-possibilitajiet alternattivi kollha sabiex tipprovdi lil dawk il-pajjiżi b'qafas ġdid għall-kummerċ li jkun konformi mar-regoli tad-WTO;

38.

Ifakkar li l-EPAs għandhom ikunu kompatibbli mar-regolamenti tad-WTO li ma jeħtiġux jew jipprojbixxu l-impenji ta' liberalizzazzjoni tas-servizzi jew dawk magħrufa bħala l-Kwistjonijiet ta' Singapore;

39.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ma tinkludix dispożizzjonijiet dwar proprjetà intellettwali fl-EPAs, li jfixklu l-aċċess għall-mediċini essenzjali; jitlob lill-Unjoni Ewropea sabiex tuża l-qafas tal-EPAs sabiex tgħin pajjiżi AKP japplikaw il-flessibilitajiet previsti fid-Dikjarazzjoni ta' Doha dwar l-Aspetti relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali (TRIPS) u s-Saħħa Pubblika;

40.

Jenfasizza li l-EPAs għandhom jinkludu kapitoli mtejba dwar l-iżvilupp sabiex jintlaħqu l-MDGs u sabiex jiġu promossi u msaħħa d-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet soċjali bażiċi;

41.

Jenfasizza li kwalunkwe EPA sħiħa għandha tinkludi wkoll dispożizzjonijiet rigward tmexxija tajba, trasparenza fil-karigi politiċi, u d-drittijiet tal-bniedem;

42.

Jenfasizza li l-Parlament għandu jinżamm infurmat fuq bażi regolari u jipparteċipa attivament fil-proċess ta' negozjati tal-EPA; jindika f'dan il-kuntest, l-irwol tal-Parlament ta' skrutinju u twissija bikrija, kif ukoll ir-rieda tal-Membri biex iħarrku djalogu aktar profond bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u r-rappreżentanti tal-pajjiżi AKP u s-soċjetà ċivili;

43.

Jirrakkomanda li l-kalendarju tal-Parlament, fil-waqt li jżomm ċerta flessibilità, għandu jikkonsidra l-opinjonijiet tal-parlamenti tal-pajjiżi tal-AKP dwar ir-riżultati tan-neguzjati tal-EPA qabel ma' jagħti l-kunsens tiegħu;

44.

Jitlob li jkun hemm mekkaniżmi ta' monitoraġġ xierqa u trasparenti - bi rwol u influwenza ċari - biex jiġi segwit l-impatt tal-EPAs, b'iktar sjieda min-naħa tal-AKP u b'konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati;

45.

Jenfasizza b'mod partikolari l-irwol kruċjali tal-parlamenti tal-AKP u tal-parteċipanti mhux tal-istat fil-monitoraġġ u l-immaniġġjar tal-EPAs, u jitlob lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi l-involviment tagħhom fil-proċeduri tan-negozjati li għaddejjin; huwa tal-fehma li dan jirrikjedi aġenda ċara għal negozjati ulterjuri, li għandha tkun miftiehma bejn il-pajjiżi AKP u l-Unjoni Ewropea u bbażata fuq approċċ parteċipattiv;

46.

Iqis li hu importanti li l-implimentazzjoni tal-EPAs għandha tistabbilixxi sistema adegwata ta’ monitoraġġ li tkun kkoordinata mill-kumitat parlamentari rilevanti u li tkun tinvolvi l-membri tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp, hekk li tiżgura bilanċ adegwat bejn iż-żamma tal-irwol ewlieni tal-Kumitat tal-Kummerċ Internazzjonali u l-konsistenza ġenerali fil-politiki għall-iżvilupp u dawk kummerċjali; iqis li dan il-kumitat parlamentari għandu jopera b’mod flessibbli u għandu jikkoordina b’mod attiv mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE (JPA); iqis li dan il-monitoragg għandu jibda wara l-adozzjoni ta’ kull EPA interim;

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi AKP, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.


(1)  ĠU C 77 E, 26.3.2004, p. 393.

(2)  ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 397.

(3)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 126.

(4)  ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 121.

(5)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(6)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 261.

(7)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 244.

(8)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 301.

(9)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 361.

(10)  Testi adottati, P6_TA(2008)0252.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/147


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Ir-Rapporti Annwali għall-2007 tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp

P6_TA(2009)0185

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-Rapporti Annwali għall-2007 tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (2008/2155(INI))

2010/C 117 E/25

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali għall-2007 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali għall-2007 tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERI),

wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 266 u 267 tat-Trattat KE u l-Protokoll Nru. 11 dwar l-Istatut tal-BEI,

wara li kkunsidra l-Ftehima li Stabbiliet il-BERI tad-29 ta' Mejju 1990,

wara li kkunsidra l-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat KE dwar l-irwol tal-Qorti tal-Ġustizzja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 248 tat-Trattat KE dwar l-irwol tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità (1),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Novembru 2008 dwar il-bażi legali tad-Deċiżjoni 2006/1016/KE (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/847/KE tal-4 ta' Novembru 2008 dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali skont id-Deċiżjoni 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/135/KE tas-17 ta' Frar 1997 li tipprevedi li l-Komunità Ewropea għandha tissottoskrivi għal aktar ishma b’riżultat tad-deċiżjoni li jkun irduppjat il-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (4),

wara li kkunsidra r-Reviżjoni tar-Riżorsi Kapitali tal-BERI fl-2006 biex tkopri l-perjodu 2006-2010,

wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ teħid u għoti b’self tal-Komunitajiet Ewropej fl-2007 (COM(2008)0590),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar ir-rapport annwali 2006 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2007 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) għall-2005 (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2003 dwar l-attivitajiet tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERI) (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' Ġunju 2008 dwar il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp: sieħeb importanti għall-bidla fil-pajjiżi fi tranżizzjoni,

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmaw f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (8) (il-Ftehima ta' Cotonou),

wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-Iżvilupp: 'Il-Kunsens Ewropew' (9),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2008 dwar Qafas ta' Investiment favur il-Balkani tal-Punent: it-tisħiħ tal-koerenza ta' strumenti finanzjarji eżistenti għar-reġjun biex jiġu sostnuti t-tkabbir u l-istabbiltà,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni tal-21 ta' Mejju 2008 għal regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (COM(2008)0308),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 2003, rigward is-setgħa tal-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF) li jinvestiga lill-BEI (10),

wara li kkunsidra l-Ftehima Tripartitika li ġiet konkluża bejn il-Qorti tal-Awdituri, il-BEI u l-Kummissjoni rigward il-modalitajiet ta' kontroll eżerċitati mill-Qorti tal-Awdituri, prevista fl-Artikolu 248(3) tat-Trattat KE u mġedda f'Lulju 2007,

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-BERI tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar il-koperazzjoni fl-Ewropa tal-Lvant u l-Kawkasu tan-Nofsinhar fir-Russja u fl-Asja Ċentrali,

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Ftehim iffirmat fis-27 ta' Mejju 2008 bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment bl-għan li jżid il-koordinazzjoni tal-politiki ta' self estern tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Memorandum iffirmat fis-16 ta' Settembru 2008 marbut mal-parteċipazzjoni fiċ-ċentru ta' għarfien espert għas-sħubiji pubbliċi-privati Ewropej bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti,

wara li kkunsidra l-Pjan Operazzjonali tal-Korporazzjoni tal-BEI għall-2008-2010 kif approvat mill-Bord tad-Diretturi fl-20 ta' Novembru 2007,

wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet pubbliċi mill-BEI fl-2008 dwar id-Dikjarazzjoni ta' Prinċipji u Standards Ambjentali u Soċjali tiegħu,

wara li kkunsidra l-Politika Ambjentali u Soċjali tal-BERI kif approvata mill-Bord tad-Diretturi fit-12 ta' Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-politika dwar l-enerġija tal-BERI kif approvata mill-Bord tad-Diretturi fil-11 ta' Lulju 2006,

wara li kkunsidra l-eżami tal-qasam tal-enerġija tal-BEI kif approvat mill-Bord tad-Diretturi fil-31 ta' Jannar 2006,

wara li kkunsidra n-nota ta' tagħrif tal-BEI dwar il-kontribut imsaħħaħ tal-BEI għall-Politika dwar l-Enerġija tal-UE, tal-5 ta' Ġunju 2007, kif approvata mill-Bord tal-Gvernaturi f'Ġunju 2007,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li ltaqa’ fi Brussell fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008, rigward kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji,

wara li kkunsidra r-rapport tal-BEI bit-titolu Konsultazzjoni mal-SMEs 2007/2008 - is-Sejbiet u l-Konklużjonijiet' tal-BEI u l-immodernizzar u t-tisħiħ sussegwenti tal-appoġġ tal-Grupp tal-BEI għall-SMEs Ewropej,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-BEI dwar il-Prinċipji u l-Istandards Ambjentali u Soċjali tat-18 ta' Marzu 2008,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ecofin tas-7 ta' Ottubru 2008 u tat-2 ta' Diċembru 2008 dwar l-irwol tal-BEI fl-appoġġ għall-SMEs,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2008 bit-titolu “Minn kriżi finanzjarja għal irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni” (COM(2008)0706),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 bit-titolu “Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku” (COM(2008)0800),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6–0135/2009),

A.

billi l-BEI twaqqaf fl-1957 mit-Trattat ta' Ruma u billi s-sidien tal-ishma tiegħu huma l-Istati Membri, li jissottoskrivu kapital ta' EUR 165 biljun,

B.

billi l-BEI ilu jagħmel operazzjonijiet barra l-Komunità b'appoġġ għall-politiki esterni tal-Komunità mill-1963,

C.

billi l-BERI twaqqaf fl-1991 u s-sidien tal-ishma tiegħu, li jinkludu 61 pajjiż terz, il-Komunità Ewropea, u l-BEI, jissottoskrivu kapital totali ta' EUR 20 biljun,

D.

billi l-Istati Membri, il-Komunità Ewropea u l-BEI flimkien jgħaqqdu 63 % tas-sjieda tal-ishma tal-BERI,

E.

billi l-għan statutorju tal-BEI huwa li jikkontribwixxi, billi jkollu rikors għas-suq kapitali u billi jutilizza r-riżorsi proprji, għall-iżvilupp bilanċjat u kostanti tas-suq intern fl-interess tal-Komunità,

F.

billi fit-taqlib finanzjarju attwali, b’nuqqas kbir ta’ likwidità u kreditu għall-kumpaniji, il-BEI għandu jkollu rwol prinċipali fil-pjanijiet ta’ rkupru ekonomiku Ewropej u tal-Istati Membri,

G.

billi l-għan statutorju tal-BEI huwa li jikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u r-rikostruzzjoni u jrawwem it-tranżizzjoni lejn ekonomiji miftuħa orjentati lejn is-suq u jippromwovi l-inizjattiva privata u intraprenditorjali fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant li ħadu impenn li josservaw u li qed japplikaw il-prinċipji ta' demokrazija b'ħafna partiti, il-pluraliżmu u l-ekonomija tas-suq,

H.

billi l-irwol tal-BEI bħala dak li joħroġ Bonds Triple A bi klassifikazzjoni għolja għas-swieq kapitali internazzjonali għandu jiġi enfasizzat u msaħħaħ,

I.

billi skont l-Artikolu 11 tal-Ftehima li tistabbilixxi l-BERI, dan huwa obbligat li jagħmel iktar minn 60 % tal-investimenti tiegħu fis-settur privat,

J.

billi l-ftehima li tistabbilixxi l-BERI tispeċifika li l-Bord tal-Gvernaturi jirrevedi, f'intervalli ta' mhux itwal minn ħames snin, l-istokk tal-kapital tal-BERI, u li r-reviżjoni li jmiss hija prevista għall-2010,

K.

billi Kumitat ta' Tmexxija magħmul minn disa' persuni għorrief twaqqaf fl-1 t'Ottubru 2008 biex jissorvelja u jimmaniġġja l-evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-mandat ta' self estern tal-BEI, kif previst fid-Deċiżjoni 2006/1016/KE,

L.

billi dak l-eżami ta' nofs it-terminu għandu jitwettaq b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Parlament, fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 2006/1016/KE,

M.

billi d-Deċiżjoni 2006/1016/KE dwar il-mandat ta' self estern tal-BEI tipprovdi għal EUR 25.8 biljuni ta’ self disponibbli għall-perjodu 2007-2013, li għandu jitqassam skont ir-reġjun kif ġej: il-pajjiżi fl-istadju ta’ qabel l-adeżjoni, inklużi l-Kroazja u t-Turkija: EUR 8,7 biljun; il-pajjiżi tal-Mediterran EUR 8,7 biljun; l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-Federazzjoni Russa EUR 3.7 biljun; l-Amerika Latina EUR 2.8 biljun; l-Asja EUR 1 biljun; u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel EUR 0.9 biljun,

N.

billi s-self mogħti mill-EIB fl-2007 b'appoġġ għall-objettivi tal-politika tal-UE ammonta għal EUR 47,8 biljun, inklużi EUR 41,4 biljun fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u tal-EFTA u EUR 6,4 biljun f'pajjiżi sħab u li sejrin jaderixxu,

O.

billi l-attività ta' self tal-BEI fl-2007 barra l-UE, skont ir-reġjun ġeografiku, twettqet kif ġej: l-Asja u l-Amerika Latina EUR 925 miljun, l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u r-Russja EUR 230 miljun, il-pajjiżi tal-Mediterran EUR 1 438 miljun, il-pajjiżi fl-istadju ta’ qabel l-adeżjoni EUR 2 870 miljun; il-pajjiżi tal-AKP EUR 756 miljun; u l-Afrika t'Isfel EUR 113 miljun,

P.

billi l-volum ta' negozju annwali tal-BERI ammonta għal EUR 5,6 biljun fl-2007, inklużi 353 proġett f'29 pajjiż fl-Ewropa Ċentrali u l-Istati Baltiċi (11), fl-Ewropa tax-Xlokk (12), fis-CIS tal-Punent u l-Kawkasu (13), fir-Russja u l-Asja Ċentrali (14),

Q.

billi l-investimenti tal-BERI fir-Russja fl-2007 żdiedu sabiex laħqu EUR 2.3 biljun (bil-pakkett totali fir-Russja jitla' sa EUR 5.7 biljun) u jkopru 83 proġett u jammontaw għal 42 % tal-impenji annwali tal-BERI (imqabbla ma’ 38 % fl-2006),

R.

billi l-investimenti kapitali tal-BERI fl-2007 żdiedu minn EUR 1 biljun fl-2006 għal EUR 1.7 biljun fl-2007 u s-sehem azzjonarju tal-volum ta' negozju annwali tal-BERI żdied minn 20 % fl-2006 għal 30 % fl-2007,

S.

billi l-Bord tal-Gvernaturi tal-BERI ddeċieda fit-28 Ottubru 2008 li jaċċetta t-Turkija bħala reċipjent tal-investimenti tal-BERI u billi l-BERI jantiċipa investiment ta' EUR 450 miljun sa tmiem l-2010,

T.

billi l-BEI ilu jiffinanzja proġetti fit-Turkija mill-1965 u investa madwar EUR 10 biljun fis-setturi ewlenin kollha tal-ekonomija ta' dak il-pajjiż,

U.

billi skont il-Ftehima ta' Cotonou, il-BEI, flimkien mas-self mir-riżorsi tiegħu stess, jiffinanzja wkoll operazzjonijiet fil-pajjiżi AKP minn faċilità ta' investiment li ġġorr riskju li l-fondi tagħha huma pprovduti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp,

V.

billi l-istrateġija tal-BEI dwar l-iffinanzjar għandha tikkontribwixxi għall-obbjettiv ġenerali li jiġu żviluppati u konsolidati d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u għall-osservazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li huma msieħba fihom il-Komunità jew l-Istati Membri tagħha,

W.

billi l-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-pajjiżi msieħba fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP), kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFI's) u dawk reġjonali u bilaterali Ewropej bħalissa qed jikkoperaw fil-qafas ta' Faċilità ta' Investiment għall-Viċinat (NIF) għall-fondi addizzjonali għall-proġetti infrastrutturali l-iktar fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u l-ambjent fit-territorji kollha koperti mill-ENP,

X.

billi l-Grupp tal-BEI għadu jappoġġja b’mod attiv lill-SMEs kemm b’self kif ukoll b’kapital għal proġetti ta’ riskju u garanziji għal self, f’dawn iż-żewġ attivitajiet tal-aħħar permezz tal-Fond Ewropew tal-Investiment,

L-objettivi u l-operazzjonijiet tal-BEI

1.

Jilqa' r-Rapport Annwali għall-2007 tal-BEI, l-iktar rigward l-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu fl-Unjoni Ewropea min-naħa l-waħda - li jiffukaw fuq sitt prijoritajiet tal-politika: l-iżgurar tal-koeżjoni ekonomika u soċjali; l-implimentazzjoni tal-inizjattiva Innovazzjoni 2010; l-iżvilupp ta' netwerks ta' trasport u aċċess trans-Ewropej; l-appoġġ għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju; il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent; u l-iżgurar ta' enerġija sostenibbli, kompetittiva u sikura - u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-mandat ta' self estern tal-BEI fil-pajjiżi terzi min-naħa l-oħra;

2.

Jilqa' l-obbjettiv tal-BEI li jindirizza, inter alia, l-isfida tal-bidla fil-klima fl-operazzjonijiet tiegħu ta' finanzjar fl-Unjoni Ewropea; ifakkar, f'dan il-kuntest, li hemm bżonn li jiġu żviluppati kriterji ta' finanzjar iktar favur l-ambjent, li jkunu konformi mal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni Ewropea li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra; iħeġġeġ lill-BEI biex jiffoka s-self enerġetiku tiegħu fuq l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu u investimenti fuq ir-riċerka u l-iżvilupp f'dawn iż-żewġ oqsma; barra dan, jitlob lill-BEI biex jistabbilixxi u jqiegħed fil-pubbliku metodoloġija li tevalwa l-impatt fuq il-klima tal-proġetti finanzjati u s-sett ta' kriterji ta' evalwazzjoni li jippermettu lill-BEI li jirrifjuta proġetti minħabba l-impatt negattiv tagħhom fuq il-bidla tal-klima;

3.

Jinnota li l-BEI huwa l-unika istituzzjoni finanzjarja bbażata fuq Trattat u li l-maġġoranza tal-operazzjonijiet tiegħu huma kkonċentrati fuq proġetti fl-Istati Membri, filwaqt li għandu rwol dejjem iżjed importanti fil-pajjiżi terzi, kif previst fid-Deċiżjoni 2006/1016/KE;

4.

Jinnota li, fl-operazzjonijiet tiegħu f'pajjiżi terzi, il-BEI s'issa implimenta l-objettivi tal-politika kif stipulati mill-Kunsill; jemmen li l-attività ta' self tal-BEI trid tkun konsistenti, fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu, madwar il-pajjiżi; sempliċi fl-approċċ tiegħu fost il-varji atturi u strumenti Ewropej; flessibi f'termini ta' kif l-Unjoni Ewropea tkun tista' tirrispondi għaċ-ċirkustanzi diverġenti bil-kbir tal-pajjiżi differenti; koerenti mal-kisba tal-Għanijiet għall-Millenju; u responsabbli kemm pubblikament u kemm lejn il-Parlament għall-użu u l-effiċjenza tal-fondi li ntefqu li jkunu ġejjin mill-UE;

5.

Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-investiment fit-trasport pubbliku huwa aspett importanti tal-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew; itenni l-konvinzjoni tiegħu li f'dan il-kuntest l-BEI għandu l-potenzjal li jkollu rwol ewlieni biex ibiddel it-trasport Ewropew ambjentalment; iħeġġeġ lill-BEI, għaldaqstant, biex ikabbar sostanzjalment l-appoġġ tiegħu għat-trasport bil-ferrovija u dak pubbliku urban, it-trasport intermodali u l-ġestjoni tat-trasport;

6.

Huwa tal-fehma li l-attivitajiet tal-BEI għandhom ukoll jirriflettu l-objettivi u l-impenji tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti (bħall-Protokoll ta’ Kyoto); jistieden lill-BEI, għalhekk, biex jirrapporta kull sena lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-UE u tan-NU fl-operat tiegħu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

7.

Jinnota b'sodisfazzjon is-segwitu sistematiku tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament li sar mill-BEI f'dawn l-aħħar snin; jirrakkomanda li dak is-segwitu jkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali fil-kuntest tar-Rapport Annwali tal-BEI;

8.

Iħeġġeġ lill-BEI biex jimmoniterja aħjar is-self globali tiegħu għall-appoġġ tal-intrapriżi ta' daqs żgħir jew medju u jiżgura li n-natura u d-destinazzjoni finali ta' dan is-self ikun trasparenti;

9.

Rigward is-superviżjoni tal-BEI:

(a)

ifakkar li l-BEI, li l-kompiti tiegħu huma definiti politikament, mhux suġġett għas-superviżjoni prudenzjali tradizzjonali; iqis li s-superviżjoni tal-metodi ta' ħidma tal-BEI hija, madankollu, meħtieġa;

(b)

jipproponi li l-Kumitat ta' Verifika tal-BEI jiġi imsaħħaħ permezz taż-żieda ta' żewġ membri impjegati mill-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali mat-tliet membri u t-tliet osservaturi eżistenti fil-Kumitat;

(c)

jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni teknika bejn il-BEI u l-awtorità nazzjonali ta' superviżjoni fil-Lussemburgu, iżda jitlob li din il-koperazzjoni tkun imsaħħa;

(d)

jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jesploraw il-possibiltajiet ta' reviżjoni usa' tal-arranġamenti għas-superviżjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI, li tista' titwettaq minn sistema ta' superviżjoni prudenzjali Ewropea futura, sabiex tkun issorveljata l-kwalità tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-BEI u biex ikun żgurat li rriżultati tagħha jkunu mkejla b'mod preċiż u li r-regoli ta' kondotta tajba tal-professjoni qed ikunu rrispettati;

10.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-iżvilupp u l-pubbikazzjoni tal-politiki tal-operat settorjali tal-BEI fis-setturi tal-enerġija, it-trasport u l-ilma li seħħew fl-2007 u jirrikonoxxi li kienu pass importanti lejn iż-żieda fit-trasparenza tal-operazzjonijiet ta’ self tal-BEI;

11.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-reviżjoni tal-politika ta' żvelar pubbliku tal-BEI sabiex jitqiesu d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament ta' Aarhus (15); jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-BEI għall-2007 dwar ir-Rendikont tal-Evalwazzjonijiet tal-Operazzjonijiet u jinkoraġġixxi lill-BEI biex ikompli jiżviluppa l-attivitajiet tad-dipartiment tal-Evalwazzjoni tal-Operazzjonijiet tiegħu;

12.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-reviżjoni tad-Dikjarazzjoni tal-BEI dwar il-Prinċipji u l-IstandardsAmbjentali u Soċjali; huwa tal-fehma li l-BEI għandu jalloka riżorsi biżżejjed għall-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni riveduta u jipproduċi rapport dwar it-tħaddim tagħha;

13.

Jenfasizza li l-BEI għandu jsegwi politika ta' tolleranza żero fir-rigward tal-frodi u l-korruzzjoni u jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, ir-reviżjoni tal-politika tiegħu kontra l-frodi u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; huwa mħasseb, madankollu, dwar il-fatt li jidher li dik il-politika baqgħet essenzjalment passiva; itenni l-appell tiegħu lill-BEI sabiex jinkludi, fl-implimentazzjoni ta' dik il-politika, miżuri mmirati lejn:

(a)

mekkaniżmu amministrattiv ta' esklużjoni għall-kumpaniji li jinstabu ħatja ta' korruzzjoni mill-BEI u minn banek oħra ta' żvilupp multilaterali;

(b)

politika li tħares lil min jikxef reat (whistleblower); kif ukoll

(c)

tisħiħ tal-funzjoni investigattiva tiegħu u t-titjib tal-irwol preventiv u ta' tkixxif ta' dik il-funzjoni;

14.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-eżistenza ta' kumitat ad hoc dwar l-etika (li essenzjalment jara kwistjonijiet ta' wara l-impjieg) u ta' uffiċjal indipendenti għall-konformità; jitlob, madankollu, li jkun infurmat dwar l-istatus u x-xogħol fil-prattika ta' dan tal-aħħar;

15.

Jifraħ lill-BEI għall-iffirmar f'Washington f'Ottubru 2007 ta' ‘dikjarazzjoni ta' approċċ’ dwar it-tmexxija korporattiva fil swieq emerġenti; jinnota ‘d-dikjarazzjoni ta' approċċ’ kienet iffirmata wkoll mill-istituzzjonijiet għall-finazjament tal-iżvilupp u li tqieghed il-governanza korporattiva fuq quddiem nett tal-aġenda tagħhom favur l-iżvilupp sostenibbli għas-swieq emerġenti;

16.

Huwa sodisfatt bl-approvazzjoni mill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-BEI tal-Politika dwar il-Mekkaniżmu għat-trattament tal-Ilmenti tal-BEI; itenni madankollu s-sejħa tiegħu lill-BEI sabiex jirrevedi l-mekkaniżmu intern għall-ilmenti u biex joħroġ linji gwidi ġodda rigward il-mekkaniżmu ta' appell estiżi għall-operazzjonijiet kollha ffinanzjati mill-BEI;

17.

Jinnota l-opinjoni favorevoli tal-verifika esterna u l-konklużjonijiet tar-rapport annwali tal-Kumitat tal-Verifika; itenni, fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, is-sejħa tiegħu sabiex il-BEI jkun suġġett għall-istess regoli prudenzjali bħall-istabbilimenti ta' kreditu u għal kontroll prudenzjali reali;

L-objettivi u l-operazzjonijiet tal-BERI

18.

Jilqa' r-Rapport Annwali għall-2007 tal-BERI, b'mod partikulari rigward il-fatt li l-attivitajiet ta' investiment tal-BERI kienu ffukati fuq pajjiżi fi stadju bikri jew intermedju ta' tranżizzjoni u jilqa' l-progress li għamel fl-iffinanzjar tal-proġetti skont l-inizjattiva għall-Enerġija Sostenibbli tiegħu, għal liema l-proġetti tal-enerġija li l-UE għandha interess fihom għandhom jingħataw prijorità;

19.

Jinnota li l-BERI jopera primarjament f'pajjiżi terzi, iżda li xi operazzjonijiet għadhom ukoll importanti f'xi Stati Membri;

20.

Jinnota, barra minn hekk, li l-kuntest internazzjonali u reġjonali tal-irwol tal-BERI issa huwa differenti ħafna minn dak li kien fl-1991 u li l-mandat tal-BERI jrid jiġi applikat f'dak l-ambjent il-ġdid, hekk kif il-BERI jirrispondi għall-kundizzjonijiet tas-suq u jaħdem aktar fin-Nofsinhar u fil-Lvant;

21.

Jirrikonoxxi wkoll li l-ambjent tal-operazzjonijiet qed jippreżenta sfida dejjem ikbar hekk kif l-ambjent tan-negozju sar iktar diffiċli minħabba t-tendenza li l-esperjenza tal-kontropartijiet lokali tonqos u t-tħassib dwar l-integrità jiżdied;

22.

Iqis li l-BERI għandu jsaħħaħ l-assistenza teknika u l-attivitajiet ta' konsultazzjoni tiegħu biex jippromwovi standards ta’ governanza tajba u jiżgura mmaniġġjar adegwat tal-proġetti fil-livell lokali fil-pajjiżi ġirien tal-UE;

23.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress imwettaq mill-BERI bl-introduzzjoni tal-integrazzjoni tas-sessi fl-2008; iħeġġeġ liż-żewġ banek biex isaħħu l-integrazzjoni tas-sessi fl-istrutturi istituzzjonali u fil-politiki esterni tagħhom;

Il-Koperazzjoni bejn il-BEI u l-BERI, u ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, reġjonali u nazzjonali oħra

24.

Jinnota li l-BEI u l-BERI qiegħdin dejjem iktar jiffinanzjaw operazzjonijiet fl-istess reġjuni ġeografiċi barra l-Unjoni Ewropea, bħal fl-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar, ir-Russja, il-Balkani tal-Punent, u fil-futur qrib, ukoll fit-Turkija;

25.

Jirrimarka li fil-pajjiżi fejn it-tnejn joperaw, bħalissa hemm tliet tipi differenti ta' koperazzjoni bejn il-BEI u l-BERI; għall-Ewropa tal-Lvant hemm Memorandum ta' Ftehim li jqiegħed lill-BERI fit-tmun u jipprovdi għall-investiment konġunt bħala regola ġenerali; fil-Balkani tal-Punent hemm iktar koperazzjoni permezz tal-ġbir tal-fondi flimkien u inqas kompetizzjoni jew operazzjonijiet paralleli; u, dan l-aħħar, kif ġara fil-każ tal-koperazzjoni mat-Turkija, hemm ftehim ibbażat fuq id-definizzjoni ta' oqsma speċifiċi u komuni ta' kompetenza, bil-bank fit-tmun ikun iddeterminat fuq bażi ta' każ b'każ;

26.

Jinnota li l-objettivi, l-għarfien espert u l-modus operandi taż-żewġ banek huma differenti, u li ma tistax sempliċiment tinqata' linja bejn l-operazzjonijiet ta' self għall-oqsma pubbliċi u dawk privati; jirrimarka li qed ikun hemm, dejjem iktar, oqsma komuni li fihom iż-żewġ banek jiżviluppaw ħiliet bħall-iffinanzjar tal-SMEs, l-enerġija u l-bidla fil-klima, u proġetti ta' sħubija pubblika-privata (PPP); jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-bżonn ta' koperazzjoni mtejba;

27.

Huwa tal-fehma li l-attivitajiet tal-BEI u l-BERI fil-pajjiżi ta' operazzjoni komuni m'għandhomx jikkompetu, iżda għandhom pjuttost ikunu komplementari fuq il-bażi tal-vantaġġi komparattivi ta' kull bank, u għandhom jevitaw l-ispejjeż tad-duplikazzjoni għall-klijent;

28.

Jirrakkomanda, għalhekk, sabiex ikun hemm koperazzjoni strutturata aħjar bejn il-BEI u l-BERI fil-pajjiżi ta' operazzjoni komuni, li:

(a)

iż-żewġ banek itejbu l-qsim tax-xogħol mil-lat funzjonali permezz ta' speċjalizzazzjoni akbar sabiex jiffukaw fuq il-ħiliet u l-punti ta' saħħa rispettivi tagħhom;

(b)

il-BEI jispeċjalizza iktar f'investimenti fuq skala ikbar ta' proġetti ta' infrastruttura pubbliċi u privati, inklużi l-investimenti fil-PPP u investiment barrani dirett mill-kumpaniji tal-UE, u li l-BERI jispeċjalizza iktar f'investimenti fuq skala iżgħar, fil-bini ta' istituzzjonijiet, fil-privatizzazzjoni, fil-faċiltazzjoni tal-kummerċ, fis-swieq finanzjarji, u investimenti diretti ta' ekwità, sabiex ikunu promossi standards ta' governanza korporattiva;

(c)

ikunu definiti t-tipi ta' proġetti, setturi u prodotti li huma ta' interess potenzjali għaż-żewġ banek u fejn dawn jistgħu jtejbu l-fondi komuni ta' għarfien u riżorsi, bħall-finanzjament tal-SMEs, u t-titjib tal-investiment fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, pereżempju bl-inkoraġġiment ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u fit-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra; ikun adottat approċċ prammatiku fuq bażi ta' każ b'każ f'dawn l-oqsma ta' interess komuni, b'istituzzjoni fit-tmexxija ta' kull proġett ta' ko-finanzjament, bl-objettiv li tkun evitata d-duplikazzjoni, u fuq il-bażi tal-prerekwiżit tar-rikonoxximent reċiproku tal-proċeduri; jitqiesu l-istandards tal-UE f'dan il-kuntest mill-proġetti li jirċievu l-finanzjament, pereżempju rigward il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima jew fir-rispett tad-drittijiet soċjali, irrispettivament jekk hux il-BERI jew il-BEI l-bank li qed imexxi;

(d)

jiġu implimentati mekkaniżmi ta' koperazzjoni fiż-żewġ istituzzjonijiet, kemm fil-ġerarkija u kemm fil-kamp;

(e)

iż-żewġ banek iressqu proposta konkreta għal koperazzjoni iktar konsistenti, inkluża riflessjoni dwar standards komuni, għall-benefiċċju tas-sidien tal-ishma tagħhom, tal-partijiet interessati u tal-pajjiżi li jibbenefikaw minn ghandhom;

(f)

iż-żewġ banek jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-koperazzjoni tagħhom;

(g)

il-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-impatt u l-effettività tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI u tal-BERI kif ukoll il-kontribuzzjoni rispettiva tagħhom għar-realizzazzjoni tal-objettivi tal-politika esterna tal-Unjoni Ewropea, u dwar il-koperazzjoni reċiproka bejniethom kif ukoll ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra; kif ukoll

(h)

ikun organizzat kull sena smigħ fil-Parlament tal-Presidenti taż-żewġ banek flimkien mal-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.

29.

Jirrakkomanda li, f'perspettiva ta' perjodu ta' żmien twil, l-azzjonisti tal-BEI jikkunsidraw żieda fis-sjieda mill-BEI tal-BERI, pereżmpju fil-kuntest ta' żieda fil-kapital, jew, jekk azzjonist tal-BERI qed jikkunsidra li jirtira, tas-sjieda min-naħa tiegħu tal-bank; iqis li fuq perjodu ta’ żmien twil dan jista' jkun ta' appoġġ għal koerenza ikbar fil-politiki u l-ispeċjalizzazzjoni taż-żewġ banek, kemm mil-lat funzjonali kif ukoll mil-lat ġeografiku;

30.

Huwa tal-fehma li strumenti ta' għajnuna esterna tal-Unjoni Ewropea li jkunu l-istess għandhom ikunu evitati; jitlob koperazzjoni aħjar mal-istituzzjonijiet ta' żvilupp reġjonali u nazzjonali jew l-aġenziji fl-Unjoni Ewropea, sabiex ikun ipprovdut iffinanzjar effiċjenti billi jiġu evitati azzjonijiet li jkopru l-istess affarijiet u duplikazzjonijiet u biex ikun żgurat approċċ koerenti u viżibilità ikbar tal-impatt tal-UE; jappoġġa l-possibilità ta' proċeduri ta' delegazzjoni u rikonoxximent reċiproċi f'dan ir-rigward;

31.

Ifakkar fl-importanza tal-ftehima stipulata fil-“Kunsens Ewropew” li tipprevedi li jkun hemm tisħiħ tas-sinerġiji bejn il-programmi appoġġati mill-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji oħra u dawk iffinanzjati mill-Komunità sabiex jiġi garantit l-ikbar impatt għall-pajjiżi benefiċjarji; jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu b'mod partikulari l-interessi tal-benefiċjarji meta jsir dan;

32.

Jirrikonoxxi li l-BEI u l-BERI jridu jaħdmu flimkien ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u reġjonali oħra, bħall-Bank Dinji, il-Bank Asjatiku għall-Iżvilupp, u l-Bank Afrikan għall-Iżvilupp, sabiex ikun hemm effett ikbar fir-reġjuni iktar imbiegħda mill-Unjoni Ewropea kif ukoll biex jiġu evitati azzjonijiet li jkopru l-istess affarijiet u duplikazzjonijiet fl-attivitajiet ta’ finanzjament li mhumiex mixtieqa; iqis, madankollu, li l-BEI għandu jkollu rwol predominanti fir-rigward tal-promozzjoni tal-objettivi ambjentali, soċjali u ta' żvilupp tal-Unjoni Ewropea fost il-banek multinazzjonali u l-istituzzjonijiet għall-iżvilupp;

33.

Jinnota dawk il-banek multinazzjonali u l-istituzzjonijiet għall-iżvilupp li għandhom impatt pożittiv fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iqis li huwa neċessarju li jkun analizzat iktar l-impatt tagħhom kif ukoll li jiġu kkunsidrati azzjonijiet ulterjuri fil-kuntest tal-objettivi u l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF); jissuġġerixxi li l-finanzjament tas-sjieda tal-art bil-kundizzjoni ta' għanijiet ambjentali u soċjali jista’ jkun spiża ta' investiment eliġibbli, skont il-mandat estern tal-BEI, ladarba din hija kwistjoni fundamentali għall-iżvilupp endoġenu, b'mod partikulari fil-pajjiżi Afrikani.

It-taqlib finanzjarju globali u l-implikazzjonijiet għall-BEI u l-BERI

34.

Jenfasizza l-irwol importanti li l-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku assenja lill-BEI, speċjalment rigward il-finanzjament imtejjeb għall-SMEs, l-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u t-trasport nadif; jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni għaż-żieda tal-volum ta’ self mill-BEI bi 30 % (EUR 15-il biljun) fl-2009 u fl-2010 u d-deċiżjoni għaż-żieda tal-kapital sottoskritt tal-BEI b'EUR 67 biljun għal EUR 232 biljun, skont l-Istrateġija ta' Liżbona; madankollu, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu jżidu l-kapital tal-BEI b'mod li jiżguraw li l-kapaċità tiegħu ta' self tlaħħaq mal-ħtiġijiet finanzjarji tal-perjodu intermedju għall-industriji u n-negozji, fejn ikun meħtieġ, bħala appoġġ għal impenji “ħodor” u sostenibbli; jenfasizza li dawn il-fondi addizzjonali għandu jkollhom l-objettiv li jħallu effett fuq perjodu ta' żmien twil; iqis li iktar responsabilitajiet jeħtieġu riżorsi kemm umani u kemm finanzjarji xierqa u iktar trasparenza u responsabilità fl-operazzjonijiet tal-BEI;

35.

Iħeġġeġ it-tisħiħ ta' arranġamenti ta' qsim tar-riskju bejn il-banek kummerċjali u l-BEI fil-provvediment ta’ finanzjament għall-SMEs; jitlob, madankollu, li jkun hemm viġilanza rigward l-użu li jsir mis-self tal-BEI minn banek kummerċjali u jitlob li jkun hemm kodiċi ta' kondotta bejn il-banek kummerċjali u l-BEI f'dan ir-rigward; jinnota wkoll li l-lista tal-BEI tal-banek intermedjari għandha bżonn tkun aġġornata;

36.

Huwa tal-fehma li l-BEI u l-Kummissjoni għandhom jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-proġetti f’dawk l-Istati Membri kif ukoll fis-setturi li qed ikunu affettwati l-aktar mill-kriżi; f'dak ir-rigward iqis li huwa importanti li jiġi mmobilizzat l-għarfien espert tal-programmi ta’ assistenza teknika bħal Jaspers, Jeremie, Jessica u Jasmine, sabiex titħaffef id-distribuzzjoni tal-għajnuna strutturali;

37.

Jinnota li l-Unjoni Ewropea talbet lill-BEI biex jaċċellera l-appoġġ għall-PPP bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja; iħeġġeġ lill-BEI u lill-BERI biex iwettqu dawn il-proġetti biss meta jkunu bi prezz li jista’ jintlaħaq u jwasslu għal benefiċċji reali; iqis, f’dan ir-rigward, li jeħtieġ isir titjib fl-iżvelar tal-informazzjoni, ir-rapport bejn l-ispiża u r-riżultati u l-prattiki ta’ evalwazzjoni tal-affordabilità;

38.

Jistieden lill-Istati Membri biex jisfruttaw b'mod sħiħ l-istrumenti tal-kapital għal proġetti ta’ riskju, is-self globali u l-faċilitajiet ta’ mikrokreditu offruti mill-programmi u l-faċilitajiet tal-BEI;

39.

Jinnota li l-attività ta’ teħid u għoti ta’ self kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea żdiedet b’mod progressiv u llum tikkostitwixxi l-għodda ewlenija fil-livell tal-UE għall-attività ta’ teħid u għoti ta' self; jinnota, barra minn hekk, li kien hemm talba kbira, inkluża mill-Asja, għall-bonds maħruġa mill-BEI; jistieden lill-BEI u lill-gvernaturi tiegħu, għaldaqstant, li jimmassimizzaw il-potenzjal tas-self permezz tal-ħruġ, b'mod partikolari, ta' bonds iddenominati f’euro fis-suq globali sabiex jappoġġjaw l-objettivi fuq perjodu ta' żmien twil u jimmitigaw it-tnaqqis fl-attività ekonomika kemm ġewwa l-Unjoni Ewropea u kemm fil-pajjiżi ġirien tagħha bħala bank pubbliku b'orjentazzjoni politika;

40.

Jistieden bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-BEI biex jinvestigaw b’mod konġunt kif tista’ tiġi megħluba l-kriżi tal-kreditu fl-ekonomija reali bl-għajnuna ta’ strumenti finanzjarji ġodda u innovattivi;

41.

Jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-BERI li jżid il-volum ta’ negozju annwali tiegħu fl-2009 b'madwar 20 % għal bejn wieħed u ieħor EUR 7 biljun sabiex jimmitiga l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali u jinnota li nofs il-EUR 1 biljun ta' nfiq żejjed fl-2009 huwa allokat għall-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant;

42.

Jenfasizza li fil-perjodu attwali ta' kundizzjonijiet diffiċli għal kreditu, l-irwol taż-żewġ banek huwa enfasizzat kemm ġewwa u kemm barra l-Unjoni Ewropea; jistieden liż-żewġ banek sabiex iżommu l-impenji tagħhom fir-rigward tal-pajjiżi terzi anke fi żminijiet ta’ diffikultà ekonomika;

43.

Jissuġġerixxi li, wara li l-effetti tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali jiġu studjati bir-reqqa, il-BEI jista’ jkun mistieden biex isaħħaħ l-appoġġ tiegħu għall-Istati Membri l-ġodda; barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-involviment tas-settur privat biex dawn l-ekonomiji jerġgħu jiġu stabblizzati; jilqa' b'sodisfazzjon l-attivitajiet imtejba tal-BERI fl-Istati Membri l-ġodda u l-Pjan ta' Azzjoni Konġunta tal-Istituzzjoni Finanzjarja Istituzzjonali reċenti b'appoġġ għas-Sistemi Bankarji u s-Self għall-Ekonomija Reali fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, mill-BERI, mill-BEI, mill-Fond Ewropew għall-Investiment u mill-Grupp tal-Bank Dinji b'appoġġ għas-sistema bankarja u l-ekonomija reali fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant; jirrakkomanda, madankollu, li fi żmien xieraq issir reviżjoni tad-definizzjoni ta' ‘pajjiżi fi tranżizzjoni’ u evalwazzjoni tal-irtirar tal-attivitajiet tal-BERI ġewwa l-Unjoni Ewropea;

44.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-BEI u l-BERI ma tantx kienu esposti għat-taqlib finanzjarju, għalkemm il-BERI rreġistra l-ewwel telf f'dawn l-aħħar għaxar snin fl-2008, wara li waqgħu s-swieq tal-ishma;

L-implikazzjonijiet tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-mandat estern tal-BEI

45.

Jilqa' s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Novembru 2008 dwar il-bażi legali tad-Deċiżjoni 2006/1016/KE;

46.

Jirrakkomanda li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jilħqu ftehim malajr wara s-sentenza f'dak il-każ, bl-għan li jiggarantixxu, min-naħa, li l-prerogattivi tal-Parlament ikunu rrispettati bis-sħiħ, u min-naħa l-oħra l-kontinwità tal-operazzjonijiet finanzjarji esterni tal-BEI; jenfasizza għalhekk li dan il-ftehim rapidu għandu jservi ta' soluzzjoni temporanja li ma tibqax effettiva wara data preċiża, sar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu fl-2010;

47.

Huwa tal-fehma li hija vitali l-adozzjoni ta' deċiżjoni li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2006/1016/KE skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u jirrikonoxxi li r-reviżjoni ta' nofs il-perijodu attwali tal-attività ta' self estern tal-BEI u tal-arranġamenti ta' koperazzjoni, li trid titlesta fl-2010, għandha tipprovdi opportunità għal dibattitu ġenwin u wiesa' dwar l-objettivi tal-Unjoni u r-riżorsi li jitqiegħu għad-dispożizzjoni tal-BEI, fejn il-Parlament, bħala koleġiżlatur, se jwettaq il-parti tiegħu bis-sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet espressi f'din ir-riżoluzzjoni meta tfassal abbozz ta' proposta ġdid għal deċiżjoni dwar il-mandat ta' self estern tal-BEI wara r-reviżjoni ta' nofs il-perijodu;

48.

Jirrakkomanda li l-Kumitat ta' Tmexxija jiffinalizza xogħlu fil-bidu tal-2010 u jistieden liċ-Chairperson tal-Kumitat biex ftit wara jirrapporta dwar il-konklużjonijiet tal-Kumitat lill-Parlament u lill-Kunsill; jistenna bil-ħerqa l-konkużjonijiet tal-Kumitat ta' Tmexxija u jitlob lill-Kumitat biex iqis ir-rakkomandazzjonijiet inklużi f'din ir-riżoluzzjoni u fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament; jitlob li l-Kumitat ta' Tmexxija jinforma lill-Parlament bil-progress tiegħu b'mod regolari;

*

* *

49.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Bank Ewropew tal-Investiment, lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 414, 30.12.2006, p. 95.

(2)  Każ C-155/07, Il-Parlament Ewropew v l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, għadha mhix ippublikata fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea.

(3)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 13.

(4)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 15.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2008)0132.

(6)  ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 544.

(7)  ĠU C 38 E, 12.2.2004, p. 313.

(8)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(9)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(10)  Każ C-15/00, Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v Bank Ewropew tal-Investiment [2003] ECR I-7281.

(11)  Il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Repubblika Slovakka u s-Slovenja.

(12)  L-Albanija, il-Bosnia u l-Ħerzegovina, il-Bulgarija, l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, ir-Rumanija u s-Serbja.

(13)  L-Armenja, l-Azerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukrajna.

(14)  Il-Każakistan, ir-Repubblika tal-Kirgiżtan, il-Mongolja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan.

(15)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/157


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Il-futur tal-industrija tal-karozzi

P6_TA(2009)0186

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-futur tal-industrija tal-karozzi

2010/C 117 E/26

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2000,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-President Barroso tat-2 ta’ Frar 2005 bl-isem “Naħdmu flimkien għat-tkabbir ekonomiku u għall-impjiegi – bidu ġdid għall-Istrateġija ta’ Liżbona” (COM(2005)0024),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet fir-rappport finali tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 tat-12 ta’ Diċembru 2005 u l-konklużjonijiet tal-Konferenza ta’ Livell Għoli CARS 21 ta’ reviżjoni ta’ nofs iż-żmien tad-29 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar CARS 21: Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi (1),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta’ Ottubru 2008,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2008 bl-isem “Minn kriżi finanzjarja għal irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni” (COM(2008)0706),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2008 bl-isem “Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku” (COM(2008)0800),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu li ġiet adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Diċembru 2008 bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet għal karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi għall-użu ħafif (2),

wara li kkunsidra l-istqarrijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2009 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq l-industrija tal-karozzi,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-5 u s-6 ta’ Marzu 2009 dwar l-industrija tal-karozzi,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2009 bl-isem “Inwieġbu għall-kriżi tal-industrija tal-karozzi Ewropea” (COM (2009)0104),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Ministri Ewropej għall-Industrija mal-Viċi President tal-Kummissjoni, is-Sur Günter Verheugen, dwar is-sitwazzjoni tas-settur tal-karozzi li saret fi Brussell fis-16 ta’ Jannar 2009,

wara li kkunsidra l-istatistiċi ppubblikati fid-29 ta’ Jannar 2009 mill-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tal-Karozzi Ewropej dwar il-bejgħ tal-vetturi li sar fl-2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Ewropa għaddejja minn kriżi finanzjarja u ekonomika profonda kif ukoll rati għoljin ta’ qgħad bit-telf ta’ eluf ta’ impjiegi fis-setturi industrijali rilevanti kollha,

B.

billi s-suq finanzjarju Ewropew attwalment mhux qed jiffunzjona sew, l-aktar fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta’ self,

C.

billi l-industrija tal-karozzi Ewropea u l-industrija tal-katina tal-provvista tagħha huma partikolarment milquta mill-impatt tal-kriżi attwali, billi huma settur ewlieni tal-ekonomija Ewropea li jikkontribwixxi għall-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-ekonomija kollha,

D.

billi fl-Unjoni Ewropea s-settur tal-karozzi għandu eċċess ta’ kapaċità strutturali, u billi l-2009 hi mistennija tara aktar tnaqqis sinifikanti fit-talba għall-vetturi u minħabba f’hekk tnaqqis fil-produzzjoni, li inevitabbilment toħloq pressjoni fuq il-livelli tal-impjiegi u tal-investiment fl-Unjoni Ewropea,

E.

billi s-settur Ewropew tal-karozzi hu l-akbar investitur privat fir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) fl-Unjoni Ewropea u l-produtturi Ewropej tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali jridu jżommu livelli għolja ta’ investiment fid-dawl tar-rekwiżiti regolatorji u tas-suq, partikolarment biex tkun garantita t-tranżizzjoni għal flotta b’emissjonijiet baxxi,

F.

billi l-pakketti leġiżlattivi dwar l-enerġiji li jiġġeddu u l-bidla fil-klima, adottati f’Diċembru 2008, se jkollhom rwol fundamentali biex jiġu mħeġġa l-investimenti ambjentali li għandhom l-għan li tiġi ffrankata l-enerġija fl-industrija tal-karozzi,

G.

billi l-industrija Ewropea tal-karozzi timpjega, direttament jew indirettament, 12-il miljun ħaddiem, li jammontaw għal 6 % tal-popolazzjoni tal-impjegati fl-Unjoni Ewropea, u miljuni minn dawn l-impjiegi llum jinsabu f’riskju, li ħafna minnhom huma impjiegi kkwalifikati ħafna u li m’għandhomx jintilfu,

H.

billi hemm potenzjal sinifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi permezz ta’ teknoloġiji li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent fl-industrija tal-karozzi,

I.

billi l-industrija Ewropea tal-karozzi hi importanti ħafna għall-ekonomija tal-UE minħabba l-effett miltiplikatur tagħha għal setturi u industriji oħra, u b’mod partikolari għall-eżistenza ta’ mijiet ta’ eluf ta’ negozji żgħar u ta’ daqs medju (SMEs),

J.

billi xi Stati Membri bdew jadottaw miżuri nazzjonali biex jappoġġjaw l-industrija tal-karozzi,

K.

billi r-responsabilità ewlenija biex tiġi ffaċċjata l-kriżi hija tal-industrija,

L.

billi l-Kummissjoni attwalment qed tinnegozja aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-qafas tar-Rawnd ta’ Doha u ftehima ta’ kummerċ ħieles mal-Korea t’Isfel,

1.

Jirrikonoxxi li l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali poġġiet lill-industrija tal-karozzi taħt pressjoni kbira, li hija riflessa b’mod partikolari fi tnaqqis kbir fid-domanda għall-vetturi bil-mutur, iżda wkoll fl-eċċess tal-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha, diffikultajiet ta’ aċċess għall-kreditu u problemi strutturali li kienu hemm qabel il-kriżi;

2.

