EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim ta’ sħubija volontarja dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali

Ftehim ta’ sħubija volontarja dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam (FLEGT)

Id-Deċiżjoni (UE) 2020/2185 dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni (UE) 2021/964 dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni (UE) 2018/1528 dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/854 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni 2013/486/KE dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni 2014/284/KE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni (UE) 2011/475/UE dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-UE u l-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni 2012/373/KE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Liberia dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni (UE) 2011/790/UE dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni (UE) 2012/374/UE dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni (UE) 2011/200/UE dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni (UE) 2011/201/UE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni (UE) 2010/615/UE dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni 2011/202/UE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn il-Komunità Ewropea u l-Ghana dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

Id-Deċiżjoni 2010/151/KE dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn il-Komunità Ewropea u l-Għana dwar l-infurzar tal-Liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIMIET U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

  • Il-ftehim għandu l-għan li jassigura li l-injam ippreparat u l-prodotti tal-injam impurtati mill-pajjiżi ma’ min l-Unjoni Ewropea (UE) għandha Ftehim ta’ Sħubija Volontarja (VPA) ġew magħmula legalment.
  • Id-deċiżjonijiet jimmarkaw l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehimiet f’isem l-UE.

PUNTI EWLENIN

Sistemi ta’ assiguranza dwar il-legalità tal-injam ippreparat

  • Pajjiżi li ser jidħlu fi VPA mal-UE huma rikjesti li jwaqqfu u jimplimentaw sistema ta’ assigurazzjoni dwar il-legalità tal-injam ippreparat (TLAS).
  • Is-TLAS tivverifika li l-injam ippreparat u l-prodotti tal-injam ġew magħmula legalment.
  • Vjaġġi vverifikati biss huma esportati lejn l-UE, koperti minn liċenzja ta’ infurzar tal-liġi, tmexxija u kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT).
  • Is-sistema għandha tinkludi kontrolli u proċeduri tal-konformità biex jiġi żgurat li l-injam ta’ oriġini illegali jew mhux magħrufa ma jidħolx fil-katina tal-provvista.
  • Evalwazzjoni indipendenti se tivvaluta l-implimentazzjoni, l-effettività u l-kredibbiltà tas-TLAS u tal-iskema tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT.
  • L-iskop tal-prodott tal-iskema tal-ħruġ tal-liċenzji tal-FLEGT tkopri lista bażika ta’ prodotti obbligatorji, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-FLEGT, kif ukoll prodotti oħra speċifiċi għall-pajjiż li ser jiġu elenkati fl-Anness III (skont l-iskop tal-prodott kif ġie miftiehem fil-VPA rilevanti).

Infurzar tal-liġi, tmexxija u kummerċ fis-settur forestali

  • Il-ftehim jipprevedi l-istabbiliment ta’ skema tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT, ladarba ż-żewġ partijiet tal-ftehim jikkonkludu fuq il-bażi ta’ valutazzjoni konġunta ta’ prontezza operattiva li tiddetermina jekk is-TLAS li tirfed l-iskema tal-ħruġ tal-liċenzji tissodisfax b’mod adegwat il-funzjonijiet tagħha.
  • Dan jistabbilixxi wkoll sett ta’ proċeduri u rekwiżiti bil-għan li jiġi vverifikat u, fil-każ tal-esportazzjonijiet lejn l-UE, jiġi attestat, permezz ta’ liċenzji FLEGT, li l-prodotti tal-injam mibgħuta lejn l-UE ġew prodotti legalment. Liċenzji tal-FLEGT twaqqfu mir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 (ara s-sommarju).
  • Ladarba l-iskema tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT tidħol fis-seħħ għall-injam ippreparat u l-prodotti tal-injam koperti bil-ftehim, l-UE se taċċetta biss vjaġġi ta’ injam ippreparat mill-pajjiż ikkonċernat li huwa kopert minn liċenzji validi tal-FLEGT. L-injam ippreparat b’liċenzja valida tal-FLEGT se jitqies bħala maħsud legalment skont it-tifsira tar-Regolament dwar l-Injam tal-UE, ir-Regolament (UE) Nru 995/2010, (ara sommarju). Għalhekk, l-operaturi li jimportaw injam ippreparat li jkollu liċenzja FLEGT mhux se jkollhom għalfejn jgħaddu mid-diliġenza dovuta skont dak ir-regolament.

Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji

  • Il-pajjiż li qed jesporta jeħtieġ li jaħtar awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji (LA).
  • L-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji (LA) tivverifika li l-prodotti tal-injam ikunu ġew magħmula legalment u toħroġ liċenzji għall-vjeġġi ta’ tali prodotti lejn l-UE.
  • Din mhix se toħroġ liċenzji FLEGT għal:
    • kwalunkwe vjaġġ ta’ prodotti tal-injam li ma jkunx ġie prodott legalment skont il-liġi tal-pajjiż tiegħu kif speċifikat fil-ftehim; jew
    • fil-każ ta’ injam importat, prodotti tal-injam li ma jkunux ġew maħsuda, magħmula jew esportati skont il-liġi tal-pajjiż tal-ħsad u tal-pajjiż tal-produzzjoni.
  • Il-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji FLEGT għandha tkun disponibbli pubblikament u għandhom jinżammu rekords tal-vjeġġi kollha koperti b’tali liċenzji.

