This document is an excerpt from the EUR-Lex website
EU Recovery Instrument NextGenerationEU
Strument ta’ Rkupru tal-UE NextGenerationEU
Strument ta’ Rkupru tal-UE NextGenerationEU
Huwa jistabbilixxi l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru NextGenerationEU biex jappoġġa l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 u jfassal kif ser jopera.
NextGenerationEU huwa strument temporanju ta’ rkupru li jiswa sa EUR 750 biljun skont prezzijiet tal-2018. Huwa jinsab fil-qalba tar-rispons tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-kriżi tal-COVID-19 u għandu l-għan li jsostni l-irkupru u jibni futur iktar ekoloġiku, iktar diġitali u iktar reżiljenti, speċjalment biex isaħħaħ mill-ġdid il-potenzjal għat-tkabbir sostenibbli u għall-impjiegi sabiex jappogga t-tranżizzjoni tal-Istati Membri lejn ekonomija iktar ekoloġika u diġitali.
L-istrument ser jgħin ukoll biex isewwi l-ħsara ekonomika u soċjali immedjata li ġabet magħha l-kriżi tal-COVID 19 u biex jibni Ewropa ta’ wara l-COVID-19 li tkun attrezzata aħjar biex tkampa mal-isfidi kurrenti u dawk futuri.
Il-qofol ta’ NextGenerationEU huwa l-allokazzjoni ta’ finanzjament lill-Faċilità tal-Irkupru u tar-Reżiljenza — billi joffri għotjiet u self ta’ flus biex jappoġġaw ir-riformi u l-investimenti fl-Istati Membri b’valur totali ta’ EUR 672.5 biljun skont prezzijiet tal-2018:
Barra minn hekk, NextGenerationEU ser isaħħaħ bosta programmi tal-UE kif ġej:
Biex tiffinanzja NextGenerationEU, id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji (Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053) (ara s-sommarju) ser tippermetti l-Kummissjoni Ewropea tissellef fuq is-swieq tal-kapital f’isem l-UE. Kif hemm fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, il-pagament lura jista’ jseħħ fuq medda ta’ snin, sa mhux iktar tard mill-2058. Dan ser jevita li jagħmel pressjoni immedjata fuq il-finanzi nazzjonali tal-Istati Membri u jippermettilhom jikkonċentraw il-ħiliet tagħhom fuq l-irkupru.
Iktar informazzjoni:
Ir-regolament ma japplikax fir-Renju Unit.
Il-Kummissjoni ser tissottometti rapport lill-Kunsill sal-31 ta’ Ottubru 2022 dwar kif il-fondi allokati taħt dan l-istrument qed jintużaw.
Ilu japplika mit-23 ta’ Diċembru 2020.
Bit-total kollu ta’ EUR 1.8 triljun, NextGeneration EU u l-baġit tal-UE 2021-2027 jiffurmaw l-ikbar pakkett ta’ stimolu li l-baġit tal-UE qatt iffinanzja.
Il-pakkett ser jgħin ukoll biex terġa’ tinbena Ewropa wara l-COVID-19 li ser tkun iktar ekoloġika, iktar diġitali, iktar reżiljenti u attrezzata aħjar biex tilqa’ l-isfidi preżenti u dawk futuri.
Barra dan ir-Regolament, il-pakkett jinkludi wkoll:
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433I, 22.12.2020, pp. 23-27)
Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ Ftehim Interistituzzjonali ta’ riżorsi proprji ġodda tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I, 22.12.2020, pp. 28-46)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, pp. 1-10)
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, pp. 1-222)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 20.05.2021