Jenfasizza li l-kriżi hija f’livell Ewropew; jiġbed l-attenzjoni, għaldaqstant, dwar l-importanza ta’ inizjattivi koerenti u kkoordinati bejn l-Istati Membri tal-UE fir-rigward tal-industrija Ewropea tal-karozzi, u jitlob li jkun hemm qafas ġenwin Ewropew għall-azzjoni li jipprovdi passi konkreti li jagħmluha possibbli li jittieħdu l-miżuri deċiżivi meħtieġa kemm fil-livell tal-UE u kif ukoll f’dak tal-Istati Membri;

3.

Jinnota bi tħassib li kulma jmur qed jikber li l-miżuri maħsuba għal żmien qasir li l-Istati Membri ħadu fil-livell nazzjonali jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq waħdieni, u b’hekk jagħmlu ħsara fuq perjodu ta’ żmien twil lill-kompetittività, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li miżuri oħra li jittieħdu jkunu koerenti, effiċjenti u kkoordinati;

4.

Jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan il-kuntest il-qafas temporanju għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat stabbilit bħala parti mill-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku;

5.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni biex tagħti tweġiba politika effettiva għad-diffikultajiet tal-kumpanija General Motors Europe u tal-fornituri tagħha billi tikkoordina l-isforzi tal-Istati Membri kkonċernati, inklużi l-organizzazzjoni -tal-laqgħa ministerjali li saret tat-13 ta’ Marzu 2009 u s-sejba ta’ soluzzjoni ekwa u ġusta għall-kwistjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

6.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħaffu, jissimplifikaw u jżidu l-appoġġ finanzjarju għall-industrija tal-karozzi, l-aktar permezz tal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB), u billi jippermettu garanziji statali għal self b’imgħax baxx; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jitolbu simplifikazzjoni tal-proċedura amministrattiva għall-applikazzjonijiet għal self; iqis li dan l-appoġġ finanzjarju, l-aktar permezz ta’ self, għandu jgħin biex jistimula d-domanda għal vetturi ġodda, għall-benefiċċju tat-tkabbir ekonomiku, l-ambjent u s-sikurezza fit-toroq;

7.

Jinsisti li l-BEI jagħti attenzjoni suffiċjenti lill-SMEs konnessi mas-settur tal-karozzi biex jinżamm aċċess għall-kreditu u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-kapaċità ta’ self tal-BEI biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet finanzjarji tal-industrija tal-karozzi fuq perjodu ta’ żmien medju;

8.

Jinsisti li l-miżuri finanzjarji jew fiskali kollha, inklużi l-iskemi ta’ skrappjar, għandhom jappoġġjaw u jaċċelleraw it-trasformazzjoni teknoloġika neċessarja tas-settur, b’mod partikolari fil-qasam tal-użu effiċjenti tal-enerġija mill-magni u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, b’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni adottata dan l-aħħar;

9.

Itenni li l-politiki, kemm fil-livell tal-UE u kemm f’dak nazzjonali, għandhom jikkontribwixxu biex jindirizzaw il-fażi ta’ ristrutturar u rikonverżjoni li qed jaffaċċjaw l-industrija tal-karozzi u l-industrija tal-katina tal-provvista tagħha, minħabba ambjent imprenditorjali kompetittiv ħafna, u jistieden lill-industrija biex tiżviluppa strateġija imprenditorjali koerenti u timplimenta aġġustamenti bħal dawn b’mod soċjalment responsabbli, f’koperazzjoni mill-qrib mal-għaqdiet tal-ħaddiema;

10.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-għaqdiet tal-ħaddiema jkunu involuti b’mod sħiħ fid-diskussjonijiet li jkunu għaddejjin u jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja djalogu soċjali Ewropew reali għal din l-industrija fil-kuntest tal-kriżijiet attwali;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura l-aħjar użu tal-Fondi Ewropej disponibbli biex jiġu appoġġjati l-impjiegi bħall-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fondi Strutturali, il-Fond Soċjali u il-Fond ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni bbilanċjata tal-’prijoritajiet ta’ Liżbona’ kollha u biex tiffaċilita, ittejjeb u tħaffef l-aċċess għal dawn il-Fondi; iqis li dawn il-Fondi għandhom jikkontribwixxu għal skemi ta’ taħriġ u taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema fi stadju bikri, kull fejn u kull meta għandhom japplikaw restrizzjonijiet għall-ammont ta’ ħin ta’ xogħol;

12.

Jafferma mill-ġdid li l-industrija tal-karozzi teħtieġ investimenti kontinwi fi programmi tal-R&D li jipprovdu l-aħjar soluzzjonijiet għall-kwalità, is-sikurezza u r-rendiment ambjentali, biex jinkiseb qafas kompetittiv sostenibbli u jistieden għalhekk lill-Kummissjoni f’dak il-kuntest biex tiffaċilita, ittejjeb u tħaffef l-aċċess għall-istrumenti ta’ appoġġ tal-UE għall-R&D u l-innovazzjoni, bħas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet għal miżuri li jinkoraġġixxu approċċ ikkoordinat rigward it-tiġdid tal-flotta, bħall-iskemi tal-iskrappjar u inċentivi oħra tas-suq, li jkollhom effetti pożittivi fuq perjodu ta’ żmien qasir fuq id-domanda tal-konsumaturi għal vetturi ġodda bil-mutur u li jkollhom l-għan li jerġgħu jqajmu fuq saqajh is-suq tal-kiri tal-karozzi; jistieden lill-Kummissjoni biex timmoniterja l-miżuri nazzjonali diġà implimentati f’dan il-kuntest biex jiġi evitat li jkun hemm distorsjonijiet fis-suq intern;

14.

Jikkonferma l-ħtieġa li jkunu approfonditi d-djalogu u d-diskussjonijiet li għaddejjin ma’ pajjiżi terzi u mas-sħab kummerċjali ewlenin tal-UE dwar il-futur tas-settur tal-karozzi u għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-iżviluppi fil-pajjiżi li mhumiex fl-UE, l-aktar l-Istati Uniti u l-Ażja, biex ikunu garantiti kundizzjonijiet ugwali f’livell internazzjonali waqt li jkun evitat li jiġu adottati miżuri protezzjonisti u diskriminatorji fis-suq globali tal-karozzi;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tikseb ftehim ibbilanċjat u ġust bejn l-Unjoni Ewropea u l-Korea t’Isfel qabel ma tiġi konkluża l-Ftehima ta’ Kummerċ Ħieles;

16.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proċess CARS 21 li jistabbilixxi politika industrijali għal perjodu twil fil-livell Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta, tissorvelja u tirrevedi b’mod kontinwu din l-istrateġija għal perjodu twil ta’ żmien bil-ħsieb li tiżgura l-kompetittività futura tal-industrija Ewropea tal-karozzi u li l-impjiegi f’din l-industrija jibqgħu sostenibbli;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tapplika b’mod sħiħ il-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar u għaldaqstant biex twettaq evalwazzjoni bir-reqqa tal-impatt tal-leġiżlazzjoni futura tal-Komunità dwar il-vetturi bil-mutur, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet ta’ CARS 21, biex b’hekk tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-prevedibilità fis-settur tal-karozzi;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 41 E, 19.2.2009, p.1.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2008)0614.


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009

6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/161


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009
White Paper dwar azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust

P6_TA(2009)0187

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar il-White Paper: Azzjonijiet ta' riżarċiment tad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust (2008/2154(INI))

2010/C 117 E/27

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2008 bit-titlu “Azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust” (COM(2008)0165) (White Paper),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ April 2007 dwar il-Green Paper dwar Azzjonijiet ta’ riżarċiment tad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2007 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Politika tal-Konsumatur 2007-2013: Responsabbiltajiet akbar għall-konsumatur - titjib tal-benessri tagħhom, u l-ħarsien effettiv tagħhom (COM(2007)0099),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (2), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar il-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (Regolament KE tal-Mergers) (4),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-multi f’każijiet ta’ kartell (5) kif ukoll Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 tat-30 ta' Ġunju 2008 fir-rigward ta’ kif jitmexxew il-proċeduri għar-riżolviment f’każi ta’ kartelli (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0123/2009),

A.

billi l-politika tal-kompetizzjoni żżid l-effikaċja kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija ta' Liżbona,

B.

billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ddeċidiet li, sabiex ikun żgurat li l-Artikolu 81 tat-Trattat KE ikun effettiv għal kollox, individwi u l-intrapriżi jkunu jistgħu jressqu proċeduri ta’ riżarċiment tad-danni li jkunu sarulhom minħabba xi ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE,

C.

billi l-azzjonijiet ta’ riżarċiment tad-danni huma element wieħed biss minn sistema effettiva ta’ infurzar privat, u billi l-mekkaniżmi alternattivi ta’ sejbien ta’ soluzzjoni għal tilwim, f’ċirkostanzi xierqa, joffru alternattiva effiċjenti għall-mekkaniżmi ta' dritt għall-kumpens kollettiv, huma soluzzjoni ġusta u rapida barra mill-qorti, u għandhom ikunu nkoraġġuti,

D.

billi l-kwistjonijiet indirizzati fil-White Paper jikkonċernaw il-kategoriji kollha ta’ vittmi, it-tipi kollha ta’ ksur tal-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE u s-setturi kollha tal-ekonomija,

E.

billi kwalunkwe proposta biex tintroduċi mekkaniżmi ta' dritt għall-kumpens kollettiv ta' ksur tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-KE għandha takkumpanja, u mhux tieħu post, il-forom alternattivi ta’ protezzjoni li diġà jeżistu f’xi Stati Membri (bħal azzjonijiet rappreżentattivi u każijiet ta' prova),

F.

billi l-għan tat-talbiet għar-riżarċiment tad-danni skont id-dritt privat hu l-kumpens sħiħ tal-vittma għad-danni mġarrba, u billi għandhom jiġu rispettati l-prinċipji ta’ responsabilità mhux kuntrattwali li jimpedixxu li wieħed jistagħna b’mod inġust kif ukoll il-gwadann multiplu tal-kumpens, kif ukoll il-prinċipju li jiġu evitati danni punittivi,

G.

billi l-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri jagħmel parti mid-dritt pubbliku u billi l-għadd ta’ każijiet privati li ttellgħu quddiem il-qrati nazzjonali huma relattivament żgħir, minkejja li diversi Stati Membri adottaw jew ser jadottaw miżuri sabiex jiffaċilitaw il-prosekuzzjoni ta’ talbiet għad-danni minn individwi privati fil-każ ta' ksur tar-regoli tal-KE dwar il-kompetizzjoni,

H.

billi t-tressiq ta’ azzjonijiet privati għar-riżarċiment tad-danni għandu jikkumplementa u jsostni, iżda ma jistax jieħu post, l-infurzar tal-liġi tal-kartell min-naħa tal-awtoritajiet, u billi l-kapaċitajiet tal-istaff u dawk finanzjarji tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni għandhom jingħataw spinta sabiex ikun hemm il-possibiltà ta’ prosekuzzjoni tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni aktar effettiva,

I.

billi irrispettivament minn kif tiġi riżolta kawża, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti proċeduri u salvagwardji biex ikun żgurat li l-partijiet kollha jirċievu trattament ġust filwaqt li jkun żgurat li ma jsirux abbużi mis-sistema, bħalma ġara f’sistemi legali oħra, u b’mod partikolari fl-Istati Uniti,

J.

billi għal kull proposta li ma tkunx fil-kompetenza esklużiva tal-Komunità, il-Kummissjoni trid tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità,

1.

Jilqa b'sodisfazzjon il-White Paper u jenfasizza li r-regoli tal-KE dwar il-kompetizzjoni, u b’mod partikolari l-infurzar effettiv tagħhom, jesiġu li l-vittmi tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għandu jkollhom dritt għal riżarċiment tad-danni mġarrba;

2.

Jinnota li l-Kummissjoni s'issa għadha ma speċifikatx bażi legali għall-miżuri proposti, u li għandu jingħata aktar kunsiderazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ bażi legali għall-interventi ppjanati fil-proċeduri nazzjonali dwar danni mhux kuntrattwali u l-liġi proċedurali nazzjonali;

3.

Huwa tal-fehma li diversi ostakli għal kumpens effettiv għall-vittmi tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE, bħal għadd kbir ta’ danni f’daqqa u danni mifruxa, l-iżbilanċi tal-informazzjoni u problemi oħra li jitfaċċaw fil-prosekuzzjoni tat-talbiet ta’ riżarċiment tad-danni, ma jseħħux biss fil-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni, imma wkoll f'oqsma oħra, bħal pereżempju fir-responsabbilizzazzjoni għal prodotti u kwistjonijiet oħra relatati mal-konsumaturi;

4.

Ifakkar li l-konsumaturi individwali imma anki n-negozji ż-żgħar, speċjalment dawk li sofrew minn danni mifruxa u ta’ valur relattivament baxx, ta’ spiss jiġu skoraġġuti milli jibdew azzjonijiet individwali ta’ riżarċiment tad-danni minħabba l-ispejjeż, id-dewmien, l-inċertezzi, ir-riskji u l-piżijiet involuti; jenfasizza, f’dan il-kuntest, li l-kumpens kollettiv, li jippermetti l-aggregazzjoni tat-talbiet individwali tal-vittmi ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE u jtejjeb il-ħila tagħhom li jiksbu aċċess għall-ġustizzja, huwa deterrent importanti; jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan ir-rigward, il-proposti tal-Kummissjoni dwar mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti sabiex jittejjeb il-kumpens kollettiv filwaqt li tiġi evitata litigazzjoni eċċessiva;

5.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li d-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u għall-Konsumatur fl-aħħar tal-2008 ippubblika r-riżultati ta' żewġ studji dwar l-istrumenti kollettivi għall-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri u l-ostakli possibbli għas-suq intern li jirriżultaw minn leġiżlazzjonijiet differenti fl-Istati Membri; jindika wkoll li l-Kummissjoni ppubblikat green paper dwar l-għażliet possibbli tal-Komunità għal azzjoni fil-qasam tal-liġi tal-ħarsien tal-konsumatur u ħabbret il-pubblikazzjoni ta’ dokument tal-politika ieħor fl-2009; jenfasizza li l-miżuri fil-livell Komunitarju m'għandhomx iwasslu għall-frammentazzjoni tal-arbitrarja u mhux meħtieġa tal-liġijiet ta' proċedura nazzjonali, u għaldaqstant, għandu jitqies bir-reqqa, jekk għandux jintgħażel, u sa liema punt, aproċċ orizzontali jew integrat sabiex jiffaċilita soluzzjonijiet barra mill-qrati u l-prosekuzzjoni ta’ talbiet għal riżarċiment tad-danni; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, li twettaq eżami tal-bażijiet legali possibbli u kif tipproċedi b’mod orizzontali jew integret għalkemm mhux neċessarjament permezz ta’ strument orizzontali wieħed, u biex jastjenu, fil-frattemp, milli jippreżentaw kwalunkwe mekkaniżmu ta’ rimedju kollettiv għall-vittmi ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE mingħajr ma tippermetti lill-Parlament biex jieħdu sehem fl-adozzjoni tagħhom bil-proċedura ta' kodeċiżjoni;

6.

Jinnota li t-talbiet għal danni li jirriżultaw minn ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għandhom jiġu ttrattati konsistentement ma’ talbiet oħra mhux kuntrattwali safejn ikun possibbli, huwa tal-fehma li approċċ orizzontali jew integrat jista' jkopri r-regoli proċedurali li huma komuni għal mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv f’oqsma differenti tal-liġi, u jisħaq li dan l-approċċ m'għandux jittardja jew iwaqqaf l-iżvilupp ta' proposti u miżuri identifikati bħala neċessarji għall-infurzar sħiħ tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE; jinnota, madankollu, l-analiżi aktar avvanzata tal-kumpens f’ambitu ċivili marbuta mal-liġi tal-kompetizzjoni u l-qafas avvanzat tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, inkluż in-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni, u jqis li, għallinqas rigward ċerti kwistjonijiet, dan jiġġustifika avvanz b’pass mexxej, filwaqt li jitqies li wħud mill-miżuri maħsuba jistgħu jiġu estiżi għal oqsma mhux relatati mal-kompetizzjoni; Hu tal-fehma li tali miżuri settorjali diġà jistgħu jiġu proposti fir-rigward tal-kumplessitajiet u d-diffikultajiet partikulari li jiffaċċjaw il-vittmi ta’ ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE;

7.

Jinnota li l-kisba ta’ ftehim “darba għal dejjem” għall-konvenuti hija mixtieqa sabiex jitnaqqsu l-inċertezza u l-effetti ekonomiċi eżaġerati li jista’ jkollhom impatt fuq l-impjegati, il-fornituri, is-subkuntratturi u partijiet innoċenti oħrajn; jitlob għal evalwazzjoni u għall-introduzzjoni possibbli ta' proċedura ta’ ftehim għal għadd kbir ta’ talbiet li jirriżultaw minn azzjonijiet kollettivi li jistgħu jiġu inizjati jew mill-partijiet qabel ma jieħdu azzjoni legali jew li jistgħu jiġu ordnati mill-qorti li l-azzjoni tkun tressqet quddiemha; iqis li tali proċedura ta' ftehim għandu jkollhal-għan li jintlaħaq ftehim barra mill-qorti billi wieħed ifittex li jkun hemm approvazzjoni ġudizzjarja ta’ ftehim ta’ soluzzjoni li jkun jista’ jiġi ddikjarat vinkolanti għall-vittmi kollha li jkunu pparteċipaw fil-proċedura li permezz tagħha jintlaħaq ftehim; jenfasizza li obbligu bħal dan ma jridx jinvolvi ll l-proċeduri jitwalu żżejjed, u lanqas m’għandu jippromwovi l-ftehim inġust tat-talbiet; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tfittex modi ta' kif tikseb aktar ċertezza inkluż valutazzjoni dwar jekk kwalunkwe persuna li sussegwentament tagħmel klejm għandhiex fil-prinċipju tkun mistennija li ma tibbenefikax aktar mir-riżultat ta' tali proċedura ta' ftehim;

8.

Huwa tal-opinjoni li xerrejja diretti jew indiretti għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, għall-prosekuzzjoni tat-talbiet iżolati jew ta’ segwitu tagħhom, talbiet individwali, kollettivi jew rappreżentattivi, li jistgħu jitressqu wkoll fil-form ta’ każ “ta’ prova”, imma li biex jiġu evitati azzjonijiet multipli minn parti waħda għall-istess kawża ta’ azzjoni, l-għażla ta’ kawża ta’ azzjoni għandha tipprekludi lil xi parti milli tuża kawża oħra ta’ azzjoni, kemm simultanjament kif ukoll sussegwentement; fil-każ li partijiet differenti jniedu azzjonijiet separati, għandhom isiru tentattivi sabiex dawn jingħaqdu jew jitqiegħdu f’sekwenza;

9.

Huwa tal-opinjoni, li sabiex tiġi evitata litigazzjoni abbużiva, is-setgħa ta’ prosekuzzjoni f’azzjonijiet rappreżentattivi għandha tkun disponibbli fl-Istati Membri lil korpi statali bħall-Ombudsman jew lil entitajiet kwalifikati bħal assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar l-inġunzjonijiet għall-ħarsien tal-interessi tal-konsumatur (7), u li l-għoti ta' awtorizzazzjoni ad hoc għat-twettiq ta’ tali azzjonijiet rappreżentattivi għandu jitqies prinċipalment għal assoċjazzjonijiet kummerċjali li jorganizzaw il-proċeduri għall-azzjonijiet għal riżarċiment tad-danni għall-intrapriżi;

10.

Jitlob li grupp ta' nies delimitat b'mod ċar biss ikunu eliġibbli biex jieħdu sehem fl-azzjonijiet kollettivi, u li l-identifikazzjoni tal-membri ta' dak il-grupp fil-każ ta' talba ta’ opt-in kollettiva u l-identifikazzjoni fil-każ ta' azzjonijiet rappreżentattivi mressqa minn entitajiet kwalifikati li jkunu nominati minn qabel jew awtorizzati fuq bażi ad hoc għandhom isiru f’perjodu ta' żmien ċar mingħajr dewmien żejjed filwaqt li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni eżistenti li tipprevedi data aktar tard; jenfasizza li d-dannu li wieħed ikun ġarrab tassew biss jista' jiġi riżarċit; jinnota li fil-każ li talba tkun ta' suċċess, ir-riżarċiment tad-danni għandu jitħallas lill-grupp identifikat jew lil persuna nnominata minnhom u lill-entità kkwalifikata tista' tikseb biss ir-rimborż tal-ispejjeż li jkunu saru matul il-prosekuzzjoni tat-talba u ma tistax tkun, la direttament u lanqas indirettament, il-persuna nnominata biex tirċievi r-riżarċiment tad-danni;

11.

Jenfasizza li fil-każ ta' talba iżolata li tirnexxi, mhix eskluża proċedura sussegwenti mill-awtoritajiet għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE; itenni wkoll li biex l-impriżi jiġu nkoraġġuti jagħtu kumpens malajr u bl-aktar mod effettiv possibbli lill-vittmi ta’ aġir illeċitu, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni huma mitluba jqisu l-kumpens imħallas jew li għandu jitħallas meta jiddeterminaw il-multa li għandha tkun imposta fuq l-impriża konvenuta; jinnota li dan, madankollu, mgħandux jinterferixxi mad-dritt tal-vittmi għal kumpens sħiħ tad-danni mġarrba jew bil-ħtieġa li jżommu l-objettiv ta’ deterrent tal-multi, u m’għandux jirriżulta f’inċertezza twila fir-rigward tal-finalità tal-ftehim għall-kumpaniji; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex b’mod espliċitu jinkorporaw il-prinċipji tar-Regolament (KE) 1/2003 dawn il-prinċipji dwar il-multi u sabiex itejbu u jispeċifikaw aktar dawn il-prinċipji sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipji legali ġenerali;

12.

Josserva li g]andu jkun hemm stadju preliminari fejn issir xi valutazzjoni prima facie tal-merti ta' azzjoni kollettiva, u jenfasizza li min jagħmel talba b'mod kollettiv ma jridx ikun f'pożizzjoni aħjar jew agħar minn min jagħmilha individwalment; jitlob għall-applikazzjoni, fil-kuntest ta' mekkaniżmi kollettivi ta’ kumpens, tal-prinċipju li l-parti li tagħmel it-talba trid tipprovdi evidenza għat-talba tagħha, sakemm il-liġi nazzjonali applikabbli ma tipprevidix it-tħaffif tal-oneru tal-prova jew l-iffaċilitar tal-aċċess għall-informazzjoni u għall-evidenza li jkollu f’idejh il-konvenut;

13.

Jitlob li l-Kummissjoni tkun meħtieġa, fis-segwitu ta’ investigazzjoni, li tippermetti aċċess għall-informazzjoni meħtieġa lill-vittmi ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għall-prosekuzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ riżarċiment tad-danni, u jenfasizza li l-Artikolu 255 tat-Trattat KE u r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jipprovdi d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, li jista' jkun miċħud biss skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament, u b’mod partikolari fl-Artikolu 4 tiegħu; iqis, għaldaqstant, li l-Kummissjoni trid tinterpreta r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 b’dan il-mod, jew inkella tipproponi emenda għalih; jenfasizza li, meta l-awtoritajiet jagħtu aċċess għad-dokumenti, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u tal-kumpaniji tal-konvenut jew ta’ partijiet terzi, u jinnota li huma meħtieġa linji gwida dwar it-trattament ta’ applikazzjoni għal klemenza;

14.

Jemmen li qorti nazzjonali m’għandhiex tintrabat b'deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ta' Stat Membru ieħor, mingħajr preġudizzju għar-regoli li jipprevedu l-effett vinkolanti ta’ deċiżjonijiet adottati minn membru tan-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat u b’relazzjoni mal-istess kawża tal-azzjoni; josserva li l-programmi ta’ taħriġ u ta’ skambju għandhom iwasslu għal konverġenza ta’ deċiżjonijiet sabiex l-aċċettazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni oħra ssir in-norma;

15.

Jenfasizza li att ta' ħtija dejjem għandu jkun prerekwiżit għal azzjoni għad-danni, u li l-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE jrid ikun sar, għall-inqas, b'negliġenza, sakemm ma jkunx hemm il-preżunzjoni, jew il-preżunzjoni konfutabbli ta’ ħtija fil-liġi nazzjonali fil-każ ta’ ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE, li tiżgura infurzar konsistenti u koerenti tal-liġi tal-kompetizzjoni;

16.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-riżarċiment hu imfassal b'mod li jagħmel tajjeb għat-telf u għall-profitt mitluf, inklużi l-ammonti mħallsa żejda u l-interessi, u jitlob li din id-definizzjoni tad-danni tiġi stabbilita għall-mekkaniżmi kollettivi għall-infurzar tal-liġi fil-livell Komunitarju;

17.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-Kummissjoni fuq qafas ta' gwida mhux vinkolanti għall-kalkolu tad-danni, li jista’ jinkludi, b’mod li jkun siewi, gwida dwar l-informazzjoni meħtieġa sabiex isir il-kalkolu u l-applikazzjoni ta’ kalkoli bħal dawn għall-mekkaniżmi alternattivi ta’ riżoluzzjoni tal-kawżi, kull fejn ikun possibbli;

18.

Jinnota li l-iżvilupp ta’ appoċċ Komunitarju komuni dwar it-trasferiment tad-danii fih mertu, u japprova l-ammissibiltà tat-trasferiment tad-danni bħal difiża, li l-evidenza għal din id-difiża trid dejjem tkun pprovduta mill-konvenut, u li l-qrati għandhom l-għażla li jirrikorru għal regoli nazzjonali stabbiliti dwar ir-rabta bejn il-kawżalità u r-responsabilizzazzjoni sabiex jaslu għal deċiżjonijiet ġusti fil-każijiet individwali; jissuġġerixxi li jiġu suġġeriti linji gwida dwar il-punt safejn ix-xerrej indirett u b’mod partiluarli l-aħħar xerrej indirett jista’ jiddependi fuq il-preżunzjoni konfutabbli li l-ammont ta’ ħlas żejjed mitlub illegalment ikun ġie mgħoddi lilhom kollu kemm hu, sal-livell tax-xerrej indirett;

19.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li fil-każ ta' ksur kontinwu jew ripetut, il-perjodi ta' preskrizzjoni jibdew fil-ġurnata meta jieqaf il-ksur jew meta l-vittma tista’ tkun b'mod raġonevoli mistennija li tkun saret taf bil-ksur, skont liema tiġi wara; jenfasizza li r-regoli fuq il-perjodi ta' preskrizzjoni jservu wkoll biex joħolqu ċ-ċertezza legali u li fil-każ li ma titressaqx azzjoni pubblika jew privata, għandu japplika perjodu ta' preskrizzjoni ta' ħames snin; jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-perjodu ta' preskrizzjoni għal talbiet individwali għandu jkun ibbażat fuq il-liġi nazzjonali, u jitlob li dan għandu japplika għal kawżi mressqa b'referenza għal sentenzi preċedenti wkoll; jinnota li l-liġijiet tal-Istati Membri li jirregolaw is-sospensjoni jew l-interruzzjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni m’għandhomx ikunu affettwati;

20.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Istati Membri se jiddeterminaw ir-regoli tagħhom dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż; iħalliha f’idejn l-Istati Membri sabiex jevalwaw jekk għandhomx jiżguraw li l-assimetrija tar-riżorsi bejn il-kwerelant u l-konvenut fi proċeduri logali ykunx deterrent għat-tressiq ta' azzjoniijiet fondati għad-danni, u josserva li l-aċċess għall-ġustizzja jrid ikun ukoll ibbilanċjat permezz ta' miżuri b'saħħithom sabiex ikun evitat l-abbuż permezz ta', fost l-oħrajn, azzjonijiet frivoli, vessatorji jew ta’ rikatt;

21.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-applikazzjoni tal-programm ta' klemenza hi ta' kontribut kbir biex jinkixfu l-kartelli, u b'hekk qabel xejn jippermetti l-possibilità li jsiru azzjonijiet privati għal danni, u jitlob biex ikunu eżaminati mezzi biex tkun sostnuta l-attrazzjoni tal-applikazzjoni għall-programmi ta' klemenza; jenfasizza li minkejja l-importanza tal-applikazzjoni tal-programm ta’ klemenza, l-eżenzjoni sħiħa ta’ xhieda li jikkoperaw minn responsabiltà konġunta u solidali tmur kontra s-sistema u tiċħad kategorikament eżenzjoni tali għaliex hi dannuża għal bosta vittmi ta' ksur tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-KE;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni, sabiex ma ddgħajjifx id-dritt tal-vittmi li jressqu azzjonijiet għad-danni, anzi li jiffaċilitawhom, bħala prijorità, biex jiġi evitat li proċeduri relatati ma’ kartelli u kompetizzjoni jiġu abbandunati, u biex dawk il-każijiet li huma sinifikanti jiġu konklużi permezz ta’ deċiżjoni ċara;

23.

Jinsisti li l-Parlament Ewropew għandu jkun involut fil-qafas tal-proċedura tal-kodeċiżjoni f'kull inizjattiva leġiżlattiva fil-qasam tar-rimedju kollettiv;

24.

Jitlob li kull proposta leġiżlattiva tkun preċeduta minn analiżi indipendenti tal-benefiċċjimeta mqabbla mal-ispejjeż;

25.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali fil-livell Komunitarju.


(1)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 653.

(2)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.

(4)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(5)  ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17.

(6)  ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3.

(7)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 51.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/166


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009
Ftehima ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indja

P6_TA(2009)0189

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar Ftehima ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indja (2008/2135(INI))

2010/C 117 E/28

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt għal Sħubija Strateġika bejn l-Indja u l-UE tas-7 ta' Settembru 2005 u b'mod partikulari s-sezzjoni dwar l-iżvilupp tal-kummerċ u l-investiment, u l-verżjoni riveduta tiegħu,

wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tad-29 ta’ Novembru 2003 tar-Raba' Samit Kummerċjali bejn l-UE u l-Indja u speċjalment l-Inizjattiva Konġunta bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja sabiex jittejjeb il-kummerċ u l-investiment,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-Disa' Laqgħa Round Table bejn l-Indja u l-UE f'Hyderabad bejn it-18 u l-20 ta' Settembru 2005,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Kummerċ bejn l-UE u l-Indja ppreżentat lis-Seba' Samit bejn l-UE u l-Indja li sar f'Ħelsinki fit-13 ta' Ottubru 2006,

wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tad-29 ta' Settembru 2008 tad-Disa' Samit bejn l-UE u l-Indja li sar f'Marsilja,

wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tat-30 ta' Settembru 2008 tad-Disa' Samit Kummerċjali bejn l-UE u l-Indja li sar f'Pariġi,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar il-Ftehima dwar Aspetti Kummerċjali tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (TRIPS) u dwar is-Saħħa Pubblika adottata fid-29 ta’ Novembru 2005,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-proposta għal-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligu tal-liċenzjar tal-privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi bi problemi ta' saħħa pubblika (1),

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Fehim dwar il-koperazzjoni bilaterali bejn l- Office of the Controller General of Patents, Designs and Trade Marks (l-Uffiċċju tal-Kontroll Ġenerali tal-Privattivi, Disinni u Trade Marks) u l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, iffirmat fis-29 ta’ Novembru 2006,

wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) dwar Intrapriżi Multinazzjonali u d-Dikjarazzjoni Tripartita tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji li jikkonċernaw Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tat-22 ta' Marzu 2006 tal-Kummissjoni bit-titolu “L-Implimentazzjoni tas-Sħubija għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Nagħmlu l-Ewropa pilastru ta' eċċellenza fir-rigward tar-Responsabilità Soċjali tal-Intrapriżi” (COM(2006)0136),

wara li kkunsidra l-Istatistika tal-Impjiegi tal-OECD tal-2008/2007,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-5 ta' Frar 2008 tal-Kummissjoni bit-titolu “Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna ta' l-UE” (COM(2008)0055),

wara li kkunsidra l-Ftehima tal-2004 bit-titolu “Il-Pass li jmiss lejn Sħubija Strateġika”, milħuqa bejn l-Indja u l-Istati Uniti, u l-Ftehima dwar l-Użu Ċivili għall-Enerġija Nukleari, negozjata waqt iż-żjara statali tal-President George W. Bush fl-Indja fit-2 ta’ Marzu 2006,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ April 2006 dwar il-valutazzjoni tar-Rawnd ta’ Doħa wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Hong Kong (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Ministri tar-Raba' Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fl-14 ta' Novemberu 2001 f'Doħa u b'mod partikulari l-paragrafu 44 tagħha rigward Trattament Speċjali u Differenzjali (SDT),

wara li kkunsidra s-Samit dwar l-Enerġija bejn l-UE u l-Indja li sar f' New Delhi fis-6 ta' April 2006,

wara li kkunsidra t-Tielet Laqgħa dwar l-Enerġija bejn l-UE u l-Indja tal-20 ta’ Ġunju 2007,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2005 dwar ir-Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Indja: Sħubija Strateġika (3),

wara li kkunsidra l-istudju dwar il-Klawsoli tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija fil-Ftehimiet tal-UE kkummissjonati mis-Sottokumitat tal-Parlament dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (4),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2006 bit-titolu “Ewropa Globali li tikkompeti fid-dinja - Kontribut lill-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi” (COM(2006)0567),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-qabdiet mid-Dwana ta’ oġġetti ffalsifikati fil-fruntieri esterni tal-UE fl-2007 ppubblikat fid-19 ta’ Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-analiżi kwalitattiva ta’ Ftehima potenzjali ta’ Kummerċ Ħieles (FTA) bejn l-UE u l-Indja miċ-Ċentru għall-Analiżi ta’ Integrazzjoni Reġjonali f’Sussex,

wara li kkunsidra l-Analiżi Ekonomika tal-15 ta’ Marzu 2007 dwar l-impatt ekonomiku ta’ ftehima potenzjali ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Indja kkummissjonata mis-Centre d'études prospectives et d'informations internationales (CEPII) u mis-Centre d'initiatives et de recherches européennes en Méditerrannée (CIREM),

wara li kkunsidra ir-rapport dwar l-Analiżi Globali u l-Abbozz tar-Rapport Interim dwar l-Evalwazzjoni tal-Impatt tas-Sostenibilità Kummerċjali tal-FTA bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indja, imwettqa minn ECORYS,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Settembru 2006 dwar “Ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali tal-Unjoni Ewropea mal-Indja” (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar “Il-Ftehima TRIPS u l-aċċess għall-mediċini” (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2006 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-klawsola tad-demokrazija fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Frar 2007 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tad-Daliti fl-Indja (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2007 dwar “Ewropa Globali - aspetti esterni tal-kompetittività” (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2008 dwar il-Kummerċ tas-Servizzi (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2008 dwar l-allegazzjoni ta’ oqbra tal-massa fl-inħawi tal-Kashmir amministrati mill-Indja (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-24 ta’ Settembru 2008 dwar il-preparazzjoni għas-Samit bejn l-UE u l-Indja (Marsilja, 29 ta' Settembru 2008) (12),

wara li kkunsidra d-Dokument ta Strateġija tal-Pajjiż li jikkonċerna l-Indja (2007-2013),

wara li kkunsidra ż-żjara f’New Delhi mid-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew f’Novembru 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0131/2009),

A.

billi l-Unjoni Ewropea għandha tkompli tagħti prijorità lil sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, stabbilita permezz tad-WTO, li toffri l-aħjar prospetti għal kummerċ internazzjonali ġust u ekwu billi tistabbilixxi regoli xierqa u tassigura konformità magħhom,

B.

billi konklużjoni ta' suċċess u bilanċjata tal-Aġenda ta' Żvilupp ta' Doħa (DDA) hija ta’ importanza kruċjali kemm għall-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-Indja, u billi tali ftehima ma tipprekludix ftehim bilaterali WTO+ li jista' jkun kumplimentari għar-regoli multilaterali,

C.

billi r-relazzjonijiet politiċi mal-Indja huma bbażati fuq is-Sħubija Strateġika tal-2004, fuq il-Pjan ta' Azzjoni Konġunt tal-2005 adottat fis-Samit bejn l-UE u l-Indja f’Settembru 2005 u rivedut fid-9 Samit bejn l-UE u l-Indja f’Marsilja u fuq il-Ftehima ta' Koperazzjoni tal-1994; billi l-FTA għandha tibni u tespandi fuq il-koperazzjoni diġà prevista fl-Artikolu 24 tal-Ftehima ta' Koperazzjoni,

D.

billi l-Unjoni Ewropea hija l-akbar sors ta’ Investiment Barrani Dirett (FDI) għall-Indja, b' EUR 10.9 biljun (10 900 000 000) investiti fl-2007; billi l-Unjoni Ewropea tirrappreżenta 65 % tal-flussi kollha tal-FDI fl-Indja fl-2007; billi l-FDI tal-Indja fl-Unjoni Ewropea żdied minn 500 miljun fl-2006 għal EUR 9.5 biljun fl-2007,

E.

billi l-Indja kienet is-17-il sieħba kummerċjali l-aktar importanti tal-Unjoni Ewropea fl-2000 u telgħat fid-disa' post fl-2007; billi bejn l-2000 u l-2006, il-kummerċ fi prodotti bejn l-UE u l-Indja kiber b’madwar 80 %,

F.

billi l-ambjent tal-kummerċ u regolatorju jibqa' restrittiv; billi fl-2008 l-Bank Dinji kklassifika lill-Indja fil-122 post (minn 178 ekonomiji) f’termini ta’ “faċilità sabiex isir il-kummerċ”,

G.

billi kif iddikjarat fir-Rapport dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem għall-2007/2008 tal-programm taż-Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Indja tikklassifika fil-128 post fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem (minn 177 pajjiż), 35 % tal-popolazzjoni Indjana tgħix b’anqas minn dollaru (US) kuljum u 80 % b'inqas minn żewġ dollari (US) kuljum; billi l-Indja tikklassifika fit-62 post fl-indiċi tal-faqar tal-bniedem għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fost il-108 pajjiżi li qed jiżviluppaw li għalihom kien ikkalkulat l-indiċi; u billi l-Indja għandha waħda mill-ogħla rati ta’ tfal li jaħdmu,

H.

billi l-iżbilanċi ekonomiċi bejn l-Istati tal-Indja, u għalhekk id-distribuzzjoni żbilanċjata tal-ġid u tad-dħul nazzjonali jeħtieġu l-adozzjoni ta’ politiki ekonomiċi kumplamentari u sodi, fosthom l-armonizzazzjoni tat-taxxa u l-iffukar tal-isforzi biex tinbena l-kapaċità fuq l-ifqar Stati, sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-fondi,

I.

billi l-Indja hija l-akbar benefiċjarju tal-iskema tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi; billi l-importazzjonijiet preferenzjali tal-Unjoni Ewropea mill-Indja żdiedu fil-valur ta’ EUR 11.3 biljun fl-2007 meta mqabbla mad-EUR 9.7 biljun fl-2006,

J.

billi ż-żewġ partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għat-tnaqqis tat-tariffi, għal aktar liberalizzazzjoni ta’ stabbiliment u għall-kummerċ fis-servizzi,

K.

billi l-aċċess għas-suq għandu bżonn ikun akkumpanjat b’regoli u standards trasparenti u xierqa li jassiguraw li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tkun ta’ benefiċċju,

L.

billi l-aċċess għas-suq qed jiġi mfixkel minn ostakoli mhux tariffarji għall-kummerċ (NTBs) bħal rekwiżiti tas-saħħa u tas-sigurta' u ostakoli tekniċi, restrizzjonijiet kwantitattivi, proċeduri ta' konformita', mekkaniżmi ta' difiża tal-kummerċ, proċeduri tad-dwana, tassazzjoni interna, u nuqqas ta' adozzjoni ta' normi u standards internazzjonali; billi l-FTA għandha tinkludi impenji dwar standards soċjali u amjentali u żvilupp sostenibbli u implimentazzjoni effettiva ta' standards miftiehma fuq livell nazzjonali fil-qasam soċjali u ambjentali bħala kondizzjoni meħtieġa biex tiġi appoġġata l-promozzjoni ta' xogħol deċenti permezz ta' implimentazzjoni domestika effettiva ta' standards ċentrali ta' xogħol tal-ILO,

M.

billi għandhom jitqiesu aktar u kif xieraq l-elementi dwar għarfien, protezzjoni xierqa u effettiva, implimentazzjoi u infurzar tad-Drittitjiet tal-Proprjetà Intellettwali (IPRs), inklużi privattivi, trade marks jew service marks, id-dritt tal-awtur u drittijiet simili, indikazzjonijiet ġeografiċi (inklużi tikketti ta’ oriġini), disinn industrijali u topografija taċ-ċirkwiti integrati,

N.

billi l-Indja hija waħda mill-akbar għejun ta’ mediċini ffalsifikati li jinqabdu mis-servizzi tad-dwana tal-Istati Membri (madwar 30 % tat-total); billi mediċini ffalsifikati u ta’ standards baxxi jiffavorixxu r-reżistenza għall-mediċini, u jżidu l-morbożità u l-mortalità,

O.

billi l-Artikolu 1(1) tal-Ftehima ta’ Koperazzjoni jipprevedi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi; billi dan jikkonstitwixxi element essenzjali tal-ftehima,

P.

billi skont l-Indiċi tal-Ġuħ Globali tal-2008, l-Indja tinsab fis-66 post minn 88 pajjiż (pajjiżi li għadhom jiżviluppaw u pajjiżi li jinsabu fi tranżizzjoni), billi skont l-Indiċi tal-Ġuħ tal-Indja l-ebda Stat Indjan ma jidħol fil-kategoriji ta’ “ftit ġuħ” jew “ġuħ moderat”; tnax-il Stat jidħol fil-kategorija “allarmanti” u erba’ Stati – il-Punjab, Kerala, Haryana u Assam – jidħlu fil-kategorija ta’ “ġuħ serju”,

Q.

billi l-FTA għandha tinkludi impenji li jorbtu u li jista' jiġu infurzati dwar standards soċjali u ambjentali u dwar żvilupp sostenibbli u implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali miftehma fil-qasam soċjali u ambjentali bħala kundizzjoni neċessarja biex tkun appoġġjata l-promozzjoni ta’ xogħol diċenti permezz ta’ implimentazzjoni domestika effettiva tal-istandards ewlenin tax-xogħol tal-ILO,

R.

billi l-Indja ma ffirmatx it-Trattat ta’ Non-Proliferazzjoni (NPT); billi l-Grupp tal-Fornituri Nukleari neħħa l-embargo fuq il-kummerċ nukleari tal-Indja u billi l-Kungress tal-Istati Uniti approva l-Ftehima ta’ Koperazzjoni Nukleari bejn l-Istati Uniti u l-Indja,

S.

billi waqt id-Disa' Samit bejn l-UE u l-Indja f’Marsilja ġiet iffirmata Ftehima Orizzontali dwar l-Avjazzjoni u billi l-Indja kklassifikat fil-ħdax-il post f’termini ta’ traffiku ta’ passiġġieri bejn il-pajjiżi tal-UE u pajjiżi terzi; Billi l-Unjoni Ewropea u l-Indja adottaw Pjan ta’ Azzjoni rivedut li estenda s-sħubija strateġika tal-2005 sabiex tkopri setturi oħra, u billi ġie stabbilit Ċentru Ewropew għan-Negozju u t-Teknoloġija fl-Indja,

Kwistjonijiet Ġenerali

1.

Jemmen li l-FTA għandha tkun bilanċjata u kumpatibbli mar-regoli u l-obbligi tad-WTO; iqis li l-prijorità kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għadha s-suċċess tal-Aġenda ta’ Doħa għall-Iżvilupp, u li n-negozjati mal-Indja dwar l-FTA għandhom għalhekk ikunu kumplamentari għar-regoli multilaterali;

2.

Ifakkar li s-Sħubija Strateġika bejn l-Indja u l-UE hija bbażata fuq prinċipji komuni u valuri maqsuma, kif riflessa fil-Ftehima ta’ Koperazzjoni tal-1994 bejn il-KE u l-Indja u fil-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt tal-2005; l-FTA l-ġdida bbażata fuq il-kompetittività għandha tikkumplimenta l-Ftehima ta' Koperazzjoni tal-1994 li magħha għandha tiġi marbuta legalment u istituzzjonalment;

3.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżultat tad-Disa' Samit bejn l-UE u l-Indja u l-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt rivedut; jinkoraġġixxi l-partijiet tan-negozjati biex ikomplu jikkonsultaw mal-partijiet interessati ewlenin; ifakkar fl-impenn tal-Unjoni Ewropea u tal-Indja sabiex iħaffu t-taħdidiet tal-FTA u biex jagħmlu progress sostantiv u effiċjenti lejn il-konklużjoni bikrija ta' ftehima wiesgħa ta' kummerċ u investiment ambizzjuża u bilanċjata; huwa diżappuntat li n-negozjati qed jimxu bil-mod; jitlob liż-żewġ partijiet jikkonkludu FTA komprensiv, ambizzjuż u bilanċjat sal-aħħar tal-2010;

4.

Iħeġġeġ lill-gvernijiet statali u federali tal-Indja sabiex jissinkronizzaw politiki u proċeduri sabiex jippermettu li jkun massimizzat il-gwadann kollu li jista’ jkun hemm;

5.

Jirrimarka, filwaqt li jibbaża fuq il-komplimentarjetajiet taż-żewġ ekonomiji, dwar il-potenzjal fil-ġejjieni ta’ żieda fil-kummerċ u l-investiment bejn l-UE u l-Indja u ta’ opportunijiet enormi ta’ kummerċ li joħorġu mill-FTA; iqis li l-FTA bejn l-UE u l-Indja huwa ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat iżda jirrakkomanda li titwettaq evalwazzjoni tad-diffikultajiet eżistenti speċifiċi għas-settur; jenfasizza, barra minn hekk, li l-FTA għandha tiżgura li din iż-żieda fil-kummerċ bilaterali ġġib magħha benefiċċji lill-akbar numru ta’ nies u tikkontribwixxi sabiex l-Indja tilħaq l-Għanijiet tagħha taż-Żvilupp għall-Millennju (MDGs), inkluża l-prevenzjoni tad-degradazzjoni ambjentali;

6.

Iħeġġeġ lill-partitjiet biex jindirizzaw ukoll l-iżvantaġġi potenzjali tal-FTA u l-modi kif l-iżvilupp tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi jistgħu jintlaqtu ħażin minħabba l-ftuħ imgħaġġel tas-swieq;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi kapitlu dwar żvilupp sostenibbli ambizzjuż bħala parti essenzjali tal-FTA u suġġetta għall-mekkaniżmu standard tas-soluzzjoni tat-tilwim;

Kummerċ tal-Prodotti

8.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżultati ta’ ħafna simulazzjonijiet ta’ kummerċ ħieles li juru li l-FTA twassal għal żieda fl-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet globali kemm għall-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-Indja; jenfasizza li bir-rata medja attwali ta’ tkabbir, il-kummerċ bilaterali huwa mistenni li jaqbeż EUR 70.7 biljun sal-2010 u EUR 160.6 biljun sal-2015;

9.

Jinnota li l-Indja naqqset it-tariffi medji applikati għal livelli li issa jistgħu jitqabblu ma’ ta’ pajjiżi oħra fl-Ażja, b’mod partikulari t-tariffa medja applikata tal-Indja li issa hija ta’ 14.5 % meta mqabbla mal-medja tal-UE ta’ 4.1 %;

10.

Iqis li huwa importanti li l-FTA tikkonferma d-dispożizzjonijiet tal-Ftehima dwar Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ u tal-Ftehima dwar is-Sanità u il-Fitosanità; jistieden lill-Kummissjoni sabiex f’dan ir-rigward tindirizza kwistjonijiet pendenti bħall-benesseri tal-annimali;

11.

Jinnota li l-Indja hija mħassba dwar in-nuqqas ta' armonizzazzjoni tal-istandards mikro-bijoloġiċi fl-Unjoni Ewropea, tal-implikazzjonijiet tar-REACH, ta' ċertifikati li jiswew il-flus biex jiġi esportat il-frott lejn l-Unjoni Ewropea, u ta' proċeduri ta' konformità għall-marka CE li jiswew il-flus, u jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu solvuti fl-FTA; jistieden liż-żewġ partijiet biex jiżguraw li r-regolamentazzjoni u l-ostakoli mhux tariffarji għall-kummerċ (NTBs) jitmexxew b’mod li l-kummerċ globali ma jkunx imxekkel; jistieden kemm lill-Unjoni Ewropea kif ukoll lill-Indja biex jaħdmu aktar mill-qrib fil-gruppi differenti ta’ ħidma tagħhom lejn qafas aktar trasparenti għal regolamenti u standards tekniċi; barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna teknika biex tappoġġja produtturi Indjani fl-isforzi tagħhom biex jilħqu l-istandards tal-UE, b’mod partikolari fejn jidħlu d-dimensjonijiet ta’ saħħa, dawk ambjentali u soċjali tal-produzzjoni, u b’hekk jinħolqu sitwazzjonijiet fejn minnhom jiggwadanja kulħadd;

12.

Jirrikonoxxi li l-iskema tal-istandards tal-Indja għadha qed tiżviluppa; jistieden lill-Bureau tal-Istandards Indjani u l-Organizzazzjoni Ċentrali ta’ Kontroll Standard tal-Mediċini (CDSCO) biex jgħolli l-istandards tagħhom b'konformità mal-istandards internazzjonali u biex iżidu t-trasparenza billi jtejbu l-proċeduri tagħhom ta' testing u ta’ ċertifikazzjoni; huwa mħasseb dwar l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri u l-istandards sanitarji u fitosanitarji; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ xieraq biex issaħħaħ il-kapaċità u r-riżorsi umani kwalifikati fi ħdan l-entitajiet regolatorji Indjani;

13.

Jenfasizza li l-FTA għandha tinkludi mekkaniżmu vinkolanti għas-soluzzjoni ta' kwistjonijiet bejn żewġ stati, dispożizzjonijiet ta' medjazzjoni dwar NTBs u dwar anti-dumping u miżuri dwar dazji tas-sisa protettivi u klawsola ta' eċċezzjoni ġenerali bbażata fuq l-Artikoli XX u XXI tal-Ftehima Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT);

Il-Kummerċ tas-Servizzi, u l-Istabiliment

14.

Jirrikonoxxi li s-servizzi huma l-iktar parti tal-ekonomija Indjana li qed tikber b'rata mgħaġġla; jinnota li l-Indja għandha interessi offensivi fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-Mode 1 u l-Mode 4 tal-Ftehima Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS); jinnota li l-Unjoni Ewropea tixtieq tikkonkludi l-liberalizzazzjoni tal-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali f'Mode 3 f'ħafna mis-servizzi;

15.

