This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Exemption for certain agreements between liner shipping companies (‘consortia’)
Eżenzjoni għal ċerti akkordji bejn il-kumpaniji marittimi tal-linja (“konsorzji”)
Eżenzjoni għal ċerti akkordji bejn il-kumpaniji marittimi tal-linja (“konsorzji”)
This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.
l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)
L-Artikolu 101(1) tat-TFUE jipprojbixxi l-akkordji kollha bejn in-negozji u l-prattiki kollha miftiehma li jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u li jkollhom l-għan li jipprevjenu, jillimitaw jew ixekklu l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq uniku tal-UE.
Madankollu, l-Artikolu 101(3) tat-TFUE jippermetti ċerti każijiet fejn l-Artikolu 101(1) jista’ jiġi ddikjarat inapplikabbli fejn l-akkordji jista’ jkollhom ċerti benefiċċji soċjali jew tal-konsumatur, li jirriżultaw f’effiċjenza akbar u ma jxekklux il-kompetizzjoni.
Ir-regolament jikkonċerna l-konsorzji* li jipprovdu servizzi ta’ trasport marittimu internazzjonali* servizzi bejn il-portijiet tal-UE u jeżenta l-akkordji, id-deċiżjonijiet u l-prattiki speċifiċi tagħhom mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE.
Akkordji eżentati
L-attivitajiet ta’ konsorzju li ġejjin huma permessi:
Restrizzjonijiet iebsa
L-eżenzjoni t’hawn fuq ma tapplikax għal konsorzju li, direttament jew indirettament, waħdu jew flimkien ma’ fatturi oħra taħt il-kontroll tal-partijiet, ifittex li:
Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni
Sabiex jikkwalifika għall-eżenzjoni, is-sehem fis-suq ikkombinat tal-membri tal-konsorzju fis-suq rilevanti li fih jopera l-konsorzju ma jridx jaqbeż 30% ikkalkulat b’referenza għall-volum totali ta’ merkanzija ttrasportata mill-membri fi ħdan jew barra l-konsorzju. Biex jikkwalifikaw għall-eżenzjoni, il-membri tal-konsorzju jeħtiġilhom ikollhom id-dritt li jirtiraw mill-konsorzju, soġġett għal perjodu massimu ta’ avviż ta’ 6 xhur, mingħajr ebda penali finanzjarja jew penali oħra. Fil-każ ta’ konsorzju li jkun ferm integrat il-perjodu massimu ta’ avviż jista’ jiġi estiż għal 12-il xahar.
Dan ilu japplika mis-26 ta’ April 2010. Il-validità tiegħu, oriġinarjament sal-25 ta’ April 2015, ġiet estiża sal--25 ta’ April 2024.
Dan ir-regolament jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 823/2000 li skada fil-25 ta’ April 2010. Għalkemm il-ġustifikazzjonijiet għal eżenzjoni ġenerali* għal konsorzji tal-bastimenti tal-linja għadhom validi, ir-Regolament 906/2009 jiżgura konverġenza akbar ma’ regolamenti oħra ta’ eżenzjoni ġenerali għall-kooperazzjoni orizzontali filwaqt li jitqiesu l-prassi tas-suq attwali fl-industrija tal-bastimenti tal-linja.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni fuq il-kompetizzjoni, fuq it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1 — Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni — Taqsima 1 — Regoli li japplikaw għal impriżi — l-Artikolu 101 (ex Artikolu 81 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 88-89)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpaniji marittimi tal-linja (konsorzji) (ĠU L 256, 29.9.2009, pp. 31-34)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 906/2009 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 23.09.2021