Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Programm ta’ azzjoni multiannwali għas-saħħa (2014–2020) (proposta)

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Programm ta’ azzjoni multiannwali għas-saħħa (2014–2020) (proposta)

Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta t-tielet programm ta’ azzjoni multiannwali tagħha għas-saħħa, li jkopri l-perjodu 2014–2020. Dan il-programm iwieġeb għall-ħtieġa li l-Istati Membri jiġu akkumpanjati fl-isforzi tagħhom sabiex itejbu s-saħħa taċ-ċittadini u sabiex jiżguraw is-sostenibilità tas-sistemi tas-saħħa, li hija parti mill-istrateġija Ewropa 2020.

PROPOSTA

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Novembru 2011, dwar it-twaqqif ta' Programm Is-Saħħa għat-Tkabbir, it-tielet programm multiannwali ta’ azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2014–2020, intitolata “Is-saħħa favur it-tkabbir” (COM(2011) 709 finali – Mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

SOMMARJU

Il-programm “Is-Saħħa għat-Tkabbir” (2014–2020) huwa t-tielet programm ta’ azzjoni multiannwali tal-Unjoni Ewropea (UE). Jgħin/jappoġġja lill-Istati Membri sabiex:

  • iwettqu r-riformi meħtieġa għal sistemi tas-saħħa innovattivi u vijabbli;
  • itejbu l-aċċess għal xi servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità aħjar u aktar siguri għaċ-ċittadini;
  • itejbu s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej u jipprevjenu l-mard;
  • jipproteġu liċ-ċittadini Ewropej mill-perikli transkonfinali.

Għan Nru 1: kontribuzzjoni għal sistemi tas-saħħa innovattivi u vijabbli

Il-Kummissjoni Ewropea trid tgħin lill-Istati Membri sabiex jindirizzaw in-nuqqas ta’ riżorsi umani u finanzjarji. Trid anki tħeġġiġhom jintegraw innovazzjonijiet fil-kura tas-saħħa, pereżempju fir-rigward tas-saħħa online, u sabiex jaqsmu l-għarfien tagħhom f’dan il-qasam. Barra minn hekk, il-programm jappoġġa s-Sħubija Ewropea għal innovazzjoni dwar ix-xjuħija attiva u f'saħħa tajba.

Għan Nru 2: titjib tal-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità aħjar u aktar siguri għaċ-ċittadini

Il-Kummissjoni tissuġġerixxi l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ akkreditazzjoni tar-riżorsi Ewropej ta’ referenza, u dan ikun jippermetti sabiex, pereżempju, tiġi appoġġjata l-azzjoni fil-qasam tal-mard rari. Ikun jaqbel ukoll li jiġu elaborati xejriet Ewropej fir-rigward tas-sigurtà tal-pazjenti u l-użu tal-aġenti mikrobiċi.

Għan Nru 3: titjib tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard

L-Istati Membri huma mistiedna jaqsmu l-prattiki tajbin tagħhom fir-rigward tal-prevenzjoni tat-tipjip, tal-abbuż mill-alkoħol u tal-obeżità. Azzjonijiet speċifiċi jridu jgħinu anki fil-prevenzjoni ta’ mard kroniku, fosthom il-kanċer.

Għan Nru 4: protezzjoni taċ-ċittadini mill-perikli transkonfinali għas-saħħa

Il-Kummissjoni tqis li hemm bżonn ta’ titjib fil-livell ta’ tħejjija u fil-kapaċitajiet ta’ koordinazzjoni f’każ ta’ perikli transkonfinali kbar.

Dispożizzjonijiet finanzjarji

L-allokazzjoni finanzjarja tal-programm hija ta’ 446 miljun euro għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2020. Jistgħu jieħdu sehem fil-programm:

  • l-Istati Membri kollha tal-UE;
  • il-pajjiżi applikanti għall-adeżjoni fl-UE, il-pajjiżi kandidati jew il-kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni;
  • il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) (EN) b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE);
  • il-pajjiżi ġirien u l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) (DE) (EN) (FR) fil-limitu tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-ftehimiet bilaterali jew multilaterali.

L-UE tista’ anki tieħu sehem b’mod finanzjarju fil-forma ta’ sussidji jew ta’ swieq pubbliċi bil-għan li tiffinanzja azzjonijiet li jippreżentaw valur miżjud Ewropew jew tagħti sussidji operattivi lil korpi mhux governattivi. Dawn is-sussidji jikkontribwixxu sa 60 % tal-ispejjeż ammissibbli u jikkonċernaw firxa wiesgħa ta’ korpi kostitwiti b’mod legali bħal pereżempju:

  • is-setgħat u l-korpi pubbliċi;
  • l-istituti ta’ riċerka;
  • l-istituzzjonijiet tas-saħħa;
  • l-universitajiet;
  • l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja;
  • impriżi.

F’dawn il-każi eċċezzjonali biss, is-sussidji jistgħu jilħqu t-80 % tal-ispejjeż ammissibbli.

L-allokazzjonijiet finanzjarji jistgħu anki jkopru spejjeż relatati ma’ attivitajiet ta’ tħejjija, segwitu, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm.

Eżekuzzjoni tal-programm

L-eżekuzzjoni tal-azzjonijiet tal-programm hija kkontrollata mill-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija megħjuna minn kumitat b’konformità mar-regolament relatat mal-kompetenzi ta’ eżekuzzjoni tal-Kummissjoni.

L-Istati Membri huma meħtieġa jaħtru punti ta’ kuntatt nazzjonali sabiex jgħarrfu lin-nies fi ħdan pajjiżhom dwar il-programm u r-riżultati tiegħu.

Dan ir-regolament jirrevoka d-Deċiżjoni relatata mat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa mill-1 ta' Jannar 2014.

Referenza

Proposta

Ġurnal Uffiċjali

Proċedura

COM(2011) 709 finali

2011/0339/COD

See also

  • Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi – Programm ta’ azzjoni multiannwali għas-saħħa (2014–2020) (EN)

L-aħħar aġġornament: 11.01.2012

Top