Jiġbed l-attenzjoni li l-liberalizzazzjoni tas-servizzi bl-ebda mod m’għandha tfixkel id-dritt biex jiġu regolati s-servizzi, u speċjalment biex jinżammu u jiġu żviluppati servizzi pubbliċi sodi, element essenzjali għall-iżvilupp, il-ġustizzja soċjali u d-demokrazija;

16.

Jiġbed l-attenzjoni li skont il-Federazzjoni Indjana tal-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija sal-2015 il-kummerċ tas-servizzi huwa mistenni li jaqbeż l-EUR 246.8 biljun sa meta l-FTA fis-Servizzi tiġi implimentata;

17.

Jinnota li l-kummerċ fis-servizzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja huwa relattivament żbilanċjat; l-UE tesporta 1.5 % tas-servizzi tagħha lejn l-Indja, filwaqt li l-Indja tesporta 9.2 % tal-esportazzjoni totali tagħha lejn l-Unjoni Ewropea;

18.

Iħeġġeġ lill-Indja sabiex tiżviluppa leġiżlazzjoni xierqa dwar il-protezzjoni tad-data li tippermetti li l-Indja tilħaq l-istejtus ta’ pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni u b'hekk tippermetti t-trasferiment ta’ data personali mill-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, u f’konformità magħha;

19.

Jinnota li l-Indja hija l-ħames l-akbar suq fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fid-dinja u li s-suq tat-telekomunikazzjoni kiber b’rata ta' madwar 25 % fis-sena fl-aħħar 5 snin; fil-qasam tat-telekomunikazzjoni, jilqa’ r-rilassament tar-restrizzjonijiet dwar is-sjieda barranija iżda jiddispjaċih li għad baqa' restrizzjonijiet għall-politika domestika; jappella għalhekk li jkun hemm tnaqqis tar-restrizzjonijiet tal-liċenzji fuq il-fornituri tas-servizzi; u li titneħħa l-inċertezza politika fis-sistemi ta’ tariffi u interkonnessjonijiet u jenfasizza l-ħtieġa li jinbidlu l-liġijiet antiki li jirregolaw is-settur b’leġiżlazzjoni ġdida li tħares 'il quddiem u li tinkorpora liġijiet dwar iċ-ċibernetika u sistema ġdida ta’ licenzjar; jikkunsidra li t-telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni huwa setturi ewlenin fl-ekonomija Indjana u li l-Indja għandha tkun il-post ideali għall-manifatturar tat-telekomunikazzjoni billi tiffaċilita Żoni Ekonomiċi Speċjali speċifiċi għat-telekomunikazzjoni; jisħaw li hemm opportunitajiet kbar fis-settur tal-manifatturar;

20.

Fir-rigward is-settur tas-satelliti, jistieden lill-Indja biex twettaq djalogu u tiftaħ is-suq tagħha għal kumpaniji tal-UE sabiex:

(a)

tappoġġja aħjar l-għanijiet ta’ żvilupp nazzjonali u biex tlaħħaq mad-domanda domestika li dejjem qed tikber għal Televiżjoni Direct-To-Home u servizzi tal-broadband, u

(b)

tegħleb it-tħassib dwar sigurtà rigward servizzi bis-satellita fil-qasam tal-mowbajls b’soluzzjonijiet tekniċi ġodda li jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali b’kontroll ferm xieraq tal-komunikazzjonijiet tal-mowbajl bis-satellita;

21.

Jilqa'l-impenn tal-Indja sabiex tippermetti kumpaniji legali barranin joperaw fl-Indja billi dan se jkollu benefiċċji sinifikanti fuq l-ekonomika Indjana u l-professjoni legali, kif ukoll għal kumpaniji tal-liġi Ewropea li jaħdmu fil-qasam tal-liġi internazzjonali, u għall-klijenti tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tesplora mal-awtoritajiet Indjani l-opportunità u l-ambitu tal-liberalizzazzjoni tas-servizzi legali fl-FTA;

22.

Jinnota li l-ambizzjoni sħiħa tal-FTA ma tistax tintlaħaq mingħajr impenji f’Mode 4; jenfasizza li hemm benefiċċji kbar ħafna konnessi mal-akkreditazzjoni nazzjonali u fl-UE kollha tal-kwalifiki professjonali u ftehimiet dwar l-għarfien reċiproku u r-rekwiżiti tal-liċenzjar fi ħdan is-servizzi professjonali kemm fl-UE kif ukoll fl-Indja, li jistgħu jkunu koperti faċilment mill-FTA; minkejja dan jitlob li ssir analiżi bir-reqqa tal-qagħda li tikkonċerna l-Istati Membri individwali tal-Unjoni Ewropea;

23.

Jinkuraġġixxi lill-Indja biex tilliberalizza s-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni;

24.

Jinkuraġġixxi lill-Indja biex tiżgura li l-abbozz postali rivedut li ġej mhux se jnaqqas l-opportunitajiet attwali ta' aċċess għas-suq għall-produtturi tas-servizzi express, u jistieden lill-Kummissjoni tilħaq impenji sħaħ mill-Indja dwar servizzi express kif ukoll dwar self-handling għal trasportaturi tal-merkanzija express fl-ajruporti, bil-ħsieb li jiġu salvagwardjati l-opportunitajiet ta' aċċess għas-suq ukoll fil-futur;

25.

Jitlob lill-Indja biex tadotta approċċ aktar miftuħ fl-għoti ta’ viżi lil ċittadini u professjonisti tan-negozju u politiċi mill-Istati Membri tal-UE, bi dħul multiplu u b’tul taż-żjara ta’ mill-inqas sena;

Investiment

26

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkorpora kapitolu dwar l-investiment fl-FTA li jista’ jipprevedi sistema ta’ punt uniku għall-informazzjoni għall-investituri;

27.

Jilqa’ b’sodisfazzjoni l-istabbiliment taċ-Ċentru Ewropew għan-Negozju u t-Teknoloġija fi New Delhi li għandu l-għan li jtejjeb il-koperazzjoni bejn in-negozji u fit-teknoloġija bejn l-Indja u l-Istati Membri;

28.

Ifakkar li l-investimenti jeħtieġ li jkunu akkumpanjati b’regoli u regolamenti mfassla tajjeb; jafferma mill-ġdid, f’dan il-kuntest, ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2007 dwar “ir-responsabilità soċjali tal-intrapriżi: sħubija ġdida” (13) u jitlob lill-Kummissjoni tassigura li l-kumpaniji transnazzjonali bbażati fl-UE u li għandhom faċilitajiet ta’ produzzjoni fl-Indja jirrispettaw l-istandards ewlenin tal-ILO, il-patti soċjali u ambjentali u ftehimiet internazzjonali biex jinkiseb bilanċ dinji bejn it-tkabbir ekonomiku u standards soċjali u ambjentali ogħla;

29.

Jirrikonoxxi li waqt li l-kapitoli ta’ investiment tal-FTA ta’ spiss jiġu akkumpanjati b’impenji biex jiġu liberalizzati l-movimenti ta’ kapital u jiġi rrinunzjat il-kontroll fuq il-kapital, tali klawżoli għandhom jintużaw b'kawtela kbira, minħabba l-importanza tal-kontrolli tal-kapital - b'mod partikolari għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw - fit-tnaqqis tal-impatt tal-kriżi finanzjarja; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea biex tippromwovi f'fora internazzjonali responsabbilta' korporattiva akbar fost impriżi barranin stabbiliti fl-Indja, u fl-istess ħin iħeġġeġ li jintlaħaq ftehim mal-Gvern Indjan biex tiġi stabbilita sistema effettiva għall-monitoraġġ tad-drittijiet tal-ħaddiema f'kumpanniji domestiċi u barranin stabbiliti fl-Indja;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni tinkorpora fil-FTA kapitolu dwar l-investiment, bħala parti sinifikanti, u b'hekk il-proċess ta' investiment fis-swieq ta' xulxin ikun iktar faċli billi jiġi promoss u protett l-investiment waqt li jiġu esplorati opportunitajiet immedjati; jipproponi li tali ftehima tista' tipprovdi għall-istabbiliment ta' sistema ta' punt wieħed ta' informazzjoni għal investituri fiż-żewġ ekonomiji, waqt li jiġi spegat lilhom id-differenzi fir-regoli u l-prattiki tal-investiment u tiġi provduta informazzjoni dwar l-aspetti legali kollha;

L-akkwist pubbliku

31.

Jiddispjaċih li l-Indja m'hijiex lesta tinkludi l-akkwist pubbliku fil-FTA; jitlob lill-Kummissjoni biex tinnegozja sistemi ta' akkwist effettivi u trasparenti; jitlob lill-Indja tapplika proċeduri trasparenti u ġusti meta tagħti kuntratti pubbliċi u biex tagħti aċċess lis-sistemi ta' akkwist pubbliku għan-negozji Ewropej;

Kummerċ u kompetizzjoni

32.

Jinkuraġġixxi l-implimentazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni Indjana ġdida; jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tinkorpora l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fil-FTA sabiex tassigura impenji dwar il-politika ta' kompetizzjoni;

Il-Politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali, l-Industrija u l-Kummerċ

33.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn li jkun hemm skema IPR b'saħħitha u favur l-użu ta’ flessibiltajiet tal-ftehima TRIPS biex ilaħħqu mal-obbligi pubbliċi tas-saħħa, l-aktar fir-rigward tal-aċċess għall-mediċini; jenfasizza li dawn in-negozjati għandhom ikunu kompatibbli mal-ħarsien tal-bijodiversità u l-għarfien tradizzjonali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Indjani kkonċernati biex jikkoordinaw azzjonjiet li jindirizzaw b’mod effettiv il-ġlieda kontra l-iffalsifikar u, b’mod partikolari, kontra l-iffalsifikar tal-mediċini;

34.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Indja biex jiżguraw li l-impenji skont l-FTA ma jeskludux l-aċċess għal mediċini essenzjali waqt li l-Indja qed tiżviluppa l-kapaċità tagħha minn industrija ġenerika għal waħda bbażata fuq ir-riċerka;

35.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Indja biex flimkien jiffinanzjaw u jappoġġjaw miżuri u inizjattivi bħal fondi bi premju, l-użu ta’ privattivi minn iktar minn kumpanija waħda u mekkaniżmi alternattivi oħra, sabiex jappoġġjaw l-aċċess u l-innovazzjoni fil-mediċini, partikolarment għal mard li jiġi traskurat;

Il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

36.

Jirrikonoxxi li kapitolu dwar l-iżvilupp sostanzjali huwa parti essenzjali ta’ kull FTA u suġġett għall-mekkaniżmu standard dwar it-tilwim;

37.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Indja biex jiżguraw li l-kummerċ u l-FDI ma jitħeġġux billi jiddgħajfu l-istandards u l-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ambjent, tal-ħaddiema u dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; filwaqt li jqis li huwa indispensabbli li jiġu ggarantiti l-mezzi adegwati biex jiġu mmoniterjati s-suq tax-xogħol u l-iżviluppi ambjentali, inkluża l-osservanza ta’ dawn l-istandards;

38.

Jappella biex jiġu rratifikati u applikati b’mod effettiv il-konvenzjonijiet bażiċi tal-ILO;

39.

Huwa mħasseb dwar l-użu tax-xogħol mit-tfal fl-Indja, li ħafna drabi huma sfruttati f’kundizzjonijiet mhux sikuri u ħżiena għas-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjoni matul in-negozjati dwar l-FTA u jitlob lill-gvern Indjan biex jimmassimizza l-isforzi tiegħu biex ineħħi dak li l-kawżi fundamentali, sabiex dan il-fenomenu jintemm;

40.

Jirrikonoxxi l-introduzzjoni ta’ liġi ġdida Indjana dwar ix-xogħol mit-tfal implimentata fl-2006 li tipprojbixxi li tfal taħt l-14-il sena jaħdmu bħala sefturi domestiċi jew fi “stands” tal-ikel, u jistieden lill-Unjoni Ewropea sabiex tkompli tħeġġeġ lill-Indja sabiex tirratifika l-Konvenzjoni 182 tal-ILO dwar l-Agħar Forom ta’ Xogħol tat-Tfal u l-Konvenzjoni 138 dwar l-età minima biex wieħed jibda jaħdem u l-Konvenzjoni 98 dwar id-dritt li l-ħaddiema jorganizzaw ruħhom u jinnegozjaw b’mod kollettiv, li jkun ifisser pass pożittiv lejn l-abolizzjoni eventwali tax-xogħol tat-tfal;

41.

Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel pressjoni fuq il-gvern Indjan sabiex jindirizza l-kwistjoni tax-xogħol li jsir biex jitħallas id-dejn (“bonded labour”), li jaffettwa miljuni ta' persuni – il-biċċa l-kbira mill-komunitajiet tad-Dalit u tal-Adivasi (tribujiet u popli indiġeni) – fl-Indja; jinnota li huwa mifhum li din il-kwistjoni mhux qed tiġi indirizzata kif jixraq minħabba nuqqas ta’ rieda amministrattiva u politika;

42.

Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea sabiex tinkludi dispożizzjoni fil-FTA tagħha mal-Indja li tiżgura li l-kumpaniji tal-UE li jagħmlu użu minn Żoni Ekonomiċi Speċjali ma jkunux jistgħu jiġu eżentati milli jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tax-xogħol jew drittijiet oħra tax-xogħol ibbażati fuq il-Konvenzjonijiet tal-ILO li ġew ratifikati mill-Indja;

43.

Jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem u l-klawsoli tad-demokrazija jikkostitwixxu element essenzjali tal-FTA; jinsab imħasseb dwar il-persekuzzjoni li qed titkompla ta' minoranzi reliġjużi, ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Indja, u d-drittijiet tal-bniedem attwali u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-inħawi tal-Kashmir amministrati mill-Indja;

44.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-Indja biex jiżguraw li l-FTA ma tkunx ta’ ħsara għal gruppi żvantaġġjati bħad-Dalits u l-Adivasis u li l-benefiċċji potenzjali tal-FTA jilħqu l-membri kollha tas-soċjetà;

45.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenji magħmula mill-Unjoni Ewropea u mill-Indja biex jikkoperaw fir-riċerka nukleari ċivili; jinnota li l-Indja mhix firmatarja tat-Trattat dwar in-Non Proliferazzjoni (NPT) u ngħtat deroga mill-Grupp tal-Fornituri Nukleari; jistieden lill-Indja biex tiffirma t-Trattat dwar in-Non Proliferazzjoni;

L-irwol tal-Parlament Ewropew

46.

Jistenna li l-Kunsill u l-Kummissjoni jippreżentaw FTA biex tkun approvata mill-Parlament skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 300(3) tat-Trattat KE;

47.

Jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jikkonfermaw l-impenn tal-Indja biex tinnegozja FTA bejn l-UE u l-Gvern il-ġdid Indjan wara l-Elezzjonijiet Ġenerali li jmiss;

Kunsiderazzjonijiet oħra

48.

Jinnota ż-żieda mgħaġġla tal-inflazzjoni fl-Indja; jirrikonoxxi li, sabiex l-Indja tibqa' kompetittiva bħala sieħba dejjem tikber tan-negozju mal-Unjoni Ewropea, hija teħtieġ investiment sostanzjali fl-infrastruttura u żieda kbira ħafna fil-kapaċità li tiġġenera l-enerġija; jilqa' b'sodisfazzjon il-pjan tal-gvern li jonfoq 500 biljun Dollaru Amerikan f'dan il-qasam fil-ħames snin li ġejjin, u jitlob lill-entitajiet privati u pubbliċi biex jikkooperaw bis-sħiħ f'dan il-proġett kbir;

49.

Jilqa' b'sodisfazzjoni il-ftuħ, mill-Prim Ministru Indjan, tal-linja ġdida tal-ferrovija Srinagar bejn Baramulla u Qazigund, li tipprovdi ħafna eluf ta' impjiegi ġodda għan-nies tal-lokal; jemmen li inizjattivi ekonomiċi bħal din ikabbru l-prospettivi ta' ġejjieni iktar prosperu u paċifiku għan-nies Kashmiri;

50.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress ta' kif l-Indja qed issir donatur kif ukoll benefiċjarju tal-għajnuna għall-iżvilupp;

51.

Jgħożż il-progress fil-kooperazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp, inkluż dak li jsir permezz tal-Programm tal-Qafas iffinanzjat mill-UE; jilqa' b'sodisfazzjon in-numri kbar ta' studenti Indjani li qed jistudjaw f'universitajiet Ewropej permezz tal-programm Erasmus Mundus;

52.

Jinnota li, jekk il-kooperazzjoni ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja hija bbażata fuq is-sistema tal-Unjoni ta' valuri universali, tista' toħloq standard għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi oħrajn;

53.

Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija tal-azzjoni speċjali għall-koperazzjoni kulturali bejn l-UE u l-Indja għall-perjodu 2007-2009, b’mod speċjali fil-qasam tal-edukazzjoni, l-iskambji tal-istudenti, it-taħriġ u d-djalogu interkulturali;

54.

Jesprimi tħassib dwar iż-żieda dinjija fil-prezzijiet tal-materja prima u dwar l-effett ta’ din iż-żieda fuq l-ifqar popolazzjonijiet, anke fl-Indja, li tippreżenta sfida għat-tkabbir stabbli u żżid l-inugwaljanzi dinjin; tistieden lill-UE u lill-Indja sabiex jikkoordinaw strateġija komprensiva biex jindirizzae din il-kwistjoni b’mod integrat;

55.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Indja għamlet progress konsiderevoli lejn l-edukazzjoni primarja universali, filwaqt li tejbet l-eradikazzjoni tal-faqar u żiedet l-aċċess għall-ilma li hu tajjeb għax-xorb; jinnota, madankollu, li l-Indja għadha ’l bogħod milli tilħaq ħafna mill-MDGs li huma relatati mas-saħħa, bħall-mortalità tat-tfal, is-saħħa materna, in-nutrizzjoni tat-tfal u t-tnaqqis tal-malarja, it-tuberkolożi u l-HIV/AIDS; huwa mħasseb dwar il-fatt li d-Dalit u l-Adivasi jesperjenzaw l-inqas progress lejn l-ilħuq tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp, u għadhom qed jaffaċċjaw diskriminazzjoni fir-rigward tal-akkomodazzjoni, l-impjiegi u l-aċċess għall-kura tas-saħħa u servizzi oħra;

56.

Jinnota li minkejja tkabbir ekonomiku kontinwu, għadhom jeżistu inugwaljanzi kbar, u aktar minn 800 miljun persuna jgħixu b’inqas minn żewġ dollari (US) kuljum; jinsab partikolarment imħasseb dwar is-sitwazzjoni tas-sezzjonijiet żvantaġġati tal-popolazzjoni, b'mod partikolari n-nisa, it-tfal, il-gruppi marġinalizzati u l-vittmi ta’ diskriminazzjoni bħad-Dalit u l-Adivasi, u l-popolazzjoni rurali: jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-FTA ma tillimitax is-setgħat meħtieġa mill-Gvern Indjan biex jindirizza l-faqar u l-inugwaljanza; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jaħdmu flimkien mal-gvern Indjan sabiex itejbu s-sitwazzjoni ta' dawk il-gruppi u biex jikkunsidraw il-koperazzjoni ġejjiena fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħhom biex tintemm id-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneri u tal-kasti b’referenza għar-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tad-Dalit fl-Indja;

57.

Jenfasizza li l-qerda ambjentali li qed tiżdied fl-Indja hija problema li qed tikber kontinwament b’konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali mhux immaġinabbli, partikolarment għan-numru kbir ta’ Indjani li jgħixu fil-faqar, u għalhekk jenfasizza l-bżonn partikolari li titkompla l-koperazzjoni tal-UE mal-Indja f’dan il-qasam;

58.

Huwa impressjonat bl-effetti tat-tkabbir ekonomiku fuq l-iżvilupp f'xi reġjuni tal-Indja, u jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja riċerka u x-xejriet ewlenin u l-politiki nazzjonali u subnazzjonali bażiċi li huma responsabbli għal effetti bħal dawn, sabiex jiġu ffaċilitati it-tagħlim u l-aħjar prattiki transreġjonali;

59.

Jilqa' l-impenn tal-Indja li żżid is-sehem tagħha ta' infiq pubbliku fuq is-saħħa, u jinkuraġġixxi din it-tendenza bil-ħsieb li jiġi żgurat aċċess adegwat għal kura tas-saħħa effettiva, b'mod partikolari f'żoni rurali;

60.

Iqis li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fl-Indja, u għalhekk jissuġġerixxi li fil-programmi kollha ta' koperazzjoni għall-iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja, l-SMEs jistgħu jiġu msaħħa permezz ta' miżuri li jgħinu sabiex jiġu ffinanzjati proġetti lokali mmexxija mis-suq proposti miċ-ċittadini;

61.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li madwar l-Indja kollha qed tinxtered is-sistema tal-mikrokreditu, sistema li rebħet rikonoxximent bħala mezz effettiv ta' kif jinħoloq żvilupp immexxi mill-poplu;

*

* *

62.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Indja.


(1)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 79.

(2)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.

(3)  ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 589.

(4)  DGExP/B/PolDep/Study/2005/06.

(5)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 400.

(6)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 591.

(7)  ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 107.

(8)  ĠU C 250 E, 25.10.2007, p. 87.

(9)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 128.

(10)  Testi adottati, P6_TA(2008)0407.

(11)  Testi adottati, P6_TA(2008)0366.

(12)  Testi adottati, P6_TA(2008)0455.

(13)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 45.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/176


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009
Responsabbilità soċjali ta' impriżi li huma sottokuntratturi fil-katini ta' produzzjoni

P6_TA(2009)0190

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar ir-responsabbilità soċjali ta' impriżi li huma sottokuntratturi fil-katini ta' produzzjoni (2008/2249(INI))

2010/C 117 E/29

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 39, 49, 50 u 137 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta' Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' tagħrif ta’ konsultazzjoni għall-impjegati (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (2),

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (COM(2007)0249),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema (3) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni tas-servizzi (4),

wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-OECD għall-intrapriżi multinazzjonali,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tripartitika tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol dwar il-prinċipji li jikkonċernaw l-intrapriżi multinazzjonali u l-politika soċjali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2005 dwar id-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 dwar ir-responsabbilità soċjali korporattiva: sħubija ġdida (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-immodernizzar tal-liġi tax-xogħol biex tiffaċċja l-isfidi tas-seklu 21 (9),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Ottubru 2004 fil-Kawża C-60/03 Wolff & Müller  (10),

wara li kkunsidra l-istudju “ir-Responsabbilità fil-proċessi tas-sottokuntrattar fis-settur Ewropew tal-Kostruzzjoni” magħmul mill-Fundazzjoni Ewropea għat-titjib tal-Għajxien u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0065/2009),

A.

billi s-sottokuntrattar jista' jitqies bħala parti integrali mill-attività ekonomika,

B.

billi r-rata bla preċedent ta' attività ekonomika fl-aħħar kwart tas-seklu kellha rwol prinċipali biex tgħolli l-livelli tal-impjiegi f’ħafna mill-ekonomiji tal-Unjoni Ewropea u billi dan l-iżvilupp ibbenefikaw minnu impriżi kbar u żgħar u inkorragixxa wkoll l-intraprenditorjat,

C.

billi l-globalizzazzjoni u bħala konsegwenza ż-żieda fil-kompetizzjoni qed iġibu bidliet fil-mod kif l-impriżi qed jorganizzaw lilhom infushom, inkluż id-delegar ta' attivitajiet mhux strateġiċi, il-ħolqien tan-netwerks u ż-żieda li wieħed jirrikorri għas-sottokuntrattar,

D.

billi, bħala riżultat, il-kumplessità tar-rabtiet bejn il-kumpaniji prinċipali u s-sussidjarji tagħhom u bejn kuntratturi ewlenin u s-sottokuntratturi tagħhom jagħmluha aktar diffiċli biex wieħed jipperċepixxi b'mod ċar l-istrutturi diversi, l-operazzjonijiet u l-politiki kif ukoll ir-responsabiltajiet tad-diversi parteċipanti fil-katina tal-produzzjoni,

E.

billi dawn il-bidliet kellhom konsegwenzi fit-tul għar-relazzjonijiet tax-xogħol u xi drabi jagħmluha diffiċli biex wieħed jiddetermina b'mod ċar il-parti tal-liġi li tapplika għar-relazzjonijiet bejn id-diversi elementi ta' katina ta' produzzjoni, u billi bħala konsegwenza l-prezzijiet u l-allokazzjoni tax-xogħol m'għadhomx irregolati mill-qafas regolatorju tal-industrija,

F.

billi l-proċess ta' produzzjoni f'diversi industriji llum jieħu l-forma ta' katina frammentata ta' produzzjoni li saret iktar twila u wiesgħa, katina li tikkostitwixxi katina loġistika (kemm orizzontali kif ukoll vertikali), kif ukoll katina ta' valuri ta' natura ekonomika u produttiva fejn speċjalitajiet jew ħidmiet waħdanin sikwit ikunu “esternalizzati” għal impriżi żgħar jew ħaddiema li jaħdmu għal rashom, u billi l-effett fuq il-kontabilità tal-kumpanija huwa dak ta' sostituzzjoni ta' spejjeż diretti għax-xogħol bis-sottokuntrattar, b'servizzi jew spejjeż għall-fornituri bbażati fuq fatturi jew “kuntratti kummerċjali għas-servizzi”,

G.

billi s-sottokuntratturi ta' spiss jitpoġġew f'pożizzjoni ta' kompetizzjoni bejniethom u billi, għalhekk, l-impjegati kemm ta' min joħroġ is-sejħa għall-offerti kif ukoll tas-sottokuntratturi jitqiegħdu taħt pressjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom,

H.

billi l-Parlament diġà enfasizza l-problemi assoċjati ma' dawk li taparsi jaħdmu għal rashom u billi din il-problema hija wkoll evidenti fil-każ tas-sottokuntratturi,

I.

billi s-sottokuntrattar u l-għoti ta' kuntratti 'l-barra lill-impriżi legalment indipendenti ma jwassalx għall-indipendenza, u l-kumpaniji f'livell iktar 'l-isfel fil-katina tal-valuri, bl-eċċezzjoni tas-sottokuntratturi speċjalizzati f'teknoloġija avvanzata jew attivitajiet sofistikati oħra, sikwit ma jkunux f'pożizzjoni li jaġixxu f'kundizzjonijiet indaqs mal-kuntratturi l-kbar,

J.

billi, għalkemm is-sottokuntrattar għandu ħafna aspetti pożittivi u ppermetta li jkun hemm kapaċità miżjuda tal-produzzjoni, qed jiġġenera wkoll xi żbilanċi ekonomiċi u soċjali fost il-ħaddiema u jista' joħloq tellieqa mhux l-aktar attraenti fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, li hija kwistjoni ta' tħassib,

K.

billi s-sottokuntrattar jista' jsir ukoll purament minn intermedjarji, kumpaniji li jħaddmu n-nies jew aġenzija tax-xogħol temporanju, pereżempju, li xi kultant joperaw bħala kumpaniji hekk imsejħa letterbox, u billi f'ħafna każi kuntratt wieħed biss jingħata jew il-ħaddiema jkunu impjegati biss għal dak l-iskop speċifiku; billi tali prattiki jenfasizzaw in-natura li qed tinbidel b'rapidità tal-industrija tal-kostruzzjoni u ta' setturi oħra li fihom ir-relazzjonijiet ta' impjieg huma ħafna drabi prekarji,

L.

billi, f' kuntest transkonfinali, il-problemi marbuta ma' din is-sitwazzjoni prekarja huma komposti meta, pereżempju, il-ħaddiema jiġu stazzjonati fi Stat Membru terz,

M.

billi r-relazzjonijiet tal-impjieg fis-settur tal-kostruzzjoni ġew definiti mill-ġdid u, fl-istess ħin, naqqsu r-responsabbilità soċjali diretta tal-“kuntrattur prinċipali”, għaliex ix-xogħol ġie esterjorizzat bl-użu tas-sottokuntratturi u l-aġenziji tal-impjiegi, filwaqt jagħmlu l-provvista ta' xogħol irħis, u ħafna drabi bla sengħa parti integrali ta' livell aktar baxx ta' sottokuntrattar,

N.

billi xi setturi, b'mod partikulari s-settur tal-kostruzzjoni, kienu vulnerabbli b'mod partikolari għall-abbużi fil-katini tas-sottokuntrattar tagħhom li ħafna drabi kienu jkunu kkumplikati,

O.

billi għandu jkun żgurat li l-prinċipju fundamentali ta' paga indaqs għal xogħol indaqs fl-istess post tax-xogħol japplika għall-impjegati kollha, ikunu x'ikunu l-istatus u n-natura tal-kuntratti tagħhom, u li dan jiġi infurzat,

1.

Jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi u dawk kollha interessati biex jagħmlu ħilithom kollha biex iżidu l-livell ta' għarfien fost il-ħaddiema dwar id-drittijiet tagħhom skont id-diversi strumenti (bħal-liġi tax-xogħol, il-ftehimiet kollettivi, il-kodiċi ta' kondotta) li jirregolaw ir-relazzjoni tal-impjieg tagħhom u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-impriżi fejn jaħdmu u r-relazzjonijiet kuntrattwali fil-katini tas-sottokuntrattar;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-għarfien tal-prattiki tajbin, il-linji gwida u l-istandards eżistenti u l-prattiki ta' responsabbilità soċjali fost l-impriżi, kemm jekk huma kuntratturi prinċipali kif ukoll sottokuntratturi;

3.

Jerġa' jtenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni li tagħmel proposta dwar l-applikazzjoni tal-aġenda dwar ix-xogħol deċenti lill-impjegati fl-impriżi ta' sottokuntrattar u, b'mod partikulari, dwar il-konformità mal-istandards prinċipali tax-xogħol, id-drittijiet soċjali, it-taħriġ tal-impjegati u t-trattament ugwali;

4.

Jenfasizza l-importanza li jiġu sottokuntrattati impriżi fil-katini tal-produzzjoni li jużaw teknoloġiji ġodda sabiex itejbu l-kwalità kemm tal-produzzjoni u kemm tal-impjiegi;

5.

Jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali biex jadottaw jew jiżviluppaw aktar dispożizzjonijiet legali li jeskludu mill-akkwist pubbliku impriżi, meta dawn ikunu nstabu li kisru l-liġi tax-xogħol, il-ftehimiet kollettivi jew il-kodiċi ta' kondotta;

6.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-qafas legali transnazzjonali, li dwaru qablu intrapriżi individwali, multinazzjonali u l-federazzjonijiet sindikalisti globali, iddisinjat biex jipproteġi l-istandards tax-xogħol f'impriżi multinazzjonali u sottokuntratturi tagħhom u l-affiljati tagħhom f'pajjiżi differenti u li jiddefinixxi l-istatus tal-ħaddiem dipendenti u jipprovdi protezzjoni soċjali irrispettivament mill-kundizzjonijiet tax-xogħol speċifiċi;

7.

Jieħu nota tal-sentenza fil-Kawża Wolff & Müller, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja sabet li l-iskema tar-responsabbilità nazzjonali Ġermaniża ma kisritx il-liġi Komunitarja imma minflok kienet intenzjonata li tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema stazzjonati barra l-pajjiż;

8.

Jinnota r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika fuq il-Green Paper tal-Kummissjoni “Li timmodernizza l-liġi dwar ix-xogħol biex taffaċċa l-isfidi tas-seklu 21” (COM(2006)0708); iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tieħu l-passi meħtieġa biex tiċċara d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet involuti fil-katini tas-sottokuntrattar biex tevita li ċċaħħad lill-ħaddiema mill-kapaċità tagħhom li jagħmlu użu effettiv mid-drittijiet tagħhom;

9.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li tmien Stati Membri (l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja) irreaġixxew għall-problemi konnessi mad-dmirijiet tas-sottokuntratturi bħal dawk li jħaddmu billi stabbilixxew skemi nazzjonali ta' responsabbilità; jinkoraġġixxi Stati Membri oħra biex jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' skemi simili; jenfasizza l-fatt, madankollu, li l-implimemtazzjoni tar-regoli fi proċessi transkonfinali ta' sottokuntrattar hija partikolarment diffiċli meta l-Istati Membri jkollhom sistemi differenti fis-seħħ;

10.

Jenfasizza li l-istudju tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol jiddikjara li kamp ta' applikazzjoni dejjaq tar-responsabilità, bħar-restrizzjoni għal element wieħed mill-katina, hija waħda mir-raġunijiet għalfejn l-arranġamenti mhumiex effettivi;

11.

Jenfasizza l-isfidi partikulari ffaċċati minn negozji żgħar; jistieden lil min ifassal il-politika biex jiżviluppa l-istrumenti adatti biex titqajjem kuxjenza fost negozji żgħar;

12.

Ifakkar lil dawk kollha interessati, li fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2006 dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema, il-Parlament stieden lill-Kummissjoni biex tirregola ir-responsabbilità konġunta u solidali ta' impriżi ġenerali jew prinċipali, biex jittrattaw abbużi fis-sottokuntrattar u l-esternalizzar ta' ħaddiema transkonfinali, u biex iwaqqfu suq intern kompetittiv u trasparenti għall-kumpaniji kollha;

13.

Itenni mill-ġdid il-messaġġ tiegħu billi jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi strument legali Komunitarju ċar li jintroduċi responsabbilità konġunta u solidali fil-livell Komunitarju, filwaqt li jirrispetta s-sistemi legali differenti fl-Istati Membri u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi evalwazzjoni tal-impatt dwar il-valur miżjud u l-fattibilità ta' strument Komunitarju dwar il-katina ta' responsabilità bħala mezz kif tiżdied it-trasparenza fil-proċessi ta' sottokuntrattar u biex ikun żgurat infurzar aħjar tal-liġi Komunitarja u nazzjonali; jenfasizza li studju bħal dan għandu jkun transsettorjali;

15.

Huwa konvint li strument Komunitarju dwar ir-responsabbilta' fil-katina tal-produzzjoni jkun ta' benefiċċju mhux biss għall-impjegati, imma wkoll għall-awtoritajiet tal-Istati Membri, min iħaddem u b'mod partikolari l-impriżi ta’ daqs żgħir u medju fil-ġlieda tagħhom kontra l-ekonomija klandestina (grey economy), għaliex regoli ċari u trasparenti tal-Komunità jistgħu jwaddbu l-barra mis-suq operaturi dubjużi, u b'hekk tissaħħaħ il-funzjoni tas-suq intern;

16.

Jinnota li l-miżuri kollha li jinfurmaw lill-impjegati dwar id-drittijiet tagħhom u jappoġġawhom fl-eżerċizzju tagħhom jagħtu kontribut vitali għat-trawwim tar-responsabilità soċjali korporattiva; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw, bħala kwistjoni ta' prinċipju, li l-impjegati jkunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom; f'dan ir-rigward, iqis li l-imsieħba soċjali għandhom responsabilità partikulari f'dak ir-rigward;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-isforzi tagħha biex tippromwovi aktar koperazzjoni u koordinament aħjar bejn il-korpi amministrattivi nazzjonali, l-ispettorati, l-aġenziji governattivi tal-infurzar, l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali u l-awtoritajiet tat-taxxa; jitlob, barra minn hekk, lill-Istati Membri biex jintroduċu proċeduri ta' spezzjoni aktar iebsa u biex jiffavorixxu rabtiet aktar mill-qrib bejn l-ispettorati nazzjonali tax-xogħol, b'hekk ikun hemm aktar possibilità ta' żieda fil-koperazzjoni msaħħa u l-koordinament bejniethom; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa standards ta' kwalità għall-ispettorati tax-xogħol u biex twettaq studju dwar il-fattibilità tal-arranġamenti possibbli biex ikun stabbilit netwerk Komunitarju ta' spettorati tax-xogħol;

18.

Jenfasizza l-bżonn li jkunu promossi inċentivi għall-kumpaniji biex jagħmlu kull sforz raġonevoli fi spirtu ta' rieda tajba biex jeliminaw il-ksur tal-liġi tax-xogħol mis-sottokuntratturi, bħas-sistemi ta' ċertifikazzjoni u l-kodiċi ta' kondotta, inkluż ir-rappurtar lill-awtoritajiet u t-terminazzjoni ta' kuntratt ma' sottokuntrattur li jidħol fi prattika illegali biex tiġi evitata l-possibilità li jinżammu responsabbli b'mod konġunt u solidali għal dak il-ksur;

19.

Jistieden liż-żewġ naħat tal-industrija biex ikunu minn ta' quddiem fil-promozzjoni tas-sottokuntrattar koperattiv għall-ħidmiet speċifiċi ta' darba min-naħa l-waħda, u għar-restrizzjoni tal-multiplikazzjoni tas-sottokuntrattar min-naħa l-oħra, u jilqa' l-iżvilupp ta' ftehimiet ta' qafas li jiddefinixxu r-responsabilità soċjali fil-katina bħala element komplimentari għar-regolazzjoni meħtieġa;

20.

Javża kontra l-konflitti u l-irduppjar, id-duplikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-kodiċi ta' kondotta u fil-liġi tax-xogħol, il-kodiċi ta' kondotta, l-istandards u l-linji gwida adottati mill-awtoritajiet pubbliċi u ftehimiet kollettivi fis-seħħ; jenfasizza, għal din ir-raġuni, il-bżonn li l-impriżi jsegwu, bħala prijorità, il-kodiċi ta' kondotta, l-istandards u l-linji gwida imfassla fil-livell tal-organizzazzjonijiet supranazzjonali (OECD, ILO), il-livell nazzjonali u l-livell settorjali;

21.

Ifakkar lil dawk kollha interessati, u b'mod partikolari lil dawk li jħaddmu, dwar l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-partiċipazzjoni tal-ħaddiema, b'mod speċjali dawk stabbiliti fl-istrumenti Komunitarji u strumenti legali nazzjonali;

22.

Jipproponi li l-possibilità tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja familjari max-xogħol tkun imħarsa bil-liġi fil-livell nazzjonali għall-impjegati ta' impriżi ta' sottokuntrattar fil-katini ta' produzzjoni u li d-direttivi dwar il-maternità u l-liv tal-ġenituri jkunu implimentati b'mod effettiv;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura konformità effikaċi mad-Direttiva 96/71/KE, inkluż, jekk huwa neċessarju, l-intoduzzjoni ta' proċeduri ta' ksur; jistieden, barra minn hekk, kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri immirati biex itejbu l-aċċess għall-informazzjoni għall-ħaddiema stazzjonati, jirrinfurzaw il-koordinazzjoni u l-koperazzjoni amministrattiva fost l-Istati Membri, inkluża l-kjarifikazzjoni tal-irwol tal-uffiċċju ta' kuntatt tal-Istati Membri, u li jsolvu problemi ta' infurzar transkonfinali li jfixkel l-implimentazzjoni effikaċi tad-Direttiva;

24.

Jenfasizza li jistgħu jittieħdu miżuri iktar effettivi kontra l-konsegwenzi soċjali negattivi potenzjali tas-sottokuntrattar billi jittejjeb id-djalogu soċjali bejn l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u l-unjonijiet sindikali;

25.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64.

(2)  ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

(3)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 452.

(4)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 411.

(5)  ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 65.

(6)  ĠU C 301E, 13.12.2007, p. 45.

(7)  ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.

(8)  Testi adottati, P6_TA(2008)0466.

(9)  ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 401.

(10)  Kawża C-60/03 Wolff & Müller [2004] ECR I-9553.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/180


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009
Il-prezzijiet tal-ikel fl-Ewropa

P6_TA(2009)0191

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar il-prezzijiet tal-ikel fl-Ewropa (2008/2175(INI))

2010/C 117 E/30

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2008, bl-isem “Il-prezzijiet tal-ikel fl-Ewropa” (COM(2008)0821),

wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2007 ntitolata “Id-differenza bejn il-prezzijiet tal-produtturi u l-prezzijiet li jħallas il-konsumatur”,

wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2006, bl-isem “Il-Kompetittività tal-Industrija Ewropea tal-Ikel. Evalwazzjoni ekonomika u legali”,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2008, bl-isem “Nindirizzaw l-isfidi taż-żieda kontinwa fil-prezzijiet tal-ikel - Direzzjonijiet għall-azzjoni tal-UE” (COM(2008)0321),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu bil-miktub tad-19 ta' Frar 2008, dwar l-investigazzjoni u r-rimedju għall-abbuż tal-poter mis-supermarkits il-kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' April 2005 intitolata “Is-settur kbir tal-bejgħ - tendenzi u impatti fuq il-bdiewa u l-konsumaturi” (2),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 1997 intitolata “Restrizzjonijiet Vertikali fil-politika tal-Kompetizzjoni tal-KE” (COM(1996)0721),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007, dwar prezzijiet tal-għalf u tal-ikel li qed jogħlew (3),

wara li kkunsidra l-“kontroll tas-saħħa” li għaddej bħalissa tal-Politika Agrikola Komuni (PAK),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0094/2009),

A.

billi l-Unjoni Ewropea u d-dinja dan l-aħħar għaddew minn volatilità għolja tal-prezzijiet tal-ikel, kultant b’żidiet sinifikanti fil-prezz u b’effetti ambigwi fuq is-settur tal-agrikoltura, b'uħud jaqilgħu miż-żieda fil-prezzijiet, filwaqt li oħrajn - l-aktar l-irziezet għat-trobbija tal-bhejjem u l-kumpaniji tal-ipproċessar tal-ikel - daħlu fi spejjeż ħafna akbar,

B.

billi kien hemm ukoll żieda konsiderevoli fl-ispejjeż tal-produzzjoni agrikola, b’konsegwenza taż-żieda tal-prezzijiet ta’ materjali bħall-fertilizzanti u prodotti fitosanitarji, u billi minkejja l-fatt li attwalment il-prezzijiet mis-sors waqgħu b’mod drastiku, din it-tendenza mhux qed tmur id f’id ma’ tnaqqis, ekwivalenti u matul l-istess perjodu, fl-ispejjeż tal-produzzjoni,

C.

billi t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli, li mhux qed ikunu akkumpanjat minn tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni, qiegħed joħloq sitwazzjoni finanzjarja mhux sostenibbli għall-bdiewa, li ħafna minnhom qegħdin jieqfu jipproduċu minħabba n-nuqqas ta’ profitti,

D.

billi sar magħruf li fl-Istati Membri varji, il-produtturi l-kbar stabbilixxew prezzijiet differenti ħafna għall-istess prodotti,

E.

billi kienu identifikati differenzi kbar fil-prezzijiet madwar l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-firxa bejn il-prezzijiet għall-konsumaturi u dawk tal-produtturi, li f’ċerti każijiet ma jistgħux jiġu spjegati f’termini tal-ispejjeż involuti fl-ipproċessar, fid-distribuzzjoni u fil-bejgħ tal-prodotti,

F.

billi l-katina tal-provvista għandha tiġi kkunsidrata fit-totalità tagħha fl-analiżi tal-prezzijiet u tal-evoluzzjoni tagħhom; billi s-settur tal-ikel huwa frammentat u l-katina tal-provvista hija kumplessa ħafna, magħmula minn ħafna intermedjarji,

G.

billi matul dawn l-aħħar snin, uħud mill-intrapriżi tal-ipproċessar ewlenin żiedu s-sehem tas-suq tagħhom,

H.

billi f'dawn l-aħħar snin kien hemm tibdil sinifikanti fl-istruttura tal-kompetizzjoni fil-katina tal-provvista tal-ikel u żidiet fil-livell ta' konċentrazzjoni fost il-produtturi tal-ikel, il-bejjiegħa bl-ingrossa kif ukoll il-bejjiegħa bl-imnut,

I.

billi hemm provi minn madwar l-Unjoni Ewropea kollha li juru li s-supermarkits il-kbar qegħdin jużaw il-poter ta’ akkwist tagħhom biex ibaxxu l-prezzijiet li jitħallsu lill-fornituri għal livelli insostenibbli u biex jimponu fuqhom kundizzjonijiet inġusti; billi l-bejjiegħa l-kbar madwar l-Unjoni Ewropea fi żmien qasir qegħdin isiru “l-għassiesa” tas-settur u qegħdin jikkontrollaw l-aċċess li għandhom il-bdiewa u fornituri oħra għall-konsumaturi tal-UE,

J.

billi l-prezzijiet tal-konsumatur fl-Unjoni Ewropea bħala medja jlaħħqu sa ħames darbiet aktar mill-prezz nett tal-prodott meta joħroġ mill-farms; billi ħamsin sena ilu l-bdiewa fl-Unjoni Ewropea kienu jieħdu bejn wieħed u ieħor nofs il-prezz bl-imnut għall-ikel filwaqt li llum dak il-proporzjon – flimkien ma’ żieda sinifikanti fil-livell ta’ pproċessar tal-ikel - niżel b'mod drammatiku,

K.

billi, minkejja li l-finanzjament tal-PAK tul is-snin ikkontribwixxa biex jiġu żgurati prezzijiet baxxi għall-konsumaturi, wieħed josserva li l-dawn għadhom għoljin jew mhux qed jonqsu minkejja t-tnaqqis fil-prezzijiet fis-settur agrikolu,

L.

billi strateġikament huwa mixtieq livell għoli ta’ awtosuffiċjenza tal-UE; billi f’dan ir-rigward għandhom isiru sforzi biex tintlaħaq pożizzjoni b’saħħitha għall-produtturi primarji tal-UE bħala dawk li biex jipprovdulna l-ikel,

M.

billi l-iżbilanċ fis-saħħa tan-negozjar bejn il-produtturi agrikoli u l-kumplament tal-katina tal-provvista rriżulta fi pressjoni qawwija kostanti fuq il-marġnijiet tal-produttur fis-settur agrikolu,

1.

Iqis li, f’konformità mat-Trattat tal-KE, huwa fl-interess pubbliku tal-UE li jinżamm livell xieraq tal-prezzijiet tal-produtturi u tal-konsumatur u li tiġi ggarantita kompetizzjoni ġusta, b'mod speċjali fir-rigward tal-prodotti strateġiċi bħal dawk agrikoli u tal-ikel;

2.

Jemmen li jekk il-kompetizzjoni tipprovdi lill-konsumaturi b’ikel bi prezzijiet kompetittivi, jeħtieġ li l-bdiewa jiġu pprovduti bi dħul stabbli permezz ta’ prezzijiet li jkopru l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom u remunerazzjoni ġusta għal xogħolhom, dan kollu anki sabiex tiġi garantita s-sigurtà ta’ provvista ta' ikel ta' kwalità tajba;

3.

Iqis li hemm sensiela wiesgħa ta' fatturi li tinfluwenza l-mekkaniżmu tat-trażmissjoni tal-prezzijiet u d-differenza bejn il-prezzijiet tal-produtturi u tal-konsumaturi; u jsemmi dawn il-fatturi, l-imġiba fis-swieq tal-operaturi fil-katina tal-provvista, inklużi l-produtturi, il-bejjiegħa bl-ingrossa u l-bejjiegħa bl-imnut, il-sehem tal-ispejjeż li m'għandhomx x'jaqsmu mal-agrikoltura (bħall-enerġija u x-xogħol), l-oqfsa leġiżlattivi u regolatorji, il-fatt li l-prodotti jiddeterjoraw, il-livell tal-ipproċessar, tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-immaniġġjar tal-prodotti jew il-preferenzi tax-xiri tal-konsumaturi;

4.

Iqis li fost il-fatturi li jinfluwenzaw l-aktar il-mekkaniżmu ta' trażmissjoni tal-prezzijiet u d-differenza bejn il-prezzijiet tal-konsumaturi u tal-produtturi, il-konċentrazzjoni li qiegħda tikber tul il-katina tal-provvista tal-ikel kollha, il-livell ta' pproċessar u ż-żidiet fil-prezzijiet b’rabta ma’ fatturi ta’ spejjeż esterni oħra, kif ukoll l-ispekulazzjoni bil-prodotti agrikoli għandhom irwol determinanti; għaldaqstant, jikkonferma mill-ġdid l-importanza tal-istrumenti tar-regolamentazzjoni tas-suq, li fil-kuntest attwali huma meħtieġa iktar minn qatt qabel;

5.

Jaqbel mal-Kummissjoni li t-tendenzi tal-provvista u d-domanda kif ukoll in-nuqqasijiet tal-operat fil-katina tal-provvista tal-ikel għandhom irwol sinifikanti fiż-żieda tal-prezzijiet tal-ikel; madankollu, jenfasizza li l-ispekulazzjonijiet fis-swieq finanzjarji wkoll kellhom irwol sinifikanti u ħolqu tgħawwiġ fil-mekkaniżmu tal-kalkolu tal-prezzijiet;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis possibli tniedi investigazzjoni f’għamla ta’ studju dwar id-distribuzzjoni tal-marġnijiet tal-qligħ fil-katina tal-produzzjoni u f’dik tad-distribuzzjoni, kif stipulat fil-baġit 2009, fuq il-bażi ta’ proposta li kienet saret aktar kmieni mill-Kumitat tiegħu għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali matul il-proċedura baġitarja; iqis dan bħala l-ewwel pass lejn żieda fit-trasparenza ta’ din il-katina;

7.

Jiddeplora t-tneħħija kontinwa tal-miżuri ta’ intervenzjoni tal-UE fis-suq agrikolu, minħabba li din qiegħda tikkontribwixxi b’mod deċiżiv għall-volatilità qawwija tal-prezzijiet; jemmen li jinħtieġ li jiddaħħlu miżuri ġodda ta’ mmaniġġjar tas-suq biex tiġi garantita stabilità ikbar għad-dħul tal-produtturi u biex jiġu offruti prezzijiet aċċettabbli lill-konsumaturi;

8.

Jemmen li, fil-qafas tal-PAK, jinħtieġu miżuri għall-ġestjoni tas-suq biex tiġi pprovduta stabilità fis-settur agrikolu u fis-suq agroalimentari, u sabiex tinżamm produzzjoni agrikola tal-UE sostenibbli bi prezzijiet raġonevoli, filwaqt li jiġi evitat l-effett ta’ “ċaqlembuta” kemm fil-prezzijiet tal-bejgħ kif ukoll fil-fatturi ta’ produzzjoni;

9.

Jemmen li minkejja li l-paragun li qiegħda tagħmel il-Kummissjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika f’termini ta’ produttività huwa wieħed xieraq, dan ma jistax iservi bħala l-bażi assoluta għal-kejl ideali tal-produttività fis-settur tal-ikel (b’mod partikulari fil-qasam agrikolu u dak tal-ipproċessar) tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza li l-industrija agrikola u tal-ikel fl-Unjoni Ewropea hija differenti ħafna minn dik tal-Istati Uniti tal-Amerika f’termini ta’ prodotti kif ukoll fir-rigward tas-setturi koperti u l-kundizzjonijiet u l-liġijiet li jirregolawha;

10.

Huwa tal-fehma li t-tisħiħ tal-kompettività u tal-qawwa innovattiva tas-settur agrikolu primarju għandu jiġi aġevolat, għaliex iwassal għal aktar possibiltajiet ta’ diversifikazzjoni fl-operat tal-produtturi primarji u titnaqqas id-dipendenza fuq parteċipanti oħrajn fil-katina tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni;

11.

