This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Type-approval requirements to ensure the general safety of vehicles and the protection of vulnerable road users
Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip biex tiġi żgurata s-sikurezza ġenerali tal-vetturi u l-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli tat-triq
Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip biex tiġi żgurata s-sikurezza ġenerali tal-vetturi u l-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli tat-triq
Dan ir-regolament ġenerali ġdid dwar is-sikurezza jaġġorna r-rekwiżiti tal-UE dwar is-sikurezza tal-vetturi, inklużi dawk dwar l-indirizzar tat-tħassib speċifiku tal-utenti vulnerabbli tat-triq bħal persuni bil-mixi u ċiklisti.
Sistemi avvanzati tal-vetturi
Il-vetturi l-ġodda kollha għandhom ikunu mgħammra bil-karatteristiċi tas-sikurezza li ġejjin:
Il-karozzi u l-vannijiet għandhom ikunu mgħammra b’aktar miżuri avvanzati ta’ sikurezza fosthom:
Ix-xarabanks u t-trakkijiet, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali u li jkunu mgħammra b’sistemi li diġà jeżistu (bħal sistemi ta’ twissija kontra l-ħruġ mill-karreġġata u sistemi avvanzati ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza), għandhom ukoll:
Ir-regolament jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea tadotta atti ta’ implimentazzjoni speċifiċi għas-sikurezza ta’ vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u dawk awtomatizzati fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi futuri.
Rieżami
Atti ta’implimentazzjoni u delegati
Il-Kummissjoni adottat ukoll:
Dawn ir-regolamenti jemendaw ukoll l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/2144.
Revoka
Ir-regolament iħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009, (KE) Nru 661/2009, (KE) Nru 631/2009, (KE) Nru 406/2010, (KE) Nru 672/2010, (KE) Nru 1003/2010, (KE) Nru 1005/2010, (KE) Nru 1008/2010, (KE) Nru 1009/2010, (KE) Nru 19/2011, (KE) Nru 109/2011, (KE) Nru 458/2011, (KE) Nru 65/2012, (KE) Nru 130/2012, (KE) Nru 347/2012, (KE) Nru 351/2012, (KE) Nru 1230/2012 u (KE) 2015/166 b’effett mis-6 ta’ Lulju 2022.
Dan japplika mis-6 ta’ Lulju 2022.
Ir-regolament jifforma parti mit-tielet pakkett tal-Kummissjoni dwar Ewropa Attiva maħsub biex jiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn sistema ta’ mobbiltà sikura, nadifa u awtomatizzata. Il-pakkett jinkludi li ġej.
Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (ĠU L 325, 16.12.2019, pp. 1–40).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 tas-26 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri ta’ ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 107, 6.4.2022, pp. 18–23).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1958 tat-23 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri ta’ ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk is-sistemi bħala unitajiet tekniċi separati u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 409, 17.11.2021, pp. 1–161).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1341 tat-23 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi ta’ ttestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 292, 16.8.2021, pp. 4–19).
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243 tad-19 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol fil-vetturi bil-mutur u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 272, 30.7.2021, pp. 11–15).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/646 tad-19 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tagħhom (ĠU L 133, 20.4.2021, pp. 31–53).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2021/646 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/535 tal-31 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni u s-sikurezza tagħhom (ĠU L 117, 6.4.2021, pp. 1–207).
Ir-Regolament (UE) 2018/858tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, pp. 101–218).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/166 tat-3 ta’ Frar 2015 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ proċeduri speċifiċi, metodi ta’ valutazzjoni u rekwiżiti tekniċi, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 109/2011 u (UE) Nru 458/2011 (ĠU L 28, 4.2.2015, pp. 3–39).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 21.12.2012, pp. 31–79).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 tat-23 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur (ĠU L 110, 24.4.2012, pp. 18–30).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza (ĠU L 109, 21.4.2012, pp. 1–17).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 130/2012 tal-15 ta’ Frar 2012 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-aċċess u l-manuvrabbiltà tal-vettura u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 43, 16.2.2012, pp. 6–14).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2012 tal-24 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 28, 31.1.2012, pp. 24–38).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2011 tat-12 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 124, 13.5.2011, pp. 11–20).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 109/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fil-qasam tas-sistemi ta’ sospensjoni tat-titjir (ĠU L 34, 9.2.2011, pp. 2–28).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta’ Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 8, 12.1.2011, pp. 1–13).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1009/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-parafangi tal-vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dan l-iskop (ĠU L 292, 10.11.2010, pp. 21–29).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2010 tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sistemi tal-wajper u l-washer tal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi destinati għalihom (ĠU L 292, 10.11.2010, pp. 2–20).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1005/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ apparat għall-irmunkar tal-vetturi motorizzati u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 291, 9.11.2010, pp. 36–42).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2010 tat-8 ta’ Novembru 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni għall-ispazju għall-immuntar u l-iffissar ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni fuq wara fuq vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 291, 9.11.2010, p. 22–30).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 672/2010 tas-27 ta’ Lulju 2010 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal sistemi li jneħħu l-ġelu u t-titpin minn mal-windskrin ta’ ċerti vetturi bil-mutur u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 196, 28.7.2010, pp. 5–20).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2010 tas-26 ta’ April 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu (ĠU L 122, 18.5.2010, pp. 1–107).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tal-mutur fir-rigward tal-protezzjoni tal-persuni fit-triq u utenti vulnerabbli oħra tat-triq li temenda d-Direttiva 2007/46/KE u tirrevoka d-Direttivi 2003/102/KE u 2005/66/KE (ĠU L 195, 25.7.2009, pp. 1–60).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, pp. 1–24).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 27.04.2022