Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2009:117:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 117, 26 ta' Mejju 2009


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2009.117.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 117

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 52
26 ta' Mejju 2009


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 117/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata – (Każ COMP/M.5504 – Bridgepoint Capital Group/Hermes Private Equity Directs) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni

2009/C 117/02

Rata tal-kambju tal-euro

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni

2009/C 117/03

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ Permis de Forcelles)  ( 1 )

3

2009/C 117/04

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ Permis de l’Ourcq)  ( 1 )

5

2009/C 117/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni – (Każ COMP/M.5534 – Access/PCH/LBI) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

7


 

Corrigendum

2009/C 117/06

Rettifika għal-Lista ta' ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti mill-Istati Membri ( ĠU C 54 tas-7.3.2009 )

8


 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

26.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5504 – Bridgepoint Capital Group/Hermes Private Equity Directs)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 117/01)

Fil-11 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test kollu tad-deċiżjoni jinsab bl-Ingliż u se jkun ippubblikat wara li jkun meħlus minn kwalunkwe sigrieti tan-negozju li jista' jkun fih. Hu jinstab:

mill-websajt tal-kompetizzjoni tal-Europa (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan il-websajt jipprovdi faċilitajiet varji biex jgħinu jinstabu deċiżjonijiet individwali ta' fużjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u indiċi settorali,

f'forma elettronika fil-websajt EUR-Lex fid-dokument numru 32009M5504. EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea (http://eur-lex.europa.eu/en/index/htm).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET U KORPI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni

26.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Mejju 2009

(2009/C 117/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4010

JPY

Yen Ġappuniż

133,22

DKK

Krona Daniża

7,4463

GBP

Lira Sterlina

0,88030

SEK

Krona Żvediża

10,4720

CHF

Frank Żvizzeru

1,5178

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8620

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,683

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

280,60

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7090

PLN

Zloty Pollakk

4,4140

RON

Leu Rumen

4,1710

TRY

Lira Turka

2,1672

AUD

Dollaru Awstraljan

1,7924

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5777

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,8595

NZD

Dollaru tan-New Zealand

2,2652

SGD

Dollaru tas-Singapor

2,0251

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 743,90

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,6640

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,5601

HRK

Kuna Kroata

7,2929

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 286,69

MYR

Ringgit Malażjan

4,8881

PHP

Peso Filippin

65,674

RUB

Rouble Russu

43,4875

THB

Baht Tajlandiż

48,170

BRL

Real Brażiljan

2,8322

MXN

Peso Messikan

18,4372

INR

Rupi Indjan

66,2740


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni

26.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/3


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis de Forcelles”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 117/03)

Permezz ta' applikazzjoni bid-data tat-3 ta' Lulju 2008, il-kumpanija Terre, li għandha s-seda tagħha f'Avenue de la fosse 14, route de Beaugency, 41220 La Ferté-Saint-Cyr (Franza), talbet li, għal tul ta' tliet snin, tingħata permess esklussiv għat-tiftix tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Forcelles”, fuq medda ta' madwar 20 kilometru kwadru, f'parti mid-Dipartiment ta’ la Meurthe-et-Moselle.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti hawn taħt definiti mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.

Punti

Lonġitudni

Latitudni

A

4,14 gr Lvant

53,85 gr Tramuntana

B

4,20 gr Lvant

53,85 gr Tramuntana

C

4,20 gr Lvant

53,81 gr Tramuntana

D

4,12 gr Lvant

53,81 gr Tramuntana

E

4,12 gr Lvant

53,84 gr Tramuntana

F

4,14 gr Lvant

53,84 gr Tramuntana

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-għotii tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mal-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-liġi Nru 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jintbagħtu lill-Ministru inkarigat mill-minjieri fl-indirizz mogħti hawn taħt.

Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mit-13 ta’ Awwissu 2010.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward il-ftuħ ta' xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Użu tal-Artijiet u l-Iżvilupp Sostenibbli (Direttorat Ġenerali tal-Enerġija u tal-klima, Direttorat tal-enerġija, bureau tal-esplorazzjoni u tal-produzzjoni tal-idrokarburi), 41, boulevard Vincent Auriol, 75703 Paris Cedex 13, FRANCE (telefown +33 144972302, feks: +33 153941440).

Id-dispożizzjonijiet regolamentari u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance:

http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


26.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/5


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis de l’Ourcq”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 117/04)

Permezz ta' applikazzjoni bid-data tal-31 ta’ Mejju 2008, il-kumpanija Galli Coz, li għandha s-sede tagħha f'50 rue du Midi, 94300 Vincennes, Franza, talbet għal permess esklussiv ta’ ħames snin għall-prospettar għall-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de l’Ourcq”, fuq medda ta' madwar 1 444 kilometru kwadru, li tagħmel parti mid-dipartiment ta’ l’Aisne.

