This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Association agreement on Ukraine’s participation in the Horizon Europe programme and the Euratom research and training programme
Ftehim ta’ assoċjazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-Ukrajna fil-programm Orizzont Ewropa u fil-programm ta’ riċerka u taħriġ ta’ Euratom
Ftehim ta’ assoċjazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-Ukrajna fil-programm Orizzont Ewropa u fil-programm ta’ riċerka u taħriġ ta’ Euratom
Huwa għandu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Ukrajna biex jikseb prijoritajiet kondiviżi fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll fir-riċerka nukleari, inkluż il-fissjoni u l-fużjoni.
Dan il-ftehim iżid l-opportunitajiet għar-riċerkaturi nazzjonali Ukreni jew għall-organizzazzjonijiet biex jikkollaboraw mal-parteċipanti tal-UE u ta’ pajjiżi oħra assoċjati u jtihom aċċess għal varjetà wiesgħa ta’ sejħiet offruti miż-żewġ programmi ta’ qafas tal-UE.
Permezz ta’ garanzija ta’ relazzjoni privileġġata bejn l-UE u l-Ukrajna, il-ftehim ta’ assoċjazzjoni jippermetti li r-riċerkaturi u l-innovaturi Ukreni jipparteċipaw fiż-żewġ programmi ta’ qafas taħt kundizzjonijiet simili (drittijiet u obbligazzjonijiet) bħala entitajiet legali (korpi u organizzazzjonijiet) mill-Istati Membri tal-UE, u huma awtomatikament eliġibbli għal finanzjament. L-ebda rekwiżiti addizzjonali amministrattivi mhu ser jiġu imponuti, diment li l-entitajiet legali jilħqu l-istess rekwiżiti bħal kwalunkwe entità oħra li tinsab fl-UE.
Assoċjazzjoni
Bħala pajjiż assoċjat taħt dan il-ftehim ta’ assoċjazzjoni kombinat, l-Ukrajna tipparteċipa fi u tikkontribwixxi għall-partijiet kollha tal-programm Orizzont Ewropa u tal-programm ta’ riċerka u ta’ taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom).
Il-programm speċifiku ta’ Orizzont Ewropa 2021-2027 huwa implimentat permezz ta’ programmi speċifiċi stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2021/764 (ara s- sommarju).
L-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi mhux tal-UE ma’ Orizzont Ewropa hija koperta mill-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/695.
Il-programm ta’ riċerka u taħriġ Euratom 2021-2025 huwa stabbilit mir-Regolament 2021/765 (ara s- sommarju).
Dan huwa wieħed minn numru ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u pajjiżi mhux tal-UE li jipparteċipaw fil-programm. Dan il-ftehim ta’ assoċjazzjoni jsaħħaħ ir-rwoli taż-żewġ naħat fir-riċerka u fl-innovazzjoni kif ukoll il-kapaċitajiet nukleari (fużjoni, fissjoni, taħriġ u riċerka).
Kwistjonijiet ewlenin
Il-ftehim jistabbilixxi r-regoli li jkopru numru ta’ kwistjonijiet ewlenin, inklużi dawn li ġejjin.
Il-Kumitat Konġunt tar-Riċerka u l-Innovazzjoni
Il-ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE/Euroatom–Ukrajna li huma komposti minn membri tal-UE, tal-Euratom u tal-Ukrajna. Il-kompiti tiegħu jinkludu:
Il-kumitati konġunti ser jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena, imma korrispondenza bejn iż-żewġ partijiet hija mħeġġa sabiex tiġi segwita mill-qrib l-implimentazzjoni xierqa tal-ftehim.
Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna huma bbażati fuq ftehim ta’ assoċjazzjoni iktar wiesa’ bejn iż-żewġ partijiet flimkien mal-Ftehim dwar Kooperazzjoni fix-Xjenza u fit-Teknoloġija bejn l-Ukrajna u l-UE, iffirmat fl-2002 u mġedded b’mod regolari (ara s- sommarju).
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika minn naħa waħda u l-Ukrajna min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Ukrajna f’Orizzont Ewropa — il-Programm qafas ta’ Riċerka u Innovazzjoni u l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2021-2025) li jikkumplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (ĠU L 95, 23.3.2022, pp. 1-17).
Ir-Regolament (UE) Nru 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulat) (ĠU L 189, 28.5.2021, pp. 61-90).
Deċiżjoni (UE ) 2021/820 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: L-ixprunar ta’ Talent u Kapaċità tal-Innovazzjoni u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1312/2013/UE (ĠUL 189, 28.5.2021, pp. 91-118).
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 tal-10 ta’ Mejju 2021 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li jħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE (ĠU L 167 I, 12.5.2021, pp. 1-80).
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 tal-10 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perijodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2018/1563 (ĠU L 167, 12.5.2021, pp. 81-100).
Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1-68).
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, pp. 1-222).
Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, pp. 3-2137).
Emendi suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku tal-Komunità għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERIC) (ĠU L 206, 8.8.2009, pp. 1-8).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ftehim li jemenda l-kooperazzjoni fix-xjenza u fit-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna (ĠU L 36, 12.2.2003, pp. 32-39).
l-aħħar aġġornament 22.07.2022