Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-politika estera u ta’ sigurtà — ir-rwol tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew

Il-politika estera u ta’ sigurtà — ir-rwol tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew

 

SOMMARJU TA’:

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Artikolu 15

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Artikolu 21

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Artikolu 26

Id-Deċiżjoni 2001/78/PESK — l-istabbiliment tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Id-Deċiżjoni 2001/79/PESK — l-istabbiliment tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

Id-Deċiżjoni 2000/354/PESK — l-istabbiliment ta’ Kumitat għall-aspetti ċivili tal-maniġġar tal-kriżijiet

Id-Deċiżjoni 2009/908/UE — li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLI U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

PUNTI EWLENIN

Ir-rwoli tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill fi ħdan il-PESK huma definiti mill-Artikolu 26:

  • il-Kunsill Ewropew jistabbilixxi d-direzzjoni politika ġenerali u jistabbilixxi l-prijoritajiet;
  • il-Kunsill jiddefinixxi u jimplimenta dawk il-prijoritajiet.

Kunsill Ewropew

  • L-Artikolu 26 jirrikjedi li l-Kunsill Ewropew
    • jidentifika l-interessi strateġiċi tal-UE;
    • jistabbilixxi l-objettivi u l-linji gwida ġenerali għall-PESK, inkluż għal kwistjonijiet ta’ difiża;
    • jadotta d-deċiżjonijiet rilevanti meħtieġa.
  • Dawn il-linji gwida u l-objettivi huma bbażati fuq il-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-UE u l-għanijiet tagħha stabbiliti fl-Artikolu 21, li jinkludu:
    • is-salvagwardja tal-valuri tal-UE, l-interessi fundamentali, l-indipendenza u l-integrità;
    • il-konsolidazzjoni u l-appoġġ lejn id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;
    • il-perseveranza tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali;
    • il-promozzjoni ta’ sistema internazzjonali bbażata fuq kooperazzjoni multilaterali aktar imsaħħa u governanza globali tajba.
  • L-interessi u l-prinċipji ewlenin tal-UE bħalissa huma stabbiliti fl-Istrateġija Globali tal-UE għall-politika estera u ta’ sigurtà.
  • Il-President tal-Kunsill Ewropew jirrappreżenta lill-UE internazzjonalment f’materji li jikkonċernaw il-PESK fil-livell ta’ Kapijiet ta’ Stat u/jew ta’ Gvern, mingħajr ebda effett fuq is-setgħat tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
  • Ir-Rappreżentant Għoli jieħu sehem fil-ħidma tal-Kunsill Ewropew.

Il-Kunsill

MINN META JAPPLIKAW L-ARTIKLI U D-DEĊIŻJONIJIET?

  • L-artikoli ilhom japplikaw mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009.
  • Id-Deċiżjoni 2001/78/PESK ilha tapplika mit-22 ta’ Jannar 2001.
  • Id-Deċiżjoni 2001/79/PESK ilha tapplika mill-11 ta’ Ġunju 2001.
  • Id-Deċiżjoni 2000/354/PESK ilha tapplika mit-22 ta’ Mejju 2000.
  • Id-Deċiżjoni 2009/908/UE ilha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2009.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-Istituzzjonijiet — l-Artikolu 15 (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 23-24)

Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni u Dispożizzjonijiet Speċifiċi dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni — Kapitolu 1 — Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni — Artikolu 21 (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 28-29)

Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni u Dispożizzjonijiet Speċifiċi dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet Speċifiċi dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet Komuni — Artikolu 26 (ex Artikolu 13 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 31)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/78/PESK tat-22 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Politika u s-Sigurtà (ĠU L 27, 30.1.2001, pp. 1-3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK tat-22 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 27, 30.1.2001, pp. 4-6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/354/PESK tat-22 ta’ Mejju 2000 li tistabbilixxi Kumitat għall-amministrazzjoni ta’ kriżijiet b’aspett ċivili (ĠU L 127, 27.5.2000, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (ĠU L 322, 9.12.2009, pp. 28-34)

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2009/908/UE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, pp. 30-40)

l-aħħar aġġornament 12.01.2021

Top