This document is an excerpt from the EUR-Lex website
International Convention for the Conservation of Atlantic Tunas
Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku
Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku
Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku
Nota: dan is-sommarju jkopri l-konvenzjoni kif emendata sussegwentement mill-protokoll.
Struttura
Il-konvenzjoni tistabbilixxi l- ICCAT biex twettaq l-għanijiet tagħha, billi tapplika approċċ ta’ prekawzjoni u ekosistema li jinkludi:
Skont il-konvenzjoni, il-Kummissjoni tal-ICCAT għandha tiltaqa’ kull sentejn u għandha tkun magħmula minn mhux aktar minn tliet delegati minn kull membru tal-ICCAT, assistiti minn esperti u konsulenti. Fil-fatt il-Kummissjoni tal-ICCAT tiltaqa’ kull sena u hija responsabbli għal:
Il-Kunsill tal-ICCAT jiltaqa’ darba fl-interim bejn il-laqgħat tal-Kummissjoni tal-ICCAT. Dan huwa magħmul mill-President u l-Viċi President tal-ICCAT u bejn 4 u 10 rappreżentanti membri.
Il-Kummissjoni tal-ICCAT taħtar Segretarju Eżekuttiv u tista’ tistabbilixxi bordijiet skont l-ispeċi jew iż-żona ġeografika.
Rakkomandazzjonijiet
Fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika, l-ICCAT tagħmel rakkomandazzjonijiet imfassla biex:
Oġġezzjonijiet u tilwim
Il-membri tal-Kummissjoni tal-ICCAT jistgħu jippreżentaw oġġezzjonijiet bil-miktub għar-rakkomandazzjonijiet fejn:
Il-partijiet fi kwalunkwe tilwima għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin biex isolvu t-tilwim b’mezzi bonarji u malajr kemm jista’ jkun. Jekk tilwima ma tiġix solvuta, tista’ tiġi sottomessa għal arbitraġġ finali u vinkolanti b’talba konġunta. Anness jistabbilixxi l-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim.
Infurzar
Il-membri tal-Kummissjoni tal-ICCAT jaqblu li jagħmlu dak kollu meħtieġ biex jiżguraw li l-konvenzjoni tiġi infurzata u għandhom jissottomettu dikjarazzjoni tal-azzjoni meħuda biex dan jintlaħaq kull sentejn, jew kif meħtieġ. Il-membri tal-Kummissjoni tal-ICCAT għandhom:
Arranġamenti finanzjarji
Kull membru tal-Kummissjoni tal-ICCAT jikkontribwixxi għall-baġit ammont ikkalkulat skont ir-regolamenti finanzjarji adottati mill-Kummissjoni tal-ICCAT, ibbażat parzjalment fuq il-piż totali sal-eqreb ċifra tal-qabda u l-piż nett tal-prodotti fil-laned, u l-grad ta’ żvilupp ekonomiku tal-membri.
Kollaborazzjoni
Il-konvenzjoni titlob relazzjoni ta’ ħidma bejn il-Kummissjoni tal-ICCAT u l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ikel u l-Agrikoltura, u kummissjonijiet internazzjonali tas-sajd u organizzazzjonijiet xjentifiċi oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-ħidma tagħhom, bil-possibbiltà li jipparteċipaw (iżda mhux jivvutaw) fil-laqgħat tal-Kummissjoni tal-ICCAT.
Ir-Regolament tal-2017
Ir-Regolament (UE) 2017/2107 jistabbilixxi regoli ta’ konservazzjoni u kontroll għal ħut li jpassi ħafna ġestit mill-ICCAT (l-ispeċi kkonċernati huma elenkati f’anness). Ir-regolament jinkludi regoli dettaljati dwar miżuri speċifiċi għall-ispeċ li ġejjin fiż-żona konvenzjonali tal-ICCAT:
Dan jinkludi wkoll regoli dwar:
Għal aktar informazzjoni, ara:
Konvenzjoni Internazzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ĠU L 162, 18.6.1986, pp. 34–38).
Emendi suċċessivi għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur dokumentarju.
Protokoll biex tiġi emendata l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ĠU L 313, 4.12.2019, pp. 3–13).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE fid-9 ta’ Ġunju 1986 dwar l-adeżjoni tal-Komunità fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku, kif emendata bil-Protokoll mehmuż ma’ l-Att Finali tal-Konferenza tal-Plenipotenzjari ta’ l-Istati li jifformaw Parti mill-Konvenzjoni ffirmata f’Pariġi fl-10 ta’ Lulju 1984 (ĠU L 162, 18.6.1986, p. 33).
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2025 tat-18 ta’ Novembru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ĠU L 313, 4.12.2019, pp. 1–2).
Ir-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (ĠU L 315, 30.11.2019, pp. 1–39).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 17.01.2022