Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju li jpassi ħafna fl-Oċean Paċifiku ċentrali u tal-punent

Il-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju li jpassi ħafna fl-Oċean Paċifiku ċentrali u tal-punent

 

SOMMARJU TA’:

Il-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju li jpassi ħafna fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent

Id-Deċiżjoni 2005/75/KE dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Migratorjuli Jpassi Ħafna fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent

X’INHU L-GĦAN TAL-KONVENZJONI U D-DEĊIŻJONI?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

  • Il-konvenzjoni tapplika għall-ispeċi kollha ta’ ħut migratorju li jpassi ħafna bl-eċċezzjoni ta’ sauries.
  • Il-firxa ġeografika eżatta tal-konvenzjoni (iż-“Żona tal-Konvenzjoni”) fl-Oċean Paċifiku hija stabbilita fl-Artikolu 3.

Prinċipji ġenerali

Il-partijiet għall-konvenzjoni għandhom japplikaw għadd ta’ prinċipji ġenerali, billi jadottaw approċċ ta’ prekawzjoni. Dawn jinkludu:

  • it-teħid ta’ miżuri biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul ta’ dawn il-ħut fiż-żona permezz tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli;
  • il-valutazzjoni tal-impatti tas-sajd, attivitajiet umani oħra u fatturi ambjentali fuq l-ispeċi fil-mira, l-ispeċi mhux fil-mira u l-ispeċi li jappartjenu għall-istess ekosistema jew li jiddependu jew huma assoċjati mal-ispeċi fil-mira;
  • l-adozzjoni ta’ miżuri biex jimminimizzaw l-iskart, ir-rimi, il-qbid b’irkaptu mitluf jew abbandunat, it-tniġġis mill-bastimenti tas-sajd u l-qbid ta’ ħut mhux fil-mira u speċi mhux tal-ħut;
  • il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-użu ta’ rkaptu tas-sajd u teknki selettivi, sikuri għall-ambjent u kosteffettivi;
  • il-ħarsien tal-bijodiversità fl-ambjent tal-baħar;
  • it-teħid ta’ miżuri għall-prevenzjoni jew l-eliminazzjoni ta’ sajd żejjed.

Fl-applikazzjoni tal-approċċ ta’ prekawzjoni, il-partijiet għandhom:

  • ikunu aktar kawti meta l-informazzjoni tkun inċerta, mhux affidabbli jew mhux adegwata;
  • ma jużawx in-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika adegwata bħala raġuni għaliex ma jiħdux azzjoni ta’ konservazzjoni u ġestjoni;
  • għal sajd ġdid jew esploratorju, adotta miżuri kawti ta’ konservazzjoni u ġestjoni, inklużi l-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz.

Organizzazzjoni

  • Il-konvenzjoni toħloq il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), b’membri minn kull parti kontraenti jiltaqgħu kull sena.
  • Hemm tliet korpi sussidjarji: Kumitat Xjentifiku, Kumitat Tekniku u ta’ Konformità u Kumitat tat-Tramuntana.
  • L-WCPFC tista’ wkoll twaqqaf korpi sussidjarji oħra biex jintlaħqu l-għanijiet tal-konvenzjoni.

Konservazzjoni u ġestjoni

Ir-responsabbiltajiet tad-WCPFC jirrikjedu li din tiddeċiedi dwar firxa wiesgħa ta’ miżuri li jinkludu:

  • il-kwantitaà ta’ kull speċi jew stokk li jistgħu jinqabdu;
  • il-livell tal-isforzi tas-sajd;
  • il-limitazzjonijiet tal-kapaċità tas-sajd, inklużi miżuri relatati man-numri, it-tipi u l-qisien tal-bastimenti tas-sajd;
  • iż-żoni u l-perjodi fejn jista’ jsir is-sajd;
  • id-daqs tal-ħut ta’ kull speċi li jista’ tittieħed;
  • it-tagħmir tas-sajd u t-teknoloġija li tista’ tintuża.

Il-WCPFC għandha tistabbilixxi wkoll mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni għall-monitoraġġ, il-kontroll, is-sorveljanza u l-infurzar effettivi, inkluża sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti.

Il-WCPFC għandu jistabbilixxi wkoll programm ta’ osservaturi reġjonali biex jiġbor data vverifikata u l-isforz, data xjentifika oħra u informazzjoni addizzjonali relatata mal-attività tas-sajd u l-impatti tagħha fuq l-ambjent tal-baħar.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2004.

SFOND

Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent u fiċ-Ċentru tal-Paċifiku (WCPFC).

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Il-konvenzjoni dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju li jpassi ħafna fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent (OJ L 32, 4.2.2005, pp. 3-36).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/75/KE tas-26 ta’ April 2004 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Migratorju li Jpassi Ħafna fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent (ĠU L 32, 4.2.2005, pp. 1-2)

DOKUMENTI RELATATI

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u dwar il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha— Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (ĠU L 179, 23.6.1998, pp. 3-134).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta’ Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta’ Lulju 1994 li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1-2).

l-aħħar aġġornament 09.09.2022

Top