Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea (UE) għandha qafas istituzzjonali li għandu l-għan li jippromwovi u jiddefendi l-valuri, l-objettivi u l-interessi tagħha, l-interessi taċ-ċittadini tagħha u dawk tal-Istati Membri tagħha. Dan il-qafas jikkontribwixxi wkoll sabiex jiżgura l-koerenza, l-effikaċja u l-kontinwità tal-politiki u l-azzjonijiet tal-UE.

Skont l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-qafas istituzzjonali jikkonsisti minn seba’ istituzzjonijiet:

  • il-Parlament Ewropew
  • il-Kunsill Ewropew
  • il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (imsejjaħ “ “il-Kunsill” ” fil-qosor)
  • il-Kummissjoni Ewropea
  • il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
  • il-Bank Ċentrali Ewropew
  • il-Qorti tal-Awdituri.

Kull istituzzjoni taġixxi fi ħdan il-limiti tal-mandat tagħha, mogħti fit-trattati skont il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-finijiet stabbiliti fih.

Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma megħjuna mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni li jwettqu funzjonijiet konsultattivi.

ARA WKOLL

Top