Il-wasla u l-verifika tal-liċenzji FLEGT

  • L-awtorità kompetenti dwar il-FLEGT tal-Istat Membru tal-UE kkonċernat għandha tivverifika li kull vjaġġ huwa kopert b’liċenzja valida tal-FLEGT qabel ma tirrilaxxah għal ċirkolazzjoni libera fl-UE.
  • Dan ir-rilaxx jista’ jiġi sospiż u l-vjeġġ jista’ jinżamm jekk ikun hemm xi dubji dwar il-validità tal-liċenzja.

Irregolaritajiet

Kull parti għandha tinforma lill-partijiet l-oħra jekk tissuspetta jew ikollha evidenza ta’ irregolaritajiet fl-iskema tal-ħruġ tal-liċenzji jew kwalunkwe tentattiv biex din tiġi evitata, fosthom:

  • riorjentament tal-kummerċ mill-pajjiż tal-esportazzjoni kkonċernat lejn l-UE permezz ta’ pajjiż mhux tal-UE, bl-intenzjoni li jiġi evitat il-ħruġ tal-liċenzji;
  • liċenzji FLEGT li jkopru prodotti tal-injam li jkun fihom injam minn pajjiżi mhux tal-UE li jkun issuspettat li jkun qed jiġi prodott illegalment;
  • frodi fil-ksib jew fl-użu tal-liċenzji FLEGT.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Pajjiż

Data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim

Data tar-ratifika ta’ ftehim

Data tal-iffirmar ta’ ftehim

Bidu tal-liċenzjar bil-FLEGT

Il-Ħonduras

fl-1 ta’ Settembru 2022

Ġunju 2021

fit-23 ta’ Frar 2021

 

Il-Vjetnam

fl-1 ta’ Ġunju 2019

Mejju 2019

19 ta’ Ottubru 2018

 

L-Indoneżja

fl-1 ta’ Mejju 2014

April 2014

fit-30 ta’ Settembru 2013

15 ta’ Novembru 2016

Il-Liberja

fl-1 ta’ Diċembru 2013

Diċembru 2013

fil-11 ta’ Lulju 2011

 

Il-Kongo

fl-1 ta’ Marzu 2013

Frar 2013

fis-17 ta’ Mejju 2010

 

Il-Kamerun

fl-1 ta’ Diċembru 2011

2 ta’ Marzu 2011 - UE
9 t’Awwissu 2011 – il-Kamerun

fis-6 ta’ Ottubru 2010

 

Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

fl-1 ta’ Lulju 2012

1 ta’ Lulju 2012

fit-28 ta’ Novembru 2011

 

Il-Ghana

1 ta’ Diċembru 2009

 

fid-19 ta’ Novembru 2009

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Għadu qed jiġi negozjat

 

 

 

Il-Kosta tal-Avorju

Għadu qed jiġi negozjat

 

 

 

Il-Gabon

Għadu qed jiġi negozjat

 

 

 

Il-Guyana

Għadu qed jiġi negozjat

 

 

 

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar infurzar tal-liġi, tmexxija fis-settur forestali u kummerċ ta’ prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewoprea (ĠU L 217, 18.6.2021, pp. 3-136).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2185 tat-18 ta’ Diċembru 2021 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi, t-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (ĠU L 435, 23.12.2020, pp. 63–64).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/964 tas-26 ta’ Mejju 2021 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 217, 18.6.2021, pp. 1–2).

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (ĠU L 147, 5.6.2019, pp. 3–209).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1528 tal-11 ta’ Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (ĠU L 257, 15.10.2018, pp. 1–2).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/854 tal-15 ta’ April 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (ĠU L 147, 5.6.2019, pp. 1–2).

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewoprea (ĠU L 150, 20.5.2014, pp. 252–330).

L-emendi suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/486/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi, t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 265, 8.10.2014, p. 1–2).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2014/284 tal-14 ta’ April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 150, 20.5.2014, pp. 250–251).

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 191, 19.7.2012, pp. 3–90).

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2011/475/UE tat-22 ta’ Lulju 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 196, 28.7.2011, p. 2).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/373/UE tal-14 ta’ Mejju 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 191, 19.7.2012, p. 1).

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (ĠU L 191, 19.07.2012, pp. 103–256).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/790/UE tal-14 ta’ Novembru 2011 dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 320, 3.12.2011, p. 2).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/374/UE tal-14 ta’ Mejju 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 191, 19.7.2012, p. 102).

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (ĠU L 92, 6.4.2011, pp. 4–125).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/200/UE tas-27 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi, t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-unjam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (ĠU L 92, 6.4.2011, pp. 1–2).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/201/UE tat-28 ta’ Frar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi, t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (ĠU L 92, 6.4.2011, p. 3).

Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi, t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (ĠU L 92, 6.4.2011, pp. 127–238).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/615/EU tas-17 ta’ Mejju 2010 dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi, t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (ĠU L 271, 15.10.2010, pp. 1–2).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/202/UE tat-28 ta’ Frar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Kongo dwar l-infurzar tal-liġi, t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT)(ĠU L 92, 6.4.2011, p. 126).

Ftehim ta’ Sħubija Volontarjubejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ghana dwar l-infurzar tal-liġi, t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 70, 19.3.2010, pp. 3-75).

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/151/KE tas-16 ta’ April 2009 dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ghana dwar l-infurzar tal-liġi, t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 70, 19.3.2010, pp. 1–2).

DOKUMENTI RELATATI

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, t-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (ĠU L 241, 19.9.2019, p. 1).

Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, pp. 23–34).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 995/2010 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 347, 30.12.2005, pp. 1–6).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 01.09.2022

Top