Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni

L-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni

 

SOMMARJU TA’

Deċiżjoni 2005/118/UE li tistabbilixxi l-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni.

Deciżjoni 2005/119/KE — l-organizzazzjoni u l-operat tal-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN ID-DEĊIŻJONIJIET?

PUNTI EWLENIN

Għan

Din l-iskola interistituzzjonali torganizza attivitajiet ta’ taħriġ biex ittejjeb il-ħiliet u l-għarfien tan-nies li jaħdmu fl-organizzazzjonijiet firmatarji. L-għan huwa li jiġu trażmessi valuri komuni għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE. Din hija responsabbli sabiex:

  • tfassal, torganizza u tevalwa attivitajiet ta’ taħriġ;
  • tiffaċilita l-partiċipazzjoni f’attivitajiet ta’ taħriġ organizzati esternament;
  • twettaq kwalunkwe kompitu ieħor relatat ma’ jew li jappoġġa d-dmitijiet tagħha.

Tip ta’ taħriġ

  • L-iskola toffri t-tipi ta’ taħriġ li ġejjin:
    • korsijiet amministrattivi għal dawk li għandhom (jew li jkunu mistennija li jkollhom) rwol ta’ tmexxija;
    • korsijiet ta’ introduzzjoni għal membri tal-persunal reklutati ġodda;
    • taħriġ obbligatorju għal dawk li jkunu se jiċċaqalqu bejn gruppi ta’ funzjonijiet, pereżempju, dawk li jiċċaqalqu minn rwol klerikali jew segretarjali għal rwol eżekuttiv.
  • L-istituzzjonijiet huma liberi li jissupplimentaw dawn il-korsijiet b’korsijiet aktar konformi mal-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.
  • L-iskola tista’ wkoll toffri korsijiet mitluba minn korpi, aġenziji jew uffiċċji oħrajn tal-UE diment li dawn ma jfixklux l-organizzazzjoni ta’ korsijiet għall-istituzzjonijiet.

Min iħarreġ u postijiet ta’ taħriġ

  • L-istituzzjonijiet firmatarji jagħmlu uffiċjali disponibbli biex iservu ta’ ħarrieġa.
  • Bħala regola ġenerali, il-korsijiet huma organizzati fi Brussell u fil-Lussemburgu, iżda t-taħriġ jista’ jsir f’postijiet oħrajn.

Organizzazzjoni ta’ attivitajiet

  • Il-bord ta’ tmexxija tal-iskola għandu jiżgura aċċess ibbilanċjat għal korsijiet għall-persunal fl-istituzzjonijiet differenti.
  • L-iskola għandha tiżgura li jkun hemm numru minimu ta’ postijiet fejn it-taħriġ ikun obbligatorju jew fejn ikun prekundizzjoni għall-eżerċizzju ta’ funzjoni partikolari, b’mod partikolari waħda maniġerjali.
  • L-iskola tista’ tkun meħtieġa li tittratta sitwazzjonijiet temporanji jew speċjali fejn aktar parteċipanti għat-taħriġ minn normal ikunu jistgħu jeħtieġu li jiġu ammessi għat-taħriġ. F’dan il-każ, l-istituzzjonijiet rilevanti għandhom jittrasferixxu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa.
  • L-iskola tista’ tikkoopera ma’ kulleġġi, istituti u universitajiet oħrajn attivi fl-istess qasam.

Ġestjoni

  • L-iskola hija abbinata mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO). Dan ifisser li:
    • il-bord amministrattiv tal-uffiċċju jaġixxi bħala l-bord amministrattiv tal-iskola;
    • il-kap tal-uffiċċju huwa wkoll il-prinċipal tal-iskola u huwa responsabbli sabiex jaħtar il-persunal;
    • il-persunal tal-iskola huwa assenjat għal karigi li jappartjenu lill-uffiċċju;
    • id-dħul u l-infiq tal-iskola huma parti integrali mill-baġit tal-uffiċċju.
  • Il-bord amministrattiv jieħu deċiżjonijiet dwar:
    • l-operat tal-iskola,
    • l-istruttura tagħha,
    • il-baġit u r-rapport annwali tal-ġestjoni tagħha,
    • il-programm ta’ ħidma tagħha;
    • ir-rati li l-iskola timponi għas-servizzi tagħha, u
    • kif kull istituzzjoni għandha tipprovdi lill-iskola b’numru adegwat ta’ uffiċjali biex iservu ta’ ħarrieġa.

MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONIJIET?

Kemm id-Deċiżjoni 2005/118/KE kif ukoll id-Deċiżjoni 2005/119/KE ilhom japplikaw mill-10 ta’ Frar 2005.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni 2005/118/KE tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Ombudsman Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2005 li tistabbilixxi l-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni (ĠU L 37, 10.2.2005, pp. 14-16)

Id-Deċiżjoni 2005/119/KE tas-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni u tar-Rappreżentant tal-Ombudsman Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2005 dwar l-organizzazzjoni u l-operat tal-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni (ĠU L 37, 10.2.2005, pp. 17-20)

l-aħħar aġġornament 07.11.2017

Top