This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Rules for the compilation of statistics regarding goods carried by road
Regoli għall-ġbir ta’ statistika dwar merkanzija trasportata bit-triq
Regoli għall-ġbir ta’ statistika dwar merkanzija trasportata bit-triq
Regoli għall-ġbir ta’ statistika dwar merkanzija trasportata bit-triq
SOMMARJU TA’:
Regolament (UE) Nru 70/2012 — statistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq
X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-pajjiżi tal-UE għandhom ilkoll jiġbru u jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) data relatata mal-merkanzija trasportata b’vetturi tat-trasport bit-triq irreġistrati fit-territorju tagħhom.
Ir-regolament ma japplikax għall-merkanzija trasportata permezz ta’:
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jeskludu l-vetturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li l-kapċità tat-tagħbija jew il-piż massimu permissibbli tagħhom ikunu inqas minn ċertu limitu. Dak il-limitu ma jistax jaqbeż il-kapaċità ta’ tagħbija ta’ 3.5 tunnellati jew piż massimu permissibbli ta’ 6 tunnellati fil-każ ta’ vetturi b’mutur wieħed.
Ir-regolament ma japplikax għal Malta sakemm l-għadd ta’ vetturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq irreġistrati f’Malta li jkollhom liċenzja biex joperaw fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq ma jaqbiżx l-400 vettura.
Il-ġbir u t-trażmissjoni tad-data
Kull tliet xhur, permezz ta’ kampjuni ta’ stħarriġ, il-pajjiżi tal-UE għandhom jiġbru u jittrażmettu d-data lill-Eurostat fir-rigward ta’ 3 oqsma:
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jittrażmettu d-data fi żmien 5 xhur mit-tmiem tat-trimestru taħt osservazzjoni.
It-tixrid tar-riżultati
L-Eurostat ixxerred id-data mhux aktar tard minn 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu li din tkun tittratta.
Rapporti
Meta jibagħtu d-data għall-ewwel trimestru, il-pajjiżi tal-UE jibagħtu rapport lill-Eurostat dwar il-metodi użati fil-ġbir tad-data. Għandhom ukoll jinfurmaw lill-Eurostat jekk jagħmlu xi bidliet sostanzjali f’dawn il-metodi. Kull sena, għandhom jipprovdu lill-Eurostat l-informazzjoni dwar daqsijiet tal-kampjuni, rati tan-nuqqas ta’ rispons u, fil-forma ta’ żbalji standard jew ta’ intervalli ta’ kunfidenza, l-affidabbiltà tar-riżultati statistiċi ewlenin.
Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta għall-ewwel darba sa Diċembru 2014, u wara kull 3 snin, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament.
Il-Kumitat
Il-Kummissjoni tingħata konsulenza u assistenza mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Setgħat iddelegati lill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għadha ma eżerċitatx is-setgħa li tadotta atti delegati li r-Regolament ikkonferixxa lilha. F’rapport ippubblikat fl-2016, il-Kummissjoni spjegat li la l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u lanqas il-konklużjonijiet tal-Gruppi ta’ Ħidma tal-Kummissjoni dwar l-istatistiċi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li jinvolvu esperti minn pajjiżi tal-UE ma qajmu l-ħtieġa li jintużaw dawn is-setgħat delegati.
MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan beda japplika mit-23 ta’ Frar 2012.
SFOND
Għal aktar informazzjoni ara:
DOKUMENT PRINĊIPALI
Ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (ĠU L 32, 3.2.2012, pp. 1-18)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 70/2012 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (COM(2016) 562 final, 12.9.2016)
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-merkanzija bit-triq (COM(2015) 17 final, 26.1.2015)
l-aħħar aġġornament 07.11.2017