Il-perimetru ta' din il-liċenzja huwa magħmul mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li suċċessivament jgħaqqdu l-punti definiti bil-koordinati ġeografiċi tagħhom fit-tabella ta’ hawn taħt (NTF il-meridjan ta' Pariġi):

Punti

Lonġitudni

Latitudni

A

1,50 gr Lvant

55,00 gr Tramuntana

B

1,00 gr Lvant

55,00 gr Tramuntana

C

1,00 gr Lvant

54,90 gr Tramuntana

D

0,90 gr Lvant

54,90 gr Tramuntana

E

0,90 gr Lvant

54,70 gr Tramuntana

F

1,00 gr Lvant

54,70 gr Tramuntana

G

1,00 gr Lvant

54,50 gr Tramuntana

H

1,30 gr Lvant

54,50 gr Tramuntana

I

1,30 gr Lvant

54,60 gr Tramuntana

J

1,40 gr Lvant

54,60 gr Tramuntana

K

1,40 gr Lvant

54,90 gr Tramuntana

L

1,50 gr Lvant

54,90 gr Tramuntana

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tad-drittijiet

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mal-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-liġi Nru 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jintbagħtu lill-Ministru inkarigat mill-minjieri fl-indirizz mogħti hawn taħt.

Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Ġunju 2010.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward il-ftuħ ta' xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Użu tal-Artijiet (Id-Direttorat Ġenerali tal-Enerġija u l-Klima, id-Direttorat tal-Enerġija, is-Sottodirettorat tas-Sigurtà tal-Provvista u tal-Prodotti l-Ġodda tal-Enerġija, l-Uffiċċju tal-Esplorazzjoni u tal-Produzzjoni tal-Idrokarburi), 41, boulevard Vincent Auriol, 75703 Paris Cedex 13, FRANCE (telefown +33 144972302, feks: +33 153941440).

Id-dispożizzjonijiet regolatorji u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jistgħu jinkisbu mil-Légifrance fis-sit:

http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


26.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5534 – Access/PCH/LBI)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 117/05)

1.

Fil-11 ta’ Mejju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-grupp ta’ industriji Access (“Access”, l-Istati Uniti) u ProChemie Holding Limited (“PCH”, Jersey), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta’ LyondellBasell Industries AF S.C.A; (“LBI”, il-Lussemburgu) permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi proġett konġunt.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Access: żejt, kimiċi marbuta maż-żejt, l-aluminju, l-enerġija u l-proprjetà immobbli,

għal PCH: (i) sistemi ta’ armamenti, prodotti ta' difiża u sigurtà, (ii) il-manifattura u l-provvista ta’ lawn mowers, għodod għall-ġnien u prodotti għall-kura ta' uċuħ tal-ħaxix kif ukoll (iii) l-operazzjoni u l-kummerċ f’ajruplani eżekuttivi,

għal LBI: il-manifattura u l-provvista ta’ polimeri, karburanti u ta’ kimiċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-transazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 2 2964301 jew 2967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5534 – Access/PCH/LBI, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Corrigendum

26.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/8


Rettifika għal-Lista ta' ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti mill-Istati Membri

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 54 tas-7 ta’ Marzu 2009 )

(2009/C 117/06)

Il-“Lista ta' ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti minn Spanja” għandha tinqara kif ġej:

F’paġna 37:

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Agua de Beteta

Fuente de Arca

Beteta (Cuenca)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Agua de Beteta

Fuente del Arca

Beteta (Cuenca)”;

F’paġna 38:

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Bezoya

La Becea

Ortigosa del Monte (Segovia)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Bezoya

Bezoya

Ortigosa del Monte (Segovia)”;

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

El Cañar

Manantial Cañar 2

Jaraba (Zaragoza)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

El Cañar

Cañar 2

Jaraba (Zaragoza)”;

F’paġna 39:

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Font Vella

Sacalm

Sant Hilari de Sacalm (Girona)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Font Vella

Font Sacalm

Sant Hilari Sacalm (Girona)”;

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Font Vella Sigüenza

Sigüenza

Moratilla de Henares (Guadalajara)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Font Vella Sigüenza

Siguënza

Sigüenza (Guadalajara)”;

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Fontdor

Fontdor

Sant Hilari de Sacalm (Girona)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Fontdor

Fontdor

Sant Hilari Sacalm (Girona)”;

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Fontemilla

Fontemilla

Moratilla de Henares (Guadalajara)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Fontemilla

Fontemilla

Sigüenza (Guadalajara)”;

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Fuente Frank

Finca Casa Gallur-El Angosto

Caudete (Albacete)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Fuente Frank

El Angosto

Caudete (Albacete)”;

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Fuente Madre

Los Chorchalejos

Los Navalmorales (Toledo)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Fuente Madre

Fuente Madre

Los Navalmorales (Toledo)”;

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Fuentecilla

Paraje Fuente del Fraile

Tarazona de la Mancha (Albacete)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Fuentecilla

Fuente del Fraile

Tarazona de la Mancha (Albacete)”;

F’paġna 40:

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Pineo

Pineo

Estimariu (Lleida)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Pineo

Pineo

Estamariu (Lleida)”;

F’paġna 41:

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Valtorre

Finca La Torre

Belvis de la Jara (Toledo)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Valtorre

Valtorre

Belvis de la Jara (Toledo)”;

minflok:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Vilajuiga

Vilajuiga

Vilajuiga (Girona)”,

aqra:

“Deskrizzjoni tal-bejgħ

Isem tas-sors

Post tal-utilizzazzojoni

Vilajuïga

Vilajuïga

Vilajuïga (Girona)”.

L-ilma naturali “Zambra” huwa imħassar mil-“Lista ta' ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti minn Spanja”.


Top