This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Horizon Europe: research and training programme (2021-2025)
Programm ta’ riċerka u taħriġ ta’ Orizzont Ewropa (2021-2025)
Programm ta’ riċerka u taħriġ ta’ Orizzont Ewropa (2021-2025)
Huwa jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2025 (il-programm Euratom). Huwa parti mill-programm Orizzont Ewropa u jikkondividi l-istess regoli għall-parteċipazzjoni.
Il-programm idum 5 snin, mill-2021 sal-2025, li se jiġi estiż b’sentejn fl-2025 sabiex jiġi allinjat mal-qafas finanzjarju pluriennali tal-2021-2027 tal-Unjoni Ewropea (UE).
Il-programm għandu azzjonijiet diretti u indiretti.
Baġit
Il-programm għandu baġit totali ta’ EUR 1.38 biljun:
L-objettivi tal-programm u l-oqsma eliġibbli għall-finanzjament:
L-involviment ta’ pajjiżi mhux tal-UE
Orizzont Ewropa huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali minn kwalunkwe post fid-dinja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli, u fejn applikabbli flimkien ma’ kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali fil-livell tal-programm ta’ ħidma/sejħa. Il-parteċipazzjoni fil-programm fil-forma ta’ assoċjazzjonijiet ta’ pajjiżi mhux tal-UE hija miftuħa għal:
Il-komunikazzjoni u l-pubbliċità
Il-benefiċjarji jridu jirrikonoxxu l-oriġini tal-finanzjament tal-programm, speċjalment meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, b’kampanji ta’ informazzjoni koerenti u effettivi mmirati lejn diversi udjenzi, inklużi l-media u l-pubbliku.
Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 tal-10 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perijodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2018/1563 (ĠU L 167, 12.5.2021, pp. 81-100)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 tal-10 ta’ Mejju 2021 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li jħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE (ĠU L 167I, 12.5.2021, pp. 1-80)
Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, pp. 1-68)
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, pp. 1-222)
l-aħħar aġġornament 07.07.2021