Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

It-tisħiħ tal-innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli

It-tisħiħ tal-innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli

 

SOMMARJU TA’:

Il-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni — Insaħħu l-innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

Għandha l-għan li:

  • issaħħaħ il-potenzjal għall-innovazzjoni u l-kompetittività tar-reġjuni tal-Unjoni Ewropea (UE) bħala bażi ta’ tkabbir sostenibbli;
  • iżżid il-kooperazzjoni interreġjonali li hija element prinċipali f’ekonomiji globalizzati;
  • iżżid il-konċentrazzjoni fuq reġjuni inqas żviluppati u li għaddejjin minn tranżizzjoni industrijali;
  • ittejjeb u tibni fuq ħidma konġunta f’politiki u programmi fl-UE li jappoġġaw l-innovazzjoni.

PUNTI EWLENIN

Speċjalizzazzjoni intelliġenti

  • Il-komunikazzjoni tippromwovi strateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti għar-reġjuni tal-UE.
  • L-istrateġija kienet oriġinarjament integrata fil-politika ta’ koeżjoni riformata tal-UE għall-2014–2020 biex jiġi massimizzat l-impatt pożittiv fuq it-tkabbir u l-impjiegi.
  • Hija tiffoka fuq:
    • l-identifikazzjoni tas-saħħiet u l-assi komparattivi tar-reġjuni stess;
    • il-prijorità għall-investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni f’oqsma kompetittivi;
    • id-definizzjoni ta’ viżjoni konġunta għal innovazzjoni reġjonali.

Sfidi ewlenija

Il-Kummissjoni Ewropea tidentifika erba’ sfidi ewlenin fil-komunikazzjoni u tagħmel proposti biex tindirizza kull waħda minnhom.

  • 1.

    It-tisħiħ tal-kapaċità għall-innovazzjoni fir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni industrijali

    Il-Kummissjoni tipproponi:

  • 2.

    Żieda tal-kooperazzjoni fl-investiment għall-innovazzjoni tul ir-reġjuni

    Filwaqt li tibni fuq azzjonijiet ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti eżistenti bħall-Inizzjattiva Vanguard, il-Kummissjoni tipproponi:

    • azzjoni pilota ffinanzjata mill-UE, appoġġata permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, biex iżżid il-proġetti għall-innovazzjoni interreġjonali b’kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE — 5 sa 10 sħubijiet tematiċi ser jinħolqu ma’ dawk li jfasslu l-politika, ma’ riċerkaturi, ma’ negozji u ma’ innovaturi oħrajn li jimmiraw setturi ekonomiċi b’valur miżjud għoli.
  • 3.

    Riformi għal sistemi reġjonali ta’ innovazzjoni

    Sabiex tinkoraġġixxi r-riforma u tindirizza l-ħtiġijiet ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti ta’ reġjuni inqas żviluppati u fi tranżizzjoni industrijali, il-Kummissjoni ser iżżid l-impenji tagħha biex tinkoraġġixxi l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ tal-għajnuna disponibbli mill-UE. Azzjoni pilota ser titwaqqaf biex tiffaċilita l-użu flimkien ta’ strumenti u programmi eżistenti tal-UE li huma amministrati mill-Kummissjoni flimkien ma’ riżorsi ta’ koeżjoni politika.

  • 4.

    Niffaċilitaw is-sinerġiji bejn il-politiki u l-istrumenti tal-UE

    • Għadd ta’ strumenti tal-politika reġjonali, nazzjonali u Ewropea jgħinu biex jippromwovu riċerka u innovazzjoni, tkabbir u kompetittività u kooperazzjoni interreġjonali.
    • Peress li l-Kummissjoni Ewropea diġà ħadet passi biex tippromwovi u tissimplifika t-taħlita u s-sinerġiji bejn il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, Orizzont 2020 (issa Orizzont Ewropa) u fondi ta’ politika ta’ koeżjoni, il-Kummissjoni tipproponi:
      • li tkompli taħdem mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u tgħinhom jgħaqqdu l-fondi, b’mod partikolari billi tiċċara s-sinerġiji mal-għajnuna mill-Istat u l-offerti pubbliċi;
      • li tikkunsidra li tipprovdi assistenza prattika permezz ta’ rappreżentanti għall-investimenti ddedikati, li ser jaġixxu bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt għan-nies lokali u għall-korpi involuti biex jimmassimizzaw l-impatt ta’ diversi fondi tal-UE.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġija għat-tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli (COM(2017) 376 finali, 18.7.2017).

DOKUMENTI RELATATI

Dokument ta’ riflessjoni dwar il-ġestjoni tal-globalizzazzjoni (COM(2017) 240 final, 10.5.2017).

l-aħħar aġġornament 07.03.2022

Top