Jemmen li l-konċentrazzjoni tal-provvista tal-produzzjoni agrikola permezz tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-koperattivi jew permezz ta’ korpi oħrajn simili, tippermetti li l-bilanċ tal-poter fil-katina tal-ikel jiċċaqlaq, billi tiżdied is-saħħa tan-negozjar tal-bdiewa, filwaqt li jingħata valur miżjud ikbar lill-prodotti tagħhom u l-linji tal-kummerċjalizzazzjoni jkunu iktar qrib tal-konsumaturi;

Imperfezzjonijiet fis-suq tal-ikel

12.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li poter tas-suq kbir huwa ta' vantaġġ fis-settur agroalimentari, minħabba n-nuqqas ta' elastiċità tal-prezzijiet tal-provvisti agrikoli fuq naħa waħda u d-domanda tal-konsumatur min-naħa l-oħra;

13.

Huwa mħasseb bil-prattiki tal-kummerċjalizzazzjoni, bħall-bejgħ ta' prodotti bi prezzijiet orħos minn kemm jiswew, sabiex tiġi ġġenerata żieda fiż-żjarat tal-konsumaturi fis-supermarkits; jappoġġja l-projbizzjoni tal-bejgħ tal-ikel bi prezzijiet orħos minn kemm jiswa, kif ukoll lill-Istati Membri li diġà daħħlu miżuri bħal dawn; jixtieq jara lill-UE tieħu aktar azzjonijiet kontra miżuri dwar prezzijiet li jkunu daqstant aggressivi, kif ukoll kontra kwalunkwe prattika oħra li tmur kontra l-kompetittività bħall-abbinar tal-prodotti jew kwalunwe abbuż ieħor tad-dominanza tas-suq;

14.

Jemmen li prezzijiet aktar baxxi mill-ispejjeż, billi fihom innifishom mhumiex sostenibbli għall-ebda intrapriża, jistgħu jiġu pprattikati biss mill-intrapriżi l-kbar (b’diversifikazzjoni) għal żmien qasir u bil-għan li jkeċċu mis-suq lill-kompetitturi tagħhom; jemmen li fit-tul tali prattika ma tagħmilx ġid la lill-konsumatur u lanqas lis-suq inġenerali;

15.

Huwa mħasseb ukoll b'każijiet oħra fejn in-negozju jagħmel użu mill-poter tas-suq tiegħu; inklużi l-perjodi eċċessivi għall-iskadenza tal-pagament, spejjeż biex prodotti jiġu stokkjati, biex jidhru fuq l-ixkafef, theddid li jitneħħew mill-istokk, skontijiet b'lura fuq prodotti diġà mibjugħa, kontribuzzjonijiet mhux ġustifikati għal spejjeż ta' promozzjoni min-naħa tal-bejjiegħ jew l-insistenza għal provvista esklużiva;

16.

Jenfasizza li, f'xi Stati Membri, kemm in-naħa tax-xiri kif ukoll dik tal-bejgħ tas-suq għandhom ix-xejra li jkunu kkonċentrati bl-istess mod, u b'hekk jikber il-periklu tal-effett distorsiv fis-suq;

17.

Jisħaq fuq il-fatt li, fid-dawl tar-riforma tal-CAP u, b'mod partikulari, tas-separazzjoni (decoupling), id-deċiżjonijiet tal-bdiewa dwar x'għandhom jipproduċu se tkun influwenzata iktar mis-sinjali li jiġu mis-suq u li m’għandhomx jixxekklu minn livell għoli wisq ta’ konċentrazzjoni fin-negozju bl-imnut; jemmen li ż-żieda fl-importazzjoni tal-ikel fl-UE x'aktarx li tnaqqas il-prezzijiet tal-farms;

18.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-bejjiegħa jistgħu japprofittaw mit-tikketti, bħal dawk ta' “kummerċ ġust” sabiex iżidu l-marġni tal-qligħ; għalhekk, bil-għan li dawn il-prattiki jiġu limitati u l-użu ta’ dawn it-tikketti jkun ikkontrollat, jitlob strateġija biex jiġi appoġġjat u żviluppat il-kummerċ ġust madwar l-Unjoni Ewropea;

19.

Jirrikonoxxi li, għal perjodu qasir, l-effetti tal-konċentrazzjoni tas-suq fid-diversi livelli tal-katina tal-provvista tal-ikel jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-ikel, iżda għal żmien medju u fit-tul għandha tingħata attenzjoni biex ma ssirx ħsara lill-kompetizzjoni libera li minħabba fiha produtturi żgħar jitkeċċew ’il barra mis-suq u biex ma tiġix limitata l-għażla tal-konumaturi;

20.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna SMEs fis-settur tal-ikel huma vulnerabbli ferm, b'mod speċjali, jekk jiddependu ħafna fuq operatur kbir wieħed; jinnota li operaturi kbar fil-katina tal-provvista tal-ikel sikwit iħaddmu kompetizzjoni abbużiva fil-prezzijiet bejn bosta fornituri u, biex jibqgħu fin-negozju, kumpaniji żgħar ikollhom jaqtgħu l-ispejjeż u l-marġni tal-qligħ, li tfisser pagamenti mnaqqsa lill-bdiewa, tnaqqis fl-aċċess għas-suq u fil-mezzi tad-distribuzzjoni għall-SMEs, anqas impjegati u prodotti ta' kwalità inferjuri għall-konsumaturi;

21.

Huwa mħasseb bil-livell ta' spekulazzjoni li kulma jmur qiegħed jikber fuq l-ikel fis-swieq finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni biex tibda investigazzjoni fuq din il-kwistjoni; jistenna l-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Kompetittività tal-Industrija Agrikola tal-Ikel, u jinkoraġġixxi lil dan il-Grupp biex jipproponi miżuri effikaċi sabiex jiġu indirizzati l-iżbilanċi fis-suq;

22.

Għandu r-riżervi tiegħu fir-rigward tal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-ispekulazzjoni fis-swieq finanzjarji ma kellhiex rwol importanti fil-proċess tal- iffissar tal-prezzijiet; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni jkollha tieħu inizjattivi biex issaħħaħ il-monitoraġġ fis-swieq għall-komoditajiet agrikoli futuri;

23.

Jemmen li fil-preżent il-Kummissjoni tillimita ruħha għal interpretazzjoni preġudikata tad-dejta disponibbli, billi ma ttikkunsidrax l-effetti possibbli tal-investimenti minn spekulaturi f’kuntratti futuri, bħalma huma fost oħrajn:

iż-żieda fil-prezzijiet għax-xerrejja finali (produtturi u konsumaturi) bħala konsegwenza tal-ħolqien ta’ aspettattivi foloz fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet,

il-ħolqien ta’ diżinċentivi u inċertezzi addizzjonali għall-intrapriżi tal-produzzjoni ġodda jew żgħar li jiddependu mill-prodotti agrikoli, li joħolqu ostakli għd-dħul u jxekklu l-proċess ta’ tisħiħ tal-kompetizzjoni f’ċerti swieq,

ir-ridistribuzzjoni żleali (soċjali u ġeografika) taż-żejjed mill-bejgħ ta’ prodotti agrikoli għad-detriment tal-bdiewa/produtturi u favur l-intermedjarji u l-ispekulaturi;

24.

Jisħaq fuq il-fatt li, għall-kuntrarju tal-istima tal-Kummissjoni, hemm ħtieġa aktar urġenti biex jiġu kkunsidrati dispożizzjonijiet regolatorji ġodda għas-swieq futuri, minħabba li hemm indikazzjonijiet li juru li l-fenomenu ta’ spekulazzjoni diġà qed joħloq problemi fl-ipprezzar tal-ikel bażiku u għalhekk anki għas-swieq u għall-intrapriżi tal-produtturi bbażati fuqhom;

25.

Iqis li l-Kummissjoni, f'dawn l-aħħar ħames snin, tejbet is-superviżjoni tagħha fuq il-kartelli, kemm permezz tal-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni aħjar dwar il-kompetizzjoni kif ukoll permezz tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti; iqis li miżuri bħall-applikazzjonijiet tal-klemenza, il-proċedura tal-ftehim għal soluzzjoni u l-IT tal-forensika kellhom sehem importanti f'dan kollu; madankollu jqis li għad fadal bosta titjib x'jista' jsir fir-rigward tal-kontenut tagħhom u l-implimentazzjoni tagħhom min-naħa tal-Istati Membri;

26.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissarju Ewropew għall-Kompetizzjoni għad-Dikjarazzjoni msemmija hawn fuq adottata mill-Parlament dwar l-investigazzjoni u r-rimedju għall-abbuż mill-pożizzjoni dominanti min-naħa ta’ supermarkits kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea; jesprimi d-diżappunt tiegħu għall-fatt li l-Kummissjoni ma rrispondietx għat-talbiet inklużi fiha; jitlob, f’dan ir-rigward, investigazzjoni dwar il-konċentrazzjoni tas-suq u l-ħolqien ta’ kartelli fis-settur tal-bejgħ bl-imnut kif ukoll miżuri ta’ penali għal ksur tar-regoli;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tanalizza, fir-rapporti annwali tagħha, id-distakk bejn il-prezzijiet tal-produttur u dawk tal-konsumatur, id-differenzi bejn il-prezzijiet fl-Istati Membri u d-differenzi fil-prezz bejn il-prodotti agrikoli varji;

28.

Iqis li l-intrapriżi li jaħdmu fuq skala kbira jiġġeneraw vantaġġi ekonomiċi ċari u magħrufa (marbuta mal-kobor) li jnaqqsu l-ispejjeż u b’hekk anki l-prezzijiet; jisħaq fuq il-fatt li madankollu l-politika favur it-titjib tal-katina tal-provvista tal-ikel għandha tħeġġeġ il-ħolqien ta’ skemi funzjonali għall-isfruttar ta’ dawn il-vantaġġi mis-settur agrikolu (pereżempju, clusters, netwerks u organizzazzjonijiet intraprofessjonali) bl-għan li jiġu ffaċċjati l-pressjonijiet fuq il-marġnijiet tal-qligħ min-naħa tal-intrapriżi ta’ wara l-katina;

29.

Jesprimi tħassib qawwi minħabba l-fatt li fl-istħarriġ tal-Kummissjoni dwar il-prattiki ewlenin li jikkawżaw problemi ta’ kompetizzjoni fil-katina tal-provvista tal-ikel, l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar il-Prezzijiet tal-Ikel fl- Ewropa ma tinkludix l-abbuż minn pożizzjoni dominanti li jiġi osservat fil-fażi tal-bejgħ bl-imnut u anki f’dik tal-bejgħ bl-ingrossa; iqis li l-prattiki antikompetittivi li jinħaddmu mill-intrapriżi b’sehem kbir fis-suq, bħall- ftehimiet esklużivi ta’ provvista, ix-xiri abbinat eċċ., ixekklu b’mod serju l-kompetizzjoni funzjonali fil-katina tal-provvista tal-ikel;

L-irwol tal-Unjoni Ewropea

Ir-reazzjoni għall-iżbilanċi tas-suq

30.

Jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li toħloq Sistema Ewropea effiċjenti ta' monitoraġġ tas-suq, li tkun tista' tirreġistra x-xejriet tal-prezzijiet u l-ispejjeż tal-inputs tul il-katina tal-provvista kollha kemm hi; jemmen li din is-sistema għandha tiżgura t-trasparenza u tippermetti t-tqabbil transkonfinali ta’ prodotti simili; iqis li din is-sistema għandha tiġi stabbilita bil-koperazzjoni mill-qrib mal-Eurostat u mal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika kif ukoll għandha taħdem man-netwerk taċ-Ċentri tal-Konsumaturi Ewropej (ECC); jiġbed ukoll l-attenzjoni għall-prinċipju li l-ispejjeż u l-piżijiet addizzjonali għandhom jinżammu f’limiti raġonevoli;

31.

Jitlob lill-Kummissjoni twaqqaf qafas legali Komunitarju li jinkludi, fost miżuri oħra, ir-reviżjoni fil-fond tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (4), u li jiffavorixxi relazzjonijiet bilanċjati bejn id-diversi aġenti tal-katina tal-ikel, filwaqt li tiġi evitata kull prattika abbużiva u bil-promozzjoni tat-tqassim iktar ġust tal-marġni kummerċjali;

32.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fil-livell nazzjonali u f’dak tal-UE biex jinvestigaw u jevalwaw il-prezzijiet għall-konsumatur fl-Unjoni Ewropea kollha sabiex jiġi żgurat li r-regoli tal-kompetizzjoni qegħdin ikunu osservati u tiġi determinata r-responsabiltà tad-diversi operaturi li jiffurmaw il-katina tal-valur; jenfasizza l-fatt li ċ-ċaqliq ’l isfel fil-prezzijiet għandu jiġi trażmess lill-konsumaturi mingħajr dewmien, waqt li l-produtturi għandhom jibbenefikaw miż-żidiet aktar malajr;

33.

Jistqarr li tista' tinkiseb trasparenza akbar fl-istruttura tal-prezz permezz tal-ħolqien ta' bażi tad-data għall-UE kollha li tkun aċċessibbli faċilment għaċ-ċittadini, u li tinkludi prezzijiet ta' referenza għal prodotti u provvisti kif ukoll informazzjoni dwar spejjeż tal-enerġija, remunerazzjonijiet, krejja, ħlasijiet u taxxi fl-Unjoni Ewropea kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal pjanijiet għal sistema elettronika bħal din, li tkun ibbażata fuq mudelli nazzjonali eżistenti, bħall-observatoires des prix Franċiżi; iqis ukoll li jkun neċessarju li jinħoloq osservatorju internazzjonali, bil-koperazzjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), tal-prezzijiet ta' prodotti, input u ikel agrikoli sabiex din id-data tkun tista' tiġi mmonitorjata fil-livell internazzjonali;

34.

jistieden lil dawk kollha involuti fil-katina tal-produzzjoni u dik tad- distribuzzjoni biex flimkien ifasslu l-aħjar prattiki jew għamla ta’ “tabelli tal-progress” bl-għan li tiġi promossa t-trasparenza tal-prezzijiet fil-qasam tal-prodotti agrikoli;

35.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jipprovdu riċerka u analiżi dettaljati fit-trażmissjoni tal-prezzijiet u l-marġnijiet li japplikaw bejn il-prezz li joħroġ mill-farms u dak finali għall-konsumatur kif ukoll analiżi tal-qagħda u tal-għadd ta’ supermarkits u tal-ammont tal-prodotti li jbigħu kif ukoll tal-ispejjeż speċifiċi li jonfqu fuq il-loġistika u l-enerġija; jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jeżaminaw jekk il-kriterji biex tad-determinazzjoni ta’ pożizzjoni dominanti f’suq għadhomx adegwati meta wieħed iqis l-iżviluppi fis-suq bl-imnut; jitlob biex tinħatar task force tal-Kummissjoni fil-katina tal-provvista tal-ikel, li taħdem flimkien mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali;

36.

Josserva li waħda mill-kawżi tad-differenzi tal-prezzijiet fil-bidu u fl-aħħar huwa l-iżbilanċ fil-katina tal-ikel u li minkejja dan, l-Unjoni Ewropea m’għandhiex biżżejjed miżuri għall-promozzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi permezz ta’ koperattivi jew organizzazzjonijiet oħra biex jippromwovu l-konċentrazzjoni tal-provvista; jitlob lill-Kummissjoni biex twaqqaf miżuri, kemm fi ħdan il-PAK kif ukoll f’politiki oħra tal-UE, għall-promozzjoni tal-organizzazzjonijiet imsemmija, li tissarraf f’aktar organizzazzjoni tas-suq u f’żieda tal-poter negozjattiv tal-produtturi fil-konfront tal-bqija tal-ħoloq tal-katina tal-ikel;

37.

Jipproponi li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali, li għandhom rwol wiesa' fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rigward il-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fil-fażijiet kollha tal-katina tal-provvista tal-ikel, isaħħu l-koperazzjoni taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fir-rigward tal-monitoraġġ tal-ispejjeż tal-produzzjoni u l-kummerċ, sabiex ikun iggarantit li s-suq intern jaħdem kif suppost;

38.

Iqis li, peress li l-bejgħ bl-imnut jiġi influwenzat fuq kollox minn fatturi legali, ekonomiċi, politiċi u kulturali nazzjonali, ikun xieraq li fil-qafas tan-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni (ECN) isiru aktar skambju ta’ informazzjoni u, fejn ikun xieraq, investigazzjoni koordinata bejn l-Istati Membri fuq prattiki antikompetittivi minn intrapriżi li joperaw f’livell Inter-UE;

39.

Jitlob li fil-qafas tal-Istrateġija ta’ Liżbona jiġu appoġġjati l-pjani nazzjonali favur it-tnaqqis jew it-tneħħija ta’ interventi regolatorji mhux ġustifikati fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, li jillimitaw il-kompetizzjoni u l-funzjonalità tal-katina tal-provvista tal-ikel għad-detriment tal-konsumaturi;

40.

Iqis li wieħed għandu jibbenifika, f’livell kemm nazzjonali u kemm tal-UE, mill-programm tal-applikazzjoni tal-klemenza, sabiex l-awtoritajiet risponsabbli għal-Kompetizzjoni jkunu jistgħu jsiru jafu b’ aktar prattiki antikompetittivi fil-katina tal-provvista tal-ikel;

41.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li barra r-regoli tal-kompetizzjoni Komunitarji jeżistu ħafna politiki oħrajn f’livell Ewropew li jirregolaw in-negozju bl-imnut u li fost oħrajn jinkludu l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-suq intern u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-konsumatur; jisħaq fuq il-fatt li dawn il-politiki kollha għandhom ikunu konsistenti ma’ xulxin u jiġu kkoordinati b’mod ċentrali fil-livell tal-UE, bl-għan li jintlaħqu l-aħjar riżultati possibbli fir-rigward tal-prezzijiet għall-konsumaturi;

42.

Jenfasizza l-fatt li r-reazzjonijiet għall-kriżi tal-ikel attwali għandhom isiru wkoll fil-livell internazzjonali; jitlob għall-ħolqien ta' netwerk internazzjonali madwar l-FAO biex ikun iggarantit li jkun hemm ħażniet tal-ikel biżżejjed fid-dinja kollha;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehima mal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (WTO) li tħalli spazju suffiċjenti lis-settur agrikolu biex ikun jista’ jikkompeti mal-pajjiżi terzi; iqis li l-inklużjoni ta’ tħassib mhux kummerċjali hawnhekk hija ta’ importanza kritika sabiex jinżammu u jitħarsu l-istandards ta’ produzzjoni tal-UE;

44.

Jitlob biex jitwaqqfu ħażniet u riżervi ta’ kriżi fil-livell Komunitarju, b’mod simili għall-prodotti tal-żejt;

45.

Jitlob l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi għal kontra l-ispekulazzjoni osservata fis-swieq finanzjarji fil-prodotti agrikoli u l-istrumenti finanzjarji bbażati fuq dawn il-prodotti; jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li teżamina liema miżuri jistgħu jittieħdu li jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-instabiltà tal-prezzijiet fis-swieq tal-prodotti agrikoli;

46.

Jitlob għal miżuri ta' appoġġ għall-koperazzjoni bejn il-produtturi agrikoli żgħar sabiex ikunu jistgħu jikkompetu ma' produtturi, proċessuri u bejjiegħa akbar minnhom; iqis li l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jeħtiġilhom jiggarantixxu l-eżistenza ta' forom differenti ta' kummerċ u jevitaw il-liberalizzazzjoni totali tas-suq tal-ikel, li twassal għal konċentrazzjoni akbar; jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi Green Paper dwar it-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, kunċetti effiċjenti b’rabta mal-katina kollha kemm hi u l-kwistjoni tas-saħħa tas-suq tal-bejjiegħa l-kbar;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-monitoraġġ tal-importazzjoni ta’ prodotti tal-ikel, b’mod partikulari fir-rigward tal-osservazzjoni tal-istandards iġjeniċi u ambjentali tal-UE, sabiex il-konsumaturi tal-UE ma jiġux esposti għal riskji akbar minħabba l-prodotti importati;

48.

Iqis li jeħtieġ titħeġġeġ konċentrazzjoni ikbar tal-provvista agrikola permezz tal-appoġġ tad-diversi ftehimiet ġuridiċi assoċjativi, bl-għan li jinkiseb bilanċ mill-ġdid bejn l-influwenzi fil-katina tal-ikel, jingħata valur miżjud lill-produzzjoni tal-bdiewa, u jiżdied il-poter negozjattiv fil-konfront tal-bqija tal-aġenti kummerċjali;

49.

Jitlob li jerġa’ jiddaħħal Servizz ta' Konsultazzjoni Ewropew għall-Produtturi tal-Ikel li jagħti pariri lill-bdiewa u lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi dwar it-tqassim tal-prodotti, is-suq tal-bejgħ bl-imnut u l-opportunitajiet għall-produzzjoni ta' prodotti speċifiċi;

50.

Jitlob għall-ħolqien ta' linja tat-telefon diretta għall-konsumaturi u l-produtturi agrikoli, biex ikunu jistgħu jirrappurtaw każijiet ta' abbuż u biex ikunu jistgħu jieħdu tagħrif dwar it-tqabbil ta' prodotti u prezzijiet fl-Unjoni Ewropea kollha; iqis li din għandha tiġi stabbilita u għandha taħdem maċ-Ċentri tal-Konsumaturi Ewropej (ECCs) nazzjonali;

51.

Jilqa' b'sodisafzzjon id-dħul tat-Tabella tas-Suq għall-Konsumatur bħala għodda biex isir monitoraġġ aħjar tas-suq intern u biex jingħata aktar tagħrif lill-konsumatur;

52.

Huwa mħasseb dwar l-influwenza tal-intermedjarji fil-prezz aħħari għall-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi analiżi dwar il-katina tal-provvista sabiex isir magħruf aħjar ir-rwol ta’ kull operatur fi ħdan il-katina fil-proċess għall-kalkolu tal-prezzijiet;

Biex il-produttur joqrob lejn il-konsumatur

53.

Jitlob l-introduzzjoni ta' politiki li jħeġġu l-kuntatt aktar wiesa' u dirett bejn il-produtturi u l-konsumaturi, bħall-Programm għat-Tqassim tal-Frott fl-Iskejjel li ġie adottat reċentement, minħabba li dan jista' jagħti lill-produtturi sehem aktar rilevanti fis-suq, filwaqt li l-konsumaturi jkollhom għażla ta' prodotti aħjar u aktar wiesgħa; fost dawn il-politiki ta’ min isemmi pereżempju l-ħolqien u l-promozzjoni ta’ possibiltajiet għall-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-prodotti mill-produtturi stess;

54.

Jitlob lill-Kummissjoni tieħu azzjoni li tiffaċilita l-għaqda u l-koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, bħall-koperattivi, sabiex jiġu evitati l-piżijiet burokratiċi u żvantaġġi oħra, bl-għan li tiżdied id-dimensjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jadattaw ruħhom għall-kundizzjonijiet tal-provvista li jeħtieġ is-suq globalizzat;

55.

Iqis li huwa ta’ importanza kbira, biex tiġi inkoraġġita l-fiduċja fis-sistema, li jingħata tagħrif aktar wiesa’ u aħjar għall-konsumaturi u għandhom isiru l-isforzi kollha biex il-konsumatur jiġi edukat, mgħarraf tajjeb u fornut b’informazzjoni newtrali;

56.

Jitlob li fit-tagħrif għall-konsumatur issir enfasi speċjali fuq l-isforzi li twettqu mill-produtturi tal-UE biex jitħarsu r-regoli tal-Komunità fil-qasam ambjentali, tas-sigurtà tal-ikel u tal-benessri tal-annimali;

57.

Jisħaq dwar il-fatt li l-politika tal-ħarsien tal-konsumatur tinkludi mhix biss il-prezzijiet, imma wkoll il-garanzija ta’ varjetà u kwalità tal-ikel; għal din ir-raġuni jipproponi investigazzjoni mill-Kummissjoni dwar taħt liema kundizzjonijiet il-funzjonament tal-katina tal-provvista tal-ikel, b’mod partikolari ħolqa tal-bejgħ, jippreżenta fenomeni ta’ tnaqqis fil-kwalità u l-varjetà tal-prodotti;

58.

Jinnota l-valur miżjud tal-ħwienet lokali li jbigħu bl-imnut, li jagħtu kontribut importanti sabiex jonqos id-distakk bejn il-produtturi u l-konsumaturi, u wkoll biex titjieb l-kwalità tal-ħajja fiz-zoni rurali bil-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u t-tisħiħ tar-rabtiet soċjali eżistenti;

59.

Iqis li għandha ssir promozzjoni mifruxa dwar l-użu tat-teknoloġiji l-ġodda u l-internet; jenfasizza li t-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jintużaw biex jagħtu aktar tagħrif dwar il-post, il-prezz u l-karatteristiċi tal-varjetatjiet ta' prodotti differenti; jemmen li dan jista' jgħin id-domanda ta' swieq aktar speċifiċi u joffri għażla akbar lill-konsumatur; hu favur l-użu tal-fondi għall-iżvilupp rurali tal-UE, tal-kompetittività u ta' koeżjoni biex il-produttur ikollu aċċess eħfef għas-suq permezz tat-teknoloġija moderna u l-internet;

60.

Jitlob biex jitwaqqfu miżuri li jagħtu aktar impetu lill-kunċett ta' “ikel lokali”, b’mod partikulari miżuri li jħeġġu l-bejgħ u joffru tagħrif lill-konsumaturi fuq il-karatteristiċi partikulari ta’ dawk il-prodotti u l-effetti pożittivi relatati kemm fuq is-saħħa u kemm f’livell ekonomiku, kif ukoll għal appoġġ għas-swieq u l-metodi tal-kummerċjalizzazzjoni tradizzjonali, li permezz tagħhom il-produtturi jiltaqgħu direttament mal-konsumaturi;

61.

Jitlob li l-oqsma bijoloġiċi jkunu appoġġjati aktar mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri; barra minn hekk, jitlob li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal prodotti ta’ kwalità bi prezzijiet raġonevoli, u dan, permezz ta’ politika ta’ inċentivi finanzjarji ambizzjuża mmirata għal din it-tip ta’ produzzjoni agrikola;

62.

Iħeġġeġ it-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn il-produtturi permezz tal-format tradizzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew bid-dħul ta’ forom ġodda ta’ koperazzjoni fl-operat tas-swieq ta’ bdiewa;

63.

Jitlob aktar promozzjoni biex toħroġ id-differenza fil-prodotti agrikoli bħala kunċett ta' kummerċjalizzazzjoni, li jħalli l-wisa' għal prezzijiet differenti, skont il-kwalità;

64.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li s-saħħa tan-negozjar tal-produtturi tal-ikel għad-detriment tal-bejjiegħa bl-imnut, bħala riżultat tal-marka (brand-name) qawwija jew id-diversifikazzjoni tal-prodott, fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar il-prezzijiet tal-ikel fl-Ewropa, kisbet tifsira sproporzjonatament negattiva meta mqabbla ma’ fatturi wisq aktar importanti, bħal pereżempju n-nuqqas ta’ kompetizzjoni jew il-prattiki oligopolistiċi/monopolistiċi; huwa tal-fehma li l-ħolqien ta’ marka b’saħħitha jew id-diversifikazzjoni, u huma prattiki aċċettabbli, bl-eċċezzjoni tal-abbuż tal-pożizzjoni li tista’ tirriżilta minnhom u li tikkostitwixxi prattika inġusta;

65.

Jitlob it-tisħiħ u r-razzjonalizzazzjoni tal-politiki tal-UE dwar il-ħarsien tal-indikazzjonijiet tal-oriġini u tar-reġjuni ġeografiċi kif ukoll ta' ċertifikazzjonijiet oħra, li joħorġu d-differenza bejn il-prodotti agrikoli; f'dan ir-rigward jilqa' b'sodisfazzjon id-dibattitu mniedi bil-ħruġ tal-Green Paper fil-15 ta' Ottubru 2008 dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli: l-istandards tal-prodotti, ir-rekwiżiti tal-biedja u l-iskemi dwar il-kwalita'(COM(2008)0641);

66.

Iqis neċessarju li l-possibilità ta' tikketta speċjali fuq il-prodotti agrikoli tal-UE tiġi studjata aktar fil-fond, fuq il-bażi ta' mudelli eżistenti; iqis li din it-tikketta għandha tiggarantixxi li qegħdin ikunu osservati l-istandards tal-UE tal-produzzjoni, bħal pereżempju fir-rigward tat-trattament ġust tal-parteċipanti fis-swieq matul il-katina tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni kollha kemm hi; iqis ukoll li tali tiketta tħeġġeġ lill-konsumaturi biex jikkunsmaw aktar prodotti tal-UE u b’hekk jissaħħu l-produtturi tal-UE;

67.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tevalwa l-ispejjeż li jerfgħu l-produtturi biex jissodisfaw ir-regoli Komunitarji dwar it- transkonformità kif ukoll biex tara kemm dawn ivarjaw bejn l-Istati Membri, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu lidawn ir-regoli huma aktar stretti minn dawk applikabbli għall-prodotti importati;

*

* *

68.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0054.

(2)  ĠU C 255, 14.10.2005, p. 44.

(3)  ĠU C 263E, 16.10.2008, p. 621.

(4)  ĠU L 200, 8.8.2000, p. 35.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/189


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009
L-impatt tal-urbanizzazzjoni estensiva fi Spanja fuq id-drittijiet individwali taċ-ċittadini Ewropej, fuq l-ambjent u fuq l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE

P6_TA(2009)0192

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar l-impatt tal-urbanizzazzjoni estensiva fi Spanja fuq id-drittijiet individwali taċ-ċittadini Ewropej, fuq l-ambjent u fuq l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, fuq il-bażi tal-petizzjonijiet li rċieva (2008/2248(INI))

2010/C 117 E/31

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-petizzjonijiet irċevuti fir-rigward tas-suġġett ta' din ir-Riżoluzzjoni, l-aktar il-Petizzjoni 0609/03,

wara li kkunsidra d-dritt ta’ petizzjoni stabbilit fl-Artikolu 194 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 192(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0082/2009),

A.

billi l-proċess tal-petizzjonijiet jipprovdi liċ-ċittadini u r-residenti Ewropej b’mezz li bih jiksbu rimedju barra l-qrati għall-ilmenti tagħhom dwar kwistjonijiet li jinqalgħu mill-oqsma tal-attività tal-Unjoni Ewropea,

B.

billi l-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li “l-Unjoni hija stabbilita fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri”,

C.

billi fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat tal-UE l-Unjoni timpenja ruħha li tirrispetta d-drittijiet fundamentali kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (l-ECHR),

D.

billi kull ċittadin jew resident ta' stat firmatarju tal-ECHR li jikkunsidra li d-drittijiet tal-bniedem tiegħu ġew miksura għandu jirrikorri għand il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu, waqt li jikkunsidra li qabel ma jiftaħ xi proċedimenti quddiem dik il-Qorti, hu jrid jeżawrixxi kull rimedju domestiku, kif stipulat fl-Artikolu 35 tal-ECHR,

E.

billi l-Artikolu 7 tat-Trattat tal-UE jipprevedi l-proċedimenti li bihom l-Unjoni tista’ tirreaġixxi għall-ksur tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 6(1) u tfittex soluzzjonijiet,

F.

billi l-Artikolu 7 tat-Trattat tal-UE jagħti wkoll lill-Parlament il-jedd li jippreżenta proposta motivata lill-Kunsill biex jiddetermina jekk ikunx hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni,

G.

billi l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiggarantixxi r-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, taċ-ċittadini, inkluża d-dar privata tagħhom, u billi l-Artikolu 8 tal-ECHR jagħti l-istess drittijiet u jiċċara li “m’għandux ikun hemm indħil minn awtoritajiet pubbliċi fl-eżerċizju ta’ dan id-dritt għajr b’konformità mal-liġi, u fejn meħtieġ f’soċjetà demokratika fl-interess tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew il-benesseri ekonomiku tal-pajjiż, għaż-żamma tal-ordni u l-prevenzjoni tal-kriminalità, għall-ħarsien tas-saħħa u l-morali, jew għall-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ ħaddieħor”; billi l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jirrispettaw il-Karta fl-attivitajiet kollha tagħhom,

H.

billi d-dritt għall-proprjetà privata huwa rikonoxxut bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini Ewropej fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jistipula li “kull persuna għandha d-dritt li tgawdi mill-proprjetà tal-beni tagħha li tkun akkwistat legalment, li tużahom, li tiddisponi minnhom u li tħallihom bħala wirt”, u li “l-ebda persuna ma tista' tiġi mċaħħda mill-proprjetà tagħha, ħlief fl-interess pubbliku u fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet previsti mil-liġi, bi ħlas ta' kumpens xieraq fi żmien utli għal dak li tkun tilfet”, u li “l-użu tal-proprjetà jista' jiġi rregolat bil-liġi safejn ikun meħtieġ għall-interess pubbliku”,

I.

billi l-Artikolu 18 tat-Trattat tal-KE jistipula li “kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jmur minn post għal ieħor u li jkun liberament residenti fit-territorju tal-Istati Membri, suġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Trattat u l-miżuri meħuda biex dan jitwettaq”,

J.

billi skont l-Artikolu 295, it-Trattat KE “m’għandu bl-ebda mod jippreġudika r-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema ta’ pussess ta’ proprjetà”; billi, skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, dik id-dispożizzjoni sempliċement tirrikonoxxi s-setgħa tal-Istati Membri li jiddefinixxu r-regoli dwar is-sistema ta' sjieda tal-proprjetà; u billi l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li l-kompetenza tal-Istati Membri f’dan ir-rigward għandha dejjem tiġi applikata flimkien mal-prinċipji tal-liġi Komunitarja, bħall-moviment liberu tal-oġġetti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital (ara s-Sentenza tat-22 ta’ Ġunju 1976 fil-Każ C-119/75 Terrapin v Terranova [1976] ECR 1039),

K.

billi, madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet b'mod konsistenti li, waqt li d-dritt għall-proprjetà jifforma parti mill-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, dan mhuwiex dritt assolut u jrid jitqies f'relazzjoni mal-funzjonijiet soċjali tiegħu u billi, konsegwentement, l-eżerċitar tiegħu jista' jitrażżan, sakemm dan it-trażżin fil-fatt jikkorrispondi għall-objettivi ta' interess ġenerali segwiti mill-Komunità u ma jikkostitwixxix indħil sproporzjonat u intollerabbli, li jxekkel is-sustanza nnifisha tad-drittijiet garantiti (ara s-sentenza tal-10 ta' Diċembru 2002 fil-Kawża C-491/01 British American Tobacco (Investments) u Imperial Tobacco [2002] ECR I-11453),

L.

billi, minkejja din il-każistika, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet b'mod konsistenti li fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, il-Komunità m'għandhiex ġurisdizzjoni fl-evalwazzjoni tal-kumpatibilità ta' dawk id-dispożizzjonijiet mad-drittijiet fundamentali li r-rispett tagħhom hu żgurat mill-Qorti (ara, pereżempju, l-ordni tas-6 ta’ Ottubru 2005 fil-Kawża C-328/04 Vajnai [2005] ECR-8577, para. 12 u 13),

M.

billi l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tal-ewwel Protokoll Addizzjonali għall-ECHR jiddikjara li “kull persuna naturali jew ġuridika hija intitolata għat-tgawdija paċifika tal-beni tagħha”, li “ħadd m’għandu jiġi mċaħħad mill-beni tiegħu għajr għall-interess pubbliku u soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati bil-liġi u bil-prinċipji ġenerali tal-liġi internazzjonali”; billi t-tieni paragrafu ta’ dak l-artikolu jgħid li “d-dispożizzjonijiet ta' qabel m’għandhom bl-ebda mod inaqqsu d-dritt ta' Stat li jinforza dawk il-liġijiet li jidhrulu xierqa biex jikkontrolla l-użu tal-beni skont l-interess ġenerali jew biex jiżgura l-ħlas ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet jew pieni oħra”; u billi, fil-mument tar-ratifika ta’ dan il-Protokoll, Spanja esprimiet riserva fir-rigward tal-Artikolu 1 fid-dawl tal-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni Spanjola, li jistipula li: 1. “Jintgħaraf id-dritt għall-proprjetà privata u għall-wirt. 2. Il-funzjoni soċjali ta’ dawn id-drittijiet għandha tiddetermina l-limiti tal-kontenut tagħhom b’konformità mal-liġi. 3. Ħadd ma’ jista’ jiċċaħħad mill-beni jew mid-drittijiet tiegħu, ħlief għal raġunijiet ġustifikati ta’ ħtieġa pubblika jew ta’ interess soċjali u b’kumpens xieraq b’konformità mal-liġi”,

N.

billi l-Parlament jikkunsidra li ċ-ċessjoni obbligata ta’ proprjetà privata akkwistata b’mod leġittimu, mingħajr proċess kif suppost u kumpens xieraq u l-obbligu li jitħallsu l-ispejjeż arbitrarji ta’ żvilupp infrastrutturali mhux mitlub u spiss bla siwi, tikkostitwixxi ksur tad-dritt fundamentali tal-individwu skont l-ECHR u fid-dawl tal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ara, pereżempju, Aka v. Turkey  (1)),

O.

billi fl-2008 l-awtoritajiet Spanjoli ħarġu istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Liġi tal-Kosta tal-1988, li kienet ġiet injorata għal bosta snin li waqthom saret ħsara ambjentali estensiva lill-inħawi tal-kosta fi Spanja; u billi lanqas l-istruzzjonijiet attwali ma jipprovdu miżuri implimentattivi ċari biex jiġu segwiti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali involuti, u billi ħafna petizzjonijiet ġodda li waslu jixhdu l-kontenut retroattiv tal-istruzzjoni u l-qerda u t-tiġrif arbitrarji ta' proprjetà ta' individwi akkwistata leġittimament, id-drittijiet tagħhom għal proprjetà ta' dan it-tip u l-kapaċità tagħhom li jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom permezz ta' wirt,

P.

billi, minħabba d-direzzjoni reali tal-linja ta' demarkazzjoni, dawk milquta huma konvinti li din ġiet definita b'mod arbitrarju b’detriment għas-sidien barranin, pereżempju fuq il-gżira ta' Formentera,

Q.

billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali tal-proprjetà li d-drittijiet tagħhom għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ, u fl-istess ħin m'għandhiex biżżejjed impatt fuq dawk li realment qerdu l-kosta, li f'ħafna każi kienu responsabbli għal żvilupp urbanistiku eċċessiv tul il-kosta, żvilupp li jinkludi ċentri għall-vaganzi, u li żgur li kienu jafu li kienu qed jaġixxu bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi msemmija,

R.

billi matul il-mandat attwali tal-Parlament il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, b’risposta għall-għadd kbir ħafna ta’ petizzjonijiet li waslulu, wettaq investigazzjonijiet dettaljati u rrapporta tliet darbiet dwar il-kobor tal-abbuż tad-drittijiet leġittimi taċ-ċittadini tal-UE għall-proprjetà akkwistata minnhom legalment fi Spanja, u esprima bid-dettalji t-tħassib tiegħu dwar id-dgħajfien tal-iżvilupp sostenibbli, il-protezzjoni ambjentali, il-kwalità u l-provvista tal-ilma, il-proċeduri tal-akkwist pubbliku marbutin mal-kuntratti għall-urbanizzazzjoni u n-nuqqasijiet fil-kontroll tal-proċeduri tal-urbanizzazzjoni minn bosta awtoritajiet lokali u reġjonali fi Spanja (2), kwistjonijiet li fil-mument huma s-suġġett ta' proċeduri legali kemm fi Spanja kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja,

S.

billi hemm ħafna eżempji ta’ każijiet fejn l-awtoritajiet fil-livelli kollha tagħhom, minn dawk ċentrali għal dawk awtonomi u lokali, kienu responsabbli biex jibda jitħaddem mudell għall-iżvilupp mhux sostenibbli li kellu konsegwenzi ambjentali serji ħafna, kif ukoll konsegwenzi ekonomiċi u soċjali,

T.

billi l-Parlament irċieva ħafna petizzjonijiet minn individwi privati u minn diversi organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw liċ-ċittadini tal-UE, b'ilmenti dwar aspetti differenti tal-urbanizzazzjoni, u billi nnota li ħafna mill-kwistjonijiet li jitqajmu fil-petizzjonijiet imressqa b'rabta mal-espansjoni urbanistika ma jikkostitwixxux ksur tal-liġi Komunitarja, kif jidher mill-komunikazzjonijiet lill-Istati Membri, u għandhom jiġu solvuti billi jiġu użati r-rimedji legali kollha disponibbli fl-Istati Membri kkonċernati,

U.

billi hemm evidenza dejjem tiżdied li l-awtoritajiet ġudizzjarji fi Spanja bdew jirreaġixxu għall-isfida ppreżentata mill-urbanizzazzjoni eċċessiva f’ħafna żoni tal-kosta, partikolarment billi jinvestigaw u jixlu ċerti uffiċjali lokali korrotti li bl-aġir tagħhom ippermettew żvilupp urban bla preċedenti u mhux regolat, bi ħsara għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, u b’hekk għamlu ħsara irreparabbli fil-bijodiversità u l-integrità ambjentali ta’ bosta reġjuni Spanjoli; billi l-Parlament osserva, madankollu, li, b’risposta għal dawn l-akkużi, il-proċeduri qed jieħdu żmien esaġerat u li s-sentenzi mogħtija f’ħafna minn dawn il-każijiet mhumiex infurzabbli b’mod li jipprovdu rimedju sodisfaċenti għall-vittmi ta’ dawn l-abbużi, u billi dan saħħaħ l-impressjoni li għandhom ħafna ċittadini tal-UE affettwati li mhumiex Spanjoli, fir-rigward tan-nuqqas ta’ azzjoni u/jew il-parzjalità tal-ġustizzja Spanjola; billi ta’ min isemmi li, madankollu, hemm ukoll mod biex isir appell lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ladarba jkunu ġew eżawriti r-rimedji nazzjonali,

V.

billi din l-attività mifruxa, appoġġjata minn awtoritajiet lokali u reġjonali irresponsabbli permezz ta’ liġijiet mhux adegwati u kultant mhux ġustifikati li ħafna drabi jaħdmu kontra l-għanijiet ta’ diversi atti leġiżlattivi Ewropej, għamlet ħsara kbira lill-immaġni ta’ Spanja u l-interessi usa' tagħha fl-ekonomija u l-politika fl-Ewropa, kif għamlet ukoll l-applikazzjoni laxka tal-liġijiet dwar l-ippjanar urbanistiku u l-ambjent fis-seħħ fil-komunitajiet awtonomi Spanjoli għal ċerti operazzjonijiet ta' żvilupp urbanistiku, kif ukoll il-kxif ta' każijiet serji ta' korruzzjoni li rriżultaw minn dawn l-abbużi,

W.

billi l-ombudsmen reġjonali spiss ħadu azzjoni, f’ċirkustanzi diffiċli ħafna, biex jiddefendu l-interessi taċ-ċittadini tal-UE f’każijiet marbuta mal-abbużi urbanistiċi, għalkemm f'xi komunitajiet awtonomi, il-gvernijiet reġjonali ġieli rnexxielhom jinjoraw l-isforzi tagħhom,

X.

billi l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni Spanjola jirreferi għad-drittijiet tal-individwi għall-proprjetà tagħhom, u billi kien hemm interpretazzjonijiet differenti ta' dan l-Artikolu, partikolarment fir-rigward taċ-ċessjoni ta’ proprjetà għal użu soċjali għall-kuntrarju tad-drittijiet tal-individwi għad-djar u l-abitazzjonijiet akkwistati minnhom legalment; billi għad ma kien hemm l-ebda sentenza dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet dwar l-art fir-reġjun ta’ Valencia,

Y.

billi l-Artikolu 47 tal-Kostituzzjoni Spanjola jipprevedi li l-Ispanjoli kollha għandhom id-dritt li jibbenefikaw minn akkomodazzjoni diċenti u xierqa, u jqabbad lill-awtoritajiet pubbliċi biex jippromowovu l-kundizzjonijiet rikjesti u jistabbilixxu r-regoli relevanti biex dak id-dritt isir effettiv, u biex jirregolaw l-użu tal-art fl-interess ġenerali biex tiġi evitata l-ispekulazzjoni,

Z.

billi l-gvern nazzjonali Spanjol għandu l-obbligu li japplika t-Trattat tal-KE u li jiddefendi u jiżgura l-applikazzjoni sħiħa tal-liġi Ewropea fit-territorju tiegħu, tkun xi tkun l-organizzazzjoni interna tal-awtoritajiet politiċi kif stabbilita mill-Kostituzzjoni tar-Renju ta’ Spanja,

AA.

billi l-Kummissjoni, bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilha mill-Artikolu 226 tat-Trattat tal-KE, bdiet proċeduri kontra Spanja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’kawża dwar l-abbużi ta’ urbanizzazzjoni eċċessiva li kien hemm fi Spanja li jikkonċernaw direttament l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet ta’ Valencia tad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku (3),

AB.

billi l-Kummissjoni, fuq talba tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, nediet investigazzjoni dwar aktar minn 250 proġett urbanistiku li dwarhom kien hemm opinjoni negattiva mill-awtoritajiet tal-ilma u tal-baċiri tax-xmajjar kompetenti, u li għaldaqstant jistgħu jkunu bi ksur tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma (4), l-aktar fl-Andalusija, fil-Castilla-la-Mancha, fil-Murcia u fir-reġjun ta’ Valencia,

AC.

billi bosta minn dawn il-proġetti ta’ urbanizzazzjoni huma iżolati miż-żoni urbani kkonsolidati u jeħtieġu nfiq sostanzjali fir-rigward tas-servizzi bażiċi bħad-dawl, il-provvista tal-ilma, u l-infrastruttura tat-toroq; billi l-investiment f’dawn il-proġetti spiss jinvolvi element ta’ fondi tal-UE,

AD.

billi f’ħafna każi dokumentati ta’ problemi ta’ urbanizzazzjoni fi Spanja, il-Kummissjoni naqset milli taġixxi b’qawwa biżżejjed, mhux biss fir-rigward tal-infurzar tal-prinċipju kawtelatorju li fuqhu hi bbażata l-liġi ambjentali iżda anke tal-interpretazzjoni laxka tal-atti ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti li jorbtu legalment, bħall-“approvazzjoni proviżorja” ta’ pjan integrat ta’ żvilupp urbanistiku minn awtorità lokali,

AE.

billi l-għan tad-Direttiva dwar l-Istudju Strateġiku tal-Impatt Ambjentali (5), li l-Artikolu 3 tagħha jkopri espliċitament it-turiżmu u l-urbanizzazzjoni, huwa li tipprovdi livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent u li jiġu integrati l-kunsiderazzjonijiet ambjentali fit-tħejjija u l-adozzjoni ta’ pjanijiet u programmi bl-iskop li jiġi promoss żvilupp sostenibbli; u billi d-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma teħtieġ li l-Istati Membri ma jħallux li l-ilmijiet tagħhom jiddeterjoraw u li jippromwovu l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma ħelu tagħhom,

AF.

billi ż-żjarat ta’ tiftix tal-fatti li saru mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet urew li jidher li dawn l-għanijiet spiss jiġu interpretati ħażin minn xi awtoritajiet lokali u reġjonali (mhux biss fiż-żoni tal-kosta) meta jipproponu jew japprovaw programmi urbanistiċi estensivi; billi l-biċċa l-kbira tal-pjanijiet urbanistiċi kkontestati mill-petizzjonanti jinvolvu l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-art rurali allokata għall-urbanizzazzjoni – għall-benefiċċju ekonomiku konsiderevoli tal-aġenti u l-iżviluppaturi urbanistiċi; u billi hemm ukoll diversi każijiet fejn artijiet protetti, jew artijiet li kellhom ikunu protetti minħabba l-bijodiversità sensittiva tagħhom tneħħew mil-lista u ġew klassifikati mill-ġdid, jew ma ġew ikklassifikati qatt, bl-iskop preċiż li tkun permessa l-urbanizzazzjoni taż-żona kkonċernata,

AG.

billi dawn il-kunsiderazzjonijiet ikomplu jkabbru l-abbuż li jinħass minn eluf ta’ ċittadini tal-UE li bħala riżultat tal-pjanijiet tal-aġenti urbanistiċi, mhux talli tilfu l-proprjetà li akkwistaw leġittimament, iżda kienu wkoll imġiegħla jħallsu l-ispejjeż arbitrarji ta’ proġetti infrastrutturali mhux mixtieqa, spiss mhux meħtieġa, jew mhux xierqa, bir-riżultat aħħari li ħafna familji għaddew minn katastrofi ekonomika u emozzjonali,

AH.

billi bosta eluf ta’ ċittadini Ewropej akkwistaw, bona fide f’ċirkostanzi differenti, proprjetà fi Spanja bl-assistenza ta’ avukati lokali, pjanifikaturi ta’ bliet u arkitetti, biex wara skoprew li kienu sfaw vittmi ta’ abbuż urbanistiku minn awtoritajiet lokali bla skruplu, bir-riżultat li ġew iffaċċjati bit-twaqqigħ tal-proprjetà tagħhom minħabba li nstab li kienet inbniet illegalment u kienet għalhekk bla valur u ma setgħetx tinbiegħ,

AI.

billi l-aġenti tal-proprjetà fi Stati Membri bħar-Renju Unit, u fornituri ta' servizzi oħra relatati mas-suq tal-proprjetà fi Spanja jkomplu jirriklamaw proprjetà f'urbanizzazzjonijiet ġodda anke meta bilfors huma konxji li hemm possibilità ċara li l-proġett ikkonċernat mhux se jitlesta jew jinbena,

AJ.

billi ż-żoni tal-gżejjer naturali u ż-żoni tal-kosta Mediterranja ta’ Spanja sofrew ħsarat kbar ħafna fl-aħħar għaxar snin li fihom dawn ir-reġjuni mtlew għal kollox bl-istrutturi tal-konkrit b’mod li m’affettwax biss l-ambjent fraġli tax-xtut – li l-parti l-kbira tiegħu huwa protett bid-Direttiva tal-Habitats /Natura 2000 (6) u d-Direttiva tal-Għasafar (7), bħall-urbanizzazzjonijiet ta’ Cabo de Gata (Almería) u f’Murcia – iżda wkoll l-attività soċjali u kulturali ta’ ħafna żoni, u dan fisser it-telfien traġiku u irrekuperabbli tal-identità kulturali u tal-wirt storiku u anke tal-integrità ambjentali tagħhom, u dan kollu primarjament minħabba n-nuqqas ta’ ppjanar ‘il fuq mill-awtoritajiet lokali u n-nuqqas ta’ linji gwida għall-ippjanar reġjonali li jiffissaw limiti raġonevoli għat-tkabbir urban u tal-iżvilupp stabbiliti fuq kriterji espliċiti ta’ sostenibilità ambjentali, u minħabba r-regħba u l-imġiba spekulattiva ta’ ċerti awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll ta’ dawk midħla tal-industrija tal-bini li rnexxielhom jiksbu profitti kbar - li l-biċċa l-kbira minnhom ġew esportati (8) -mill-attivitajiet tagħhom f’dan ir-rigward,

AK.

billi dan il-mudell ta' tkabbir għandu wkoll konsegwenzi negattivi għas-settur turistiku, peress li għandu impatt qerriedi fuq it-turiżmu ta' kwalità peress li jeqred il-valuri lokali u jħeġġeġ l-espansjoni urbana eċċessiva,

AL.

billi dan huwa mudell li jaħtaf u jisraq l-oġġetti kulturali u jgħarraq il-valuri u l-karatteristiċi distinti tal-identità li huma fundamentali għad-diversità kulturali Spanjola, filwaqt li jeqred siti arkeoloġiċi, bini u postijiet ta' interess kulturali, kif ukoll l-ambjent u l-pajsaġġ naturali ta’ madwarhom,

AM.

billi l-industrija tal-bini, wara li għamlet profitti kunsiderevoli tul is-snin ta’ espansjoni ekonomika mgħaġġla, illum sfat il-vittma ewlenija tal-kollass attwali tas-swieq finanzjarji, kollass ipprovokat parzjalment minn inizjattivi spekulattivi fis-settur tad-djar, u billi dan ma jolqotx biss il-kumpaniji nfushom, li issa qed jiffaċċjaw il-falliment, iżda wkoll lil għexieren ta’ eluf ta’ ħaddiema fl-industrija tal-bini li qed iħabbtu wiċċhom mal-qgħad kaġun tal-politiki urbanistiċi mhux sostenibbli li ġew imħaddna u li issa anki huma sfaw vittmi tagħhom,

1.

