This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Smoke flavourings — safety assessment
Taħwir bl-affumikazzjoni — valutazzjoni tas-sigurtà
Taħwir bl-affumikazzjoni — valutazzjoni tas-sigurtà
Taħwir bl-affumikazzjoni — valutazzjoni tas-sigurtà
SOMMARJU TA’:
Regolament (KE) Nru 2065/2003 — taħwir bl-affumikazzjoni għall-ikel
X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?
Jistabbilixxi regoli madwar l-UE kollha dwar l-awtorizzazzjoni u l-użu ta’ taħwir bl-affumikazzjoni fl-ikel.
PUNTI EWLENIN
Ir-regolament jintroduċi valutazzjoni ta’ sikurezza u proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-kondensati primarji tal-affumikazzjoni* u frazzjonijiet primarji tal-qatran* li jistgħu jintużaw fi u fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivat*.
Il-prodotti primarji* li għalihom ma hu espress l-ebda tħassib dwar is-saħħa waqt l-evalwazzjoni huma mbagħad inklużi f’lista ta’ prodotti awtorizzati taħt kondizzjonijiet speċifiċi ta’ użu.
L-awtorizzazzjonijiet jingħataw għal perjodu ta’ 10 snin u wara għandhom jiġu mġedda. Dan jiżgura li l-prodotti jiġu vvalutati mill-ġdid regolarment fid-dawl tal-aħħar għarfien xjentifiku u tekniku u li l-prodotti awtorizzati, li m’għadhomx jintużaw, jitneħħew mil-lista pożittiva tal-UE.
Applikanti għall-awtorizzazzjoni ta’ prodott primarju għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar:
L-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-applikazzjonijiet titwettaq mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) skont qafas ta’ żmien speċifiku u abbażi ta’ proċeduri trasparenti.
L-applikazzjoni hija magħmula lill-EFSA, lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi tal-UE. Jekk mitlub mill-applikant, ċerta data sensittiva tista’ tibqa’ kunfidenzjali.
Il-valutazzjonijiet tal-EFSA dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni huma disponibbli hawn: Listi ta’ taħwir tal-UE - Parir xjentifiku - 3 taħwiriet bl-affumikazzjoni (prodotti primarji)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 627/2006 jistabbilixxi kriterji ta’ kwalità għall-metodi analitiċi vvalidati għat-teħid ta’ kampjuni, identifikazzjoni u karatterizzazzjoni ta’ prodotti ta’ affumikazzjoni primarji, kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Huwa japplika mis-16 ta’ Diċembru 2003 minbarra l-Artikolu 4(2) tagħha li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ taħwir bl-affumikazzjoni jew ikel li fih jew li fuqu jkun hemm taħwir bl-affumikazzjoni jekk it-taħwir ma kienx awtorizzat, li applika mis-16 ta’ Ġunju 2005.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT PRINĊIPALI
Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar taħwir bl-affumikazzjoni wżati jew maħsuba għall-użu fi jew fuq ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, pp. 1-8)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2065/2003 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013 tal-10 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta’ prodotti primarji ta’ taħwir bl-affumikazzjoni awtorizzati għall-użu bħala tali fi jew fuq ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivat (ĠU L 333, 12.12.2013, p. 54-67)
Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar taħwir u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet ta’ taħwir għall-użu fl-ikel u fuqu u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, pp. 34-50)
Ara l-verżjoni kkonsolidata.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 627/2006 tal-21 ta’ April 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward kriterji ta’ kwalità għal metodi analitiċi validati għal teħid ta’ kampjuni, identifikazzjoni u karatterizzazzjoni ta’ prodotti primarji bl-affumikazzjoni (ĠU L 109, 22.4.2006, pp. 3-6)
l-aħħar aġġornament 11.04.2018