This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Culture programme (2007-13)
programm Kultura (2007–2013)
programm Kultura (2007–2013)
This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.
programm Kultura (2007–2013)
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi strument ta’ ffinanzjar u programmar għall-kooperazzjoni kulturali għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2013. Tipprovdi għal baġit ta’ EUR 400 miljun biex tiġi żviluppata kooperazzjoni kulturali transnazzjonali bejn l-operaturi mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) jew tal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE li jipparteċipaw fil-programm. L-għan tal-programm Kultura huwa li jappoġġja l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni kulturali, l-organizzazzjonijiet Ewropej attivi fil-qasam tal-kultura, kif ukoll il-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni fil-qasam tal-kultura.
ATT
Id-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007 – 2013) (ara l-att(i) emendatorju(i)).
SOMMARJU
Fid-dawl tal-eżempju tal-programmi kulturali ta’ qabel, l-għan ġenerali tal-programm Kultura huwa li jkattar l-ispazju kulturali komuni għall-Ewropej bil-ħsieb li jiġi inkoraġġut l-iżvilupp taċ-ċittadinanza Ewropea.
Tliet għanijiet
Il-programm għandu tliet għanijiet ewlenin b’valur miżjud Ewropew sostanzjali:
Sabiex ikunu jistgħu jirċievu l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea (UE), il-proġetti magħżula se jkollhom jissodisfaw wieħed jew aktar minn dawn l-għanijiet.
Tliet livelli ta’ intervent
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tipprovdi tliet livelli ta’ intervent, li jirrispondu għall-ħtiġijiet differenti:
Programm aktar faċli għall-użu
Il-Kummissjoni sejra tafda l-ġestjoni tal-programm lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u sejra tintroduċi metodi aktar sempliċi għall-benefiċjarji. Barra minn hekk, għandha l-ħsieb li tissimplifika l-forom u tagħmel il-proċedura tal-għoti aktar trasparenti. Tixtieq ukoll tapplika l-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li fl-istess ħin tikkonforma mar-Regolament Finanzjarju fis-seħħ.
Prevenzjoni ta’ frodi
Il-Kummissjoni se tkompli tapplika sistema ta’ verifika biex tiċċekkja kif intużaw l-għotjiet u biex titlob lill-benefiċjarji tal-għotjiet jipprovdu dokumenti ta’ appoġġ fi kwalunkwe żmien għal perjodu ta’ ħames snin. Għandha wkoll aċċess għall-uffiċċji tal-benefiċjarji u għall-informazzjoni kollha meħtieġa. Ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki, fejn xieraq, jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ rkupru. Il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom l-istess drittijiet.
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE
Soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, il-programm huwa miftuħ għal parteċipazzjoni minn:
Il-programm huwa miftuħ ukoll għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħra li mhumiex membri tal-UE li kkonkludew ftehimiet bilaterali mal-UE li jinkludu klawżoli kulturali.
Ġestjoni, baġit u evalwazzjoni
Il-Kummissjoni hija megħjuna minn kumitat. Ħafna mill-miżuri ta’ implimentazzjoni, u b’mod partikolari dawk relatati mal-appoġġ għal azzjonijiet kulturali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami.
Il-baġit propost inizjalment għall-perjodu 2007–2013 huwa ta’ EUR 400 miljun. Hawn taħt huwa inkluż it-tqassim indikattiv ta’ dan il-baġit:
F’nofs it-terminu, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni sejra tippubblika l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar il-programm. Dan ir-rapport se jkun segwit minn komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-programm, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011. Fl-aħħar nett, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni finali.
Kuntest
Il-bażi legali għal azzjoni tal-UE fil-qasam tal-kultura hija l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dan l-artikolu jiffoka fuq il-promozzjoni tad-diversità kulturali u l-wirt kulturali komuni, filwaqt li jirrispetta l-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Il-programm Kultura, li jsegwi mill-programm “Kultura 2000” u l-programmi preċedenti Raphael, Ariane u Kaleidoscope, ġie stabbilit f’dan il-qafas.
Referenzi
Att |
Dħul fis-seħħ - Data ta' skadenza |
Skadenza għat-transpożizzjoni fl-Istati Membri |
Ġurnal Uffiċjali |
Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE |
28.12.2006 – 31.12.2013 |
— |
ĠU L 372, 27.12.2006 |
Att(i) emendatorju(i) |
Dħul fis-seħħ - Data ta' skadenza |
Skadenza għat-transpożizzjoni fl-Istati Membri |
Ġurnal Uffiċjali |
Deċiżjoni Nru 1352/2008/KE |
25.12.2008 – 31.12.2013 |
— |
ĠU L 348, 24.12.2008 |
ATTI RELATATI
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Jannar 2011 — Rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni tal-programm Kultura (COM(2010) 810 finali — Mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
L-aħħar aġġornament: 12.04.2011