Jistieden lill-Gvern ta’ Spanja u lir-reġjuni kkonċernati biex iwettqu evalwazzjoni fil-fond u jirrevedu l-leġiżlazzjoni kollha li tolqot id-drittijiet tas-sidien tal -proprjetà minħabba l-urbanizzazzjoni bla limiti, sabiex itemmu darba għal dejjem l-abbuż tad-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fit-Trattat tal-KE, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, fl-ECHR u fid-Direttivi relevanti tal-UE, kif ukoll f’konvenzjonijiet oħra li tagħhom l-UE hija firmatarja;

2.

Jistieden lill-awtoritajiet Spanjoli biex ineħħu kull forma legali li tinkuraġġixxi l-ispekulazzjoni, bħall-aġenti tal-urbanizzazzjoni;

3.

Jikkunsidra li l-awtoritajiet reġjonali kompetenti għandhom jissospendu u jirrevedu l-pjanijiet urbanistiċi ġodda kollha li ma jikkonformawx mal-kriterji stretti tas-sostenibbiltà ambjentali u tar-responsabbiltà soċjali u li ma jiggarantixxux ir-rispett tas-sjieda leġittima tal-proprjetà akkwistata, u għandhom iwaqqfu jew jikkanċellaw l-iżviluppi kollha eżistenti, speċjalment fir-rigward tal-għoti tal-kuntratti ta’ urbanizzazzjoni u l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-ilma u l-ambjent, kull fejn il-kriterji stabbiliti mil-liġijiet tal-UE ma jkunux ġew segwiti jew applikati;

4.

Jitlob lill-awtoritajiet Spanjoli biex jiżguraw li l-ebda att amministrattiv li jobbliga lil ċittadin iċedi proprjetà privata miksuba b’mod leġittimu ma jsib il-bażi legali tiegħu f’liġi li tkun ġiet adottata wara d-data tal-kostruzzjoni tal-proprjetà kkonċernata, peress li dan ikun bi ksur tal-prinċipju tan-non-retroattività ta’ atti amministrattivi li huwa prinċipju ġenerali tal-liġi Komunitarja (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta' Jannar 1985 dwar il-Każ 234/83 Gesamthochschule Duisburg [1985] ECR 327) u jdgħajjef il-garanziji li jagħtu liċ-ċittadini ċ-ċertezza legali, il-kunfidenza u l-aspettattivi leġittimi ta’ protezzjoni skont il-liġi tal-UE;

5.

Jistieden lill-awtoritajiet Spanjoli biex jiżviluppaw kultura ta’ trasparenza maħsuba biex tgħarraf liċ-ċittadini dwar l-immaniġġjar tal-ħamrija u t-trawwim effikaċi ta’ mekkaniżmi ta’ informazzjoni u parteċipazzjoni pubblika;

6.

Iħeġġeġ lill-Gvern Spanjol biex jorganizza dibattitu pubbliku, bil-parteċipazzjoni tal-entitajiet amministrattivi kollha, li jkun jinvolvi studju rigoruż permezz tat-twaqqif ta' kumitat ta' ħidma dwar l-iżvilupp urban fi Spanja u li jagħmilha possibbli li jittieħdu miżuri leġiżlattivi kontra l-ispekulazzjoni u l-iżvilupp mhux sostenibbli;

7.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali kompetenti biex jistabbilixxu mekkaniżmi ġudizzjarji u amministrattivi li jiffunzjonaw, bl-involviment tal-ombudsmen reġjonali, li għandhom jingħataw is-setgħa li jipprovdu mezzi li jħaffu r-rimedju u kumpens lill-vittmi ta’ abbużi urbanistiċi li jkunu batew b’riżultat tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet fis-seħħ;

8.

Jitlob lill-entitajiet finanzjarji u kummerċjali kompetenti li għandhom x’jaqsmu mal-industrija tal-bini u tal-urbanizzazzjoni biex jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet politiċi biex ifittxu soluzzjonijiet fir-rigward tal-problemi kkaġunati mill-urbanizzazzjoni fuq skala kbira, li laqtet għadd kbir ta’ ċittadini tal-UE li għażlu li jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE u li eżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ stabbiliment skont l-Artikolu 44 fi Stat Membru li mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini tagħhom;

9.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiggarantixxu arranġament ġust għall-bosta każi pendenti ta' ċittadini tal-UE milquta min-nuqqas ta' tlestija tad-dar tagħhom minħabba ppjanar u koordinazzjoni ħżiena bejn l-istituzzjonijiet u l-kumpaniji tal-kostruzzjoni;

10.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, jekk il-partijiet milquta ma jirnexxilhomx jieħdu sodisfazzjon fil-qrati Spanjoli, huma jkollhom jappellaw lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ladarba l-ksur allegat tad-dritt għall-proprjetà ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja;

11.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jipprovdu pariri u appoġġ, jekk jintalbu jagħmlu dan, mill-awtoritajiet Spanjoli, biex jipprovdulhom, f’perjodu qasir iżda raġonevoli, il-mezzi li bihom jegħlbu b’mod effikaċi l-impatt diżastruż tal-urbanizzazzjoni bla limiti fuq ħajjet iċ-ċittadini;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-istess waqt tiżgura li jkun hemm osservanza stretta tal-liġijiet Komunitarji u l-għanijiet stipulati fid-Direttivi koperti minn din ir-riżoluzzjoni, sabiex il-konformità magħhom tkun tista’ tiġi żgurata;

13.

Jesprimi t-tħassib u d-diżappunt serju tiegħu li l-awtoritajiet legali u ġuridiċi fi Spanja ltaqgħu ma' diffikultajiet biex jittrattaw l-impatt tal-urbanizzazzjoni bla limiti fuq ħajjet in-nies, kif jixhdu l-eluf ta’ rappreżentazzjonijiet li rċevew il-Parlament u l-Kumitat responsabbli tiegħu dwar il-kwistjoni;

14.

Jikkunsidra li huwa allarmanti li jidher li hemm nuqqas ta’ fiduċja mifrux fost il-petizzjonanti fis-sistema ġudizzjarja Spanjola bħala mezz effikaċi biex jiksbu kumpens u ġustizzja;

15.

Jesprimi tħassib rigward in-nuqqas ta’ traspożizzjoni korretta tad-Direttivi dwar il-ħasil tal-flus (9), li fil-mument huwa s-suġġett ta’ proċedimenti ta’ ksur tat-Trattat, li llimita t-trasparenza u s-segwitu legali taċ-ċirkolazzjoni illeċita ta' kapital finanzjarju, inklużi l-investimenti, f’ċerti proġetti kbar ta' urbanizzazzjoni;

16.

Huwa tal-fehma li persuni li xtraw proprjetà bona fide fi Spanja, u li mbagħad skoprew li t-tranżazzjoni tagħhom ġiet iddikjarata illegali, għandu jkollhom dritt li jieħdu kumpens xieraq permezz tal-qrati Spanjoli;

17.

Jikkunsidra li jekk individwi privati, li jkunu xtraw xi proprjetà fi Spanja meta kienu jafu li t-tranżazzjoni kkonċernata x’aktarx kienet illegali, jistgħu jiġu obbligati jħallsu l-ispejjeż tar-riskju li jkunu ħadu, u dan għandu a fortiori japplika b'analoġija għall-professjonisti li jaħdmu f'dal-qasam; jikkunsidra għalhekk li l-iżviluppaturi li daħlu f’xi kuntratti, meta suppost kienu konxji tal-illegalità tagħhom, m'għandhomx ikunu intitolati għall-kumpens għal proġetti mitluqa minħabba nuqqas ta' konformità mal-liġi nazzjonali u Ewropea, u m'għandhomx ikollhom jedd awtomatiku ta' rkupru ta’ pagamenti li diġà ħallsu lil muniċipalitajiet jekk dawn ikunu saru meta huma kienu konxji mill-illegalità probabbli tal-kuntratt li kienu daħlu għalih;

18.

Jemmen, madankollu, li n-nuqqas ta’ ċarezza, preċiżjoni u ċertezza dwar id-drittijiet tal-individwi għall-proprjetà fil-liġijiet fis-seħħ, u n-nuqqas ta’ applikazzjoni xierqa u konsistenti tal-liġi ambjentali, huma l-għerq ta’ ħafna problemi marbuta mal-urbanizzazzjoni u li dawn, magħduda ma’ ċerta laxkezza fil-proċess ġuridiku, mhux biss ikkumplikaw il-problema iżda ħolqu wkoll forma endemika ta’ korruzzjoni li l-vittma ewlenija tagħha huwa għal darb’oħra ċ-ċittadin tal-UE, u li kkawżat ukoll telf sostanzjali lill-Istat Spanjol;

19.

Jappoġġja l-konklużjonijiet li ntlaħqu mill-Ombudswoman tal-Komunità ta’ Valencia (Síndica de Greuges) – li hija istituzzjoni magħrufa għad-difiża tagħha tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini – konklużjonijiet li jiddikjaraw li setgħu ntlaqtu d-drittijiet tas-sidien, kemm minħabba sottovalutazzjoni mill-iżviluppatur jew minħabba li dawn is-sidien ġieli kellhom iġarrbu tariffi eċċessivi għall-iżvilupp li kienu imposti b'mod unilaterali mill-iżviluppatur;

20.

Jikkunsidra li sa mill-bidu nett tal-proċess ta’ żvilupp, għandhom ikunu garantiti l-aċċess għall-informazzjoni u l-involviment taċ-ċittadini fil-proċess, u li l-informazzjoni ambjentali għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini b’mod ċar, sempliċi u li jinftiehem;

21.

Jemmen li għadha ma saret l-ebda definizzjoni xierqa ta’ “interess ġenerali”, la fil-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-iżvilupp u lanqas mill-awtoritajiet kompetenti, u jemmen li dan it-terminu jintuża biex jiġu approvati proġetti li mhumiex sostenibbli f’sens ambjentali, u f’ċerti każi biex iduru mal-istudji ta’ impatt ambjentali negattivi u ma’ rapporti magħmula mill-Konfederazzjonijiet Idrografiċi rispettivi;

22.

Jagħraf u jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet Spanjoli biex jipproteġu l-ambjent tal-kosta u, fejn possibbli, biex jirrestawrawh b’mod li jippermetti l-bijodiversità u r-riġenerazzjoni tal-ispeċijiet indiġeni tal-flora u l-fawna; f’dan il-kuntest speċifiku jappellalhom biex jirrevedu b’urġenza l-Liġi tal-Kosta u, jekk ikun meħtieġ, jimmodifikawha sabiex iħarsu d-drittijiet tas-sidien leġittimi tad-djar u tas-sidien ta' biċċiet żgħar t'art f'żoni tal-kosta li m'għandhom l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent tal-kosta; jenfasizza li protezzjoni bħal din m’għandhiex tingħata lil dawk il-proġetti li jkunu ppjanati bħala proġetti spekulattivi li ma jirrispettawx id-Direttivi ambjentali applikabbli tal-UE; biħsiebu jirrevedi l-petizzjonijiet li rċieva dwar das-suġġett fid-dawl tat-tweġibiet li rċieva mingħand l-awtoritajiet kompetenti Spanjoli;

23.

Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni tal-ippjanar urban tal-muniċipalità ta’ Marbella fl-Andalusija, fejn għexieren t’eluf ta’ djar mibnija illegalment, aktarx bi ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ħarsien ambjentali u l-parteċipazzjoni pubblika, tal-politika dwar l-ilma u tal-akkwist pubbliku, se jiġu legalizzati permezz ta' pjan ġenerali ġdid għall-belt, li qed iwassal għal nuqqas ta’ ċertezza legali u ta’ salvagwardji għax-xerrejja tad-djar, għas-sidien tal-proprjetà u għaċ-ċittadini b’mod ġenerali;

24.

Ifaħħar u jappoġġja bis-sħiħ l-attivatijiet tal-ombudsmen reġjonali (“síndics de greuges”) u l-staff tagħhom u wkoll lill-prosekuturi pubbliċi l-aktar assidwi (“fiscales”) li stinkaw ħafna sabiex l-istituzzjonijiet milquta jerġgħu jimplimentaw l-applikazzjoni tal-proċeduri xierqa li jikkonċernaw dawn il-kwistjonijiet;

25.

Ifaħħar ukoll l-attività tal-petizzjonanti, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u dawk tal-komunitajiet lokali, li tinvolvi eluf ta’ ċittadini Spanjoli u mhumiex, li ġabu dawn il-kwistjonijiet għall-attenzjoni tal-Parlament, u li kienu strumentali fis-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali tal-ġirien tagħhom u ta’ dawk kollha milquta minn din il-problema komplessa;

26.

Ifakkar li d-Direttiva tal-Istima tal-Effetti fuq l-Ambjent (10) u d-Direttiva tal-Istima Strateġika tal-Effetti fuq l-Ambjent (11) jimponu l-obbligu tal-konsultazzjoni mal-pubbliku fl-istadju tat-tħejjija u t-tfassil tal-pjanijiet, u mhux – kif spiss ġara fil-każijiet imressqa quddiem il-Kumitat tal-Parlament għall-Petizzjonijiet – wara li jkunu fil-fatt diġà approvati mill-awtorità lokali; ifakkar, fl-istess kuntest, li kull modifika sostanzjali ta’ pjanijiet eżistenti għandha wkoll tosserva din il-proċedura u li l-pjanijiet għandhom ikunu attwali u mhux statistikament impreċiżi jew skaduti;

27.

Ifakkar ukoll li l-Kummissjoni għandha s-setgħa, bis-saħħa tal-Artikolu 91 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (12), li twaqqaf il-ħlas tal-fondi strutturali u, bl-Artikolu 92, li tissospendi dan il-finanzjament lill-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat, u li tistabbilixxi miżuri ta’ korrezzjoni għall-proġetti li jibbenefikaw minn fondi, li sussegwentement jitqiesu li ma jkunux konformi għal kollox mar-regoli applikabbli skont l-atti leġiżlattivi tal-UE;

28.

Ifakkar ukoll li l-Parlament, bħala l-awtorità baġitarja, jista’ wkoll jiddeċiedi li jqiegħed fondi allokati għall-politiki ta’ koeżjoni fir-riserva jekk jikkunsidra li dan ikun meħtieġ biex jikkonvinċi lil xi Stat Membru li jieqaf milli jkompli jikser serjament ir-regoli u l-prinċipji li huwa obbligat josserva skont it-Trattat, jew b’riżultat tal-applikazzjoni tal-liġijiet tal-UE, sakemm jinstab tarf tal-problema;

29.

Itenni l-konklużjonijiet fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu billi jixħet dubju dwar il-metodi tal-ħatra tal-aġenti urbanistiċi u s-setgħat ħafna drabi eċċessivi li spiss jingħataw lill-pjanifikaturi tal-bliet u lill-iżviluppaturi tal-proprjetà minn ċerti awtoritajiet lokali, bi ħsara għall-komunitajiet u għaċ-ċittadini li jkollhom djarhom f’dawk l-inħawi;

30.

Għal darb’oħra jistieden lill-awtoritajiet lokali jikkonsultaw liċ-ċittadini tagħhom u jinvolvuhom fil-proġetti ta’ żvilupp urban biex jinkoraġġixxu żvilupp urban ġust, trasparenti u sostenibbli fejn ikun meħtieġ, fl-interess tal-komunitajiet lokali, u mhux fl-interess esklużiv tal-iżviluppaturi u l-aġenti tal-proprjetà jew ta’ interessi personali oħra;

31.

Jistieden lill-awtoritajiet responsabbli mill-iżvilupp urban biex jestendu l-proċess tal-konsultazzjoni dwar l-iżvilupp għas-sidien tal-proprjetà (b’avviż ta’ riċevuta li takkumpanja l-komunikazzjonijiet) kull meta jkun hemm xi tibdil fil-klassifikazzjoni tal-proprjetajiet tagħhom, u biex jipproponu lill-awtoritajiet lokali li joħorġu stediniet diretti u personali matul il-proċedimenti tal-appell li jikkonċernaw il-pjanijiet taż-żoni jew il-klassifikazzjoni mill-ġdid;

32.

Jikkundanna bil-qawwa kollha l-prattika illeċita li biha ċerti żviluppaturi tal-proprjetà jimminaw b’sotterfuġju s-sjieda leġittima tal-proprjetà ta’ ċittadini tal-UE billi jindaħlu fin-notifiki tar-reġistrazzjoni tal-art u fin-notifiki katastali, u jappella lill-awtoritajiet lokali biex jistabbilixxu salvagwardji ġuridiċi kontra din il-prattika;

33.

Itenni li fejn hemm kumpens pagabbli għat-telfien ta’ proprjetà, dan għandu jingħata b’rata xierqa b’konformità mal-liġi u mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

34.

Ifakkar li d-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali (13) tobbliga lill-Istati Membri kollha jipprovdu mezzi xierqa biex jiksbu rikors u rimedju legali għall-konsumaturi li jkunu sfaw vittmi ta’ dawn il-prattiki u biex jiżguraw li jkun hemm sanzjonijiet xierqa kontra dawn il-prattiki;

35.

Għal darb’oħra jitlob lill-Kummissjoni tniedi kampanja ta’ informazzjoni indirizzata lejn iċ-ċittadini tal-UE li jakkwistaw proprjetà immobbli fi Stat Membru ieħor;

36.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, lill-Gvern u l-Parlament tar-Renju ta’ Spanja u lill-Gvernijiet u lill-Assemblei Awtonomi Reġjonali, lill-Ombudsmen nazzjonali u reġjonali ta’ Spanja u lill-petizzjonanti.


(1)  Sentenza tat-23 ta’ Settembru 1998; ara wkoll ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta’ Ġunju 2007 dwar ir-riżultati tal-missjoni għat-tiftix tal-fatti fir-reġjuni tal-Andalusija, ta’ Valencia u ta’ Madrid, li marret f’isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet (ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 340).

(2)  Ara r-Riżoluzjoni tal-21 ta’ Ġunju 2007 msemmija hawn fuq u r-Riżoluzzjoni tat-13 ta’ Diċembru 2005 dwar l-allegati abbużi tal-Liġi tal-Art ta’ Valencia jew il-Ley Reguladora de la Actividad Urbanística (LRAU – il-liġi dwar l-attivitajiet ta’ żvilupp) u l-effetti tagħhom fuq ċittadini Ewropej (Petizzjonijiet 609/2003, 732/2003, 985/2002, 1112/2002. 107/2004 u oħrajn) (ĠU C 286 E, 23.11.2006, p. 225).

(3)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

(4)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1).

(8)  Ara r-rapporti reċenti maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Spanja, mill-Greenpeace, u mit-Transparency International.

(9)  Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 October 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15); Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “persuna esposta politikament” u l-kriterji tekniċi għall-proċeduri simplifikati għall-verifika adegwata tal-klijenti u għall-eżenzjoni minħabba attività finanzjarja mwettqa fuq bażi limitata jew ta’ kull tant żmien (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40).

(11)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, tal-21.7.2001, p. 30).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(13)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 rigward prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (ĠU L 149, 11.06.2005, p. 22).


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/198


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009
Ir-relazzjonijiet transatlantiċi wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti

P6_TA(2009)0193

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar l-istat tar-Relazzjonijiet Tranżatlantiċi wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti (2008/2199(INI))

2010/C 117 E/32

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet tranżatlantiċi, b'mod partikulari ż-żewġ riżoluzzjonijiet tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar it-titjib tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fil-qafas ta' Ftehima ta' Sħubija Tranżatlantika (1) u dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi tranżatlantiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti (2) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ April 2007 fuq ir-relazzjonijiet tranżatlantiċi (3), kif ukoll l-aktar waħda riċenti tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar il-Laqgħa Għolja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Unti (4),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tranżatlantika dwar ir-Relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Unti tal-1990 u l-Aġenda Tranżatlantika l-Ġdida tal-1995,

wara li kkunsidra r-riżultat tal-Laqgħa Għolja bejn l-UE u l-Istati Uniti li saret fl-10 ta' Ġunju 2008 fi Brdo,

jinnota l-konklużjonijiet tal-laqgħa informali tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li saret fit-8 ta’ Jannar 2009 dwar l-oqsma ta’ prijorità għall-koperazzjoni tranżatlantika waqt il-Presidenza Ċeka (koperazzjoni ekonomika u finanzjarja, is-sigurtà tal-enerġija, il-preparazzjoni għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima u d-djalogu msaħħaħ dwar il-Lvant Nofsani, l-Afganistan u l-Iran),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-64 Djalogu tal-Leġiżlaturi Tranżatlantiċi (TLD) li sar f’Mejju 2008 fi Ljubljana u tal-65 TLD Tranżatlantiċi li sar f’Diċembru 2008 f’Miami,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Laqgħa Għolja tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana li sar f’Bukarest fit-3 ta’ April 2008,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-approċċ tal-UE lejn, inter alia, il-Lvant Nofsani, l-Afganistan, l-Iran u l-Iraq, fuq l-Unjoni Ewropea u l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) u fuq is-sigurtà tal-enerġija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l- Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0114/2009),

A.

billi l-inawgurazzjoni tal-President il-ġdid tal-Istati Uniti fetħet epoka ġdida fl-istorja tal-Istati Uniti, intlaqgħet mad-dinja kollha bi stennijiet kbar u għandha l-potenzjal li tagħti spinta ġdida lis-sħubija tranżatlantika,

B.

billi kull ma jmur l-Unjoni Ewropea qiegħda ssir parteċipant dejjem aktar importanti fid-dinja u billi, ladarba t-Trattat ta’ Liżbona u l-għodod tal-politika barranija tiegħu jidħlu fis-seħħ, l-UE se tkun tista' jkollha sehem iżjed b'saħħtu u koerenti fix-xena internazzjonali,

C.

billi skont l-istħarriġ il-biċċa l-kbira tal-Ewropej jappoġġjaw l-idea li l-UE għandu jkollha sehem iżjed prominenti fid-dinja; billi l-biċċa l-kbira tal-Ewropej u tal-Amerikani jħossu li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jindirizzaw it-theddid internazzjonali fi sħubija flimkien,

D.

billi ħafna Ewropej jistennew approċċ koperattiv mill-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti fil-qasam internazzjonali kif ukoll tisħiħ fir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, ibbażata fuq rispett u ftehim reċiproku tar-restrizzjonijiet u l-prijoritajiet tal-imsieħba,

E.

billi s-sħubija tranżatlantika għandha tibqa’ l-pedament tal-azzjoni esterna tal-Unjoni,

F.

billi l-isħubija tranżatlantika hija msejsa fuq valuri bażiċi komuni bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-multilariżmu kif ukoll għanijiet komuni bħalma huma s-swieq miftuħin, l-ekonomiji integrati u l-iżvilupp sostenibbli, billi dan is-sies jibqa' sod minkejja xi differenzi fl-aħħar snin,

G.

billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom sehem ewlieni fil-politika u l-ekonomija dinjija, u jaqsmu bejniethom ir-responsabilità għall-promozzjoni tal-paċi, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-istabilità u li jittrattaw diversi sfidi u perikli globali, bħall-kriżi finanzjarja profonda, it-tneħħija tal-faqar u t-twettieq tal-Għanijiet oħrajn ta' Żvilupp tal-Millenju, il-bidla fil-klima, is-sigurtà fl-enerġija, it-terroriżmu u l-proliferazzjoni nukleari,

H.

billi f’dinja li kull ma jmur qiegħda ssir dejjem aktar globali, kumplessa u li qed tinbidel, huwa fl-interess taż-żewġ partijiet, kemm tal-Unjoni Ewropea u kemm tal-Istati Uniti, li jagħtu forma lill-ambjent internazzjonali flimkien u li jikkonfrontaw flimkien it-theddidiet u l-isfidi komuni skont il-liġi internazzjonali u l-istituzzjonijiet multilaterali, b’mod partikulari s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, u biex jistiednu msieħba oħra biex jikkoperaw f'dan l-isforz,

I.

billi huwa neċessarju li l-parteċipanti emerġenti jiġu nvoluti fir-responsabilità għall-ordni dinjija, għax kif kien qal f'Berlin f'Lulju 2008 meta kien għadu kandidat presidenzjali, “ebda nazzjon, ikun kemm ikun kbir jew b’saħħtu”, ma jista’ jegħleb l-isfidi globali waħdu,

J.

billi, fid-dawl tal-importanza tar-relazzjoni tagħhom u tar-responsabilità tagħhom għall-ordni internazzjonali, u fid-dawl tal-bidliet li ż-żewġ partijiet u d-dinja jinsabu għaddejin minnhom, jeħtieġ li s-sħubija bejn l-UE u l-istati Uniti tkun imsejsa fuq bażi solida u aġġornata bħall-ftehima tas-sħubija l-ġdida,

K.

billi s-sħubija tranżatlantika u n-NATO huma indispensabbli għas-sigurtà kollettiva,

L.

billi x-xogħol tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku jeħtieġ li jibqa’ għaddej lejn l-għan ta’ suq ġenwin, tranżatlantiku integrat; billi fil-kriżi kurrenti jeħtieġ tmexxija konġunta biex issir riforma deċiżiva tal-istituzzjonijiet ekonomiċi internazzjonali,

M.

billi l-prodott gross domestiku tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti jirrappreżentaw iżjed minn nofs tal-prodott gross domestiku globali; billi ż-żewġ partijiet għandhom l-ikbar sħubija bilaterali fin-negozju u fl-investiment fid-dinja, skont il-Kummissjoni, kważi 14-il miljun impjieg fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Uniti jiddependu fuq rabtiet ta’ kummerċ u investiment tranżatlantiku,

Kwistjonijiet istituzzjonali bilaterali

1.

Jawgura lill-Barack Obama tas-suċċess billi ġie elett President tal-Istati Uniti tal-Amerika; ifakkar fl-impenn qawwi tiegħu għas-sħubija tranżatlantika li aċċenna għalih fid-diskors tiegħu f’Berlin f’Ġunju 2008, li fih qal li “l-Amerika m'għandhiex sieħeb aħjar mill-Ewropa” u żied li issa wasal iż-żmien li ningħaqdu flimkien ħalli negħlbu l-isfidi tas-seklu 21; itenni l-istedina tiegħu lill-President Obama biex jindirizza lill-Parlament Ewropew fis-sessjoni matul l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fl-Ewropa;

2.

jistieden lill-Kunsill, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni biex itejbu l-koordinazzjoni u l-koerenza tal-politika tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal- amministrazzoni l-ġdida tal-Istati Uniti;

3.

Huwa konvint li r-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti hija l-aktar sħubija strateġika importanti għall-Unjoni Ewropea; jemmen li l-azzjoni kkoordinata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti hija ta' importanza fundamentali għall-komunità internazzjonali biex jiġu ndirizzati sfidi globali filwaqt li tiġi rrispettata l-liġi internazzjonali u t-tisħiħ tal-multilariżmu; iħeġġeġ lill-Presidenza Ċeka tal-Kunsill u lill-Kummissjoni biex flimkien mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti iwaqqfu aġenda komuni ta’ għanijiet għal żmien qasir jew twil fir-rigward ta’ kwistjonijiet bilaterali u ta’ kwistjonijiet u kunflitti globali u reġjonali;

4.

Jilqa' bil-ferħ il-laqgħa għolja li se sseħħ fi Praga fil-5 ta' April 2009 bejn il-President Obama u s-27 Kap ta' Stat jew ta' Gvern tal-UE, u jittama li l-laqgħa tagħti spinta qawwija lit-tisħiħ tar-relazzjoni transatlantika u t-twaqqif ta' aġenda komuni;

5.

Jenfasizza li l-momentum kurrenti għandu jintuża wkoll sabiex jittejjeb u jiġġedded il-qafas tar-relazzjoni tranżatlantika; jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Aġenda Tranżatlantika l-Ġdida eżistenti tal-1995 tinbidel bi Ftehima ta’ Sħubija Tranżatlantika Ġdida, li tipprovdi bażi aktar stabbli u aġġornata għar-relazzjoni tagħhom;

6.

Iqis li jkun xieraq li n-negozjati dwar il-ftehima l-ġdida jibdew wara li jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Liżbona, sabiex din titlesta qabel l-2012;

7.

Huwa konvint li l-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku, bħala l-korp responsabbli mit-tisħiħ tal-integrazzjoni ekonomika u tal-koperazzjoni regolatorja, għandu jiġi inkluż fil-ftehima l-ġdida; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku jingħata pariri mingħand għadd ta’ nies involuti, inkluż rappreżentanti tan-negozji, u jitlob li jingħata rwol simili lir-rappreżentanti tal-moviment tat-trejdunjins fuq kull naħa tal-Atlantiku;

8.

Jirrakkomanda li l-laqgħat għolja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jsiru darbtejn fis-sena sabiex l-isħubija tingħatalha spinta u direzzjoni strateġika, u li dawn ikomplu xogħolhom billi jeżerċitaw monitoraġġ adegwat tal-implimentazzjoni tal-għanijiet identifikati aktar qabel;

9.

Huwa tal-fehma li l-ftehima l-ġdida għandha tistabbilixxi korp għal konsultazzjoni u koordinazzjoni sistematika u ta’ livell għoli fir-rigward tal-politika barranija u ta’ sigurtà; jirrakkomanda li dan il-korp ikun immexxi minn Rappreżentant Għoli/Viċi-President tal-Kummissjoni fuq in-naħa tal-Unjoni Ewropea u mis-Segretarju tal-Istat fuq in-naħa tal-Istati Uniti, u li dan il-korp jiltaqa’ minn tal-anqas kull tliet xhur, bla ebda preġudizzju għal kuntatti informali; jissuġġerixxi li dan il-mekkaniżmu jista’ jissejjaħ il-Kunsill Politiku Tranżatlantiku;

10.

Afferma mill-ġdid li l-ftehim il-ġdid għandu jaġġorna d-Djalogu Tranżatlantiku tal-Leġiżlaturi f'assemblea tranżatlantika, li jservi bħala forum għad-djalogu parlamentari, l-identifikazzjoni tal-objettivi u skrutinju konġunt tal-implimentazzjoni tal-ftehim, u għall-koordinazzjoni tax-xogħol kemm tal-Parlament Ewropew u tal-Kungress tal-Istati Uniti fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw iż-żewġ partijiet, li jinkludu koperazzjoni mill-qrib minn naħa tal-kumitati u tar-rapporteurs miż-żewġ naħat; jikkunsidra li din l-assemblea għandha tiltaqgħa fi plenarja darbtejn fis-sena u tiġbor fiha bażi ugwali kemm tal-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Membri taż-żewġ Kmamar tal-Kungress tal-Istati Uniti; huwa tal-fehma li l-assemblea tista' tistabbilixxi gruppi ta' ħidma biex tipprepara l-laqgħat plenarji; itenni li għandha tinħoloq sistema reċiproka leġiżlattiva ta’ twissija bikrija fi ħdan dan il-Kumitat; jemmen li kumitat tat-tmexxija għandhu jkun responsabbli għat-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn il-kumitati leġiżlattivi u r-rapporteurs tal-Parlament Ewropew u tal-Kungress tal-Istati Uniti fuq leġiżlazzjoni li hija relevanti fir-rigward ta' aktar integrazzjoni tas-suq tranżatlantiku u b'mod parikulari għax-xogħol tal-Kunsill Politiku Tranżatlantiku;

11.

Jikkunsidra li l-assemblea tranżatlantika għandha tibqa' infurmata permezz tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku u l-Kunsill Politiku Tranżatlantiku rigward l-attivitajiet tagħhom, li jinkludu d-dritt li tmexxi s-smigħ mar-rappreżentattivi ta' dawn il-Kunsilli, u li għandha tkun tista' tagħmel il-proposti kemm lill-Kunsill kif ukoll matul il-Laqgħat Għolja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti; jitlob li, apparti t-tisħiħ tal-irwol tal-parlamentari fil-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku, iż-żewġ ko-chairpersons tal-assemblea għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fis-sessjoni tal-ftuħ tal-laqgħat kemm tal-Kunsilli kif ukoll tal-Laqgħat Għolja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti;

12.

Jistieden lill-Kungress tal-Istati Uniti, f'kooperazzjoni sħiħa mal-Parlament Ewropew biex jirriflettu dwar il-possibilità li jiġi mwaqqaf uffiċċju ta' kollegament tal-Kungress tal-Istati Uniti fi Brussell;

13.

Jistieden lis-Segretarju-Ġenerali tal-Parlament biex ikompli bħala kwistjoni tal-akbar urġenza, l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-11 ta’ Diċembru 2006 biex jintbagħat uffiċjal Washington bħala Uffiċjal ta’ Kollegament;

14.

Jinsisti fuq il-vantaġġi ta’ programm konġunt ta’ skambji tal-istaff u jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament jeżamina flimkien mal-iskrivani tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti u lis-Senat dwar il-possibilità li jsir memorandum konġunt dwar l-iskambji tal-istaff simili għal dak li ntlaħaq ftehim fuqu bejn il-Parlament u s-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti;

15.

Jenfasizza li din l-isħubija tranżatlantika għandha tkun appoġġjata bi fehim profond u aktar mill-qrib bejn is-soċjetajiet ċivili taż-żewġ partijiet; jinsisti fuq il-bżonn li jiżdiedu l-iskambji fost l-istudenti, l-akkademiċi u parteċipanti oħra tas-soċjetà ċivili miż-żewġ naħat, sabiex ikun żgurat li l-ġenerazzjonijiet tal-preżent u tal-ġejjieni jibqgħu impenjati f'din l-isħubija; iqis li l-appoġġ għal din l-inizjattiva għandu jingħata mill-baġit tal-Unjoni Ewropea tal-2010 u mill-baġits tal-istituzzjonijiet relevanti sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp effettiv tagħha;

16.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-preżenza dejjem tikber ta’ organizzazzjonijiet ta’ nisel Amerikan fi Brussell u b’mod partikulari l-impenn tagħhom lejn l-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tagħha u t-tisħiħ tal-isħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet Ewropej għandhom bżonn jagħtu impenn simili biex joperaw f’Washington DC sabiex jgħollu l-profil tal-Unjoni Ewropea u dak tal-perspettivi Ewropej fuq kwistjonijiet tranżatlantiċi u globali fil-komunità politika tal-Istati Uniti; huwa konxju li l-istituzzjonijiet Ewropej ħafna drabi m’għandhomx l-istess ammont ta’ riżorsi disponibbli għall-partijiet korrispondenti Amerikani tagħhom; għaldaqstant jissuġġerixxi li jkun hemm fondi disponibbli u ta’ prijorità għall-proġetti organizzati minn organizzazzjonijiet Ewropej immirati biex iżidu l-kuxjenza u l-fehma ta’ kwistjonijiet u perspettivi Ewropej fl-Istati Uniti;

17.

Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-kultura, u biex ikomplu jrawmu u jippromwovu l-benefiċċji reċiproċi li jirriżultaw mill-iskambji kulturali;

18.

Jenfasizza l-importanza ta’ koperazzjoni aktar mill-qrib fi programmi tal-ispazju, b’mod partikulari bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea u n-NASA;

Sfidi globali

19.

Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jinvolvu ruħhom f’multilateraliżmu effettiv, billi jinvolvu lill-parteċipanti emerġenti fi spirtu ta’ responsabiltà maqsuma għall-ordni globali, għar-rispett lejn il-liġi internazzjonali u għall-problemi komuni; jinsisti li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom isegwu l-isforzi tagħhom biex jiksbu l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti tar-Riforma, li tinkludi r-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' fora multilaterali oħrajn fi ħdan l-arkitettura globali;

20.

Jistieden liż-żewġ partijiet biex jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja bħala element prinċipali tal-politiki tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa għall-koordinazzjoni intensiva fid-diplomazija tal-prevenzjoni u tal-kriżi, kif ukoll fir-reazzjoni b’mod ikkoordinat u effiċjenti għall-pandemiji u għall-emerġenzi umanitarji; jitlob lill-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti biex tirratifika u tiffirma l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; jirrepeti l-appell tiegħu favur it-tneħħija tal-piena tal-mewt;

21.

Jistieden liż-żewġ partijiet biex jagħtu kontribut b’mod deċiżiv fil-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millenju, b’mod partikulari fl-Afrika. li m'għandhiex titpoġġa f'periklu minħabba l-kriżi ekonomika, u biex jiġu mistħarrġa l-possibilitajiet li tittieħed azzjoni kkoordinata f'dawk l-oqsma; jistieden liż-żewġ imsieħba jonoraw l-impenn tagħhom biex jonfqu 0.7 % tal-Prodott Gross Domestiku tagħhom fuq il-koperazzjoni għall-iżvilupp;

22.

Jistieden liż-żewġ partijiet biex imexxu b’mod konġunt l-isforzi multilaterali, li tniedew fil-Konferenza ta’ Washington fil-15 ta’ Novembru 2008, biex isolvu l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali u biex jirriformaw is-sistema finanzjarja internazzjonali, il-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali, billi jinvolvu l-potenzi li qed jikbru, filwaqt li jirreżistu l-protezzjoniżmu u jippromwovu l-konklużjoni b’suċċess tar-rawnd ta' Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;

23.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn qawwi tal-President il-ġdid tal-Istati Uniti li jittratta l-bidla fil-klima; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex jieħdu r-riedni f’idejhom u biex jilħqu ftehima ambizzjuża għal wara l-2012 fil-Konferenza ta' Kopenħagen li se ssir fl-2009, billi jinvolvu lill-pajjiżi rilevanti kollha li jarmu l-gass ħalli jimpenjawhom biex jilħqu miri vinkolanti, kemm fuq perjodu medju u kemm fuq perjodu twil;

24.

Jitlob biex ikun hemm koperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fil-qasam tal-enerġija; iħeġġeġ biex il-kordinazzjoni effiċjenti tal-approċċi tagħhom lejn il-pajjiżi produtturi u t-tisħiħ tad-diversità fil-provvista, fir-riżorsi u t-trasportazzjoni jitqiesu bħala prijorità; huwa favur koperazzjoni xjentifika u teknoloġika eqreb fuq l-enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija;

25.

Jiġbed l-attenzjoni rigward ir-rapport tal-Kunsill tal-Intelliġenza Nazzjonali bl-isem “Xejriet Globali 2025: Dinja Trasformata”, u, fid-dawl tal-ħtieġa li jkun hemm ħsieb strateġiku għat-tul dwar kwistjonijiet ta’ politika fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, iħeġġeġ lill-Presidenza Ċeka (minn Jannar sa Ġunju 2009) u lill-Presidenza Svediża (minn Lulju sa Diċembru 2009) biex jistinkaw sabiex jistabbilixxu sistema ta' analiżi simili għal dik li juża l-Kunsill tal-Intelliġenza Nazzjonali, sabiex jiġu identifikati x-xejriet fit-tul minn perspettiva tal-UE, billi jaħdmu b’koperazzjoni mill-qrib mal-Istitut għall-Istudji tas-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea; huwa konvint li dan il-pass se jħaffef id-djalogu dwar il-kwistjonijiet strateġiċi prinċipal li se tiffaċċja fiż-żmien li ġej l-isħubija tranżatlantika;

Kwistjonijiet reġjonali

26.

Jenfasizza li arranġament paċifiku u ġust tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani huwa fundamentali, u jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li dan jirrappreżenta waħda mill-prijoritajiet l-aktar urġenti tal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti; jitlob lill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex tikkoordina mill-qrib mal-Unjoni Ewropea u tinvolvi ruħha fil-Kwartett; jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħatra bikrija tal-ex Senatur George Mitchell bħala mibgħut speċjali tal-Istati Uniti għal-Lvant Nofsani; jenfasizza li ż-żewġ imsieħba għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jintensifikaw in-negozjati bbażati fuq il-pjan direzzjonali u fuq il-kisbiet tal-Konferenza ta’ Annapolis, bil-għan ta’ soluzzjoni taż-żewġ stati; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jaħdmu flimkien mill-qrib sabiex jgħinu ħalli l-waqfien mill-ġlied attwali f’Gaza jsir wieħed solidu u għal tul ta' żmien, filwaqt li jinvolvi l-parteċipanti reġjonali u jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet tar-Riżoluzzjoni 1860 tat-8 ta' Jannar 2009 (S/RES/1860(2009)) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, bħall-għajnuna umanitarja immedjata għall-popolazzjoni ta’ Gaza u li tiġi żgurata l-prevenzjoni tat-traffiku illegali tal-armi u l-munizzjon u li l-imblokk fuq Gaza jitwaqqaf; jistieden lill-imsieħba tranżatlantiċi biex jappoġġjaw l-isforzi għar-rikonċiljazzjoni inter-Palestinjana, u jinnota l-importanza tat-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-Palestinjani kemm fix-xatt tal-Punent u f'Gaza, li jinkludi r-rikostruzzjoni ta' Gaza;

27.

Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex jaħdmu flimkien għat-tiġdid tal-istrateġiji biex jippromwovu l-isforzi għat-tisħiħ tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fil-Lvant Nofsani, ibbażati fuq dak il-ftit poter li jgawdu u l-poter ekonomiku li għandhom fir-reġjun;

28.

Jenfasizza li l-valuri, is-sigurtà u l-kredibilità tal-komunità tranżatlantika fl-Afganistan jinsabu fil-periklu; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea, lill-Istati Uniti, lin-NATO u lin-nazzjonijiet uniti biex ifasslu kunċett strateġiku konġunt ġdid li jintegra b'mod komprensiv il-komponenti tal-ingaġġ internazzjonali, sabiex tiżdied is-sigurtà fir-reġjuni kollha, jissaħħu l-istituzzjonijiet lokali u governattivi Afgani u tingħata għajnuna fil-binja tan-nazzjon u tal-prosperità b’koperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi ġirien; jikkunsidra li l-għan aħħari għandu jkun l-għoti gradwali tar-responsabilità għas-sigurtà u għall-istabiltà f’idejn l-awtoritajiet Afgani; ifakkar fir-Riżoluzzjoni 1833 tat-22 ta' Settembru 2008 (S/RES/1833(2008)) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1833 (2008), li tħeġġeġ lill-partijiet u lill-gruppi Afgani kollha biex jinvolvu ruħhom b’mod kostruttiv fid-djalogu politiku u biex jevitaw li jerġgħu lura għall-vjolenza;

29.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex jiżviluppaw strateġija konġunta fir-rigward tal-Pakistan, li jkollha l-għan li ssaħħaħ l-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-kapaċità tiegħu li jiġġieled kontra t-terroriżmu, filwaqt li tinkuraġġixxi l-involviment tal-Pakistan fir-responsabiltà għall-istabilità fir-reġjun, li tinkludi s-sigurtà fil-fruntiera Afgana u l-kontroll sħiħ mill-gvern tal-provinċji tal-fruntieri tal-Pakistan u taz-zoni tribali; jilqa' b'sodisfazzjon in-nominazzjoni ta' Richard Holbrooke bħala l-uniku mibgħut speċjali għar-reġjun Pakistan-Afgan;

30.

Jenfasizza li l-programm nukleari Iranjan iqiegħed f'periklu kemm lis-sistema ta' non-proliferazzjoni u kemm lill-istabilità fir-reġjun u fid-dinja; jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tal-President Obama li se jagħti konsiderazzjoni lill-kuntatti diretti man-naħa Iranjana u jappoġġja l-objettiv, segwit miż-żewġ naħat, li tinstab soluzzjoni nnegozjata mal-Iran, wara l-istrateġija doppja tad-djalogu u tas-sanzjonijiet, f'koordinazzjoni ma' membri oħrajn tal-Kunsill tas-Sigurtà u l-Aġenzija għall-Enerġija Atomika Internazzjonali; jikkunsidra li kwalunkwe inizjattiva li tista' tniedi waħda mill-imsieħba rigward l-Iran għandha tkun ikkoordinata bejniethom mill-qrib fi spirtu ta’ fiduċja u ta' trasparenza; jitlob lill-imsieħba tranżatlantiċi biex jiddefinixxu malajr kemm jista’ jkun approċċ komuni lejn l-Iran, mingħajr ma jistennew sakemm il-kwistjoni jkollha bżonn tiġi kkonfrontata b’mod urġenti;

31.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-ratifikazzjoni tal-ftehima bejn l-Istati Uniti u l-Iraq rigward il-preżenza fl-Iraq tal-forzi militari tal-Istati Uniti; jenfasizza r-rieda tal-Unjoni Ewropea li tkompli tgħin fil-bini mill-ġdid tal-Iraq, b’mod partikulari l-attenzjoni fuq l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-ikkonsolidar tal-istituzzjoniijiet tal-istat u l-appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku tal-Iraq u r-integrazzjoni mill-ġdid tiegħu fl-ekonomija dinjija; jistieden liż-żewġ partijiet biex permezz ta’ sforzi kkoordinati jkomplu jaħdmu mal-gvern tal-Iraq u man-Nazzjonijiet Uniti sabiex itejbu l-istabiltà u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali u biex jagħtu kontribut favur l-għaqda u l-indipendenza tal-Iraq;

32.

Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jikkoordinaw mill-qrib il-politiki tagħhom favur ir-Russja; jagħraf ir-rilevanza tar-Russja bħala pajjiż ġarr, tal-interdipendenza tiegħu mal-Unjoni Ewropea u l-irwol tiegħu bħala parteċipant ewlieni fil-livell reġjonali u globali, jenfasizza l-importanza tat-titjib fil-koperazzjoni mar-Russja rigward l-isfidi, it-theddid u l-opportunitajiet ta' interess reċiproku, inklużi l-kwistjonijiet ta' sigurtà, id-diżarmament u non-proliferazzjoni, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji demokratiċi, l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali; f'dan ir-rigward jenfasizza l-bżonn li tiġi mtejba l-fiduċja reċiproka bejn l-imsieħba tranżatlantiċi u r-Russja u biex tintensifika l-koperazzjoni fi ħdan il-Kunsill NATO-Russja; jistieden liż-żewġ partijiet tranżatlantiċi biex jikkoordinaw mill-qrib l-approċċ tagħhom lejn kwalunkwe riforma fl-arkitettura tas-sigurtà Ewropea, filwaqt li jħarsu l-prinċipji tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u jżommu l-koerenza tan-NATO; jikkunsidra li l-iżviluppi f'din l-arkitettura, li tinvolvi wkoll arranġamenti internazzjonali bħalma huwa t-Trattat dwar il-Forzi Konvenzjonali fl-Ewropa, għandhom bżonn jiġu indirizzati fi djalogu mar-Russja u kif ukoll mal-pajjiżi membri tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa li mhumiex fl-Unjoni Ewropa;

33.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjonijiet riċenti li saru mill-Viċi President tal-Istati Uniti fil-Konferenza Ewropea tas-Sigurtà fi Munich li jindikaw li l-Istati Uniti se jkomplu l-konsultazzjonijiet mal-alleati tiegħu tan-NATO u r-Russja dwar is-sistema ta' difiża bil-missili tal-Istati Uniti u jżid li l-amministrazzjoni l-ġdida se tikkunsidra l-ispejjeż u l-effiċjenza tas-sistema; jinnota xi sinjali mir-Russja li hija tista' tissospendi l-pjanijiet biex jiġu stazzjonati missili Iskander li ma jwasslux 'l bogħod (short-range) f'Kaliningrad;

34.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti biex jiżviluppaw strateġija komuni dwar is-sitt pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant (ir-Repubblika tal-Moldova, il-Ġorġia, l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Belarus), li jaqgħu taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat, sabiex jintlaħqu riżultati sostanzjali u dejjiema fl-implimentazzjoni tas-Sħubija tal-Lvant il-ġdida u tas-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed;

35.

Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jagħtu attenzjoni speċjali lill-Amerika Latina u lill-organizzazzjonijiet reġjonali tagħha b’mod partikolari, billi jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-ikkonsolidar tad-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, iggvernar tajjeb, il-ġlieda kontra l-faqar, it-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, l-ekonomiji tas-suq, l-istat tad-dritt li jinkludi l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga u l-appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali kif ukoll koperazzjoni fir-rigward tat-tibdil tal-klima;

36.

Jirrakkomanda wkoll li jkun hemm promozzjoni ta’ approċċ komuni lejn parteċipanti ġeopolitiċi ewlenin oħrajn bħaċ-Ċina, l-Indja jew il-Ġappun, kif ukoll il-kriżijiet u l-problemi varji fl-Afrika Subsaħarjana;

Id-difiża, l-kuntroll fuq l-armi u l-kwistjonijiet tas-sigurtà

37.

Jenfasizza l-importanza tan-NATO bħala l-pedament tas-sigurtà tranżatlantika; jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li ħa l-Kunsill Ewropew f’Diċembru 2008 biex tiġi msaħħa s-sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO, u jistieden liż-żewġ partijiet biex iħaffu l-pass tal-ħolqien ta' grupp ta' livell għoli bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO sabiex tittejjeb il-koperazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet; jissuġġerixxi li jsiru diskussjonijiet dwar il-valur ta’ Strateġija għas-Sigurtà Ewro-Atlantika li tkun tista’ tiddefinixxi kwistjonijiet u interessi tas-sigurtà komuni;

38.

