This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Basel Convention on the control of transboundary movements of hazardous wastes and their disposal
Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu
Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu
Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu
SOMMARJU TA’:
Deċiżjoni 93/98/KEE — approvazzjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni ta’ Basel
X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAL-KONVENZJONI?
Id-deċiżjoni tapprova f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea (issa l-UE) il-Konvenzjoni ta’ Basel.
Il-konvenzjoni hija l-aktar ftehim ambjentali globali komprensiv dwar skart perikoluż u skart ieħor. Din għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti ħżiena li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni, il-moviment transkonfinali (il-qsim tal-fruntieri) u mill-immaniġġjar ta’ skart perikoluż u skart ieħor.
Il-konvenzjoni tirregola l-movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u skart ieħor u teħtieġ li l-partijiet tagħha jiżguraw li jimmaniġġjaw u jarmu skart bħal dan b’mod ambjentalment san.
Il-partijiet jintrabtu wkoll li:
PUNTI EWLENIN
Skop
Il-konvenzjoni għandha 8 annessi:
Obbligi ġenerali tal-konvenzjoni
Il-partijiet jaqblu dwar dan li ġej:
Kwalunkwe parti tista’ timponi rekwiżiti addizzjonali li jkunu konsistenti mal-konvenzjoni.
Proċeduri ta’ notifika
Il-konvenzjoni tintroduċi proċeduri ta’ notifika fir-rigward ta’:
Vjeġġi illegali
Meta l-iskart jiġi esportat illegalment, il-partijiet tal-konvenzjoni għandhom jerġgħu jimportawh lura.
Ġestjoni ambjentalment soda
Il-partijiet jaqblu li jaħdmu flimkien fuq prattiki ambjentalment sodi għall-immaniġġjar ta’ skart perikoluż u skart ieħor.
Soluzzjoni tat-tilwim
Il-partijiet għandhom isolvu kwalunkwe tilwim permezz ta’ negozjati jew ta’ mezzi paċifiċi oħra tal-għażla tagħhom. Jekk ma tinstabx soluzzjoni, it-tilwima titressaq quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja jew quddiem tribunal ta’ arbitraġġ magħmul minn 3 partijiet.
Segretarjat
Is-segretarjat jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-qsim ta’ informazzjoni fost il-partijiet.
Il-bini ta’ kapaċità
Iċ-ċentri reġjonali jew sottoreġjonali madwar id-dinja jipprovdu taħriġ u bini ta’ kapaċità.
Leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni
Il-konvenzjoni ġiet inkorporata fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u l-emendi sussegwenti tiegħu.
MINN META BDEW JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U L-KONVENZJONI?
Id-deċiżjoni bdiet tapplika mill-1 ta’ Frar 1993. Il-konvenzjoni bdiet tapplika mit-8 ta’ Mejju 1994.
SFOND
L-UE, flimkien mal-pajjiżi tal-UE, hija parti mill-konvenzjoni. L-UE rratifikat l-emenda tal-projbizzjoni li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ skart lejn pajjiżi li mhumiex membri tal-OECD, għalkemm din l-emenda għadha ma daħlitx fis-seħħ fuq livell internazzjonali.
Il-konvenzjoni ġiet innegozjata taħt l-awspiċji tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u ġiet adottata fl-1989.
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENTI EWLENIN
Deċiżjoni tal-Kunsill 93/98/KEE tal-1 ta’ Frar 1993 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll ta’ Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi tiegħu (il-Konvenzjoni ta’ Basel) (ĠU L 39, 16.2.1993, pp. 1-2)
Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu (ĠU L 39, 16.2.1993, pp. 3-22)
DOKUMENTI RELATATI
Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, pp. 1-98)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 15.03.2018