This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Advancing the Trans-European Transport Network (TEN-T)
Titjib fin-Network trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T)
Titjib fin-Network trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T)
Id-Direttiva hija magħrufa bħala “d-Direttiva TEN-T intelliġenti” u hija t-tielet parti mit-tielet Pakkett dwar il-Mobilità tal-UE — Ewropa Attiva.
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-Direttiva tkopri dan li ġej:
Din ma tkoprix proġetti li huma esklużivament relatati ma’ applikazzjonijiet telematiċi, ma’ teknoloġija u innovazzjoni ġodda, kif definiti fil-linji gwida TEN-T — ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (ara s-sommarju).
L-Istati Membri tal-UE jistgħu jagħżlu li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva biex jinkludu l-proġetti kollha fuq in-network ewlieni jew saħansitra tan-network komprensiv. F’każ li Stat Membru jagħżel li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea.
Prijoritizzazzjoni
L-awtorità maħtura
Sal-10 ta’ Awwissu 2023, kull Stat Membru jrid jistabbilixxi awtorità maħtura li se tieħu r-responsabbiltà għall-proġetti. Ir-rwol tagħha se jkun jinkludi:
Proċedura għall-għoti ta’ permessi
Id-direttiva tissimplifika r-regoli għall-proċedura għall-għoti ta’ permessi.
L-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw fuq proċeduri transfruntiera, bl-assistenza u s-sorveljanza tal-koordinaturi tal-UE, bil-għan li jikkoordinaw l-iskedi ta’ żmien tagħhom u jaqblu dwar skeda konġunta li tikkonċerna l-proċedura għall-għoti ta’ permessi.
Ilha tapplika mid-9 ta’ Awwissu 2021 u għandha ssir liġi fl-Istati Membri sal-10 ta’ Ġunju 2023.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva (UE) 2021/1187 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta’ miżuri li jmexxu ’l quddiem it-twettiq tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) (ĠU L 258, 20.7.2021, pp. 1–13)
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, pp. 1-128)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 13.10.2021