Jenfasizza l-importanza dejjem tikber tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża u l-ħtieġa li jitkompla t-titjib il-kapaċitajiet ċivili u militari tal-Ewropa; jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent mil-laqgħa għolja tan-NATO li saret f'Bukarest f'April 2008 tal-valur tat-tisħiħ tal-kapaċità tad-difiża Ewropea għat-tisħiħ tas-sigurtà tranżatlantika;

39.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti biex jadottaw strateġija komuni fil-fora internazzjonali kollha, b’mod partikulari n-Nazzjonijiet Uniti, rigward id-diżarmament tal-armi tal-qerda tal-massa u tal-armamenti konvenzjonali; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti biex terġa’ tinvolvi ruħha mar-Russja fil-qasam tal-kontroll fuq l-armi u d-diżarmament, billi ġġedded il-ftehimiet bilaterali kurrenti ta’ bejn iż-żewġ pajjiżi; jenfasizza l-ħtieġa ta' koperazzjoni eqreb sabiex ikun żgurat li l-progress fit-tħejjija għall-Konferenza ta’ Evalwazzjoni tan-Non-Proliferazzjoni Nukleari tal-2010, u jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-President il-ġdid tal-Istati Uniti favur ir-ratifikazzjoni tat-Trattat Komprensiv dwar il-Projbizzjoni tat-Testijiet Nukleari;

40.

Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-koperazzjoni tranżatlantika fil-ġlieda kontra t-terroriżmu li tkun ibbażata fuq ir-rispett sħiħ għal-liġi internazzjonali u għad-drittijiet tal-bniedem, u l-importanza li jingħata appoġġ lis-sehem tan-Nazzjonijiet Uniti fil-ġlieda kontra din it-theddida; jiġbed l-attenzjoni dwar il-bżonn ta' koperazzjoni mill-qrib meta l-ħajja tal-ostaġġi tkunu f'riskju;

41.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-President tal-Istati Uniti Barack Obama biex jagħlaq il-faċilità ta' detenzjoni fil-Bajja ta' Guantánamo, kif ukoll ordnijiet eżekuttivi oħra li għandhom x'jaqsmu ma' interrogazzjonijiet legali u faċilitajiet ta' detenzjoni tas-CIA, u jinkoraġġixxi l-amministrazzjoni tal-istati Uniti biex jagħlqu kull ċentru ta' detenzjoni li jinsab il-barra mill-Istati Uniti li ma jkunux konformi mal-liġi internazzjonali, u jwaqqaf b'mod espliċitu l-politika ta' rendiment straordinarju; jistieden lill-Istati Membri, sabiex jekk l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti titlob dan, jikkoperaw sabiex jinsabu, fuq bażi ta' każ b'każ, soluzzjonijiet rigward il-kwistjoni li jiġu aċċettati wħud mill-priġunieri ta' Guantánamo fl-Unjoni Ewropea filwaqt li jiġi rrispettat id-dmir tal-koperazzjoni leali fil-konsultazzjoni taż-żewġ partijiet fir-rigward ta' effetti possibbli fuq is-sigurtà pubblika madwar l-Unjoni Ewropea;

42.

Jenfasizza l-importanza tad-dħul fis-seħħ bla dewmien tal-Ftehimiet Attwali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar l-Għajnuna Legali u l-Estradizzjoni Reċiproka, u jħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawhomx biex jagħmlu dan kemm jista’ jkun malajr; jenfasizza li l-implimentazzjoni effettiva ta' dawk il-ftehimiet tirrikjedi livell għoli ta' fiduċja reċiproka mibnija fuq ir-rispett sħiħ mill-partijiet kollha tal-obbligi relatati mad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal kawża ġusta u l-istat tad-dritt domestiku u internazzjonali;

43.

Jenfasizza li l-qsim tad-data u tal-informazzjoni hija għodda ta’ valur fil-ġlieda internazzjonali kontra t-terroriżmu u l-kriminalità tranżnazzjonali, iżjda jisħaq li dan għandu jsir fi ħdan qafas legali xieraq li jiżgura l-ħarsien tal-libertajiet ċivili, li jinkludu d-dritt għall-privatezza, u li dan għandu jkun ibbażat fuq ftehima internazzjonali vinkolanti, kif miftiehem fi l-Laqgħa Għolja ta' bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-2008;

44.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-estensjoni riċenti tal-Programm għat-Tneħħija tal-Viża għal seba' Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea; madankollu, iħeġġeġ lill-Istati Uniti biex tneħħi r-reġim tal-viża għall-ħames Stati Membri li fadal u biex titratta liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea b’mod ugwali skont il-bażi ta’ reċiproċità sħiħa; jistaqsi lill-Kummissjoni biex tittratta din il-kwistjoni bħala waħda prijoritarja mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti;

45.

Huwa tal-fehma li koperazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fil-qasam tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni hija meħtieġa wkoll għall-binja gradwali ta’ spazju tranżatlantiku ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja;

Kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali

46.

Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jużaw il-potenzjal kollu tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku biex jegħlbu l-ostakoli eżistenti li qed ixekklu l-integrazzjoni ekonomika u biex jiksbu suq tranżatlantiku magħqud sal-2015; jitlob lill-Kummissjoni, biex skont l-istudju awtorizzat u ffinanzjat mill-Parlament Ewropew fil-Baġit tiegħu tal-2007, jitfassal pjan ta’ direzzjoni dettaljat tal-ostakoli eżistenti li hemm bżonn jitneħħew bil-għan li tintlaħaq id-data mmirata;

47.

Jenfasizza l-importanza li l-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku jiġi użat wkoll bħala qafas għall-koperazzjoni makro-ekonomika bejn iż-żewġ imsieħba, u jinkoraġġixxi l-istituzzjonijiet montetarji kompetenti biex issaħħu l-koordinazzjoni tagħhom;

48.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar f'dawn l-aħħar xhur biex titħeġġeġ l-integrazzjoni ekonomika tranżatlantika; jikkunsidra, b'mod partikulari, li f'oqsma bħal mhuma l-investiment, l-istandards tal-kontabilità, il-kwistjonijiet regolatorji, is-sikurezza tal-prodotti importati u l-infurzar tad-drittijiet fuq il-propjetà intellettwali, it-titjib fil-koperazzjoni diġà rriżulta fi progress sinifikanti u għandu jitkompla;

49.

Jemmen, fl-istess ħin, li l-koperazzjoni tranżatlantika ekonomika għandha ssir aktar marbuta li tagħti rendikont, trasparenti u prevedibbli; iqis li għandu jintlaħaq qbil bejn il-partijiet interessati prinċipali mill-aktar fis possibbli dwar skedi ta' laqgħat, aġendi, pjanijiet direzzjonali u rapporti ta' progress u wara għandhom ikunu pubblikati f'sit web;

50.

Huwa tal-fehma li hemm potenzjal kbir għall-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea biex jieħdu pożizzjonijiet u inizjattivi konġunti fil-fora internazzjonali, minħabba l-ħafna interessi kummerċjali komuni, pereżempju, l-aċċess mhux diskriminatorju għall-materja prima fis-suq globali, l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-armonizzazzjoni tal-brevetti globali; jissuġġerixxi li huwa fl-interess taż-żewġ partijiet li jisfruttaw aħjar dan il-potenzjal;

51.

Kien imħasseb dwar l-abbozz ta' liġi l-ġdid tal-Istati Uniti għall-istimular li joħnoq il-kummerċ, jinnota, madankollu, li dan ġie emendat biex ikunu konformi mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerc u jinsisti fuq il-bżonn assolut ta' reazzjoni reċiproka għall-kriżi attwali aktar mill-adozzjoni ta' miżuri li jżommu lill-UE u lill-Istati Uniti 'l bogħod minn xulxin;

52.

Huwa favur l-integrazzjoni gradwali tas-swieq finanzjarji permezz ta' rikonoxximent reċiproku flimkien ma' livell ta' konverġenza tal-oqfsa regolatorji attwali u permezz tal-istabbiliment ta' eżenzjonijiet okkażjonali kull meta jkun possibbli; ifakkar li l-prinċipji bażiċi għal integrazzjoni b'suċċess huma l-aċċess liberu għas-swieq, regolamenti li jikkonformaw mal-istandards internazzjonali, l-applikazzjoni uniformi ta’ dawn ir-regolamenti u djalogu kostanti mal-partijiet ikkonċernati tas-suq; jistieden kemm lill-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll lil dawk tal-Istati Uniti tal-Amerika biex jevitaw xkiel għal investimenti minn barra u leġiżlazzjoni b’impatt extraterritorjali mingħajr konsultazzjoni jew ftehim minn qabel;

53.

Jappoġġja t-tneħħija tal-ostakli li jxekklu l-investiment u s-servizzi finanzjarji tranżatlantiċi u huwa favur it-titjib tal-integrazzjoni tas-swieq tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti tal-Amerika sabiex jikkompetu dejjem aħjar mas-swieq emerġenti, dejjem jekk jiġi stabbilit qafas sodisfaċenti għar-regoli prudenzjali biex ikun evitat li kriżi fuq naħa minnhom tal-Atlantiku tolqot lin-naħa l-oħra;

54.

Jiġbed l-attenzjoni li l-integrazzjoni tas-swieq tas-servizzi finanzjarji mingħajr reviżjoni parallela tal-qafas regolatorju u tal-istandards ta' sorveljanza tagħmilha aktar iebsa biex l-awtoritajiet jeżerċitaw superviżjoni effettiva; għalhekk huwa favur l-adozzjoni ta' regolamenti li jiggarantixxu l-kompetizzjoni, jiżguraw żieda fit-trasparenza u superviżjoni effettiva tal-prodotti, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq u li joħolqu mudelli komuni għall-immaniġġjar tar-riskju, f'konformità mal-ftehimiet tal-Laqgħa Għolja ta’ Novembru 2008;

55.

Jirrikonoxxi li l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Uniti tal-Amerika wettqu progress fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet Basel II fir-rigward tal-banek il-kbar, iżda jikkritika d-diskrepanzi li għad iridu jiġu korretti minħabba li jitfgħu piż addizzjonali fuq is-sussidjari Amerikani tal-banek Ewropej, u b'hekk titnaqqas il-kompetittività tagħhom, u jinnota li għad hemm xi punti (azjendi finanzjarji u banek żgħar) li jeħtieġ li jiġu ċċarati kemm jista' jkun malajr; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerika biex jikkunsidra struttura superviżorja aktar koerenti fis-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni sabiex il-koordinazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika tkun tista’ ssir b'mod aktar faċli;

56.

Jitlob koperazzjoni akbar bejn il-korpi superviżorji fir-rigward tas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali u biex ikunu evitati azzjonijiet minn entitajiet domiċiljati f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkoperawx u li għandhom nuqqas ta’ trasparenza u jitlob biex jitneħħew ir-refuġji fiskali;

57.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti tal-Amerika biex jirregolaw l-aġenziji ta' klassifikar tal-kreditu f'konformità ma' prinċipji u metodi rrispettati mit-tnejn sabiex terġa’ titrawwem fiduċja fil-klassifikar u tiġi garantita s-solidità ta’ dan il-klassifikar; madankollu jinnota li l-Unjoni Ewropea teħtieġ li tiżviluppa l-qafas regolatorju tagħha stess minħabba li jekk dan ma jsirx l-applikazzjoni extraterritorjali tal-istandards tal-Kummissjoni għat-Titoli u l-Kambju tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-aġenziji tal-Istati Uniti tal-Amerika li joperaw fis-suq Ewropew ma tkunx aċċettabbli;

58.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-istituzzjonijiet li joriġinaw il-kreditu għandhom ikunu obbligati jżommu parti mill-kreditu maħruġ sabiex ikunu sfurzati jaċċettaw is-sehem tagħhom tar-riskji trasferiti; jitlob li din il-kwistjoni titqajjem fid-djalogu transatlantiku sabiex jinżammu kundizzjonijiet ugwali fil-livell internazzjonali u jiġu llimitati r-riskji sistemiċi fis-swieq finanzjarji dinjija; jikkunsidra li għandu jkun hemm ftehim dwar Kodiċi ta' Kondotta għall-fondi li jappartjenu lill-pajjiż (sovereign wealth funds);

59.

Jistieden lill-Kungress il-ġdid biex jimmodifika r-regolament tal-Istati Uniti li jipprovdi għall-iskanning ta' 100 % tal-merkanzija li tkun dieħla u jħeġġu biex jaħdem mill-qrib mal-Unjoni Ewropea biex jiżgura l-implimentazzjoni ta' approċċ b'ħafna saffi li jkun ibbażat fuq ir-riskju reali; jinnota li l-kummerċ sikur huwa partikolarment importanti f'ekonomija globali li dejjem qed issir iktar integrata, imma huwa tal-opinjoni li dil-miżura riġida tista' tkun potenzjalment ostaklu ġdid għall-kummerċ, billi timponi spejjeż sinifikanti fuq l-operaturi ekonomiċi, li mhux ħa jġibu ebda benefiċċju fil-kuntest tas-sigurtà tal-katina tal-forniment;

60.

Jemmen li l-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku jista' b'mod utli jorganizza seminars fi Brussell u f'Washington dwar il-kwistjoni tal-iskannjar ta' 100 % tal-merkanzija sabiex jitrawwem ftehim iktar profond bejn il-leġiżlaturi tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti u biex titħeġġeġ riżoluzzjoni bikrija u aċċettabbli miż-żewġ naħat għal din il-problema;

61.

Jirrakkomanda li fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku għandu jiġi diskuss jekk l-integrazzjoni ta' aktar suġġetti tekniċi fl-ambjent tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku tkunx ta' għajnuna u jekk aktar koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti hijiex essenzjali sabiex tintlaħaq sistema ta' emissjonijiet b'limiti massimi u skambju li taħdem; jirrakkomanda li l-limiti ta' referenza (benchmarks) komuni internazzjonali attwali għall-industriji li jużaw ħafna enerġija għandhom jiġu żviluppati jew integrati fil-proċess tal-Kunsill Ekonomiku Tranżatlantiku;

*

* *

62.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-President u lill-Kungress tal-Istati Uniti tal-Amerika.


(1)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 226.

(2)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 235.

(3)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 670.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2008)0256.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/206


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009
It-tisħiħ tas-sigurtà u tal-libertajiet fundamentali fuq l-Internet

P6_TA(2009)0194

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 lill-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-libertajiet fundamentali fuq l-Internet (2008/2160(INI))

2010/C 117 E/33

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni għall-Kunsill minn Stavros Lambrinidis f'isem il-grupp PSE dwar tisħiħ tas-sigurtà u libertajiet fundamentali fuq l-Internet (B6-0302/2008),

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR) u l-Karta għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari d-dispożizzjonijiet tagħha li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' dejta personali, il-libertà tal-espressjoni, ir-rispett għall-ħajja tal-familja u l-ħajja privata, kif ukoll id-dritt għal-libertà u s-sigurtà,

wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta' din id-dejta (1), id-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/977/JHA tas-27 Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' dejta personali pproċessata fil-qafas ta' koperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura f'materji kriminali (2), id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (3), il-proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2007 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar drittijiet universali ta' servizzi u utenti rigward netwerks elettroniċi ta' komunikazzjoni, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar koperazzjoni fil-protezzjoni tal-Konsumatur (COM(2007)0698), id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar iż-żamma ta' dejta ġġenerata jew ipproċessata b'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi ta' netwerks elettroniċi ta' komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku (4) u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta' Frar 2009 fil-Każ C-301/06, l-Irlanda v il-Parlament u l-Kunsill,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2005/222/JHA tal-24 ta' Frar 2005 dwar attakki kontra sistemi tal-informazzjoni (5), id-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA tat-28 ta' Mejju 2001 dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-iffalsifikar ta' metodi ta' ħlas mhux bi flus kontanti (6), id-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2008/919/JHA tat-28 ta' Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/475/JHA dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (7) il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2007 bl-isem “Lejn politika ġenerali u l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità” (COM(2007)0267), kif ukoll l-inizjattivi reċenti għat-tkixxif rigward delitti serji u t-terroriżmu (bħall-proġett “Check the Web”),

wara li kkunsidra x-xogħlijiet li saru fi ħdan il-qafas tal-Kunsill tal-Ewropa (CoE), fl-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u fin-Nazzjonijiet Uniti, kemm dawk li jikkonċernaw il-ġlieda kontra l-krimini u ċ-ċiberkrimini, u kemm dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż fuq l-Internet (8),

wara li kkunsidra l-aħħar sentenzi tal-Qrati Ewropej u tal-qrati kostituzzjonali nazzjonali f'dan il-qasam, u b'mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża (BVerfG) li tagħraf id-dritt distint għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità u tal-integrità tas-sistemi tal-informatika (9),

wara li kkunsidra l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 94 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0103/2009),

A.

billi l-iżvilupp tal-Internet juri li dan qed isir għodda indispensabbli għall-promozzjoni ta’ inizjattivi demokratiċi, arena ġdida għad-dibattitu politiku (pereżempju e-kampanja, e-votazzjoni), strument kruċjali fil-livell dinji għall-eżerċitar tal-libertà tal-espressjoni (pereżempju, blogging) u sabiex jiġu żviluppati attivitajiet kummerċjali, u mekkaniżmu għall-promozzjoni ta’ kompetenza diġitali u t-tixrid tal-għarfien (tagħlim elettroniku), billi l-Internet ġab miegħu wkoll żieda fl-għadd ta’ opportunitajiet għal nies ta’ kull età sabiex jikkomunikaw ma’ nies minn partijiet differenti tad-dinja, per eżempju, u għaldaqstant wessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni biex in-nies jiffamiljarizzaw lilhom infushom ma’ kulturi oħra u b’hekk iżidu l-komprensjoni tagħhom ta’ nies u kulturi oħra; billi l-Internet estenda wkoll id-diversità tas-sorsi tal-aħbarijiet għall-individwi peress li issa għandhom aċċess għall-fluss ta’ aħbarijiet minn partijiet differenti tad-dinja,

B.

billi l-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet ta’ interess pubbliku għandhom jipprovdu qafas regolatorju xieraq u mezzi tekniċi adattati sabiex jippermettu liċ-ċittadini biex jieħdu sehem b’mod attiv u effiċjenti fi proċessi amministrattivi permezz ta’ applikazzjonijiet tas-servizzi elettroniċi tal-gvern,

C.

billi l-Internet jagħti tifsira sħiħa ta' x'inhi l-libertà tal-espressjoni kif tinsab fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment fiir-rigward tad-dimensjoni “indipendentement mill-fruntieri”,

D.

billi t-trasparenza, ir-rispett għall-privatezza u ambjent ta' fiduċja fejn I-partijiet konċernati għandhom jiġu kkunsidrati bħala elementi indispensabbli sabiex tinbena viżjoni sostenibbli ta' sigurtà għall-Internet,

E.

billi fuq l-Internet, il-libertà tal-espressjoni u l-privatezza jistgħu fl-istess ħin ikunu t-tnejn imkabbra iktar u iktar esposti għal indħil u limitazzjonijiet kemm minn atturi privati kif ukoll minn dawk pubbliċi,

F.

billi, permezz tal-libertà li jipprovdi, l-Internet ġie użat ukoll bħala pjattaforma għal messaġġi vjolenti bħal dawk li jinċitaw attakki terroristiċi kif ukoll siti elettroniċi ta’ offiżi li jistgħu jinċitaw speċifikament atti kriminali bbażati fuq il-mibegħda, u billi t-theddid għaċ-ċiberkriminalità żdied b’mod aktar mifrux u madwar id-dinja kollha u qed ipoġġi fil-periklu persuni individwali (inklużi tfal) u netwerks,

G.

billi dawn il-delitti jistgħu jiġu ffaċċjati effettivament u deċiżivament mingħajr ma jsiru bidliet fin-natura fundamentali ħielsa u miftuħa tal-Internet,

H.

billi, f’soċjetà demokratika, huma ċ-ċittadini li huma intitolati li josservaw u jiġġudikaw ta’ kuljum l-azzjonijiet u t-twemmin tal-gvernijiet tagħhom u ta’ kumpaniji privati li jipprovduhom b’servizzi; billi tekniki ta’ sorveljanza b’teknoloġija avvanzata, xi kultant flimkien man-nuqqas ta’ garanziji legali adegwati rigward il-limiti tal-applikazzjoni tagħhom, qegħdin jheddu dejjem aktar dan il-prinċipju,

I.

billi l-individwi għandhom id-dritt li jesprimu lilhom infushom b'mod liberu fuq l-Internet (pereżempju kontenut iġġenerat mill-utent, blogs u networking soċjali) u billi l-magni ta' tiftix tal-Internet u l-fornituri tas-servizz għamluha ferm iżjed faċli għan-nies biex isibu informazzjoni dwar pereżempju individwi oħra; billi, madankollu, hemm sitwazzjonijiet li fihom l-individwi jixtiequ jħassru informazzjoni miżmuma f’dawn il-bażijiet ta’ dejta; billi, għaldaqstant, il-kumpaniji għandhom ikunu kapaċi li jiżguraw li l-individwi jista' jkollhom dejta relatata ma' persuna mħassra minn bażijiet ta’ dejta,

J.

billi avvanzi kbar teknoloġiċi qed jippermettu dejjem aktar sorveljanza sigrieta, virtwalment moħbija mill-individwu, tal-attivitajiet taċ-ċittadini fuq l-Internet; billi s-sempliċi fatt li jeżistu teknoloġiji ta’ sorveljanza m’għandux jiġġustifika b’mod awtomatiku l-użu tagħhom, iżda billi l-interess aħħari li jiġu mħarsa d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini għandu jiddetermina l-limiti u ċ-ċirkostanzi preċiżi meta teknoloġiji bħal dawn jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi jew il-kumpaniji; billi l-ġlieda kontra l-kriminalità fuq l-Internet u t-theddid għal soċjetà miftuħa u demokratika li ċertu persuni u organizzazzjonijiet jikkostitwixxu meta jużaw l-Internet biex jikkawżaw dannu lid-drittijiet taċ-ċittadini, m’għandhiex tfisser li l-Istati Membri jassumu d-dritt li jinterċettaw u jissorveljaw it-traffiku tad-dejta kollha fuq l-Internet li jseħħ fit-territorju tagħhom, kemm jekk dan japplika għaċ-ċittadini tagħhom stess jew traffiku tad-dejta minn barra; billi l-ġlieda kontra l-kriminalità għandha tkun proporzjonali man-natura tad-delitt,

K.

billi s-serq u l-frodi tal-identità huma problema li dejjem tikber li l-awtoritajiet, ċittadini individwali u kumpaniji għadhom qed jibdew jirrikonoxxu, li tħalli tħassib serju ta’ sigurtà fir-rigward tal-użu intensifikat tal-Internet għal medda wiesgħa ta’ skopijiet, inklużi kummerċ u l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali,

L.

billi ta’ min ifakkar illi meta jiġu ttrattati drittijiet bħalma huma drittijiet tal-libertà tal-espressjoni jew ir-rispett tal-ħajja privata, limiti mill-awtoritajiet pubbliċi fuq l-eżerċizzju ta’ drittijiet bħal dawn jista’ jiġi impost f’soċjetà demokratika jekk dan ikun “skont il-liġi”, meħtieġ, proporzjonat u xieraq,

M.

billi, fuq l-Internet, hemm diviżjoni kbira ta’ poter u għarfien bejn entitajiet korporattivi u governattivi min-naħa l-waħda, u utenti individwali min-naħa l-oħra; billi, għaldaqstant, għandu jseħħ dibattitu dwar il-limitazzjonijiet meħtieġa għal “kunsens,” kemm fit-termini ta’ liema kumpaniji u gvernijiet jistgħu jitolbu lill-utent biex jiżvela u sa liema punt l-individwi għandhom ikunu meħtieġa li jċedu mill-privatezza tagħhom u drittijiet fundamentali oħra sabiex jirċievu ċerti servizzi jew privileġġi oħra tal-Internet,

N.

billi minħabba n-natura globali, miftuħa u parteċipattiva tiegħu l-Internet bħala regola ġenerali jgawdi l-libertà, iżda madankollu dan ma jipprekludix il-bżonn ta' riflessjoni (fil-livelli nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll fil-qafas pubbliku u privat) dwar kif il-libertajiet fundamentali tal-utenti tal-Internet, kif ukoll is-sigurtà tagħhom jiġu rrispettati u mħarsa,

O.

billi l-għadd kbir ta’ drittijiet fundamentali li huma affettwati fid-dinja tal-Internet jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, ir-rispett għall-ħajja privata (inkluż id-dritt li tkun imħassra b’mod permanenti marka personali diġitali), il-protezzjoni tad-dejta, il-libertà tal-espressjoni, tal-kelma u tal-assoċjazzjoni, il-libertà tal-istampa, l-espressjoni u l-parteċipazzjoni politika, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni,u l-edukazzjoni; billi l-kontenut ta’ dawn id-drittijiet, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskop tagħhom, il-livell ta’ protezzjoni provdut minn dawn id-drittijiet, u l-projbizzjonijiet tal-abbuż ta’ dawn id-drittijiet għandhom ikunu regolati mir-regoli dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u dawk fundamentali garantiti mill-Kostituzzjonijiet tal-Istati Membri, it-trattati internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-ECHR, il-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u/jew minn regoli oħra relevanti tal-liġi nazzjonali, internazzjonali u Komunitarja, fil-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom,

P.

billi l-atturi kollha involuti u attivi fuq l-Internet għandhom jassumu r-responsabiltajiet rispettivi tagħhom u jieħdu sehem f’fora fejn jiġu diskussi kwistjonijiet urġenti u importanti li jirrigwardaw l-attività fuq l-Internet sabiex ifittxu u jippromovu soluzzjonijiet komuni,

Q.

billi l-e-illitteriżmu se jkun l-illitteriżmu ġdid tas-Seklu 21; billi li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għall-Internet huwa għalhekk ekwivalenti għall li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għat-tagħlim, u billi dan l-aċċess m'għandux jiċċaħħad b’mod punittiv minn gvernijiet jew kumpaniji privati; billi m’għandux ikun hemm abbuż ta’ dan l-aċċess fit-twettiq ta’ attivitajiet illegali; billi huwa importanti li jiġu ttrattati kwistjonijiet emerġenti bħalma huma n-newtralità tan-netwerks, l-interoperabilità, il-firxa globali ta’ safejn iwasslu n-nodi tal-Internet, u l-użu ta’ formati u standards miftuħa,

R.

billi l-karattru internazzjonali, multikulturali u speċjalment multilingwu tal-Internet għadu mhux appoġġjat totalment mill-infrastruttura teknika u l-protokolli tan-netwerk mondjali (World Wide Web),

S.

billi fil-proċess li għaddej bħalissa tal-“Internet Bill of Rights”, huwa importanti li jitqiesu r-riċerki u l-obbligi relevanti kollha fil-qasam, inklużi studji tal-UE reċenti dwar is-suġġett (10),

T.

billi l-attività ekonomika hija importanti għall-iżvilupp iktar dinamiku tal-Internet, filwaqt li s-salvagwardja tal-effiċjenza ekonomika tiegħu għandha tkun żgurata permezz ta’ kompetizzjoni ġusta u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, bħala meħtieġa, proporzjonata u xierqa,

U.

billi għandu jinżamm bilanċ ġust bejn l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku li jiftaħ opportunitajiet daqs qatt qabel għal esperimentazzjoni u skambju kreattiv u kulturali, u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali,

V.

billi madwar id-dinja, kumpaniji fis-settur tat-teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjonijiet (ICT) jaffaċċjaw pressjoni governattiva li dejjem tiżdied sabiex jimxu skont il-liġijiet u l-politiki domestiċi b’modi li jistgħu jkunu ta’ kunflitt mad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment tal-libertà tal-espressjoni u tal-privatezza; billi ttieħdu passi pożittivi, fosthom dak meħud mill-grupp ta’ kumpaniji, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (inklużi gruppi tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà tal-istampa), investituri u akkademiċi magħmulin minn bosta partijiet interessati li ħolqu approċċ kollaborattiv bl-għan li jipproteġu u javvanzaw il-libertà tal-espressjoni u l-privatezza fis-settur tal-ICT, u ffurmaw l-Inizjattiva ta’ Netwerk Globali (GNI) (11),

W.

billi regoli qawwija ta’ protezzjoni tad-dejta jwasslu għal tħassib kbir għall-UE u ċ-ċittadini tagħha, u l-Premessa 2 tad-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta’ dejta tiddikjara b’mod ċar li t-teknoloġija (fi kliem ieħor, sistemi tal-ipproċessar ta’ dejta) huma “maħsuba biex jaqdu lill-bniedem” u għandhom jirrispettaw “id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt għall-privatezza, u jagħtu sehemhom għall-progress ekonomiku u soċjali, għat-tkabbir tal-kummerċ u l-benesseri tal-individwi”,

1.

Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

 

Aċċess sħiħ u protett tal-Internet għal kulħadd

(a)

jipparteċipa fl-isforzi sabiex l-Internet isir għodda importanti ta' kisba akbar ta' kapaċitajiet tal-utenti, ambjent li jippermetti l-iżvilupp ta' strateġiji minn isfel għal fuq (bottom up) u ta' e-demokrazija, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li jiġu stabbiliti salvagwardji sinifikattivi minħabba li jistgħu jiġu żviluppati f'dan il-qasam forom ġodda ta' kontroll u ċensura; il-libertà tal-espressjoni u l-protezjoni tal-ħajja privata li l-utenti jgawdu fuq l-Internet għandhom ikunu reali u mhux illużorji;

(b)

jirrikonoxxi li l-Internet jista' jkun opportunità straordinarja sabiex tisseddaq ċittadinanza attiva u li, f'dan ir-rigward, aċċess għan-netwerks u l-kontentut tagħhom huwa wieħed mill-elementi kruċjali; jirrakkomanda li din il-kwistjoni tiġi żviluppata aktar fuq il-bażi tal-ipotesi li kulħadd għandu dritt li jipparteċipa fis-soċjetà tal-informazzjoni u li l-istituzzjonijiet u l-partijiet konċernati fil-livelli kollha għandhom responsabilità ġenerali li jgħinu f'dan l-iżvilupp u b'hekk jiġu attakkati l-koppja ta' sfidi ġodda tal-e-illitteriżmu u tal-esklużjoni demokratika fl-era elettronika (12);

(c)

iħeġġeġ l-Istati Membri biex jirrispondu għal soċjetà konxja mill-informazzjoni li dejjem qed tikber u biex isibu metodi li bihom jipprovdu trasparenza ikbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet permezz ta' aċċess miżjud miċ-ċittadini tagħhom għal informazzjoni mqiegħda mill-gvernijiet sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ minn dik l-informazzjoni; japplika l-istess prinċipju għall-informazzjoni tiegħu stess;

(d)

flimkien ma’ atturi relevanti oħrajn, jagħmel li jiġi żgurat li s-sigurtà, il-libertà tal-espressjoni u l-protezzjoni tal-privatezza, kif ukoll id-disponibilità fuq l-Internet, ma jiġux ittrattati bħala għanijiet li jikkompetu ma’ xulxin, imma li minflok jiġu pprovduti fl-istess ħin f’viżjoni komprensiva li twieġeb b’mod adegwat għal dawn l-imperattivi kollha;

(e)

jiġi żgurat li d-drittijiet legali tal-minuri għall-protezzjoni minn ħsara, kif preskritti mill-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u kif riflessi fil-liġi tal-UE, huma totalment riflessi fl-azzjonijiet, strumenti jew deċiżjonijiet relevanti kollha, u madwarhom, li jirrigwardaw it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-libertà fuq l-Internet;

 

Impenn qawwi għall-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità

(f)

jistieden lill-Presidenza tal-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jirriflettu dwar strateġija komprensiva u jiżviluppawha biex tiġi miġġielda ċ-ċiberkriminalità, skont fost l-oħrajn il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-ċiberkriminalità, inklużi l-mezzi li bihom jindirizzaw il-kwistjoni tas-“serq tal-identità” u l-frodi fil-livell tal-UE f'kooperazzjoni kemm mal-fornituri tal-Internet u l-organizzazzjonijiet tal-utenti kif ukoll mal-awtoritajiet tal-pulizija li jittrattaw delitti marbuta mal-IT u biex iressqu proposta dwar kif jinħolqu kampanji ta' kuxjenza u jiġu evitati delitti bħal dawn, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li l-użu tal-Internet ikun sikur u aċċessibbli għal kulħadd; jitlob għall-ħolqien ta’ desk tal-UE għal assistenza għall-vittmi ta’ serq tal-identità u frodi tal-identità;

(g)

jinkuraġġixxi riflessjoni dwar il-koperazzjoni meħtieġa bejn atturi privati u pubbliċi f’dan il-qasam u dwar titjib tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, flimkien ma’ taħriġ xieraq tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji, inkluż taħriġ dwar kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali; jirrikonoxxi l-bżonn għal responsabilità konġunta u l-benefiċċji ta’ ko-regolamentazzjoni u awto-regolamentazzjoni bħala strumenti alternattivi effiċjenti jew kumplimentarji għal leġiżlazzjoni tradizzjonali;

(h)

jiżgura li x-xogħol li qed isir fi ħdan il-qafas tal-proġett “Check the Web” u l-inizjattivi riċenti li għandhom l-iskop li jtejbu ċ-ċirkulazzjoni tal-informazzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ pjattaformi ta’ twissija nazzjonali u pjattaforma ta’ twissija Ewropea sabiex jirrappurtaw infrazzjonijiet li jsiru fuq l-Internet (il-ħolqien ta’ pjattaforma Ewropea għaċ-ċiberkriminalità mill-Europol) huma meħtieġa, ipproporzjonati u xierqa u akkompanjati mis-salvagwardji meħtieġa kollha;

(i)

Iħeġġeġ lill-Istati membri biex jaġġornaw il-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tat-tfal li jagħmlu użu mill-Internet, b'mod partikulari sabiex jiġi kriminalizzat il-“grooming” (is-solleċitazzjoni tat-tfal fuq l-Internet għall-finijiet sesswali), kif iddefinita fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali;

(j)

jinkoraġġixxi programmi sabiex jipproteġu lit-tfal u jedukaw lill-ġenituri tagħhom kif stipulat fil-liġi tal-UE rigward l-e-perikli ġodda u jipprovdi evalwazzjoni tal-impatt tal-effikaċja tal-programmi li jeżistu sa llum; filwaqt li jagħmel dan, għandu jkun hemm kunsiderazzjoni partikolari tal-logħob onlajn li huma mmirati primarjament għat-tfal u ż-żgħażagħ;

(k)

jinkoraġġixxi lill-produtturi tal-kompjuters tal-UE biex jinstallaw minn qabel softwer għall-protezzjoni tat-tfal li jista' jiġi attivat b'mod faċli;

(l)

jipproċedi bl-adozzjoni tad-direttiva dwar miżuri kriminali sabiex jiġu infurzati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, wara evalwazzjoni skont ir-riċerka kontemporanja ta’ innovazzjoni tal-estent sa fejn dan ikun meħtieġ u ipproporzjonat, u filwaqt li fl-istess waqt għal dan l-iskop jiġu pprojbiti l-monitoraġġ u s-sorveljanza sistematiċi tal-attivitajiet fuq l-Internet tal-utenti kollha, u sabiex jiġi żgurat li l-pieni jkunu proporzjonati għall-infrazzjonijiet imwettqa; f’dan il-kuntest, jirrispetta wkoll il-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni ta’ utenti individwali u jiġġieled kontra l-inċentivi għall-ksur ċibernetiku tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inklużi ċerti restrizzjonijiet ta’ aċċess eċċessivi li jimponu dawk stess li jkollhom proprjetà intellettwali;

(m)

jiżgura li l-espressjoni ta' twemmin politiku kontroversjali permezz tal-Internet ma tkunx suġġetta għal prosekuzzjoni kriminali;

(n)

jiżgura li ma jkunx hemm liġijiet jew prattiki li jirrestrinġu jew jinkriminalizzaw id-dritt tal-ġurnalisti u tal-midja li jiġbru u jqassmu informazzjoni għal skopijiet ta’ rappurtaġġ;

 

Attenzjoni kostanti għall-protezzjoni assoluta u promozzjoni msaħħa tal-libertajiet fundamentali fuq l-Internet

(o)

jikkunsidra li l-“identità diġitali” qiegħda aktar ma tmur issir parti integrali ta’ “aħna min aħna” u f’dan l-aspett jixirqilha li titħares b’mod adegwat u effettiv kontra l-indħil ta’ atturi kemm privati kif ukoll pubbliċi –għalhekk, is-sett ta’ dejta partikolari li hija organikament konnessa mal-“identità diġitali” ta’ individwu għandha tkun definita u protetta, u l-elementi kollha tagħha għandhom ikunu kkunsidrati bħala drittijiet inaljenabbli personali, mhux ekonomiċi u mhux negozjabbli; iqis b'mod xieraq l-importanza tal-anonimità, il-psewdonomità u l-kontroll rigward privatezza fil-flussi tal-informazzjoni u għall-fatt li l-utenti għandhom jingħatawlhom il-mezzi biex jipproteġuha b’mod effiċjenti u jkunu mħarrġa dwarhom e.ż. permezz ta’ diversi Teknoloġiji li Jtejbu l-Privatezza (PETs);

(p)

jiżgura li l-Istati Membri li jinterċettaw u jimmonitorjaw it-traffiku tad-dejta, irrelevanti jekk dak japplikax għaċ-ċittadini tagħhom jew għat-traffiku tad-dejta li jkun ġej minn barra, jagħmlu dan taħt kundizzjonijiiet riġidi u salvagwardji provduti mil-liġi; jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li tiftix remot, jekk provdut mil-liġi nazzjonali, ikun imwettaq fuq il-bażi ta’ mandat ta’ tfittxija validu maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji; jinnota li proċeduri simplifikati għat-twettiq ta’ tiftix remot meta mqabbel ma’ tiftix dirett mhuwiex aċċettabbli, peress li jikser l-istat tad-dritt u d-dritt għal privatezza;

(q)

jagħraf il-periklu ta' ċertu forom ta' sorveljanza u kontroll tal-Internet li jkollhom ukoll l-iskop li jiċċekkjaw kull pass “diġitali” li jagħti l-individwu bl-iskop li jinbena profil tal-utent u li jingħataw “punti”; jagħmel ċar il-fatt li tekniki bħal dawn għandhom dejjem jiġu evalwati f’termini tan-neċessità u l-proporzjonalità tagħhom fid-dawl tal-objettivi li jkollhom l-iskop li jilħqu; jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal għarfien imsaħħaħ u kunsens infurmat tal-utenti rigward l-e-attivitajiet tagħhom li jinvolvu l-iskambju ta’ dejta personali (pereżempju fil-każ tan-netwerks soċjali);

(r)

iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jidentifikaw l-entitajiet kollha li jużaw Sorveljanza tan-Net (Net Surveillance ) u biex ifasslu rapporti annwali li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku dwar is-Sorveljanza tan-Net billi jiżguraw il-legalità, il-proporzjonalità u t-trasparenza;

(s)

jeżamina u jippreskrivi limiti għall-“kunsens” li jista' jiġi mitlub jew meħud mill-utenti, kemm minn gvernijiet jew ukoll minn kumpaniji privati, li jnaqqsilhom parti mill-privatezza tagħhom, għaliex hemm żbilanċ ċar ta' poter ta' negozjar u ta' għarfien bejn l-utenti individwali u istituzzjonijiet bħal dawn;

(t)

jillimita, jiddefinixxi u jirregola b’mod strett il-każijiet li fihom kumpanija privata tal-Internet tista’ tkun mistennija li tikxef dejta lill-awtoritajiet governattivi, jagħmel li jkun żgurat li l-użu ta’ dik id-dejta mill-awtoritajiet tal-gvern ikun suġġett għall-istandards tal-protezzjoni tad-dejta l-iktar stretti; jistabbilixxi kontroll effettiv u evalwazzjoni ta' dak il-proċess;

(u)

jisħaq fuq l-importanza li l-utenti tal-Internet ikunu kapaċi jżidu d-dritt tagħhom li jħassru b'mod permanenti d-dejta personali tagħhom misjuba fuq websajts tal-Internet jew f'xi forma ta' ħżin tad-dejta ta' partijiet terzi; jiżgura li deċiżjoni bħal din mill-utenti tkun rispettata mill-fornituri tas-servizz tal-Internet, fornituri tal-e-kummerċ u servizzi tas-soċjetà tal-informatika; jiżgura li l-Istati Membri jipprovdu għal infurzar effettiv tad-dritt taċ-ċittadini għal aċċess għad-dejta personali tagħhom, inklużi kif xieraq it-tħassir ta' dejta bħal din jew it-tneħħija tagħha mill-websajts;

(v)

jikkundanna ċensura imposta mill-gvern ta' kontenut li dwaru jista' jsir tkixxif fuq siti tal-Internet, b'mod speċjali meta restrizzjonijiet bħal dawn jista' jkollhom l-“effett li jiffriża” d-diskors politiku;

(w)

jitlob lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-libertà tal-espressjoni ma tkunx suġġetta għal restrizzjonijiet arbitjarji mill-isfera pubblika u/jew privata u sabiex jevitaw kull miżura leġiżlattiva jew amministrattiva li jista’ jkollha l-“effett li tiffriża” l-aspetti kollha tal-libertà tal-kelma;

(x)

ifakkar li t-trasferiment ta' dejta personali lejn pajjiżi terzi jrid isir bi qbil mad-dispożizzjonijiet stipulati, fost l-oħrajn, fid-Direttiva 95/46/KE u fil-Qafas ta' Deċiżjoni 2008/977/JHA;

(y)

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iżvilupp tal-“Internet tal-affarijiet” u l-użu tas-sistemi tal-Identifikazzjoni tal-Frekwenzi tar-Radju (RFID) m’għandhomx jipprovaw jevitaw il-protezzjoni tad-dejta u d-drittijiet taċ-ċittadini;

(z)

jitlob lill-Istati Membri biex japplikaw b’mod korrett id-Direttiva 95/46/KE dwar id-dejta personali fir-rigward tal-Internet; ifakkar lill-Istati Membri li din id-Direttiva, speċjalment l-Artikolu 8, tapplika indipendentement mit-teknoloġija użata għall-ipproċessar tad-dejta personali u d-dispożizzjonijiet tagħha jirrikjedu li l-Istati Membri jipprovdu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju u kumpens għall-ksur tagħhom (Artikoli 22, 23, u 24);

(aa)

jinkoraġġixxi l-inkorporazzjoni ta’ prinċipji fundamentali tal-“Internet Bill of Rights” fil-proċess ta’ riċerka u żvilupp ta’ strumenti u applikazzjonijiet li jirrigwardaw l-Internet u l-promozzjoni tal-prinċipju “privacy by design” li permezz tiegħu r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta għandhom jiddaħħlu kemm jista’ jkun malajr fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda, filwaqt li jassiguraw liċ-ċittadini ambjent li fih ikun faċli għalihom li jużaw;

(ab)

jappoġġja u jitlob l-involviment attiv tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 fl-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni Ewropea li tittratta attivitajiet tal-Internet b’impatt potenzjali fuq il-protezzjoni tad-dejta;

 

Obbligi internazzjonali

(ac)

ħeġġeġ lill-atturi tal-Internet kollha sabiex jimpenjaw ruħhom fil-proċess li qiegħed għaddej tal-“Internet Bill of Rights” li jsejjes fuq id-drittijiet fundamentali eżistenti, jippromwovi l-infurzar tagħhom u jrawwem l-għarfien ta' prinċipji emerġenti; rigward dan, il-koalizzjoni dinamika dwar l-Internet Bill of Rights għandha rwol prinċipali;

(ad)

jiżgura li, f'dan il-kuntest, inizjattiva orjentata mal-proċess minn għadd ta' partijiet interessati u għadd ta' livelli, flimkien ma' taħlita ta' inizjattivi globali u lokali jiġu kkunsidrati sabiex jiġu speċifikati u mħarsin id-drittijiet tal-utenti tal-Internet u b'hekk ikunu żgurati l-leġittimità, ir-responsabilità u l-aċċettazzjoni tal-proċess;

(ae)

jirrikonoxxi li n-natura globali u miftuħa tal-Internet tirrikjedi standards globali għal protezzjoni tad-dejta, sigurtà u libertà tal-kelma; f'dan il-kuntest jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jieħdu l-inizjattiva għat-tfassil ta’ dawn l-istandards; jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżoluzzjoni dwar il-bżonn urġenti għall-protezzjoni tal-privatezza f’dinja mingħajr fruntieri, u sabiex tintlaħaq Proposta Konġunta għat-twaqqif ta’ Standards Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Privatezza u tad-Dejta Personali tat-30 Konferenza Internazzjonali tal-Protezzjoni tad-Dejta u l-Kummissarji tal-Privatezza li nżammet fi Strasburgu mill-15 sas-17 ta' Ottubru 2008; iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha tal-UE (pubbliċi kif ukoll privati) biex jinvolvu ruħhom f’din ir-riflessjoni;

(af)

jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp ta’ E-agora reali tal-Internet fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom diskussjoni iktar interattiva ma’ min jagħmel il-politiki u partijiet interessati istituzzjonali oħra;

(ag)

iħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tal-UE f'fora internazzjonali differenti li jittrattaw aspetti lokali u globali tal-Internet bħalma hu l-“Internet Governance Forum” (IGF);

(ah)

jipparteċipa, flimkien mal-atturi kollha relevanti tal-UE, fit-twaqqif ta' IGF Ewropew li jagħmel evalwazzjoni tal-esperjenzi miksuba minn IGFs nazzjonali, jiffunzjona bħala ċentru reġjonali, u jwassal b'mod aktar effiċjenti kwistjonijiet, pożizzjonijiet u tħassib ta' interess mifrux mal-Ewropa kollha fl-IGFs internazzjonali li ġejjin;

*

* *

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u, għall-informazzjoni, lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(3)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90.

(4)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.

(5)  ĠU L 69, 16.3.2005, p. 67.

(6)  ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1.

(7)  ĠU L 330, 9.12.2008, p. 21.

(8)  Eż.: Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ic-Ċiberkrimini tat-23 ta' Novembru 2001, Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward ta' Proċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali, 28 ta' Jannar 1981.

(9)  BVerfG, 1 BvR 370/07, 27.2.2008.

(10)  , Studju reċenti dwar “Tisħiħ tas-Sigurtà u tal-Libertajiet Fundamentali fuq l-Internet - Politika tal-UE dwar il-Ġlieda kontra ċ-Ċiberkriminalità” tressaq fost ideat oħra l-adozzjoni ta' Karta tad-drittijiet tal-Internet li ma torbotx.

(11)  http://www.globalnetworkinitiative.org/index.php.

(12)  Fid-dokument tal-Kunsill tal-Ewropa “Internet - a critical resource for all” tas-17 ta' Settembru 2008 huwa enfassizzat ukoll li “li jiġu żgurati u promossi ekwità u parteċipazzjoni rigward l-Internet huwa pass essenzjali għall-progress fl-ekwità u l-parteċipzzjoni fis-soċjetà kollha kemm hi.”


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/214


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009
Strateġija tal-UE għal żarmar aħjar tal-bastimenti

P6_TA(2009)0195

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar strateġija tal-UE għal żarmar aħjar tal-bastimenti

2010/C 117 E/34

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2007 dwar Żarmar Aħjar tal-Bastimenti (COM(2007)0269),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-Green Paper dwar żarmar aħjar tal-bastimenti (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2008 dwar strateġija tal-UE għal żarmar aħjar tal-bastimenti (COM(2008)0767),

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 6 tat-Trattat KE, li jistabbilixxu li r-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent għandhom jiġu integrati fis-setturi differenti tal-politika tal-Komunità sabiex ikun promoss l-iżvilupp ambjentali sostenibbli tal-attività ekonomika,

wara li kkunsidra l-Artikolu 175 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll ta’ Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi tiegħu (il-Konvenzjoni ta' Basel), li n-Nazzjonijiet Uniti approvat fit-22 ta’ Marzu 1989 bħala qafas għar-regolamentazzjoni ta' trasport bil-baħar internazzjonali ta' skart perikoluż,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (2) (Regolament dwar Vjeġġi ta' Skart bil-Baħar),

wara li kkunsidra l-Konferenza Diplomatika li se ssir f'Mejju 2009, organizzata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), rigward il-Konvenzjoni dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti Sikur u li Jħares l-Ambjent (il-Konvenzjoni dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi hemm tħassib serju li fin-nuqqas ta' azzjoni regolatorja urġenti fil-livell tal-UE, il-kundizzjonijiet li fihom qegħdin jiġu żarmati l-bastimenti fin-nofsinhar tal-Ażja, li qed jeqirdu l-ambjent u li huma degradanti għall-bniedem, se jkomplu jaggravaw ruħhom;

B.

billi l-Konvenzjoni ta’ Basel (wara r-ratifika mill-Kunsill Ewropew) tirrikonoxxi li bastiment jista’ jsir skart; billi, madankollu, fl-istess ħin jista' jiġi definit bħala bastiment li jaqa’ taħt regoli oħra internazzjonali, fis-sens li maġġoranza ta’ sidien bħalissa mhumiex qed jinfurmaw lill-awtoritajiet dwar l-intenzjoni tagħhom li jeħilsu mill-bastimenti tagħhom; billi, għalhekk, is-sidien għandhom jikkontribwixxu sabiex jassiguraw li l-informazzjoni fir-rigward tal-intenzjoni tagħhom li jeħilsu mill-bastimenti tagħhom tkun disponibbli kif ukoll dwar il-materjal perikoluż li jista’ jinsab abbord dawn il-bastimenti;

C.

billi r-Regolament ta’ Vjeġġi ta’ Skart bil-Baħar qiegħed ikompli jiġi injorat b'mod sistematiku u billi r-responsabilità u l-irwol tal-istati tar-reġistrazzjoni ta’ konvenjenza tal-bastiment huma xkiel kbir fil-ġlieda kontra l-esportazzjoni illegali tal-iskart tossiku hi rikonoxxuta;

D.

billi n-numru ta' bastimenti li twaqqfu mis-servizz wara t-tneħħija gradwali ta' tankers taż-żejt b'buq wieħed u x-xogħol b'lura ta' bastimenti qodma li issa qegħdin jiġu rtirati mis-suq minħabba r-riċessjoni, se jwasslu għal żieda bla kontroll ta' faċilitajiet mhux ta' standard fin-nofsinhar tal-Ażja, u li dawn se jinfirxu lejn ir-reġjun Afrikan, jekk ma titteħidx azzjoni immedjata u konkreta min-naħa tal-UE;

E.

billi t-tkissir tal-bastimenti bil-metodu magħruf bħala “beaching”, fejn il-bastimenti jitħallew jinkaljaw f'marea baxxa, kien ikkundannat globalment bħala metodu li ma joffrix sikurezza għall-ħaddiema u li ma jagħtix protezzjoni xierqa lill-ambjent marittimu minn sustanzi li jniġġsu li jkunu fuq il-bastimenti;

1.

