This document is an excerpt from the EUR-Lex website
EU–New Zealand agreement on the exchange of personal data
Ftehim bejn l-UE-New Zealand dwar l-iskambju ta’ data personali
Ftehim bejn l-UE-New Zealand dwar l-iskambju ta’ data personali
Il-ftehim jistabbilixxi regoli li bihom id-data personali tista’ tkun ittrasferita bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi ta’ New Zealand (pulizija, servizz tad-dwana u s-servizz tal-immigrazzjoni) li għandhom l-għan li:
Id-deċiżjonijiet jimmarkaw l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim mill-Unjoni Ewropea (UE) ma’ New Zealand.
data personali taħt dan il-tehim trid tintuża biss biex timpedixxi, tinvestiga, issib jew tipproċedi kontra kriminalità jew biex twettaq penali. L-awtoritajiet jridu jindikaw l-iskopijiet li għalihom d-data qed tkun ittrasferita. Id-data trid tkun:
It-termini tal-ftehim jinkludu:
Il-korpi tal-UE involuti huma:
Il-ftehim jidħol fis-seħħ fid-data tal-irċevuta tal-aħħar notifika li biha l-partijiet kuntrattwanti jkunu infurmaw lil xulxin permezz ta’ kanali diplomatiċi li l-proċeduri ta’ approvazzjoni rispettivi kienu lesti.
Il-ftehim ser japplika mill-ewwel ġurnata wara d-data meta l-kundizzjonijiet ikunu sodisfati.
l-arranġament amministrattiv maħsub tiegħu jsir applikabbli, u
il-partijiet kuntrattwanti jinnotifikaw lil xulxin li l-obbligi maħsuba tagħhom jkun ġew implimentati u n-notifiki tagħhom aċċettati.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, fuq in-naħa waħda, dwar l-iskambju ta’ data personali u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti biex jiġġieldu kriminalità serja u terroriżmu (ĠU L 51, 20.2.2023, pp. 4–22).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1090 tas-27 Ġunju 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, fuq naħa waħda, u New Zealand, fuq in-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti biex jiġġieldu kriminalità serja u terroriżmu (ĠU L 176, 1.7.2022, pp. 3–4).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/368 tal-14 ta’ Frar 2023 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, fuq in-naħa waħda, u New Zealand, fuq in-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti biex jiġġieldu kriminalità serja u terroriżmu (ĠU L 51, 20.2.2023, pp. 1–3).
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Skambju u Protezzjoni ta’ data Personali f’Dinja Globalizzata (COM(2017) 7 final, 10.1.2017).
l-aħħar aġġornament 03.04.2023