EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-forniment ta’ servizzi tat-tbaħħir

Il-forniment ta’ servizzi tat-tbaħħir

 

SOMMARJU

Il-libertà li tipprovdi servizzi hija wieħed mill-prinċipji bażiċi tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, is-settur tat-trasport marittimu xi drabi jsib li l-pajjiżi terzi jimponu restrizzjonijiet u kundizzjonijiet, bħall-kondiviżjoni tal-merkanzija. Dawn iżidu sostanzjalment l-ispejjeż tat-trasport u jistgħu jagħmlu ħsara lill-kummerċ globali tal-UE.

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Huwa jikkonferma li l-libertà li tipprovdi servizzi tapplika għat-trasport marittimu fl-Unjoni Ewropea u bejn il-pajjiżi tal-UE u pajjiżi terzi. Huwa jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom japplika dan il-prinċipju. Huwa jabolixxi gradwalment ir-restrizzjonijiet preċedenti u jimpedixxi l-introduzzjoni ta’ oħrajn ġodda.

PUNTI EWLENIN

  • Il-kumpaniji tat-trasport marittimu fl-UE jistgħu jġorru passiġġieri jew merkanzija lejn kwalunkwe port jew installazzjoni ’lil hinn mix-xtut (bħal pjattaformi li jħaffru għaż-żejt jew għall-gass) fl-UE jew barra minnha.
  • L-istess dritt japplika għall-kumpaniji bbażati barra mill-UE, diment li dawn ikunu proprjetà ta’ ċittadin nazzjonali tal-UE u rreġistrati fl-UE.
  • Ir-restrizzjonijiet nazzjonali unilaterali li daħlu fis-seħħ qabel l-1 ta’ Lulju 1986 kellhom jiġu eliminati b’mod gradwali bejn il-31 ta’ Diċembru 1989 u l-1 ta’ Jannar 1993.
  • L-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-merkanzija fi ftehimiet bilaterali bejn il-pajjiżi tal-UE u pajjiżi terzi għandhom jiġu eliminati b’mod gradwali jew jiġu aġġustati mill-ġdid.
  • Il-gvernijiet tal-UE kellhom jirrapportaw lill-Kummissjoni Ewropea, għall-ewwel kull 6 xhur u aktar tard fuq bażi annwali, dwar il-bidliet li bdew jiġu introdotti fil-ftehimiet preċedenti.
  • Pajjiż tal-UE li jsib problemi sabiex jaġġusta ftehim eżistenti għandu jgħarraf b’dan lill-Kunsill tal-Ministri u lill-Kummissjoni.
  • Mhumiex permessi arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-merkanzija fi kwalunkwe ftehim futur ma’ pajjiżi terzi, sakemm, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk ma jkunx hemm dawn l-arranġamenti, dan ikun jipprevjeni lil kumpanija tal-UE milli tbaħħar għall-finijiet ta’ kummerċ.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mill-1 ta’ Jannar 1987.

SFOND

Is-suq intern - Aċċess ħieles għall-kummerċ fl-oċeani

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/86

1.1.1987

-

ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1-3

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KEE) Nru 3573/90

17.12.1990

-

ĠU L 353, 17.12.1990, p. 16

ATTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4058/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar azzjoni koordinata sabiex jiġi ssalvagwardat l-aċċess liberu għal tagħbijiet ta’ merkanzija f’kummerċ fuq l-oċeani (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 21-23)

l-aħħar aġġornament 30.09.2015

Top