Jirrimarka li r-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq u l-fehmiet tiegħu imsemmijin fiha, għadhom validi u jenfasizza li dawn il-fehmiet għandhom ikunu riflessi kemm hu possibbli fil-Konvenzjoni dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li se tiġi adottata f'Mejju 2009;

2.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-bżonn li r-riċiklaġġ jiġi integrat fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' bastiment, filwaqt li jitqiesu l-eżiġenzi li jirriżultaw mill-istadju tal-ippjanar għall-bini u t-tagħmir tal-bastiment;

3.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li bastimenti li waslu fi tmiem is-servizz tagħhom għandhom jitqiesu bħala skart perikoluż, minħabba s-sustanzi perikolużi li jkollhom dawn il-bastimenti, u għalhekk għandhom jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Basel;

4.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-istrateġija tal-UE għal żarmar aħjar tal-bastimenti; jenfasizza, madankollu, li l-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun tmur lil hinn minn studji ta' fattibilità u timpenja ruħha b'mod sħiħ għall-azzjoni li tissalvagwardja l-implimentazzjoni effikaċi tar-Regolament ta’ Vjeġġi ta’ Skart bil-Baħar; jitlob, f’dan il-kuntest, li jkun hemm kontrolli u segwitu iktar rigorużi mill-awtoritajiet nazzjonali tal-port u jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta linji gwida f'dan il-qasam;

5.

Jenfasizza li m'hemmx ħin x'jinħela u jitlob b’urġenza li tittieħed azzjoni regolatorja konkreta fl-livell tal-UE li tmur lil hinn mir-rimedji sfortunatament fjakki tal-IMO;

6.

Jitlob li ssir projbizzjoni ċara dwar il-‘beaching” ta' bastimenti fi tmiem is-servizz tagħhom, u jqis li kull assistenza teknika lill-pajjiżi tan-nofsinhar tal-Ażja fi ħdan il-qafas tal-UE għandha tkompli tkun immirata għat-tneħħija gradwali ta' dan il-metodu ta' tkissir li bla dubju mhux sostenibbli u li għandu difetti serji;

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinnegozjaw kundizzjonijiet tad-dħul fis-seħħ li jiżguraw li l-Konvenzjoni dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tkun applikata malajr kemm jista' jkun;

8.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiffirmaw il-Konvenzjoni dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti u biex jirratifikawha mill-aktar fis wara li tintlaħaq ftehima fil-livell tal-IMO;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sidien tal-bastimenti biex japplikaw bla dewmien l-elementi ewlenin tal-Konvenzjoni dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti sabiex jiżguraw li l-bastimenti li jintbagħtu biex jiżżarmaw fix-xhur u fis-snin li ġejjin ikunu ttrattati b'mod sikur u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

10.

Jenfasizza l-fatt li l-Konvenzjoni tal-IMO dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti, malli tiġi adottata f’Ħong Kong f’Mejju 2009, għandha tkun evalwata fir-rigward tal-livell ta’ kontroll previst mill-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, li ġiet inkorporata fir-Regolament Ewropew dwar il-Vjeġġi tal-Iskart;

11.

Jappoġġja s-suġġerimenti tal-Kummissjoni għal miżuri biex jiġu stabbiliti faċilitajiet għaż-żarmar li jkunu ċertifikati u verifikati b'mod indipendenti; iqis li hemm bżonn ta' miżuri bħal dawn b'mod urġenti u jenfasizza l-fatt li kwalunkwe ffinanzjar tal-industrija tat-tbaħħir mill-Komunità għandu jkun subordinat għall-użu, mill-benefiċjarju, ta’ dawn il-faċilitajiet ċertifikati; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, l-istandards li żviluppat l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) bħala pass fid-direzzjoni t-tajba, imma jistenna li jsir aktar titjib fil-ġejjieni;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri konkreti, pereżempju sistemi ta’ ttikkettar għall-faċilitajiet tar-riċiklaġġ sikuri u nodfa, sabiex ikun promoss it-trasferiment tal-għarfien u tat-teknoloġija bl-għan li wieħed jgħin siti għaż-żarmar fl-Ażja tan-Nofsinhar ikunu konformi mal-istandards internazzjonali ta’ sikurezza u tal-ambjent, u b’mod partikolari l-istandards li se jiġu stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti; jemmen li dan l-objettiv għandu wkoll jitqies fil-qafas iktar wiesa’ tal-politika ta’ għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fir-rigward tal-pajjiżi li huma involuti fiż-żarmar tal-bastimenti;

13.

Jinkoraġġixxi bil-qawwa li jkun hemm djalogu bejn l-UE u l-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Ażja tan-Nofsinhar involuti fiż-żarmar tal-bastimenti, f’dak li jikkonċerna l-kwistjoni tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol ta' żarmar ta' bastimenti fit-tarzni, b’mod partikolari l-problema tax-xogħol mit-tfal;

14.

Jitlob li jkun hemm mekkaniżmu ta' ffinanzjar ibbażat fuq kontribuzzjonijiet mandatorji mill-industrija tat-tbaħħir u li jkunu konformi mal-prinċipju ta' responsabilità tal-produttur;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi b'mod ċar l-istat li għandu ġurisdizzjoni fuq is-sidien tal-iskart bħala l-istat responsabbli;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet tat-Turkija, tal-Bangladexx, taċ-Ċina, tal-Indja u tal-Pakistan, kif ukoll lill-IMO.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0222.

(2)  ĠUL 190, 12.7.2006, p. 1.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009

6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/217


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Ftehim bejn il-KE u n-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *

P6_TA(2009)0146

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-KE u n-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2008)0041 – C6-0041/2009 – 2008/0017(CNS))

2010/C 117 E/35

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0041),

wara li kkunsidra l-Artikolu 80(2) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0041/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0071/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tan-Nepal bil-pożizzjoni tal-Parlament.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/218


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) *

P6_TA(2009)0147

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0690 – C6-0414/2008 – 2008/0213(COD))

2010/C 117 E/36

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0690),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0414/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0130/2009),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sostanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/219


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali (verżjoni kodifikata) *

P6_TA(2009)0148

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0842 – C6-0019/2009 – 2008/0235(CNS))

2010/C 117 E/37

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0842),

wara li kkunsidra l-Artikoli 26, 37 u 308 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0019/2009),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0129/2009),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sostanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/220


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew *

P6_TA(2009)0149

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar ir-rakkomandazzjoni għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (13411/2008 – C6-0351/2008 – 2008/0807(CNS))

2010/C 117 E/38

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew lill-Kunsill (13411/2008) (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 107(6) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0351/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0119/2009),

1.

Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

TEST PROPOST MILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

EMENDA

Emenda 1

Rakkomandazzjoni għal regolament – att li jemenda

Premessa 7 a (ġdida)

 

(7a)

Sabiex tittejjeb it-trasparenza, id-data statistika miġbura mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) mingħand l-istituzzjonijiet tas-settur finanzjarju għandha tkun disponibbli għall-pubbliku iżda għandu jiġi ggarantit li jkun hemm protezzjoni tad-data ta’ livell għoli.

Emenda 2

Rakkomandazzjoni għal regolament – att li jemenda

Premessa 7 b (ġdida)

 

(7b)

L-aħjar prattiki u r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali rilevanti għandhom jitqiesu fl-iżvilupp, fil-produzzjoni u fit-tqassim tal-Istatistika Ewropea.

Emenda 3

Rakkomandazzjoni għal regolament – att li jemenda

Premessa 8

(8)

Barra dan, huwa importanti li tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib bejn is-SEBĊ u s-Sistema ta’ Statistika Ewropea (ESS), l-aktar biex jitrawwem l-iskambju ta’ data kunfidenzjali bejn iż-żewġ sistemi għal għanijiet statistiċi, fid-dawl tal-Artikolu 285 tat-Trattat u l-Artikolu 5 tal-Istatut.

(8)

Barra dan, huwa importanti li tiġi żgurata l-kooperazzjoni mill-qrib bejn is-SEBĊ u s-Sistema ta’ Statistika Ewropea (ESS) sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni fil-ġbir tad-data statistika , l-aktar biex jitrawwem l-iskambju ta’ data kunfidenzjali bejn iż-żewġ sistemi għal għanijiet statistiċi, fid-dawl tal-Artikolu 285 tat-Trattat u l-Artikolu 5 tal-Istatut.

Emenda 4

Rakkomandazzjoni għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 2 a (ġdid)

 

(2a)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Koperazzjoni mal-ESS

Sabiex jitħaffef il-piż tar-rappurtaġġ, tiġi evitata d-duplikazzjoni, u tiġi ggarantita sistema koerenti għall-produzzjoni tal-Istatistika Ewropea, is-SEBĊ u l-ESS għandhom jikkoperaw mill-qrib, filwaqt li jikkonformaw mal-prinċipji tal-istatistika stipulati fl-Artikolu 3.”

Emenda 5

Rakkomandazzjoni għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 4 - punt g

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 8 – paragrafi 11 sa 13

(g)

Il-paragrafi 11 u 13 li ġejjin jiżdiedu:

“11.     Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq l-iskambju ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali għajr it-tagħrif msemmi f’dan ir-Regolament, it-trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali bejn membru tas-SEBĊ li ġabar dak it-tagħrif u awtorità tas-SSE jista’ jseħħ kemm-il darba din it-trażmissjoni hija neċessarja għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew it-tixrid effiċjenti jew biex tiżdied il-kwalità ta’ Statistika Ewropea fl-isfera rispettiva ta’ kompetenza tas-SSE u tas-SEBĊ. Kull trażmissjoni wara l-ewwel trażmissjoni għandha tiġi espliċitament awtorizzata mill-membru tas-SEBĊ li ġabar dak it-tagħrif.

12.     Jekk data kunfidenzjali tiġi trażmessa bejn awtorità tas-SSE u membru tas-SEBĊ, din id-dejta għandha tintuża esklużivament għal għanijiet statistiċi u għandha tkun aċċessibli biss għal ħaddiema li jaħdmu f’attivitajiet statistiċi fil-qasam speċifiku tax-xoghol.

13.     Il-miżuri ta’ protezzjoni li jissemmew fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru [XX] għandhom japplikaw għad-dejta kunfidenzjali trasmessa bejn awtorità tas-SSE u membru tas-SEBĊ skond il-paragrafi 11 u 12, u skont l-Artikolu 20(1a) tar-Regolament (KE) Nru [XX]. Il-BĊE għandu jippubblika rapport ta’ kunfidenzjalità annwali fuq il-miżuri adottati biex tiġi ssalvagwardata l-kunfidenzjalità tad-data statistika.”

imħassrin

Emenda 6

Rakkomandazzjoni għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 8 a (ġdid)

 

(4a)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Il-koperazzjoni bejn l-ESS u s-SEBĊ

1.     Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iskambju ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali għajr għat-tagħrif imsemmi f’dan ir-Regolament, it-trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali bejn membru tas-SEBĊ li jkun ġabar dak it-tagħrif u awtorità tal-ESS tista’ sseħħ kemm-il darba din it-trażmissjoni tkun meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew it-tqassim effiċjenti jew biex titjieb il-kwalità tal-Istatistika Ewropea, inklużi l-istatistika taż-żona tal-ewro, fl-isferi rispettivi ta’ kompetenza tal-ESS u tas-SEBĊ.

Kull trażmissjoni ulterjuri 'lil hinn mill-ewwel trażmissjoni għandha teżiġi l- awtorizzazzjoni espressa mill-membru tas-SEBĊ li jkun ġabar dak it-tagħrif.

2.     Jekk data kunfidenzjali tiġi trażmessa bejn awtorità tal-ESS u membru tas-SEBĊ, din id-data għandha tintuża b'mod esklużiv għal għanijiet statistiċi u għandha tkun aċċessibbli biss għall-istaff li jkun qiegħed jaħdem f’attivitajiet ta’ statistika fil-qasam speċifiku tax-xogħol tagħhom.

3.     Ir-regoli u l-miżuri ta’ protezzjoni li jissemmew fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'…dwar l-Istatistika Ewropea (2) għandhom japplikaw għad-data kunfidenzjali trażmessa bejn awtorità tal-ESS u membru tas-SEBĊ, skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru …/2009. Il-BĊE għandu jippubblika rapport annwali dwar il-miżuri adottati biex tiġi salvagwardata l-kunfidenzjalità tad-data statistika.


(1)  ĠU C 251, 3.10.2008, p. 1.

(2)   ĠU L …”.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/223


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Prodotti kożmetiċi (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0158

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0049 – C6-0053/2008 – 2008/0035(COD))

2010/C 117 E/39

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0049),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6–0053/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid għal atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tal-21 ta' Novembru 2008 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0484/2008),

A.

billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li baqgħu l-istess mill-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr bidla fis-sustanza tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
P6_TC1-COD(2008)0035

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta’ Marzu 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti kosmetiċi (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru ….)


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
ANNESS

Stqarrijiet tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tieħu nota tat-tħassib tal-Istati Membri dwar ir-riformulazzjoni tad-direttivi f’regolamenti.

Il-Kumissjoni jidhrilha li, fejn id-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ direttiva jkunu biżżejjed ċari, preċiżi u dettaljati, jistgħu jinqelbu f’dispożizzjonijiet li jkunu applikabbli direttament f’regolament permezz ta’ riformulazzjoni. Dan huwa aktar u aktar minnu fejn id-dispożizzjonijiet ikunu ta’ natura teknika, u l-Istati Membri kollha diġà jkunu ttrasponewhom għalkollox fil-liġi nazzjonali.

Il-Kummissjoni taċċetta, fid-dawl tal-opinjonijiet differenti espressi, li l-każ speċifiku tar-Regolament dwar il-Kożmetiċi mhuwiex sejjer jintuża bħala preċedent għall-interpretazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali fuq dan il-punt.

Il-Kummissjoni hija impenjata li, qabel id-data ta’ applikazzjoni tar-regolament, tiċċara s-sitwazzjoni rigward il-bejgħ ta’ prodotti kożmetiċi bl-Internet.

Bħall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni jħassibha l-fatt li s-settur tal-kożmetiċi jista’ jiġi affettwat mill-prodotti foloz li jistgħu jkabbru r-riskji għas-saħħa tal-bniedem. Għaldaqstant il-Kummissjoni sejra tieħu azzjoni biex ittejjeb il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali bil-għan li tiġġieled kontra l-iffalsifikar tal-prodotti.

Il-Kummissjoni sejra tabbozza nota spjegattiva dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali u d-dati ta’ applikazzjoni tar-Regolament (b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikoli 7, 8, 10 u 12a).

Dwar id-definizzjoni tan-nanomaterjali, il-Kummissjoni tinnota li l-ħidma lejn definizzjoni komuni tan-nanomaterjali għadha għaddejja. Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkonferma li f’leġiżlazzjoni Komunitarja tal-ġejjieni għandu jitqies il-progress lejn definizzjoni komuni, u tinnota li l-proċeduri ta’ komitoloġija f’din il-proposta jippermettu wkoll li d-definizzjoni tkun aġġornata fi ħdan din il-proposta.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/225


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien ***I

P6_TA(2009)0159

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien (COM(2008)0618 – C6-0346/2008 – 2008/0188(COD))

2010/C 117 E/40

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0618),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0346/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0076/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
P6_TC1-COD(2008)0188

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali fir-rigward tal-estensjoni ta’ ċerti perjodi ta’ żmien

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Direttiva 2009/107/KE.)


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/226


It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
L-Istruttura u r-rati ta’ dazju tas-sisa applikati fuq tabakk manifatturat *

P6_TA(2009)0160

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 92/79/KEE, 92/80/KEE u 95/59/KE dwar l-istruttura u r-rati ta’ dazju tas-sisa applikati fuq tabakk manifatturat (COM(2008)0459 – C6-0311/2008 – 2008/0150(CNS))

2010/C 117 E/41

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0459),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0311/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6–0121/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 2

(2)

Bil-għan li jkun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern u, fl-istess ħin, livell għoli ta’ ħarsien tas- saħħa, kif rekwiżit mill-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE, meta jitqies li l-Komunità hija Parti għall-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC), bidliet differenti għandhom isiru fil-materja. Dawn il-bidliet għandhom iqisu l-qagħda prevalenti għal kull wieħed mill-prodotti tat-tabakk.

(2)

Bil-għan li jkun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern u, fl-istess ħin, livell għoli ta’ ħarsien tas- saħħa, kif rekwiżit mill-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE, meta jitqies li l-Komunità hija Parti għall-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC), bidliet differenti għandhom isiru fil-materja. Dawn il-bidliet , fejn xieraq, għandhom iqisu l-projbizzjoni tat-tipjip u l-qagħda prevalenti għal kull wieħed mill-prodotti tat-tabakk u għandhom ikunu kumplimentari għall-projbizzjoni dwar ir-reklamar tat-tabakk u għat-tnedija ta’ kampanji edukattivi. Għandu jitqies ukoll il-bżonn li jkun miġġieled il-kuntrabandu minn pajjiżi terzi u l-kriminalità organizzata u l-istabbiliment u t-tkabbir taz-zona Schengen.

Emenda 2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 3

(3)

Dwar is-sigaretti, l-arranġamenti għandhom ikunu ssimplifikati sabiex jinħolqu kondizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-manifatturi, biex inaqqsu s-separazzjoni tas-swieq tat-tabakk u jenfasizzaw l-għanijiet tas-saħħa. Għal dan il-għan, għandu jkun sostitwit il-kunċett tal-kategorija tal-prezz l-aktar popolari; ir-rekwiżit minimu relatat mal-prezz għandu jirreferi għall-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, waqt li l-minimu monetarju għandu jkun applikabbli għas-sigaretti kollha. Għal raġunijiet simili, il- prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jservi wkoll bħala referenza għall-kejl ta’ l-importanza ta’ dazju tas-sisa speċifiku fil-piż totali tat-taxxa.

(3)

Dwar is-sigaretti, l-arranġamenti għandhom ikunu ssimplifikati sabiex joħolqu kundizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni għall-manifatturi, biex inaqqsu s-swieq tat-tabakk , sabiex ikun żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha, ta’ dawk li jkabbru t-tabakk u tal-industrija tat-tabakk jenfasizzaw l-għanijiet tas-saħħa , u biex jikkonformaw mal-għanijiet makroekonomiċi, bħall-mira tal-inflazzjoni baxxa, fid-dawl tat-tkabbir taz-zona euro u l-konverġenza tal-prezzijiet . Għal dan il-għan, għandu jkun sostitwit il-kunċett tal-kategorija tal-prezz l-aktar popolari; ir-rekwiżit minimu tad-dazju tas-sisa għall-prodotti kollha tat-tabakk fl-Istati Membri kollha għandu, sal-1 ta’ Jannar 2012, ikun espress biss bħala kompenent speċifiku impost fuq kull unità ta’ tabakk. Il- prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jservi biss bħala referenza għall-kejl tal-importanza ta’ dazju tas-sisa speċifiku fil-piż totali tat-taxxa. Stati Membri b’livell għoli ta’ dazji tas-sisa fuq prodotti tat-tabakk għandhom jadottaw politika ta’ moderazzjoni fir-rigward żieda fit-taxxa, billi jżommu f’moħħhom l-importanza tal-konverġenza tal-livell tat-taxxa fis-suq intern.

Emenda 3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 5

(5)

Dwar it-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, il-limiti minimi tal-Komunità għandhom jiġu espressi b’tali mod li jinkisbu effetti simili għal dak fil-qasam tas-sigaretti. Għal dan il-għan, għandu jkun ipprovdut li livell ta’ tassazzjoni nazzjonali għandu jikkonforma mal-minimu espress bħala perċentwal tal-prezz bl-imnut u ieħor espress bħala ammont fiss .

(5)

Dwar it-tabakk imqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, il-limiti minimi tal-Komunità għandhom jiġu espressi b’tali mod li jinkisbu effetti simili għal dak fil-qasam tas-sigaretti. Għal dan il-għan, għandu jkun ipprovdut li l-livelli ta’ tassazzjoni nazzjonali għandhom jikkonformaw mal-minimu espress bħala ammont fiss impost fuq kull unità ta’ tabakk sal-1 ta’ Jannar 2012 .

Emenda 7

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/79/KEE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa (dazju speċifiku u dazju ad valorem) fuq is-sigaretti jirrapreżenta ta’ l-anqas 57 % tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti mibjugħa. Dak id-dazju tas-sisa ma jkunx inqas minn EUR 64 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.

1.     Sal-1 ta’ Jannar 2012 , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa ma jkunx anqas minn EUR 64 għal kull 1 000 sigarrett għat-tipi kollha ta’ sigaretti.

Emenda 8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/79/KEE

Artikolu 2 – paragrafu 2

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa (dazju speċifiku u dazju ad valorem) fuq is- sigaretti jirrapreżenta ta’ l-anqas 63 % tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti mibjugħa. Dak id-dazju tas-sisa ma jkunx inqas minn EUR 90 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa fuq kull kategorija ta’ sigaretti ma jkunx anqas minn EUR 75 għal kull 1 000 sigarett jew EUR 8 iżjed mil-livell għal 1 000 fl-1 ta’ Jannar 2010 .

Madankollu, l-Istati Membri li jimponu dazju tas-sisa ta’ mill-anqas EUR 122 għal kull 1 000 sigarett fuq il-bażi tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut ma jeħtiġilhomx li jikkonformaw mar-rekwiżit tas-63 % indikat fl-ewwel subparagrafu.

 

Emenda 9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/79/KEE

Artikolu 2 – paragrafu 3

3.   Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl- 1 ta’ Jannar ta’ kull sena, b’referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.

3.   Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl- 1 ta’ Marzu ta’ kull sena, b’referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tal-volum totali mqiegħed fis-suq u l-prezzijiet li jinkludu t-taxxi kollha.

Emenda 10

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/79/KEE

Artikolu 2 – paragrafu 5

5.   L-Istati Membri għandhom iżidu b’mod gradwali d-dazji tas-sisa bil-għan li jilħqu r-rekwiżiti msemmija fil- paragrafu 2 fid-dati indikati fil-paragrafi 2 u 4 rispettivament .

5.   L-Istati Membri għandhom iżidu b’mod gradwali d-dazji tas-sisa bil-għan li jilħqu r-rekwiżiti msemmija fil- paragrafu 1 sal-1 ta’ Jannar 2012 .

 

L-Istati Membri li fihom id-dazju tas-sisa ġie applikat fl-1 ta’ Jannar 2009 għal kull kategorija tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jkun ogħla minn EUR 64 għal kull 1 000 sigarrett ma għandhomx inaqqsu l-livell tad-dazju tas-sisa.

Emenda 11

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 92/79/KEE

Artikolu 2 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha tikkalkula u tippubblika, fl-istess okkażjoni u għal raġunijiet ta’ informazzjoni, il-prezz l-aktar baxx għas-sigaretti fl-UE, espress f’euro u fil-muniti nazzjonali oħrajn, biż-żieda tad-dazju tas-sisa u l-VAT imposta fuq pakkett nominali ta’ sigaretti ta’ valur ta’ EUR 0 qabel it-taxxa.

Emenda 12

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 92/79/KEE

Artikolu 2a

L-Artikolu 2a jinbidel b’dan li gej:

“Artikolu 2a

1.    Fejn bidla fil-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut isseħħ fi Stat Membru, u b’hekk iġġib id-dazju tas-sisa taħt il-livelli indikati fil-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 2 rispettivament, l-Istat Membru kkonċernat jista’ ma jaġġustax dak id-dazju sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha seħħet il-bidla.

2.     Fejn Stat Membru jżid ir-rata tat-taxxa tal-valur miżjud fuq is-sigaretti, huwa jista’ jnaqqas id-dazju tas-sisa sa ammont li, espress bħala perċentwal tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, huwa ugwali għaż-żieda fir-rata tat-taxxa tal-valur miżjud, espressa wkoll bħala perċentwal tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, anke jekk aġġustament bħal dan għandu l-effett li jonqos id-dazju tas-sisa sa taħt il-livelli, espress bħala perċentwal tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, stipulat fil-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 2 rispettivament.

Madankollu, l-Istat Membru għandu jerġa’ jżid id-dazju sabiex jilħaq tal-anqas dawk il-livelli mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha jkun seħħ it-tnaqqis.”

imħassar

Emenda 13

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Direttiva 92/80/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 1– subparagrafi 8 u 9

Mill - 1 ta’ Jannar 2010 , l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim ta’ sigaretti ta’ mill-anqas 38 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxa kollha, u ta’ l-anqas EUR 43 kull kilogramm .

Sa mill-1 ta’ Jannar 2014 , l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim ta’ sigaretti ta’ mill-anqas EUR 50 għal kull kilogramma jew 6 % aktar mill-livell għal kull kilogramma fl-1 ta’ Jannar 2012 .

Mill-1 ta’ Jannar 2014 , l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim ta’ sigaretti ta’ mill-anqas 42 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxa kollha, u ta’ l-anqas EUR 60 kull kilogramm .

Sa mill-1 ta’ Jannar 2012 , l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta’ fin intiż għall-brim ta’ sigaretti ta’ mill-anqas EUR 43 għal kull kilogramma jew 20 % aktar mill-livell għal kull kilogramma fl-1 ta’ Jannar 2010.

Emenda 14

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Direttiva 92/80/KEE

Artikolu 3 – paragrafu 1– subparagrafi 10 u 11

L-Istati Membri għandhom iżidu b’mod gradwali d-dazji tas-sisa biex jilħqu r- rekwiżiti minimi msemmija fid-disa’ subparagrafu fl-1 ta’ Jannar 2014 .

L-Istati Membri għandhom iżidu b’mod gradwali d-dazji tas-sisa biex jilħqu dawk ir- rekwiżiti minimi.

Mill-1 ta’ Jannar 2010 , id-dazju tas-sisa espress bħala perċentwal, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal għadd iffissat ta’ oġġetti għandu jkun ta’ l-anqas ekwivalenti għal li ġej:

Sa mill-1 ta’ Jannar 2012 , id-dazju tas-sisa espress bħala ammont għal kull kilogramma jew għal għadd iffissat ta’ oġġetti għandu jkun tal-anqas ekwivalenti għal li ġej:

(a)

fil-każ ta’ sigarri u sigarri żgħar, 5 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha jew EUR 12 għal kull 1 000 oġġett jew għal kull kilogramm;

(a)

fil-każ tas-sigarri jew sigarri żgħar, EUR 12 għal kull 1 000 oġġett jew għal kull kilogramma;

(b)

fil-każ tat-tabakk tat-tipjip, li mhuwiex tabakk tat-tipjip mqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, jew EUR 22 għal kull kilogramm.

(b)

fil-każ tat-tabakk tat-tipjip, li mhuwiex tabakk tat-tipjip mqatta’ fin intiż għall-brim tas-sigaretti, EUR 22 għal kull kilogramma.

Emenda 15

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 4 a (ġdid)

Direttiva 95/59/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

(4a)

Fl-Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

It-tieni subparagrafu ma jistax, madankollu, ifixkel l-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali […] rigward il-kontroll tal-livelli tal-prezzijiet, l-osservanza tal-prezzijiet imposti jew l-implimentazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ta’ miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-livelli tal-prezzijiet applikabbli, fil-kuntest tal-politika tas-saħħa pubblika ta’ dak l-Istat Membru, sabiex ma jinkoraġġux il-konsum tat-tabakk, speċjalment minn dawk li għadhom żgħar, sakemm ikunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità.”

Emenda 16

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 3 – punt 5

Direttiva 95/59/KE

Artikolu 16 – paragrafu 1

1.   Il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma jistax ikun inqas minn 10 % u aktar minn 75 % ta’ l- ammont tal-piż tat-taxxa totali li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta’ li ġej:

1.    Il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma jistax ikun inqas minn 10 % , sa mill-1 ta’ Jannar 2012, u ma jistax ikun aktar minn 55 % tal- ammont tal-piż tat-taxxa totali li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta’ li ġej:

(a)

dazju speċifiku tas-sisa;

(a)

dazju speċifiku tas-sisa;

(b)

id-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.

(b)

id-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.

Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl- 1 ta’ Jannar ta’ kull sena, b’referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.

Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl- 1 ta’ Marzu ta’ kull sena, b’referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.

 

1a.     Il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma jistax ikun inqas minn 10 %, sa mill-1 ta’ Jannar 2014, u aktar minn 60 % tal-ammont tal-piż tat-taxxa totali li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta’ li ġej:

 

(a)

dazju speċifiku tas-sisa; kif ukoll

 

(b)

id-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.

 

Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, b’referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009

6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/232


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni: bijometriċi u applikazzjonijiet għall-viżi ***II

P6_TA(2009)0167

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni tal-bijometriċi, inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-ilqugħ u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viżi (5329/1/2009 – C6-0088/2009 – 2006/0088(COD))

2010/C 117 E/42

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5329/1/2009 – C6-0088/2009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0269),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0143/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati,10.7.2008, P6_TA(2008)0358.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/233


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment ***I

P6_TA(2009)0168

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità (COM(2008)0910 – C6-0025/2009 – 2008/0268(COD))

2010/C 117 E/43

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0910),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251 u l-Artikoli 179 u 181(a) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0025/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0109/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
P6_TC1-COD(2008)0268

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE)


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/234


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea ta’ l-avjazzjoni ***I

P6_TA(2009)0169

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea ta’ l-avjazzjoni (COM(2008)0388 – C6-0250/2008 – 2008/0127(COD))

2010/C 117 E/44

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0388),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0250/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0002/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew tibdilha b’test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
P6_TC1-COD(2008)0127

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea ta’ l-avjazzjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru ….)


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/235


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
L-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru ***I

P6_TA(2009)0170

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2006/23/KE (COM(2008)0390 – C6-0251/2008 – 2008/0128(COD))

2010/C 117 E/45

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0390),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0251/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0515/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
P6_TC1-COD(2008)0128

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta’ Marzu 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam ta’ l-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru ….)


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/236


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Ikel ġdid ***I

P6_TA(2009)0171

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid u li jemenda r-Regolament (KE) Nru XXX/XXXX [proċedura komuni] (COM(2007)0872 – C6-0027/2008 – 2008/0002(COD))

2010/C 117 E/46

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0872),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0027/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0512/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta’ Marzu 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1331/2008 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97

P6_TC1-COD(2008)0002

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Fl-implimentazzjoni tal-politika Komunitarja u filwaqt li jittieħed kont tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, għandu jkun garantit livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ħarsien tal-konsumatur, kif ukoll livell għoli ta' benessri tal-annimali u ta' ħarsien ambjentali. Barra minn hekk, għandu jiġi dejjem applikat il-prinċipju ta' prekawzjoni kif imfisser fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (3).

(2)

Livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem għandu jkun assigurat fit-tfittxija tal-politiki Komunitarji u għandu jingħata prijorità fuq l-operat tas-suq intern .

(3)

L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea jikkjarifika li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali meta jkunu qegħdin jifformulaw u jimplimentaw il-politiki, ladarba l-annimali huma ħlejjaq senzjenti.

(4)

L-istandards definiti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja għandhom jiġu applikati għall-ikel kollu mqiegħed fis-suq tal-Komunità, inkluż ikel impurtat minn pajjiżi terzi.

(5)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Settembru 2008 dwar l-ikklownjar tal-annimali għall-provvista tal-ikel (4), il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex treassaq proposti li jipprojbixxu, għal skopijiet ta’ provvisti tal-ikel, (i) l-ikklownjar tal-annimali, (ii) it-trobbija ta’ annimali kklownjati jew il-frieħ tagħhom, (iii) it-tqegħid fis-suq ta’ laħam jew prodotti magħmulin mill-ħalib li ġejjin minn annimali kklownjati jew mill-frieħ tagħhom (iv) l-importazzjoni ta’ annimali kklownjati, tal-frieħ tagħhom, ta’ semen u ta’ embriji minn annimali kklownjati jew mill-frieħ tagħhom, u laħam u prodotti tal-ħalib li ġejjin minn annimali kklownjati jew mill-frieħ tagħhom.

(6)

Fit-28 u d-29 ta’ Settembru 2005, il-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni dwar Riskji għas-Saħħa Emerġenti u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) adotta opinjoni li kkonkludiet li jeżistu “nuqqasijiet kbar fl-għerf meħtieġ għall-evalwazzjoni tar-riskju. Dawn jinkludu karatterizzazzjoni tan-nanopartiċelli, l-individwazzjoni u l-kejl tan-nanopartiċelli, ir-reazzjoni għad-dożi, dak li jiġri min-nanopartiċelli u l-persistenza tagħhom fil-bniedem u fl-ambjent, u l-aspetti kollha tat-tossikoloġija u t-tossikoloġija ambjentali b’rabta man-nanopartiċelli”; barra minn hekk l-opinjoni tal-SCENIHR tikkonkludi li “l-metodi tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi eżistenti jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha li jirriżultaw fir-rigward tan-nanopartiċelli”;

(7)

Ir-regoli Komunitarji dwar ikel ġdid ġew stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel ġdid u l-ingredjenti ta’ l-ikel ġdid (5) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 ta’ l-20 Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex ċerta informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għall-protezzjoni ta' l-informazzjoni mibgħuta skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 258/97 (6). Għall-fini taċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jiġi rrevokat u mibdul b’dan ir-Regolament. Ir-Regolament attwali għandu jinkludi miżuri attwalment regolati mir-Regolament (KE) Nru 1852/2001.

(8)

Sabiex tkun żgurata l-kontinwità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, in-nuqqas ta' użu għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 258/97, li hija l-15 ta’ Mejju 1997, għandu jinżamm bħala kriterju għal ikel li għandu jitqies bħala ġdid. Użu fil-Komunità jirreferi għal użu fl-Istati Membri, irrispettivament mid-data tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea.

(9)

It-tifsira eżistenti ta’ ikel ġdid għandha tiġi ċċarata , bi spjegazzjoni tal-kriterji li fuq il-bażi tagħhom ikel jiġi kkunsidrat ġdid, u aġġornata billi tieħu post il-kateġoriji eżistenti b’referenza għat-tifsira ġenerali ta’ ikel fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 ║

(10)

Ikel bi struttura molekolari primarja ġdida jew li kienet immodifikata intenzjonalment, ikel li huwa magħmul minn mikroorganiżmi, fungi jew alka jew li ġie iżolat minnhom, speċji ġodda ta’ mikroorganiżmi li ma jkollhomx passat ta’ użu sikur kif ukoll konċentrati ta’ sustanzi li jinstabu b’mod naturali fil-pjanti għandhom ikunu kkunsidrati bħala ikel ġdid kif definita f' dan ir-Regolament.

(11)

Għandu jiġi ċċarat ukoll li ikel għandu jitqies bħala ġdid meta tiġi applikata teknoloġija ta' produzzjoni li qabel ma tkunx intużat. B’mod partikolari, teknoloġiji emerġenti fil-proċessi ta' tagħmir u produzzjoni ta' l-ikel, li għandhom impatt fuq l-ikel u għalhekk jista' jkollhom impatt fuq is-sikurezza ta' l-ikel, għandhom jiġu koperti minn dan ir-Regolament. Ikel ġdid għandu għalhekk jinkludi ikel derivat minn pjanti u annimali, prodotti b’tekniki ta’ tagħmir mhux tradizzjonali, u ikel modifikat minn proċessi ta’ produzzjoni ġodda, bħal nanoteknoloġija u nanoxjenza, li jista’ jkollhom impatt fuq l-ikel. Ikel derivat minn varjetajiet ta’ pjanti ġodda, jew razez ta’ annimali prodotti minn tekniki ta’ tagħmir tradizzjonali, għandhom jitqiesu bħala ikel ġdid.

(12)

L-ikklownjar tal-annimali huwa inkompatibbli mad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (7), li fil-punt 20 tal-Anness tagħha hu stipulat li m'għandhomx jintużaw proċeduri naturali jew artifiċjali tat-trobbija li jikkawżaw jew li x'aktarx jikkawżaw tbatija jew korriment lil xi wieħed mill-annimali kkonċernati. L-ikel minn annimali kklownjati jew mid-dixxendenti tagħhom ma jistax għalhekk ikun inkluż fil-lista Komunitarja.

(13)

Il-metodi għall-ittestjar attwalment disponibbli llum il-ġurnata mhumiex adegwati għall-evalwazzjoni tar-riskji assoċjati man-nanomaterjali. Għandhom jiġu żviluppati b'mod urġenti metodi ta' ttestjar li ma jinvolvux l-annimali għall-ittestjar tan-nanomaterjali.

(14)

Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda ddikkjara, fl-Opinjoni tiegħu (Nru 23) tas-16 ta’ Jannar 2008 dwar l-aspetti etiċi tal-ikklownjar tal-annimali għall-provvista tal-ikel, li huwa “ma jara l-ebda argument konvinċenti li jista’ jiġġustifika l-produzzjoni tal-ikel minn kloni jew mill-frieħ tagħhom”. Il-Kumitat Xjentifiku tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ikkonkluda, fl-Opinjoni tiegħu dwar l-ikklownjar tal-annimali (8) tal-15 ta’ Lulju 2008, li “instab li s-saħħa u l-benessri ta’ proporzjon sinifikanti ta’ kloni … huma affettwati b’mod negattiv, ta’ spiss b’mod sever u b’konsegwenzi fatali”.

(15)

Huma biss in-nanomaterjalimdaħħla f'lista ta’ nanomaterjali approvati li għandhom ikunu preżenti fl-imballaġġ tal-ikel, għandhom u għandhom ikunu akkumpanjati minn limitu ta’ migrazzjoni fil-prodotti tal-ikel li jkunu f'dan l-imballaġġ.

(16)

Ikel li ġej minn annimali kklownjati u mid-dixxendenti tagħhom għandhom, madankollu, ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jkun ittrattat f'regolament speċifiku, li jiġi adottat skont il-proċedura ta' kodeċiżjoni, u m'għandux ikun soġġett għall-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva korrispondenti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Sakemm jidħol fis-seħħ regolament dwar l-annimali kklownjati, għandu japplika moratorju għat-tqegħid fis-suq ta' ikel li jiġi prodott minn annimali kklownjati u mid-dixxendenti tagħhom.

(17)

▐ Għandhom jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex jipprovdu għal kriterji ulterjuri biex jiffaċilitaw l-evalwazzjoni ta’ jekk ikel intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Jekk ikel intuża esklussivament bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel, kif definit mid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti ta' l-ikel  (9), qabel din id-data, jista’ jitpoġġa fis-suq wara d-data għall-istess użu mingħajr ma jitqies bħala ikel ġdid. Madankollu, l-użu bħala jew f’suppliment ta’ l-ikel m’għandux jitqies għall-evalwazzjoni dwar jekk intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Għalhekk użi oħra ta’ l-ikel ikkonċernat, eż. użi minbarra bħala suppliment ta’ l-ikel, iridu jiġu awtorizzati skond dan ir-Regolament.

(18)

Il-formulazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti ta’ l-ikel prodotti minn ingredjenti ta’ l-ikel eżistenti disponibbli fis-suq Komunitarju, b’mod partikolari ta' dawk formulati mill-ġdid billi tinbidel il-kompożizzjoni jew l-ammonti ta’ dawn l-ingredjenti ta’ l-ikel, m’għandiex titqies bħala ikel ġdid.

(19)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (10) għandhom japplikaw fil-każijiet fejn, meta jitqiesu l-karatteristiċi kollha tiegħu, il-prodott, jista’ jkun kopert sewmid-definizzjoni ta’ “prodott mediċinali” kif ukoll mid-definizzjoni ta’ prodott kopert minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. F’dan ir-rigward, Stat Membru, fejn jistabbilixxi skont id-Direttiva 2001/83/KE li sustanza hija prodott mediċinali, jista’ jillimita t-tqegħid fis-suq ta’ tali prodott skont il-liġi Komunitarja.

(20)

Ikel ġdid awtorizzat skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jżomm l-istat ta’ ikel ġdid tiegħu iżda hija meħtieġa awtorizzazzjoni għal kwalunkwe użi ġodda ta’ ikel tali.

(21)

Ikel maħsub għal użi teknoloġiċi jew li huwa modifikat ġenetikament m’għandux jaqa taħt l-ambitu ta’ dan ir-Regolament sakemm dan l-ikel ikun kopert minn evalwazzjoni ta’ sikurezza u approvazzjoni skont leġiżlazzjoni Komunitarja oħra . Għalhekk, ikel użat biss bħala adittiv li jaqa' taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi ta’ l-ikel (11) , ħwawar li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel (12) , solventi ta’ estrazzjoni li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 88/344/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-solventi ta’ estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel u ingredjenti ta’ l-ikel (13), enżimi li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi ta’ l-ikel (14) u ikel modifikat ġenetikament li jaqa’ taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (15) għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament.

(22)

L-użu ta' vitamini u minerali huwa ggvernat minn liġijiet speċifiċi ta’ ikel settorali. Il-vitamini u minerali li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-oġġetti ta' l-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (16), id-Direttiva 2002/46/KE ║ u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (17) għandhom għalhekk jitneħħew mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(23)

Ikel ġdid, għajr għal vitamini u minerali, maħsub għal użi ta' nutrizzjoni partikolari, għat-tisħiħ ta' l-ikel jew bħala supplimenti ta' l-ikel, għandhom jiġu evalwati b'konformità mal-kriterji u r-rekwiżiti tas-sikurezza applikabbli għal ikel ġdid kollu. Fl-istess waqt dawn għandhom jibqgħu soġġetti għar-regoli previsti fid-Direttiva 89/398/KEE u fid-Direttivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 4(1) tagħha u fl-Anness I tiegħu, fid-Direttiva 2002/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006.

(24)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċedura sempliċi u trasparenti għal każijiet li fihom m'għandiex it-tagħrif dwar il-konsum mill-bniedem qabel il-15 ta’ Mejju 1997., ▐ ║ L-Istati Membri għandhom ikunu involuti f'din il-proċedura . Il-proċedura għandha tiġi adottata mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(25)

Ikel ġdid għandu jitqiegħed fis-suq Komunitarju biss jekk huwa sikur u jekk ma jqarraqx lill-konsumatur. L-evalwazzjoni tas-sikurezza tagħhom għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Barra minn hekk, dan m'għandux ikun differenti mill-ikel li jkun qed jieħu postu b'tali mod li jkun ta' żvantaġġ nutrittiv għall-konsumatur.

(26)

Huwa meħtieġ li tiġi applikata proċedura ċentralizzata armonizzata għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sikurezza li hija effiċjenti, limitata fiż-żmien u trasparenti. Bl-għan li tkompli tarmonizza proċeduri ta' awtorizzazzjoni differenti għal ikel, l-evalwazzjoni ta’ sikurezza ta’ ikel ġdid u l-inklużjoni tiegħu fil-lista Komunitarja għandha titwettaq skond il-proċedura stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, enżimi ta’ l-ikel u ħwawar (18). tal-ikel . L-approvazzjoni ta’ ikel ġdid għandha tqis ukoll fatturi rilevanti oħrajn għall–każ li jkun qed jiġi kkunsidrat, inklużi l-fatturi etiċi.

(27)

Sabiex jiġu evitati t-testijiet fuq l-annimali, testijiet fuq annimali vertebrati għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu biss meta ma jkunx għad fadal alternattivi oħra. Dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-ittestjar fuq l-annimali vertebrati jiġi minimizzat u li testijiet doppji jiġu evitati, u għandu jippromwovi l-użu ta’ metodi ta' ttestjar li ma jinvolvux lill-annimali u strateġiji intelliġenti għat-testijiet. Riżultati eżistenti ta’ testijiet li saru fuq annimali vertebrati għandhom jiġu kondiviżi fil-proċess tal-iżvilupp ta’ ikel ġdid. Barra minn hekk, skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE tal-24 ta’ Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-annimali użati għall-għanijiet sperimentali u għanijiet oħra xjentifiċi (19), testijiet fuq annimali vertebrati għandhom jiġu sostitwiti, ristretti jew irraffinati. L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha, fejn huwa possibbli, tkun ibbażata fuq l-użu ta’ metodi ta’ ttestjar alternattivi u adegwati. Mhux aktar tard minn Seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tanalizza r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data tar-riżultati minn testijiet fuq annimali vertebrati,u fejn hemm bżonn, temenda dawk ir-regoli.

(28)

Għandhom jiġu stipulati wkoll kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ ikel ġdid. Sabiex tkun żgurata evalwazzjoni xjentifika armonizzata ta' ikel ġdid, evalwazzjonijiet bħal dawn għandhom jitwettqu mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”), b’koperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri .

(29)

L-aspetti etiċi u ambjentali għandhom jitqiesu bħala parti mill-evalwazzjoni tar-riskju matul il-proċedura ta' awtorizzazzjoni. Dawn l-aspetti għandhom jiġu evalwati mill-Grupp Ewropew għall-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda u mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent rispettivament.

(30)

Sabiex ikunu simplifikati l-proċeduri, l-applikanti għandhom jitħallew jippreżentaw applikazzjoni waħda għal ikel regolat taħt bosta liġijiet settorali ta' ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(31)

Fejn ikun meħtieġ, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjoni tas-sikurezza, għandhom jiġu introdotti rekwiżiti għal sorveljanza wara li jitqiegħed fis-suq ta’ l-użu ta’ ikel ġdid għall-konsum mill-bniedem.

(32)

L-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-valutazzjoni ta' l-effetti tal-konsum ġenerali ta' sustanza li tiġi miżjuda, jew hija użata għall-manifattura ta' dak l-ikel, jew ta' prodott komparabbli skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006.

(33)

F’ċirkustanzi speċifiċi sabiex jiġu stimolati r-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija agro-alimentari, u għalhekk l-innovazzjoni, ikun xieraq li jitħares l-investiment magħmul mill-innovaturi fil-ġbir tal-informazzjoni u d-data pprovduta biex tappoġġja applikazzjoni skont dan ir-Regolament. L -evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data proprjetarja pprovduta bħala appoġġ għal applikazzjoni għall-inklużjoni ta' ikel ġdid fil-lista Komunitarja m’għandhomx jintużaw għall-benefiċċju ta’ applikant ieħor matul perjodu ta’ żmien limitat, mingħajr ma jkun hemm ftehim ma’ l-ewwel applikant. Il-ħarsien ta’ data xjentifika mogħtija minn applikant wieħed m'għandhiex twaqqaf lill-applikanti l-oħrajn milli jfittxu l-inklużjoni fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid fuq il-bażi tad-data xjentifika tagħhom. Flimkien ma' dan, il-ħarsien ta' data xjentifika m’għandhiex tfixkel it-trasparenza u l-aċċess għal informazzjoni fir-rigward tad-data użata fl-evalwazzjoni tas-sikurezza ta' ikel ġdid. Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom xorta waħda jkunu rispettati.

(34)

Ikel ġdid huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ tikkettar ġenerali stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettar, preżentazzjoni u reklamar ta’ oġġetti ta' l-ikel (20). F’ċerti każi jista’ jkun meħtieġ li jkun hemm tagħrif ta' tikkettar addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tad-deskrizzjoni ta' l-ikel, is-sorsi tiegħu, jew il-kundizzjonijiet ta' l-użu. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja tista’ tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ l-użu jew obbligazzjonijiet ta’ tikkettar speċifiċi.

(35)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel  (21) jarmonizza d-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri dwar stqarrijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. Għalhekk, indikazzjonijiet dwar ikel ġdid għandhom isiru biss skond dak ir-Regolament. Meta applikant ikun jixtieq li ikel ġdid ikollu indikazzjoni dwar is-saħħa li jeħtieġ li tkun awtorizzata skont l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u l-applikazzjonijiet għall-ikel ġdid u għall-indikazzjoni dwar is-saħħa jinkludu talbiet għall-ħarsien ta’ data proprjetarja, il-perjodu ta’ ħarsien ta’ data għandu jibda u jkompli għaddej fl-istess ħin jekk l-applikant jitlob hekk.

(36)

Fir-rigward ta' l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tas-sikurezza ta' ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi, għandha titqies l-istorja ta' użu sikur tiegħu fil-pajjiż ta' l-oriġini terz. L-istorja ta’ l-użu sikur ta’ l-ikel m'għandhiex tinkludi l-użu mhux għal skop ta' ikel jew użu mhux relatat ma' dieta normali. Jekk l-Istati Membri u/jew l-Awtorità ma ppreżentawx oġġezzjonijiet ta’ sikurezza motivati, imsejsa fuq evidenza xjentifika, pereżempju tagħrif dwar effetti negattivi fuq is-saħħa, it-tqegħid ta’ l-ikel fis-suq Komunitarju ▐ jkun permess wara notifika dwar il-ħsieb li jsir dan , bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni etika

(37)

Il-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (EGE) stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 1997(SEC(97)2404) għandu jiġi kkonsultat f'każijiet ġustifikati bl-għan li jinkisbu pariri dwar kwistjonijiet ta' etika fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji ġodda u tat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid.

(38)

Ikel ġdid imqiegħed fis-suq Komunitarju taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jibqa’ jitqiegħed fis-suq. Ikel ġdid awtorizzat skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jiġi inkluż fil-lista Komunitarja ta’ ikel ġdid stabbilita minn dan ir-Regolament. B’żieda ma’ dan, applikazzjonijiet ippreżentati skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97, fir-rigward li ma jkunx għadu ntbagħat lill-Kummissjoni r-rapport ta' evalwazzjoni inizjali previst fl-Artikolu 6(3) ta' dak ir-Regolament, u fir-rigward ta' rapport ta' evalwazzjoni addizzjonali li jkun meħtieġ skont l-Artikolu 6(3) jew 6(4) ta' dak ir-Regolament (qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament , għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni skont dan ir-Regolament. Meta jkun meħtieġ li tingħata opinjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri għandhom iqisu r-riżultati tal-evalwazzjoni inizjali. Talbiet oħra mressqa skont l-Artikoli 4(4), 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu proċessati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(39)

Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni li se tittieħed ma jistgħux ikunu suffiċjentament miksuba mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(40)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(41)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (22).

(42)

B’mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-kriterji li taħthom l-ikel jista' jitqies bħala li ntuża għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997. Minħabba li dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jżidu elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(43)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika ta' konformità mal-liġi ta' l-għalf u ta' l-ikel, ir-regoli tas-saħħa ta' l-annimali u tal-benessri ta’ l-annimali (23) jistabbilixxi regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali sabiex jivverifikaw il-konformità mal-liġi ta’ l-ikel. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 sabiex jinfurzaw il-konformità mar-Regolament attwali,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet introduttorji

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula regoli armonizzati għat-tqegħid ta’ ikel ġdid fis-suq Komunitarju bl-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem, , tas-saħħa u tal-benessri tal-annimali, tal-ambjent u tal-interessi tal-konsumaturi , filwaqt li jkunu żgurati t-trasparenza u ║ t-tħaddim effettiv tas-suq intern u jkunu mħeġġa l-innovazzjoni fl-industrija tal-ikel/agrikola.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-tqegħid ta' ikel ġdid fis-suq Komunitarju.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika, sakemm ma jkunx previst mod ieħor, għal:

(a)

ikel fejn u sakemm jintuża bħala:

(i)

addittivi tal-ikel li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 ;

(ii)

ħwawar ta’ l-ikel li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 ;

(iii)

solventi ta’ estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta’ oġġetti ta' l-ikel u li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 88/344/KEE;

(iv)

enżimi ta’ l-ikel li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 ;

(v)

vitamini u minerali li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 89/398/KEE, id-Direttiva 2002/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006, bl-eċċezzjoni ta' vitamini u sustanzi minerali li huma diġà approvati jew li huma miksuba b'metodi ta' produzzjoni jew bl-użu ta' sorsi ġodda li ma kinux ittieħdu f'kunsiderazzjoni meta kienu awtorizzati taħt leġiżlazzjoni speċifika fejn dawn il-metodi ta' produzzjoni jew sorsi ġodda taw lok għall-kambjamenti sinifikanti msemmija fl-Artikolu 3(2)(a)(iii).

