EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Programm dwar iċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri (2021-2027)

Programm dwar iċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri (2021-2027)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2021/692 li jistabbilixxi l-programm dwar iċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan jistabbilixxi l-programm dwar iċ-ittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri (programm CERV) għat-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, kif stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 (ara s-sommarju).
  • Huwa jistabbilixxi l-objettivi tal-programm, il-baġit għall-perijodu 2021-2027, il-forom differenti ta’ finanzjament u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

PUNTI EWLENIN

Objettiv ġenerali

L-objettiv ġenerali huwa li jipproteġi u jippromwovi d-drittijiet u l-valuri kif imnaqqxa fit-trattati tal-Unjoni Ewropea (UE), fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fil-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari billi:http://eur-lex.europa.eu/summary/glossary/treaties.html

  • jappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra involuti b’mod attiv fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali;
  • iħeġġeġ il-parteċipazzjoni ċivika u demokratika.

Dan isir sabiex jiġu sostnuti u jkomplu jiżviluppaw soċjetajiet miftuħa, ibbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi, ugwali u inklużivi li huma bbażati fuq l-istat tad-dritt.

Għanijiet speċifiċi

Kull objettiv speċifiku jikkorrispondu għal linja ta’ programm:

  • biex jipproteġi u jippromwovi l-valuri tal-UE – il-linja tal-valuri tal-Unjoni;
  • biex jippromwovi d-drittijiet, in-nondiskriminazzjoni u l-l-ugwaljanza, inkluż l-ugwaljanza bejn is-sessi, u biex javvanza l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u tal-integrazzjoni tan-nondiskriminazzjoni – il-linja tal-ugwaljanza, id-drittijiet u l-ugwaljanza bejn is-sessi;
  • biex jippromwovi l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-UE u l-iskambji bejn iċ-ċittadini ta’ Stati Membridifferenti u biex irawwem l-għarfien tal-istorja Ewropea komuni tagħhom – il-linja tal-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini;
  • biex jiġġieled kontra l-vjolenza, inkluża l-vjolenza sesswali – il-linja Daphne.

Min jista’ jipparteċipa?

Il-programm huwa miftuħ għal organizzazzjonijiet stabbiliti legalment fl-UE jew f’pajjiż jew territorju barrani marbut miegħu, u għal kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

Jista’ jkun miftuħ ukoll għal organizzazzjonijiet stabbiliti legalment ġewwa:

Għotja operattiva tista’ tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Network Ewropew għall-korpi tal-ugwaljanza nazzjonali.

Programmi ta’ ħidma

Dan huwa implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma, adottati mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Il-programm ta’ ħidma dwar iċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri għall-2021-2022 ġie ppubblikat mill-Kummissjoni.

Baġit

Matul in-negozjati, il-baġit tal-programm CERV irċieva suppliment kbir, iktar mid-doppju taċ-ċifra oriġinarjament proposta ta’ EUR 642 miljun għal iktar minn EUR 1.55 biljun għall-perjodu 2021-2027.

Grupp ta’ djalogu ċivili

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf grupp ta’ djalogu ċivili. Dan biex jiġi żgurat djalogu regolari, miftuħ u trasparenti mal-benefiċjarji tal-programm u partijiet interessati rilevanti oħra, li jippermettilhom jiskambjaw esperjenzi u prattika tajba u jiddiskutu żviluppi tal-politika fl-oqsma u l-għanijiet koperti mill-programm u oqsma relatati.

Revoka

Ir-Regolament (UE) 2021/692 jirrevoka u jissostitwixxi r-Regolament (UE) Nru 1381/2013 (il-programm preċedenti tad-drittijiet, l-ugwaljanza u ċ-ċittadinanza) u r-Regolament (UE) Nru 390/2014 (il-programm Ewropa għaċ-ċittadini).

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

SFOND

Il-programm jappoġġa firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet li għandhom fokus qawwi fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u transfruntiera, kif ukoll networks Ewropej, awtoritajiet pubbliċi, korpi ta’ ugwaljanza u istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, istituti tal-akkademja/riċerka, think tanks u dawk kollha involuti fil-promozzjoni tal-valuri u d-drittijiet tal-UE. Il-programm jappoġġa l-kapaċità ta’ network ewlenin fil-livell tal-UE u organizzazzjonijiet relatati permezz ta’ għotjiet operattivi (eż. in-network Ewropew tal-istituzzjonijet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem).

Il-proġetti appoġġati jinkludu t-taħriġ, il-bini tal-kapaċità, l-iskambju ta’ prattiki tajbin bejn awtoritajiet u korpi tal-Istati Membri u ġemellaġġ bejn l-Ibliet.

Huma jinkludu wkoll l-appoġġ ta’ organizzazzjonijiet bażiċi u s-soċjetà ċivili, it-trawwim tal-għarfien tan-nies dwar id-drittijiet tagħhom u l-benefiċċji tal-politiki tal-UE fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom, u l-appoġġ tal-iżvilupp ta’ politiki tal-UE bbażati fuq l-għarfien u leġiżlazzjoni permezz ta’ stħarriġ, studji u analiżi.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 (ĠU L 156, 5.5.2021, pp. 1–20).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, pp. 11-22).

l-aħħar aġġornament 14.01.2022

Top