Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (ECAA)

L-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (ECAA)

 

SOMMARJU TA’:

Il-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, Il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Iżlanda, il-Montenegro, in-Norveġja, ir-Rumanija, is-Serbja u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-istabbiliment ta’ Żona ta’ Avjazzjoni Komuni Ewropea

Id-Deċiżjoni 2006/682/KE dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika ta’ l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika ta’ l-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-Istabbiliment ta’ Żona ta’ Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA)

Id-Deċiżjoni (UE) 2018/145 tad-9 ta’ Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, Il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Iżlanda, il-Montenegro, in-Norveġja, ir-Rumanija, is-Serbja u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-istabbiliment ta’ Żona ta’ Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA)

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

  • Il-ftehim joħoq l-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (ECAA) li progressivament jintegra l-ġirien tal-UE fl-Ewropa tax-Xlokk fis-suq intern tal-avjazzjoni tal-UE, li jinkludi l-pajjiżi tal-UE, u n-Norveġja u l-Iżlanda. Għandu l-għan li jwassal benefiċċji ekonomiċi għall-vjaġġaturi bl-ajru u l-industrija tal-avjazzjoni u jiżgura li l-linji tal-ajru tal-ECAA għandhom aċċess miftuħ għas-suq uniku Ewropew tal-avjazzjoni imkabbra u jiggarantixxi l-istell livell għoli ta’ sigurtà u sikurezza madwar l-Ewropa.
  • Id-deċiżjonijiet jirratifikaw l-applikazzjoni tal-ftehim.

PUNTI EWLENIN

Il-pajjiżi firmatarji għandhom jiżguraw li:

  • inġenji tal-ajru rreġistrati f’pajjiż firmatarju wieħed jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza meta jinżlu fl-ajruporti ta’ pajjiż ieħor, taħt il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u jistgħu jiġu spezjonati għall-verifikazzjoni tal-kundizzjoni tal-inġenji tal-ajru u l-validità tad-dokumenti tal-inġenji tal-ajru u l-ekwipaġġ;
  • l-ajruporti japplikaw standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I (kif aġġornat fl-2019) biex jevitaw “interferenza illegali”;
  • hemm kooperazzjoni dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li tesstendi l-Ajru Uniku Ewropew lill-ECAA u ttejjeb l-istandards tas-sikurezza u l-effiċjenza tal-istandards ġenerali tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa, biex tottimizza l-kapaċità u timminimizza d-dewmien;
  • dawn japplikaw ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat bejn il-partijiet fejn dawn jifformaw parti minn ftehimiet oħra.

Il-Kumitat Konġunt u leġiżlazzjoni ġdida

Kumitat konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-partijiet kontraenti huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-ftehim u biex jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tagħha.

Meta pajjiż jadotta leġiżlazzjoni ġdida għandu jinforma lill-partijiet l-oħra permezz tal-kumitat konġunt li jista’ jikkonsulta rappreżentanti fuq l-implikazzjonijiet tagħha. Il-kumitat konġunt se jirrevedi l-Anness I biex jintegra l-leġiżlazzjoni, jiddetermina li l-leġiżlazzjoni taqbel mal-ftehim, jew jieħu xi azzjoni oħra biex jissalvagwarja l-funzjonament tal-ftehim, bi prijorità mogħtija lill-miżuri li jfixkluh mill-inqas.

Ratifika

Id-Deċiżjoni (UE) 2018/145 tar-ratifika tinnota li l-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja ma baqgħux partijiet assoċjati taħt il-ftehim tal-2006, wara l-adeżjoni tagħhom mal-UE.

DATA TA’ DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2017.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Il-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo* dwar l-istabbiliment ta’ Żona ta’ Avjazzjoni Komuni Ewropea (ĠUL 285, 16.10.2006, pp. 3-46)

L-Emendi suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/682/KE u r-Rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-laqgħa tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2006 dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo* dwar l-Istabbiliment ta’ Żona ta’ Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) (ĠU 285, 16.10.2006, pp. 1-2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/145 tad-9 ta’ Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo* dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (ECAA) (ĠU 26, 31.1.2018, pp. 1-3)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt tal-ECAA tal-31 July 2019 tisostitwixxi l-Anness I tal-Ftehim tal-ECAA dwar ir-regoli applikabbli għall-avjazzjoni ċivili [2019/1343] (ĠU L 211, 12.8.2019, pp. 4-19)

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo* dwar l-istabbiliment ta’ Żona ta’ Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) (ĠU 10, 14.1.2019, p. 1)


*Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.

l-aħħar aġġornament 02.07.2020

Top