(b)

ikel li jaqa’ fi ħdan l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(c)

ikel derivat minn annimali kklonati u d-dixxendenti tagħhom. Qabel (24), il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq fil-Komunità ta’ ikel derivat minn annimali kklonati u d-dixxendenti tagħhom. Il-proposta għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.     Bla ħsara għall-paragrafu 2, dan ir-Regolament għandu japplika għal addittivi tal-ikel, enżimi tal-ikel, aromatizzanti u ċertu ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet ta’ aromatizzanti li għalihom proċess ta’ produzzjoni ġdid li ma kienx użat qabel il-15 ta’ Mejju 1997 huwa applikat, li jwassal għal bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni jew l-istruttura tal-ikel, bħalma huma n-nanomaterjali artifiċjali.

4.   Fejn meħtieġ, jista’ jiġi stabbilit skont il-proċedura regulatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20 ( 3 ) jekk tip ta’ ikel jaqax fi ħdan l-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Fejn ikel ġdid jista' jkollu effett fuq il-ġisem tal-bniedem simili għal dak ta' prodott mediċinali, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) biex tevalwa jekk hux kopert bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

Artikolu 3

Tifsiriet

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw it-tifsiriet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.   It-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“ikel ġdid” tfisser:

(i)

ikel li ma ġiex użat għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997;

(ii)

ikel ta’ oriġini mill-pjanti jew mill-annimali meta tiġi applikata teknika ta’ tagħmir mhux tradizzjonali lill-pjanta u annimal li ma ntużatx qabel il-15 ta’ Mejju 1997; bl-eċċezzjoni ta' ikel derivat minn annimali kklonati u d-dixxendenti tagħhom;

(iii)

l-ikel li għalih jiġi applikat proċess ta' produzzjoni ġdid, mhux użat qabel il-15 ta’ Mejju 1997, fejn il-proċess ta’ produzzjoni jwassal għal tibdil sinifikanti fil-kompożizzjoni jew l-istruttura tal-ikel li jaffettwa il-valur nutrittiv tiegħu, il-metaboliżmu jew il-livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa.

(iv)

L-użu esklussiv ta’ ikel jew bħala suppliment tal-ikel jew f'suppliment tal-ikel m’għandux ikun suffiċjenti sabiex juri jekk intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997.

Madankollu, jekk ikel intuża esklussivament bħala suppliment tal-ikel jew f’suppliment tal-ikel qabel din id-data, jista’ jitpoġġa fis-suq Komunitarju wara dik id-data għall-istess użu mingħajr ma jitqies bħala ikel ġdid. Aktar kriterji għall-evalwazzjoni ta' jekk l-ikel intużax għall-konsum mill-bniedem sa ċertu grad ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).

(b)

“ikel tradizzjonali minn pajjiż terz” tfisser ikel ġdid naturali u mhux manipulat artifiċjalment bi storja ta’ użu ta’ ikel f’pajjiż terz, li tfisser li l-ikel ikkonċernat kien , mill-inqas għal 25 sena … (26), u jibqa’ parti minn dieta normal ▐ f’parti kbira tal-popolazzjoni tal-pajjiż;

(c)

“storja ta’ użu ta’ ikel sikur” tfisser li s-sikurezza ta’ l-ikel ikkonċernat hija kkonfermata b’data ta’ kompożizzjoni u mill-esperjenza ta’ użu u użu kontinwu għal mill-inqas 30 sena fid-dieta tradizzjonali ta’ parti kbira mill-popolazzjoni ta’ pajjiż;

(d)

annimali kklonati tfisser annimali prodotti permezz ta’ metodu artifiċjali, mhux sesswali ta’ riproduzzjoni bil-għan li tkun prodotta kopja ta' annimal individwali ġenetikament identika jew kważi identika;

(e)

dixxendenti ta' annimali kklonati tfisser annimali prodotti permezz ta’ riproduzzjoni sesswali, f’każijiet fejn mill-inqas proġenitur wieħed huwa annimal ikklonat;

(f)

nanomaterjal artifiċjali tfisser materjal prodott intenzjonalment li għandu dimensjoni jew aktar dimensjonijiet fuq l-iskala ta' 100 nm jew inqas jew huwa kompost minn partijiet funzjonali distinti, jew internament jew fil-wiċċ, li ħafna minnhom ikollhom dimensjoni jew aktar dimensjonijiet fuq l-iskala ta' 100 nm jew inqas, inklużi strutturi, agglomerati jew aggregati, li jista' jkollhom daqs 'il fuq mill-iskala ta' 100 nm imma xorta jkollhom proprjetajiet li huma karatteristiċi tan-nanoskala.

Proprjetajiet li huma karatteristiċi tan-nanoskala jinkludu:

(i)

dawk relatati mal-erja tas-superfiċje speċifika kbira tal-materjali inkonsiderazzjoni u/jew

(ii)

proprjetajiet fiżikokimiċi speċifiċi li huma differenti minn dawk tal-forma mhux nano tal-istess materjal.

3 .    Minħabba d-definizzjonijiet varji ta' nanomaterjali ppublikati minn korpi differenti fil-livell internazzjonali u l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi kontinwi fil-qasam tan-nanoteknoloġiji, il-Kummissjoni għandha taġġusta u tadatta l-punt (f) tal-paragrafu 2 għall-progress tekniku u xjentifiku u b'definizzjonijiet li sussegwentament jiġu miftehma fil-livell internazzjonali. Din il-miżura, disinjata biex temenda l-elementi nonessenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).

Artikolu 4

Ġbir ta’ tagħrif li għandu x’jaqsam mal-klassifikazzjoni ta’ ikel ġdid

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor tagħrif mill-Istati Membri u/jew minn operaturi kummerċjali ta’ l-ikel jew minn kwalunkwe parti interessata oħra sabiex tistabbilixxi jekk ikel hux inkluż fl-ambitu ta' dan ir-Regolament . L-Istati Membri, l-operaturi kummerċjali u l-partijiet interessati l-oħra għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-tagħrif dwar kemm l-ikel intuża għall-konsum mill- bniedem ġewwa l-Komunità qabel il-15 ta’ Mejju 1997.

2.     Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik id-data u l-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-ġbir tad-data u d-data mhux kunfidenzjali li tappoġġjaha.

3.     Il-miżuri ta' implimentazzjoni dwar kif wieħed għandu jipproċedi f'każijiet li fihom il-Kummissjoni m'għandha l-ebda informazzjoni dwar l-użu għall-konsum mill-bniedem qabel il-15 ta’ Mejju 1997, li jkunu mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3) mhux aktar tard minn… (27).

4.   Miżuri ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).

Kapitolu II

Rekwiżiti u inklużjoni fil-lista Komunitarja ta’ ikel ġdid

Artikolu 5

Lista Komunitarja ta’ ikel ġdid

Ikel ġdid inkluż fil-lista Komunitarja ta' ikel ġdid (minn hawn 'il quddiem “il-lista Komunitarja”) biss jista' jitqiegħed fis-suq. Il-Kummissjoni għandha żżomm u tippubblika l-lista Komunitarja fuq paġna pubblikament aċċessibbli maħsuba għal dan l-iskop fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

Artikolu 6

Il-projbizzjoni ta’ ikel ġdid mhux konformi

Ikel ġdid m’għandux jitqiegħed fis-suq jekk ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Kundizzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista Komunitarja

1.    Ikel ġdid jista’ jiġi inkluż fil-lista Komunitarja biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma joħloqx, fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika disponibbli, tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-konsumatur u tal-annimali, li jfisser li l-effetti kumulattivi u sinerġiċi kif ukoll l-effetti negattivi potenzjali fuq gruppi partikolari tal-popolazzjoni jitqiesu fl-evalwazzjoni tar-riskju ;

(b)

ma jqarraqx lill-konsumatur ▐;

(c)

fil-każ fejn huwa maħsub li jieħu post ikel ieħor, ma jkunx differenti minn dak l-ikel b'tali mod li l-konsum normali tiegħu ikun ta' żvantaġġ nutrittiv għall-konsumatur;

(d)

l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent rigward kemm il-proċess ta’ produzzjoni u l-konsum normali għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent għandha titqies fl-evalwazzjoni;

(e)

l-opinjoni tal-Grupp Ewropew għall-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda rigward kemm hemm oġġezzjonijiet etiċi għandha titqies fl-analiżi;

(f)

ikel ġdid li jista’ jkollu effetti negattivi fuq gruppi partikolari tal-popolazzjoni jkun awtorizzat biss jekk ikunu implimentati miżuri speċifiċi li jipprevjenu dawn l-effetti negattivi;

(g)

se jkunu stabbiliti livelli massimi ta’ teħid ta’ ikel ġdid bħala tali jew bħala parti minn ikel ieħor jew kategoriji ta’ ikel, fejn rikjesti fl-interessi tal-użu sikur;

(h)

l-effetti kumulattivi ta’ ikel ġdid li huwa użat f’ikel jew f'kategoriji ta’ ikel differenti kienu evalwati.

2.     Ikel li għalih kienu applikati proċessi ta’ produzzjoni li jirrikjedu metodi ta’ evalwazzjoni tar-riskju speċifiċi (pereżempju ikel prodott bl-użu ta' nanoteknoloġiji) ma jistgħux ikunu inklużi fil-lista Komunitarja qabel ma dawk il-metodi speċifiċi jkunu ġew approvati għall-użu, u evalwazzjoni tas-sikurezza adegwata fuq il-bażi ta’ dawn il-metodi tkun uriet li l-użu tal-ikel rispettiv huwa sikur.

3.     Ikel ġdid jista' jiddaħħal fil-lista Komunitarja biss jekk l-awtorità kompetenti tkun ippreżentat opinjoni li tistabbilixxi li l-ikel ma jagħmilx ħsara lis-saħħa.

L-ikel minn annimali kklownjati jew mid-dixxendenti tagħhom m'għandux jiġi inkluż fil-lista Komunitarja.

4.     F’każ ta’ dubju, li jkun dovut, pereżempju, għal ċertezza xjentifika li ma tkunx suffiċjenti, għandu jkun applikat il-prinċipju tal-prekawzjoni u l-ikel ikkonċernat m'għandux ikun inkluż fil-lista Komunitarja.

Artikolu 8

Kontenut tal-lista Komunitarja

1.   Il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata skond il-proċedura stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 u l-Kummissjoni għandha tippubblikaha fuq paġna tal-websajt tagħha li tkun iddedikata għal dan l-iskop.

2.   Id-dħul ta’ ikel ġdid fil-lista Komunitarja għandu jinkludi :

(a)

speċifikazzjoni ta’ l-ikel;

(b)

l-użu li l-ikel ikun maħsub għalih;

(c)

l-kundizzjonijiet ta' l-użu;

(d)

id-data tad-dħul tal-ikel ġdid fil-lista Komunitarja u d-data meta tkun waslet l-applikazzjoni;

(e)

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(f)

id-data u r-riżultati tal-aħħar spezzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza stabbiliti fl-Artikolu 13;

(g)

il-fatt li d-dħul huwa msejjes fuq evidenza xjentifika żviluppata riċentament u/jew data proprjetarja mħarsa skond l-Artikolu 15;

(h)

il-fatt li l-ikel ġdid jista’ jkun imqiegħed fis-suq biss mill- applikantinsemmi fil-punt (e(, sakemm applikant sussegwenti ma jiksibx awtorizzazzjoni għall-ikel mingħajr referenza għad-data proprjetarja ta’ l-applikant oriġinali.

3.     Is-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq għandha tkun meħtieġa għall-ikel ġdid kollu. L-ikel ġdid kollu li ngħata l-permess li jitqiegħed fis-suq għandu jkun rivedut wara ħames snin u meta iktar evidenza xjentifika ssir disponibbli. Fill-kuntest tas-sorveljanza, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kategoriji tal-popolazzjoni li l-aktar jikkunsmawh fid-dieta tagħhom.

4.     Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3), għandha tintuża l-proċedura komuni irrispettivament mill-użu jew mill-awtorizzazzjoni preċedenti tas-sustanza li għaliha kien ġie applikat proċess ta' produzzjoni standard.

5.     Fejn ikel ġdid ikun fih sustanza li tista' tinvolvi riskju għas-saħħa tal-bniedem f'każ ta' konsum eċċessiv, l-istess ikel għandu jirrikjedi approvazzjoni għall-użu f'limiti massimi f'ċertu ikel jew kategoriji ta' ikel.

6.     L-ingredjenti kollha preżenti fil-forma ta' nanomaterjali għandhom ikunu indikati b'mod ċar fil-lista tal-ingredjenti. L-isem ta' dawn l-ingredjenti għandu jkollu l-kelma nano fil-parentesi.

7.     Prodotti tal-ikel prodotti minn annimali magħlufin bi prodotti tal-għalf ġenetikament immodifikati għandhom ikunu ttikkettati bil-kliem “prodotti minn annimali magħlufin bi prodotti tal-għalf ġenetikament immodifikati”.

8.    L-aġġornament tal-lista Komunitarja għandu jkun deċiż skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).

9.   Qabel tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 15, il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata sabiex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3) ║ biex b’hekk, sakemm l-ikel awtorizzat jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament, l-indikazzjonijiet speċifiċi msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 2, it-tieni sottoparagrafu ta’ dan l-Artikolu, ma jibqgħux inklużi.

10.     Għall-finijiet tal-aġġornament tal-lista Komunitarja bl-inklużjoni ta’ikel ġdid, meta l-ikel ġdid ma jikkonsistix minn jew ma fihx ikel suġġett għall-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 15 u:

(a)

l-ikel ġdid huwa ekwivalenti għal ikel eżistenti, fil-kompożizzjoni, fil-metaboliżmu u fil-livell ta' sustanzi mhux mixtieqa, jew

(b)

l-ikel ġdid jikkonsisti minn jew li fih ikel approvat minn qabel għall-użu tal-ikel fil-Kommunita', u l-użu ġdid ppjanat huwa mistenni li ma jżidx b'mod sinifikanti l-konsum tal-konsumaturi, inklużi konsumaturi fi gruppi vulnerabbli,

il-proċedura ta' notifika msemmija fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament għandha tapplika mutatis mutandis, permezz ta' deroga mill-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

Artikolu 9

It-tikkettar ta’ ikel ġdid u ingredjenti ta’ ikel ġodda

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/13/KE, id-data speċifika kollha dwar ikel ġdid għandha tkun indikata u ttikkettata sabiex ikun żgurat tagħrif xieraq għall-konsumatur:

(a)

l-ikel ġdid kollu mqiegħed fis-suq għandu jkun mibjugħ b’tikkettar distintiv b’mod ċar, preċiż u li jinqara faċilment li jindika li huwa ikel ġdid;

(b)

il-karatteristiċi jew il-proprjetajiet kollha ta’ ikel ġdid bħall-kompożizzjoni, il-valur nutrizzjonali u l-użu xieraq tiegħu, għandhom jidhru b’mod ċar, preċiż u b'mod li jista' jinqara u jinftiehem faċilment fuq l-imballaġġ tiegħu;

(c)

il-preżenza ta’ ikel ġdid jew ingredjent ġdid li jissostitwixxi materjal jew ingredjent f’ikel, indipendentement minn jekk l-ikel hux sostitwit minn ikel ġdid, għandha tkun iddikjarata b’mod ċar, preċiż u b'mod li jinqara u jinftiehem faċilment fuq it-tikkettar.

Meta ikel ġdid ikun fih sustanza li tista’ toħloq riskju kbir għas-saħħa tal-bniedem f’każ ta’ konsum eċċessiv, il-konsumatur għandu jkun infurmat b’dan permezz ta’ tikkettar ċar, preċiż u li jista' jinqara faċilment fuq l-imballaġġ tal-ikel.

Artikolu 10

Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz

1.   Operatur tan-negozju ta’ l-ikel li għandu l-ħsieb iqiegħed ikel tradizzjonali minn pajjiż terz fis-suq Komunitarju għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan, u jindika l-isem ta’ l-ikel, il-kompożizzjoni tiegħu u l-pajjiż ta’ l-oriġini.

In-notifika għandha tiġi akkumpanjata minn data dokumentata li turi l-istorja ta’ użu sikur ta’ l-ikel fi kwalunkwe pajjiż terz.

2.   Il-Kummissjoni għandha tgħaddi n-notifika inkluża d-dimostrazzjoni ta’ l-istorja ta’ l-użu sikur ta’ l-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien lill-Istati Membri u lill-Awtorità u tagħmilha pubblikament disponibbli fil-websajt tagħha .

3.   Fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tgħaddi n-notifika prevista fil-paragrafu 1 f' konformita' mal -paragrafu 2, Stat Membru u l-Awtorità jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni b'oġġezzjonijiet ta' sikurezza ġustifikati li jista' jkollhom, imsejsa fuq evidenza xjentifika, għat-tqegħid ta' l-ikel tradizzjonali kkonċernat fis-suq.

F’dak il-każ, l-ikel m’għandux jitqiegħed fis-suq Komunitarju u għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7. In-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha titqies bħala l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. Inkella, l-applikant jista' jagħżel li jirtira n-notifika. .

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-operatur tan-negozju ta’ l-ikel ikkonċernat skond dan bla dewmien żejjed u b’mod li jista' jservi ta' prova sa mhux iżjed tard minn sa ħames xhur mid-data tan-notifika prevista fil-paragrafu 1.

4.   Jekk ma jitqajmu l-ebda oġġezzjonijiet ta’ sikurezza ġustifikati, imsejsa fuq evidenza xjentifika, u ma ġie kkomunikat l-ebda tagħrif dwarhom lill-operatur tan-negozju ta’ l-ikel ikkonċernat skond il-paragrafu 3, l-ikel tradizzjonali jista’ jitqiegħed fis-suq Komunitarju ħames xhur mid-data tan-notifika skond il-paragrafu 1.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippublika lista ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi li jista’ jitqiegħed fis-suq Komunitarju skond il-paragrafu 4 fuq paġna apposta fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Din il-paġna għandha tkun aċċessibbli mill-paġna dwar il-lista Komunitarja ta’ ikel ġdid imsemmija fl-Artikolu 5, u għandu jkollha link magħha.

6.    Qabel … (28), regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(3).

Artikolu 11

Gwida teknika

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 u qabel… (28), il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Awtorità, mal-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, tagħmel gwida teknika u għodod ta’ għajnuna disponibbli għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u b'mod speċjali għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet taħt dan ir-Regolament. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 97/618/KE tad-29 ta’ Lulju 1997 dwar l-aspetti xjentifiċi u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-appoġġ ta' applikazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid u ingredjenti tal-ikel ġodda u t-tħejjija tar-rapporti ta' evalwazzjoni inizjali taħt ir-Regolament (KE) 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) għandha tkun disponibbli għall-użu mill-applikanti sakemm tkun sostitwita bi gwida teknika riveduta maħruġa skont dan l-Artikolu.

Il-gwida teknika u l-għodod għandhom ikunu ppubblikati, mhux aktar tard minn… (30), f’paġna aċċessibbli għall-pubbliku intenzjonata għal dak l-iskop fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

Artikolu 12

Opinjoni ta' l-Awtorità

Fl-evalwazzjoni tas-sikurezza ta’ ikel ġdid, l-Awtorità għandha , fuq il-bażi tar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 6 :

(a)

tikkunsidra jekk l-ikel ġdid, irrispettivament minn jekk hux maħsub biex jissostitwixxi ikel li diġà jeżisti fis-suq jew le, joħloqx riskju ta' effetti li jagħmlu ħsara jew li huma tossiċi għas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li tikkunsidra wkoll l-implikazzjonijiet ta' kwalunkwe karatteristiċi ġodda ;

(b)

tqis fil-każ ta’ ikel tradizzjonali minn pajjiż terz, l-istorja ta’ l-użu sikur ta’ l-ikel.

F’każ ta’ oġġezzjonijiet etiċi għandha tkun mitluba opinjoni, minbarra l-evalwazzjoni ta’ sikurezza, mill-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda (EGE).

Artikolu 13

Obbligazzjonijiet ta’ l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel

1.   Il-Kummissjoni għandha timponi, għal raġunijiet ta’ sikurezza ta’ l-ikel, u wara l-opinjoni ta’ l-Awtorità, rekwiżit għal sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din is-sorveljanza għandha sseħħ ħames snin wara d-data tal-inklużjoni ta' ikel ġdid fil-lista Komunitarja u tqis l-aspetti ta’ sikurezza tal-ikel kif ukoll l-aspetti tas-saħħa u l-benessri tal-annimali u l-impatt ambjentali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kategoriji tal-popolazzjoni li l-aktar jikkunsmawh fid-dieta tagħhom.

Ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għandhom japplikaw ukoll għal ikel ġdid li diġà qiegħed fis-suq, inkluż dak li ġie approvat skont il-proċedura simplifikata (“notifika”) stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti li għandhom ikunu responsabbli għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq.

2.   Il-produttur u l-operatur tan-negozju tal-ikel għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni bi:

(a)

kwalunkwe tagħrif xjentifiku jew tekniku ġdid li jista' jinfluwenza l-evalwazzjoni tas-sikurezza fl-użu ta' l-ikel ġdid;

(b)

kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni imposta mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe pajjiż terz li fih l-ikel ġdid jitqiegħed fis-suq.

L-operaturi tan-negozji tal-ikel kollha għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li joperaw fih bi kwalunkwe problema tas-saħħa li kienu infurmati biha mingħand il-konsumaturi jew mingħand l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-konsumatur.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jagħmlu rapport lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta' spezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux iktar tard minn sena wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1.

3.     Sabiex ikun evitat l-ittestjar fuq l-annimali, l-ittestjar fuq annimali vertebrati għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandu jseħħ biss jekk ma jkunx hemm alternattiva oħra. Għandu jkun promoss l-użu ta’ testijiet li ma jinvolvux l-annimali u strateġiji ta’ ttestjar intelliġenti.

Artikolu 14

Grupp Ewropew dwar l-Etika u t-Teknoloġiji l-ġodda

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni, tista' fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, tikkonsulta lill-Grupp Ewropew dwar l-Etika u t-Teknoloġiji l-ġodda, dwar kwistjonijiet etiċi konnessi max-xjenza u ma' teknoloġiji ġodda ta’ importanza etika kbira.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-opinjoni tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika u t-Teknoloġiji l-ġodda disponibbli għall-pubbliku.

Kapitolu III

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 15

Ħarsien tad-data

1.    Fuq talba mill-applikant, appoġġjata minn tagħrif xieraq u verifikabbli inkluż id-dokument ta’ l-applikazzjoni, evidenza xjentifika żviluppata riċentament u data xjentifika proprjetarja pprovduta sabiex jappoġġjaw l-applikazzjonijiet, ma jistgħux jintużaw għall-benefiċċju ta' applikazzjoni oħra matul il-perjodu ta' ħames snin mid-data ta' l-inklużjoni ta' l-ikel ġdid fil-lista Komunitarja sakemm l-applikant sussegwenti ma ftiehemx mal-applikant preċedenti li din id-data u t-tagħrif jistgħu jintużaw, u fejn:

(a)

id-data xjentifika u t-tagħrif l-ieħor kienu identifikati bħala sieda tal-applikant preċedenti meta kienet magħmula l-applikazzjoni preċedenti; kif ukoll

(b)

l-applikant preċedenti kellu dritt esklussiv ta’ referenza għad-data ta' sieda meta kienet magħmula l-applikazzjoni preċedenti; kif ukoll

(c)

l-ikel ġdid ma setax ikun awtorizzat mingħajr il-preżentazzjoni tad-data ta' sieda mill-applikant preċedenti.

2.     Data minn proġetti ta’ riċerka parzjalment jew kompletament imħallsa mill-KE u/jew istituzzjonijiet pubbliċi u studji dwar ir-riskji jew data li tirrigwarda studji dwar ir-riskji, bħal studji dwar l-alimentazzjoni, għandha tkun ippubblikata flimkien mal-applikazzjoni u għandha tkun liberament disponibbli għall-użu mill-applikanti l-oħra.

3.     Sabiex tkun evitata repetizzjoni ta’ studji li jinvolvu vertebrati, referenza minn applikant sussegwenti għall-studji dwar vertebrati u studji oħra li jistgħu jimpedixxu l-ittestjar fuq l-annimal għandhom ikunu permessi. Il-proprjetarju tad-dejta jista’ jitlob kumpens adegwat għall-użu tad-dejta.

Artikolu 16

Ħarsien tad-data armonizzat

Minkejja l-awtorizzazzjoni ta' ikel ġdid skont l-Artikoli 7 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 jew l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjoni relatata mas-saħħa skont l-Artikoli 17, 18 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, jekk tkun qed tintalab awtorizzazzjoni għal ikel ġdid u għal indikazzjoni relatata mas-saħħa li tirrigwarda dak l-ikel, u jekk il-ħarsien tad-data skont id-dispożizzjonijiet taż-żewġ Regolamenti jkun iġġustifikat u jintalab mill-applikant, id-dati tal-awtorizzazzjoni u tal-pubblikazzjoni tal-awtorizzazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali għandhom ikunu l-istess u l-perjodi tal-ħarsien tad-data għandhom jgħaddu flimkien.

Artikolu 17

Miżuri ta’ spezzjoni u kontroll

Sabiex tkun infurzata konformità mar-Regolament preżenti, għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 18

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn 12-il xahar u għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom.

Artikolu 19

Privileġġi tal-Istati Membri

1.     Meta Stat Membru, bħala riżultat ta’ tagħrif ġdid jew evalwazzjoni mill-ġdid ta’ tagħrif eżistenti, għandu raġunijiet dettaljati sabiex iqis li l-użu ta’ ikel jew ingredjent ta’ ikel konformi ma’ dan ir-Regolament jipperikola s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, dak l-Istat Membru jista’ jew jirrestrinġi temporanjament jew jissospendi n-negozju fl-ikel jew fl-ingredjent tal-ikel ikkonċernat, jew l-użu ta' dan l-ikel jew ingredjent, fit-territorju tiegħu. Huwa għandu jinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dan, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2.     Il-Kummissjoni, b’koperazzjoni mill-qrib mal-EFSA, għandha teżamina r-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 malajr kemm jista’ jkun u tieħu l-miżuri xierqa. L-Istat Membru li ħa d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jżommha sakemm dawk il-miżuri jkunu daħlu fis-seħħ.

Artikolu 20

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ║

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw b'konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Iż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 21

Analiżi

1.    Mhux aktar tard minn… (31) u fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari ta’ l- Artikoli 10 u 15 , akkumpanjat, fejn xieraq, minn kwalunkwe proposti.

2.     Mhux iktar tard minn … (32) il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-aspetti kollha tal-produzzjoni tal-ikel mill-annimali li nkisbu permezz ta' teknika ta' kklonar u tad-dixxendenti tagħhom li jkun segwit, fejn hu xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

Ir-rapport u kull proposta għandhom ikunu aċċessibbli mill-pubbliku.

Kapitolu IV

Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

Artikolu 22

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 għandu jiġi revokat b’seħħ mid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 23

Ħolqien tal-lista Komunitarja

Mhux aktar tard… (33) il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-lista Komunitarja billi ddaħħal f'din il-lista ikel ġdid li hu awtorizzat taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 u li huwa inkluż fl-ambitu ta' dan ir-Regolament skont l-Artikoli 2 u 3 tiegħu , inklużi kwalunkwe kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni eżistenti, kif xieraq.

Artikolu 24

Miżuri Tranżizzjonali

║ Kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid mibgħuta lil Stat Membri taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 fir-rigward li ma jkunx għadu ntbagħat lill-Kummissjoni r-rapport ta' evalwazzjoni inizjali previst fl-Artikolu 6(3) ta' dak ir-Regolament qabel … (34) għandha titqies bħala applikazzjoni taħt dan ir-Regolament. Talbiet oħra mressqa skont l-Artikoli 3(4), 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 qabel … (34) għandhom jiġu proċessati skont id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 258/97 .

Artikolu 25

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1331/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

(2)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament jistipula evalwazzjoni komuni u proċedura ta’ awtorizzazzjoni (minn hawn 'il quddiem il-‘proċedura komuni’) għal addittivi ta’ l-ikel, enżimi ta’ l-ikel, ħwawar ta’ l-ikel u sorsi ta’ ħwawar ta’ l-ikel użati jew maħsuba għall-użu fi jew fuq oġġetti ta’ l-ikel u ikel ġdid (minn hawn 'il quddiem is-‘sustanzi jew prodotti’), li jikkontribwixxu għall-moviment ħieles ta' ikel ġewwa l-Komunita u għal livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ħarsien ta’ l-interessi tal-konsumaturi.”

(3)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-proċedura komuni għandha tistabbilixxi arranġamenti proċedurali għall-aġġornar ta' listi ta' sustanzi u prodotti li t-tqegħid fis-suq tagħhom huwa awtorizzat fil-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008, ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008, u r-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar l-ikel ġdid (minn hawn 'il quddiem ‘liġijiet settorali dwar l-ikel’).”

(4)

Fl-Artikolu 1 il-paragrafu 3, l-Artikolu 2 il-paragrafi 1 u 2, l-Artikolu 9 il-paragrafu 2, l-Artikolu 12 il-paragrafu 1 u l-Artikolu 13 il-kelma “sustanza” jew “sustanzi” tinbidel b'“sustanza jew prodott” jew “sustanzi jew prodotti”.

(5)

It-titolu ta' l-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Lista Komunitarja għal sustanzi jew prodott”

(6)

Fl-Artikolu 4 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Applikazzjoni waħda dwar sustanza jew prodott tista’ ssir sabiex ikunu aġġornati l-bosta listi Komunitarji regolati taħt il-liġijiet settorali differenti dwar l-ikel dan sakemm l-applikazzjoni tkun konformi mar-rekwiżiti ta' kull waħda mill-liġijiet settorali dwar l-ikel.”

(7)

Is-sentenza li ġejja hija nserita fil-bidu ta' l-Artikolu 6, il-paragrafu 1:

“Fil-każ ta’ raġunijiet xjentifiċi fir-rigward ta’ sikurezza, tagħrif addizzjonali dwar l-evalwazzjoni tar-riskju għandu jiġi identifikat u mitlub mill-applikant.”

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn… (35)

Madankollu, l-Artikolu 23 għandu japplika minn … (36)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)   ĠU C 224, 30.8.2008, p. 81 .

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009.

(3)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(4)   Testi Adottati, P6_TA(2008)0400.

(5)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. ║

(6)  ĠU L 253, 21.9.2001, p. 17.

(7)   ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23.

(8)   Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 767, p. 32.

(9)   ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51 .

(10)   ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(11)   ĠU L 354, 31.12.2008, p.16.

(12)   ĠU L 354, 31.12.2008, p.34.

(13)  ĠU L 157, 24.6.1988, p. 28. ║

(14)   ĠU L 354, 31.12.2008, p.7.

(15)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1 ║.

(16)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. ║.

(17)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(18)   ĠU L 354, 31.12.2008, p.1.

(19)   ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1.

(20)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. ║

(21)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(22)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║

(23)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. ║

(24)   Sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(25)   ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(26)   Sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament .

(27)   Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(28)   Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(29)   ĠU L 253, 16.9.1997, p.1.

(30)   Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(31)   Tlett snin u sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament .

(32)   Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(33)  Sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(34)  Sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(35)  Sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(36)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/255


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0172

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0505 – C6-0297/2008 – 2008/0165(COD))

2010/C 117 E/47

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0505),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 133 u 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0297/2008),

wara li kkunsidra l-ftehim interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tas-17 ta' Diċembru 2008 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel b'konformità mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a, 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0045/2009),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
P6_TC1-COD(2008)0165

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1005/2009.)


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/256


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-KE u Cariforum ***

P6_TA(2009)0183

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehima ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Cariforum, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (5211/2009 – COM(2008)0156 – C6-0054/2009 – 2008/0061(AVC))

2010/C 117 E/48

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehima ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Cariforum min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (COM(2008)0156),

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal- Cariforum, minn-naħa l-waħda, u l-l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (5211/2009),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikoli 57(2), 133(1) u (5) u 181 tat-Trattat, flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu (C6-0054/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0117/2009),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehima;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati tal-Cariforum.


6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/257


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Il-konklużjoni tal-Ftehima ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, u l-KE ***

P6_TA(2009)0184

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (5535/2009 – COM(2008)0439 – C6-0064/2009 – 2008/0136(AVC))

2010/C 117 E/49

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0439),

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (5535/2009),

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikoli 133 u 181, flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tat-Trattat KE (C6-0064/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0144/2009),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehima;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kosta tal-Avorju.


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009

6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/258


Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2009
Tqassim tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità (emenda tar-Regolament OKS) *

P6_TA(2009)0188

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità (COM(2008)0563 – C6-0353/2008 – 2008/0183(CNS))

2010/C 117 E/50

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0563),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0353/2008),

wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0091/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament - att li jemenda

Premessa 1

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-forniment provvista ta' ikel minn stokkijiet ta' tal-intervent għall-organizzazzjonijiet magħżula indikati għad-distribuzzjoni lil l-persuni l-aktar li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità, sussegwentement imħassra u integrata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, ipprovda sors affidabbli ta’ ikel għad-distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn tal-Komunità għal aktar minn għoxrin sena.

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-forniment ta' ikel minn stokkijiet ta' intervent għall-organizzazzjonijiet magħżula indikati għad-distribuzzjoni lill-persuni li l-aktar huma fil-bżonn fil-Komunità, sussegwentement imħassar u integrat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, ipprovda sors affidabbli ta’ ikel għad-distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn tal-Komunità għal aktar minn għoxrin sena u kkontribwixxa b'mod pożittiv għall-koeżjoni tar-reġjuni tal-UE billi naqqas id-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni li għandhom livelli differenti ta' żvilupp .

Emenda 2

Proposta għal regolament– att li jemenda

Premessa 2

(2)

L-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) preskritti fl-Artikolu 33(1) tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq kif ukoll l-assigurazzjoni li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Matul is-snin il-pjanijiet għad-distribuzzjoni tal-ikel implimentati taħt l-iskema għenu biex jintlaħqu sew iż-żewġ għanijiet u bit-tnaqqis tal-insigurtà tal-ikel għal persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, urew li huma għodda essenzjali li tikkontribwixxi biex tiggarantixxi d-disponibbiltà vasta tal-ikel fi ħdan il-Komunità filwaqt li jitnaqqsu l-istokkijiet ta' intervent.

(2)

L-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) preskritti fl-Artikolu 33(1) tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq kif ukoll l-assigurazzjoni li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Matul is-snin il-pjanijiet għad-distribuzzjoni tal-ikel implimentati taħt l-iskema għenu biex jintlaħqu sew iż-żewġ għanijiet u bit-tnaqqis tal-insigurtà tal-ikel għal persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, urew li huma għodda essenzjali li tikkontribwixxi biex tiggarantixxi d-disponibbiltà vasta tal-ikel fi ħdan il-Komunità filwaqt li jitnaqqsu l-istokkijiet ta' intervent. L-iskema Komunitarja l-ġdida għal għajnuna ta' ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn għandha tkompli tiggarantixxi l-għanijiet tal-CAP u tgħin fil-kisba tal-għanijiet ta' koeżjoni billi tiżgura żvilupp sostenibbli bilanċjat, armonjuż u sostenibbli għar-reġjuni kollha.

Emenda 3

Proposta għal regolament– att li jemenda

Premessa 5

(5)

L-iskema preżenti ta’ distribuzzjoni tal-ikel tiddependi mid-distribuzzjoni tal-prodotti mill-istokkijiet Komunitarji ta’ intervent, fuq bażi temporanja, tax-xiri mis-swieq. Madankollu , riformi waħda wara l-oħra tal-CAP u żviluppi favorevoli tal-prezzijiet tal-produttur irriżultaw fi tnaqqis progressiv tal-istokkijiet ta’ intervent, kif ukoll tal-medda ta’ prodotti disponibbli . Konsegwentament, ix-xiri mis-suq għandu wkoll ikunu sors permanenti ta’ provvista għall-iskema biex jiġu kkumplimentati l-istokkijiet ta’ intervent, fejn stokkijiet ta’ intervent xierqa ma jkunux disponibbli.

(5)

L-iskema preżenti ta’ distribuzzjoni tal-ikel tiddependi mid-distribuzzjoni tal-prodotti mill-istokkijiet Komunitarji ta’ intervent, fuq bażi temporanja, tax-xiri mis-swieq. Madankollu, it-tensjonijiet dejjem jikbru fis-suq dinji tal-materja prima agrikola, it-tneħħija progressiva tal-għodod ta’ gwida għall-produzzjoni u l-ħażna applikata fir-riformi suċċessivi tal-PAK naqqsu l-awtonomija tal-ikel tal-Unjoni fil-kwantità u fil-varjetà tal-prodotti disponibbli kif ukoll il-kapaċità tagħha li tissodisfa l-bżonnijiet tal-ikel ta’ dawk l-aktar batuti jew li tirripsondi għal kwalunkwe kriżi tal-ikel jew ta' spekulazzjoni internazzjonali. Madankollu, l-UE ma tistax twaqqaf, mil-lum għal għada, progamm diġà mibdi. Konsegwentament, ix-xiri mis-suq għandu wkoll ikunu sors permanenti ta’ provvista għall-iskema biex jiġu kkumplimentati l-istokkijiet ta’ intervent, fejn stokkijiet ta’ intervent xierqa ma jkunux disponibbli. Ix-xiri fis-suq għandu jseħħ b’mod kompetittiv, filwaqt li jinkoraġġixxi x-xiri ta' prodotti li joriġinaw fil-Komunità.

Emenda 4

Proposta għal regolament– att li jemenda

Premessa 6

(6)

L-iskema Komunitarja ma tikkostitwixix l-unika risposta għall-bżonnijiet dejjem jikbru għall-għajnuna tal-ikel fil-Komunità. Il-politiki nazzjonali implimentati mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili huma ugwalment neċessarji biex jipprovdu is-sigurtà tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn. Skema Komunitarja b’element koeżiv qawwi tista’, madankollu, isservi bħala mudell għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn, tgħin biex jinħolqu sinerġiji u tħeġġeġ inizjattivi pubbliċi u privati maħsuba biex iżidu s-sigurtà tal-ikel ta’ dawk l-aktar fil-bżonn. Aktar minn hekk, minħabba l-firxa ġeografika tal-istokkijiet ta’ intervent anqas disponibbli fl-Istati Membri, hija għandha tikkontribwixxi għall- aħjar użutagħhom. Għalhekk l-iskema tal-Komunità għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe politika nazzjonali tali.

(6)

L-iskema Komunitarja ma tikkostitwixix l-unika risposta għall-bżonnijiet dejjem jikbru għall-għajnuna tal-ikel fil-Komunità. Il-politiki nazzjonali implimentati mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili huma ugwalment neċessarji biex jipprovdu is-sigurtà tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn. Skema Komunitarja b’element koeżiv qawwi tista’, madankollu, isservi bħala mudell għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn, speċjalment fir-reġjuni l-anqas żviluppati, tgħin biex jinħolqu sinerġiji u tħeġġeġ inizjattivi pubbliċi u privati maħsuba biex iżidu s-sigurtà tal-ikel ta’ dawk l-aktar fil-bżonn. Aktar minn hekk, minħabba l-firxa ġeografika tal-istokkijiet ta’ intervent anqas disponibbli fl-Istati Membri, hija għandha tikkontribwixxi għall- aħjar użutagħhom. Għalhekk l-iskema tal-Komunità għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe politika nazzjonali tali.

Emenda 5

Proposta għal regolament– att li jemenda

Premessa 7

(7)

Sabiex wieħed jibbenefika b’mod sħiħ mid-dimensjoni kożsiva tal-iskema tal-Komunità u jissaħħu s-sinerġiji maħluqa, u sabiex jiġi żgurat l-ippjanar sew, għandha ssir provvista għall-Istati Membri biex jikkofinanzjaw il-programm tad-distribuzzjoni tal-ikel. Ir-rati massimi Komunitarji ta’ kofinanzjament għandhom jiġu provduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi miżjuda mal-lista ta’ miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF) kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005. Rati ogħla ta’ kofinanzjament għandhom japplikaw fl-ewwel snin ta’ l-applikazzjoni tal-iskema riveduta sabiex jiġi żgurat teħid għoli ta’ fondi, l-introduzzjoni gradwali tal-kofinanzjar, u sabiex ikun hemm transizzjoni mingħajr skossi u jiġi evitat ir-riskju ta’ diskontinwità tal-iskema minħabba nuqqas possibli ta’ riżorsi.

imħassar

Emenda 7

Proposta għal regolament– att li jemenda

Premessa 9

L-esperjenza wriet li ċertu titjib fil-ġestjoni ta’ din l-iskema huwa mixtieq, partikolarment biex l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet magħżula jingħataw perspettva għaż-żmien aktar fit-tul permezz ta’ pjanijiet multi-annwali. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tistabilixxi pjanijiet fuq tliet snin għall-implimentazzjoni tal-iskema, ibbażata fuq ir-rikjesti mill-Istati Membri biex jiġu komunikati lill-Kummissjoni u informazzjoni oħra ikkunsidrata relevanti mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jibbażaw ir-rikjesti tagħhom f’termini ta’ prodotti tal-ikel biex jiġu distribwiti fi ħdan kwalunkwe pjan ta’ tliet snin fuq programmi nazzjonali għad- distribuzzjoni tal-ikel, fejn jistabilixxu l-għanijiet u l-prijoritajiet tagħhom għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn. Il-Kummissjoni għandha tiddefenixxi metodoloġija oġġettiva għall-allokazzjoni disponibbli tal-fondi.

(9)

L-esperjenza wriet li ċertu titjib fil-ġestjoni ta’ din l-iskema huwa mixtieq, partikolarment biex l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet magħżula jingħataw perspettva għaż-żmien aktar fit-tul permezz ta’ pjanijiet multi-annwali. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tistabilixxi pjanijiet fuq tliet snin għall-implimentazzjoni tal-iskema, ibbażata fuq ir-rikjesti mill-Istati Membri biex jiġu komunikati lill-Kummissjoni u informazzjoni oħra ikkunsidrata relevanti mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jibbażaw ir-rikjesti tagħhom f’termini ta’ prodotti tal-ikel biex jiġu distribwiti fi ħdan kwalunkwe pjan ta’ tliet snin fuq programmi nazzjonali ta' għajnuna ta' għoti ta' ikel, fejn jistabilixxu l-għanijiet u l-prijoritajiet tagħhom għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn. Il-Kummissjoni għandha tiddefenixxi metodoloġija oġġettiva għall-allokazzjoni disponibbli tal-fondi. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk in-numru ta' dawk l-aktar fil-bżonn ikun ogħla minn dak previst, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-iskema.

Emenda 8

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 1

1.   Il-prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent għandhom jiġu disponibbli jew il-prodotti tal-ikel għandhom jinxtraw fuq is-suq sabiex il-prodotti tal-ikel jkunu jistgħu jiġu distribwiti għal dawk l-aktar fil-bżonn fil-Komunità permezz tal-organizzazzjonijiet mfassslin mill-Istati Membri.

1.   Il-prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent għandhom jiġu disponibbli jew il-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Komunità għandhom jinxtraw fis-suq, bi preferenza għall-prodotti tal-ikel friski prodotti lokalment , sabiex il-prodotti tal-ikel jkunu jistgħu jiġu distribwiti għal dawk l-aktar fil-bżonn fil-Komunità permezz tal-organizzazzjonijiet magħżula mill-Istati Membri.

Il-prodotti tal-ikel għandhom jinxtraw mis-suq biss meta l-istokkijiet ta’ intervent xierqa għall-iskema ta’ distribuzzjoni tal-ikel mhumiex disponibbli.

Il-prodotti tal-ikel li joriġinaw fil-Komunità għandhom jinxtraw mis-suq biss meta l-istokkijiet ta’ intervent xierqa għall-iskema ta’ distribuzzjoni tal-ikel mhumiex disponibbli.

Emenda 9

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 2

2.   L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-programmi nazzjonali għad- distribuzzjoni tal-ikel, li fihom ikollhom it-talbiet għall-ammonti ta’ prodotti tal-ikel biex jiġu distribwiti matul il-perjodu ta’ tliet snin u informazzjoni relevanti oħra.

2.   L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-programmi nazzjonali ta' għajnuna ta’ għoti tal-ikel, li fihom ikollhom id-dettalji tal-karatteristiċi u l-objettivi ewlenin, l-organizzazzjonijiet ikkonċernati , it -talbiet għall-ammonti ta’ prodotti tal-ikel biex jiġu distribwiti matul il-perjodu ta’ tliet snin u informazzjoni relevanti oħra.

Emenda 10

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Il-pjan ta’ tliet snin għandu jistabilixxi allokazzjonijiet finanzjarji annwali mill-Komunità għal kull Stat Membru u kontribuzzjonijiet finanzjarji minimi annwali tal-Istati Membri , determinati mill-Kummissjoni skont il-metodoloġija stabbilita fl-implimentazzjoni tar-regoli addottati skont l-Artikolu 43(g). L-allokazzjonijiet għat-tieni u t-tielet sena tal-programm għandhom ikunu indikattivi. L-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema għandhom jikkonfermaw kull sena t-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2. Wara dawn il-konfermi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi kull sena sussegwenti fuq l-allokazzjonijiet definiti, fi ħdan il-limiti tal-appropjazzjonijiet disponibbli fil-baġit.

Il-pjan ta’ tliet snin għandu jistabilixxi allokazzjonijiet finanzjarji annwali mill-Komunità għal kull Stat Membru, determinati mill-Kummissjoni skont il-metodoloġija stabbilita fl-implimentazzjoni tar-regoli addottati skont l-Artikolu 43(g). L-allokazzjonijiet għat-tieni u t-tielet sena tal-programm għandhom ikunu indikattivi. L-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema għandhom jikkonfermaw kull sena t-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2. Wara dawn il-konfermi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi kull sena sussegwenti fuq l-allokazzjonijiet definiti, fi ħdan il-limiti tal-appropjazzjonijiet disponibbli fil-baġit.

Emenda 11

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom iwaħħlu avviż fil-postijiet ta’ distribuzzjoni, jew iwaħħlu stiker fil-postijiet mobbli ta’ distribuzzjoni, li jindikaw li huma jibbenefikaw minn skema Komunitarja ta’ għajnuna alimentari. L-avviż għandu jkun il-mezz kif il-benefiċjarji jkunu infurmati li huma qegħdin jibbenifikaw minn appoġġ Komunitarju.

Emenda 12

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 5 – punt b

(b)

iżommu lill-Kummissjoni infurmata sew dwar l-iżviluppi li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ distribuzzjoni tal-ikel.

(b)

iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar l-iżviluppi li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ distribuzzjoni tal-ikel.

Emenda 13

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b

(b)

l-ispejjeż tal-prodotti tal-ikel mixtrija fuq is-suq.

(b)

l-ispejjeż tal-prodotti tal-ikel mixtrija fis-suq fuq il-bażi ta' proċeduri kompetittivi.

Emenda 14

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt b

(b)

l-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti tal-ikel u tal-ispejjeż amministrattivi għall-organizzazzjonijiet magħżula direttament magħquda mal-implimentazzjoni tal-iskema.

(b)

l-ispejjeż tat-trasport u tal-ħażna tal-prodotti tal-ikel u tal-ispejjeż amministrattivi għall-organizzazzjonijiet magħżula direttament magħquda mal-implimentazzjoni tal-iskema.

Emenda 15

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 6 a (ġdid)

 

6a.     L-Istat Membru għandhom jistabbilixxu limitu massimu għall-ispejjeż kollha ta' trasport, ta' ħażna u dawk amministrattivi (li jinkludu l-ispejjeż tal-komunikazzjoni), li jikkorrispondu għal persentaġġ speċifiku tal-prodotti li jinxtraw jew li jitpartu, filwaqt li jitqiesu wkoll il-partikolaritajiet lokali. L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-pakkett finanzjarju bejn dawn it-tliet tipi ta’ spejjeż. L-approprjazzjonijiet kollha li ma jintużawx f’dan il-qafas jistgħu jerġgħu jiġu allokati għax-xiri ta’ prodotti tal-ikel.

Emenda 16

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

7.   Il-Komunità għandha tikkofinanzja l-ispejjeż eliġibbli skont l-iskema.

7.   Il-Komunità għandha tiffinanzja l-ispejjeż eliġibbli skont l-iskema.

Emenda 17

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Ir-rata Komunitarja ta’ kofinanzjament ma għandhiex taqbeż:

imħassar

Emenda 18

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 – punt a

(a)

għal pjan ta’ tliet snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2010, 75 % tal-ispejjeż eliġibbli, jew 85 % tal-ispejjeż eliġibbli fl-Istati Membri eliġibbli għal fondi mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013, kif imniżżel f’Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/596/KE (1);

imħassar

Emenda 19

Proposta għal regolament– att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1234/2007

Artikolu 27 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 – punt b

(b)

għal pjanijiet sussegwenti ta’ tliet snin, 50 % tal-ispejjeż eliġibbli, jew 75 % tal-ispejjeż eliġibbli fl-Istati Membri eliġibbli għal fondi mill-Fond ta’ Koeżjoni f’sena partikolari, skont Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/596/KE u fid-deċiżjonijiet sussegwenti.

imħassar

Emenda 20

Proposta għal regolament - att li jemenda

Artikolu 2 – punt 3

Regolament (KE) 1234/2007

Artikolu 184 – punt 9

“(9)

l-aktar tard sal- 31 ta’ Dieċembru 2012 lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità skont l-Artikolu 27, flimkien ma’ kwalunkwe proposta appropjata.”

“(9)

l-aktar tard sal- 31 ta’ Diċembru 2011 lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità skont l-Artikolu 27, flimkien ma’ proposta għal deċiżjoni dwar kontinwazzjoni tal-iskema wara l-perjodu ta’ ffinanzjar attwali u kwalunkwe proposta appropjata meħtieġa oħra .”


(1)   ĠU L 243, 6.9.2006, p. 47.


Top