EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid

Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid

 

SOMMARJU TA’:

Id-Dikjarazzjoni konġunta tal-UE — “Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna”

X’INHU L-GĦAN TAL-KUNSENS IL-ĠDID?

  • Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid jipprovdi viżjoni komuni għall-politika tal-iżvilupp għall-UE u għall-pajjiżi tal-UE. Huwa intiż biex jiggwida lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-pajjiżi tal-UE fil-kooperazzjoni tagħhom mal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp matul il-15-il sena li ġejjin, biex jikkontribwixxu lejn il-ksib tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli kif ukoll il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, u biex iwieġbu għal bidliet oħra fil-kuntest globali.
  • Skont il-kunsens il-ġdid,il-qerda tal-faqar jibqa’ l-għan ewlieni tal-politika tal-iżvilupp. Madankollu, huwa jintegra d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli u jissottolinja r-rabtiet bejn l-iżvilupp u politiki oħra inkluż il-paċi u s-sigurtà, l-għajnuna umanitarja, il-migrazzjoni u l-klima.

PUNTI EWLENIN

Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp jistabbilixxi sett ġdid ta’ prinċipji għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp bħala parti mir-rispons tal-UE għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. Filwaqt li jibni fuq l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea u r-regoli għall-azzjoni esterna fit-Trattat ta’ Lisbona, il-kunsens il-ġdid jenfasizza elementi trażversali importanti, bħal:

  • iż-żgħażagħ;
  • l-ugwaljanza bejn is-sessi;
  • il-mobilità u l-migrazzjoni;
  • l-enerġija sostenibbli u t-tibdil fil-klima;
  • l-investiment u l-kummerċ;
  • il-governanza tajba;
  • id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;
  • l-impenn innovattiv f’pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp aktar avvanzati;
  • u l-immobilizzar u l-użu ta’ riżorsi domestiċi.

Parti integrali oħra mill-Kunsens Ewropew il-ġdid huwa l-appoġġ għar-reżiljenza fil-livelli kollha. Il-kunsens jintegra approċċ komprensiv għall-implimentazzjoni kif ġie miftiehem fl-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa, li jgħaqqad l-għajnuna ma’ riżorsi oħra u approċċ imsaħħaħ għall-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. Huwa jinkludi approċċ ikkoordinat għall-iżvilupp min-naħa tal-UE u l-pajjiżi tal-UE, permezz tal-promozzjoni ta’ programmazzjoni konġunta u azzjonijiet konġunti. Il-kunsens iqiegħed enfasi fuq sħubijiet imfassla aħjar ma’ firxa usa’ ta’ organizzazzjonijiet u pajjiżi sħab.

Valutazzjoni ta’ nofs it-terminu

  • Sal-2024 ser titwettaq valutazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-kunsens, li tiddeskrivi kif dan ġie applikat u x’kiseb b’appoġġ għall-aġenda 2030.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid “Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna”. Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, is-7 ta’ Ġunju 2017

l-aħħar aġġornament 14.11.2017

Top