Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-involviment tal-UE fi sforzi biex jiġu unifikati r-regoli tad-dritt internazzjonali privat

L-involviment tal-UE fi sforzi biex jiġu unifikati r-regoli tad-dritt internazzjonali privat

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni 2006/719/KE — l-adeżjoni mal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI?

PUNTI EWLENIN

  • F’dikjarazzjoni oħra (Anness III), l-UE impenjat ruħha li teżamina jekk ikunx fl-aħjar interess tagħha li tissieħeb fil-konvenzjonijiet tal-Aja eżistenti f’oqsma fejn għandha kompetenza.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

L-UE ilha membru tal-HCCH mit-3 ta’ April 2007.

SFOND

  • Fit-28 ta’ Novembru 2002, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni Ewropea biex tinnegozja l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-adeżjoni mal-HCCH.
  • L-istatut tal-HCCH kellu jiġi emendat biex jippermetti lill-UE — organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika — taċċedi. F’Ġunju 2005, il-konferenza diplomatika tal-HCCH adottat l-emendi neċessarji b’kunsens.
  • Wara n-negozjati b’suċċess mal-HCCH, il-Kummissjoni ressqet proposta għal din id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea (illum l-Unjoni Ewropea) mal-HCCH. Il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu f’Settembru 2006.
  • 82 pajjiż u l-UE huma membri tal-HCCH.

TERMINI EWLENIN

Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat: organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali li taħdem għall-unifikazzjoni progressiva tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat fil-pajjiżi parteċipi. Din tipprepara strumenti legali multilaterali (inkluż strumenti mhux vinkolanti) u tipprovdi s-segwitu neċessarju.
Dritt internazzjonali privat: magħruf ukoll bħala kunflitt tal-liġijiet, dan huwa sett ta’ regoli tal-liġi proċedurali li jiddetermina liema ordinament ġuridiku jiggverna u liema liġi ta’ liema pajjiż tapplika għal tilwima legali partikolari. Dawn ir-regoli japplikaw meta tilwima legali jkollha element internazzjonali, bħal kuntratt miftiehem bejn partijiet li jinsabu fi stati differenti.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/719/KE tal-5 ta’ Ottubru 2006 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Konferenza ta’ l-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (ĠU L 297, 26.10.2006, pp. 1-14)

l-aħħar aġġornament 04.12.2017

Top