Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Riformulazzjoni tal-leġiżlazzjoni

Riformulazzjoni tal-leġiżlazzjoni

Ir-riformulazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tfisser l-adozzjoni ta’ att legali ġdid, meta ssir emenda għal strument bażiku. Ir-riżultat huwa att uniku u legalment vinkolanti li jinkorpora l-att legali inizjali u kwalunkwe emenda għalih. Dan l-att il-ġdid jgħaddi mill-proċess leġiżlattiv kollu u jħassar l-atti kollha li jkunu qed jiġu riformulati.

B’differenza mill-kodifikazzjoni, din tinvolvi bidliet sostantivi ġodda, peress li jsiru emendi għall-att oriġinali.

Ir-regoli dwar l-użu tat-teknika ta’ riformulazzjoni għal atti legali huma stabbiliti fil-ftehim interistituzzjonali tal-2001 dwar is-suġġett. Dan jistabbilixxi proċedura speċjali li jippermettu lill-awtorità leġiżlattiva tikkonċentra l-attenzjoni tagħha fuq dawk il-partijiet tal-proposta leġiżlattiva li huma ġodda.

Ir-riformulazzjoni tista’ tkun:

  • vertikali fejn att oriġinali wieħed u l-emendi tiegħu jiġu inkorporati f’att wieħed ġdid;
  • orizzontali fejn żewġ atti oriġinali jew aktar li jkopru suġġetti relatati — u kwalunkwe emenda tagħhom — jiġu inkorporati f’att wieħed ġdid.

ARA WKOLL

Top