This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Extrastat: statistics relating to trade with non-EU countries
Extrastat: statistika relatata mal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi
Extrastat: statistika relatata mal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi
This summary has been archived and will not be updated. See 'L-istatistika Ewropea tan-negozju' for an updated information about the subject.
Extrastat: statistika relatata mal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Jistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-produzzjoni ta’ statistika relatata mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-UE u pajjiżi terzi.
Jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1172/95.
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
L-istatistika kummerċjali tittratta l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ merkanzija*. F’konformità mal-Kodiċi Doganali tal-UE, dan ir-regolament jistabbilixxi li:
Ċerti tipi ta’ merkanzija jew movimenti ta’ merkanzija (bħal ċertu tagħmir industrijali, l-ajruplani, l-oġġetti militari, il-prodotti tal-iskart jew l-enerġija elettrika jew il-gass) huma soġġetti għal regoli speċifiċi.
Sorsi ta’ data
Id-dikjarazzjoni doganali* għal merkanzija importata jew esportata hija meqjusa bħala s-sors ewlieni għar-reġistrazzjoni ta’ data statistika.
Madankollu, il-pajjiżi tal-UE huma liberi li jużaw sorsi oħra ta’ data biex jipproduċu l-istatistika nazzjonali tagħhom.
Data statistika
Għal kull perjodu referenzjarju ta’ xahar, il-pajjiżi tal-UE jipproduċu statistika relatata mal-kummerċ ta’ merkanzija barra mill-UE. Din l-istatistika tiġi espressa f’termini ta’ valur u ta’ kwantità, b’mod partikolari skont:
Kull sena, il-pajjiżi tal-UE jiġbru statistika dwar il-kummerċ barrani ta’ merkanzija u l-karatteristiċi tan-negozju, skont ir-Regolament (KE) Nru 177/2008, fir-rigward ta’:
L-istatistika titħejja bl-użu ta’ data dwar il-karatteristiċi tan-negozju u data dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.
Kull sentejn, il-pajjiżi tal-UE jħejju statistika dwar il-kummerċ f’merkanzija importata jew esportata imqassma skont il-valuta tal-fattura. Din l-istatistika tinġabar permezz ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet minn dikjarazzjonijiet doganali. Jekk fuq id-dikjarazzjoni doganali ma jkunx hemm valuta tal-fattura disponibbli għall-esportazzjoni, għandu jsir stħarriġ biex tinġabar id-data meħtieġa.
F’każ li jkun hemm tali data disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali l-pajjiżi tal-UE jistgħu jiġbru statistika addizzjonali għal skopijiet nazzjonali.
Skambju tad-data
Id-data minn rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet iddikjarati lill-awtoritajiet doganali għandha tintbagħat lill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika fi żmien xahar. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu ammont minimu ta’ data statistika.
Trażmissjoni ta’ statistika dwar il-kummerċ barrani lill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat)
L-istatistika ta’ kull xahar dwar il-kummerċ barrani għandha tintbagħat lill-Eurostat fi żmien 40 jum wara t-tmiem ta’ kull xahar referenzjarju. Jekk l-istatistika tiġi riveduta, l-aġġornamenti għandhom jintbagħtu lill-Eurostat.
Evalwazzjoni tal-kwalità
L-istatistika li tintbagħat lill-Eurostat għandha tkun preċiża, aġġornata, rilevanti, ċara u aċċessibbli għall-utenti.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jipprovdu lill-Eurostat b’rapport dwar il-kwalità tal-istatistika trażmessa sabiex il-Eurostat jivvaluta l-kwalità tagħhom.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
SFOND
Dan ir-regolament huwa parti minn inizjattiva biex titjieb it-trasparenza tas-sistema tal-istatistika tal-UE.
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (ĠU L 152, 16.6.2009, pp. 23-29)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 471/2009 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 269, 10.10.2013, pp. 1-101)
Ara l-verżjoni konsolidata
l-aħħar aġġornament 16.07.2018