Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn għall-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro

Protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn għall-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM(2001) 600 final) dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Din tistabbilixxi s-sistema tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinji għall-wiċċ komuni tal-muniti euro u tirrevedi r-regoli dwar ir-riproduzzjoni tagħhom.

PUNTI EWLENIN

  • Id-disinji għall-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro ntgħażlu wara kompetizzjoni li ġiet organizzata fil-livell Ewropew. Dawn juru tliet mapep differenti tal-Ewropa fuq sfond tat-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea (UE).
  • Id-disinji għall-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro huma protetti mid-drittijiet tal-awtur miżmuma mill-UE. Il-Kummissjoni Ewropea tassenja d-drittijiet lill-pajjiżi tal-UE li jadottaw l-euro u teħtieġhom jiżguraw li d-drittijiet tal-awtur jiġu rispettati fit-territorju tagħhom.
  • Ir-riproduzzjoni tad-disinn kollu tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro jew parti minnu hi permessa f’każijiet speċifiċi ħafna, bħal riproduzzjoni fil-forma ta’ ritratti jew films. Min-naħa l-oħra, ir-riproduzzjoni fuq midalji jew tokens hija pprojbita, għar-raġuni li din tista’ twassal sabiex dawn l-oġġetti jiġu konfużi mal-muniti. Għal kwalunkwe tip ieħor ta’ riproduzzjoni, trid tinkiseb awtorizzazzjoni jew mill-Kummissjoni Ewropea (fil-każ ta’ pajjiżi tal-UE barra ż-żona tal-euro), jew mill-awtorità deżinjata fil-pajjiż tal-UE (għall-pajjiżi fiż-żona tal-euro).
  • Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva, il-pajjiżi tal-UE huma mitluba jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu biex jinfurzaw id-drittijiet tal-awtur fit-territorju tagħhom. F’każ ta’ riproduzzjoni mhux awtorizzata, il-pajjiż inkwistjoni jrid jieħu l-passi xierqa biex iwaqqafha u biex jirtira r-riproduzzjoni milli tiċċirkola. Il-Kummissjoni jew il-pajjiżi taż-żona tal-euro jistgħu jħarrku l-persuna responsabbli skont il-liġi nazzjonali.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro (COM(2001) 600 final) (ĠU C 318, 13.11.2001, p. 3-4)

l-aħħar aġġornament 22.02.2017

Top