Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kooperazzjoni reġjonali transfruntiera — eliġibbiltà għal finanzjament

Kooperazzjoni reġjonali transfruntiera — eliġibbiltà għal finanzjament

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/388/UE — ir-reġjuni eliġibbli għal finanzjament għal kooperazzjoni transkonfinali

X'INHU L-GĦAN TA' DIN ID-DEĊIŻJONI?

Din telenka r-reġjuni u ż-żoni eliġibbli għal finanzjament tal-UE mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) biex jiġu implimentati l-inizjattivi transfruntieri u transnazzjonali tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ETC) għall-2014-2020.

PUNTI EWLENIN

Ir-reġjuni u ż-żoni kkonċernati jirċievu fondi speċifikament għal proġetti li jinvolvu kooperazzjoni ma' reġjuni f'pajjiżi oħrajn tal-UE. L-annessi jelenkaw gruppi ta' reġjuni u żoni skont l-għanijiet tal-ETC:

  • Programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera: li jitwettqu b'mod konġunt minn reġjuni minn żewġ pajjiżi tal-UE jew aktar bi fruntieri marittimi jew li jmissu ma' xulxin. Il-programmi konġunti li jinvolvu lir-reġjuni ġirien tal-pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE huma inklużi, diment li r-reġjuni li mhumiex tal-UE ma jkunux koperti minn programmi taħt l-istrumenti finanzjarji esterni* tal-UE.
  • Reġjuni żgħar (NUTS 3*) li mhumiex parti minn kwalunkwe żona transfruntiera u li huma koperti mill-istrumenti finanzjarji esterni tal-UE.
  • Kooperazzjoni transnazzjonali: programmi li jinvolvu sħab nazzjonali, reġjonali u lokali fuq oqsma akbar ta’ kooperazzjoni, bħar-Reġjun tal-Baħar Baltiku.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Id-deċiżjoni ilha tapplika mit-18 ta' Ġunju 2014.

SFOND

  • L-ETC (magħrufa wkoll bħala l-Interreg) hija programm tal-UE li jappoġġja programmi, proġetti u netwerks konġunti bejn reġjuni f'pajjiżi differenti tal-UE u bejn reġjuni fil-pajjiżi tal-UE u reġjuni ġirien li mhumiex fl-UE.
  • L-ETC tippermetti lir-reġjuni u lill-ibliet jaħdmu flimkien fuq kwistjonijiet prattiċi, jaqsmu għarfien u jitgħallmu minn xulxin, sabiex itejbu l-integrazzjoni u l-kwalità tal-ħajja bejn il-fruntieri.
  • Il-FEŻR jappoġġja proġetti ta' politika reġjonali mfassla sabiex jikkoreġu l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni tal-UE u b'hekk isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Strumenti finanzjarji esterni: dawn jappoġġjaw proġetti li jippromwovu l-interessi u l-valuri Ewropej f'pajjiżi li mhumiex tal-UE, eż. l-iżvilupp ekonomiku f'reġjuni inqas għonja; il-paċi, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; ir-riformi fis-setturi pubbliċi f'pajjiżi kandidati tal-UE; eċċ.
NUTS 3: il-Klassifikazzjoni Komuni ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) tiddefinixxi lir-reġjuni ta' NUTS 3 bħala dawk l-unitajiet amministrattivi li għandhom popolazzjoni medja ta' bejn 150 000 u 800 000.

DOKUMENT EWLIENI

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/388/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 li tfassal il-lista ta' reġjuni u żoni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-fergħat transfruntieri u transnazzjonali tal-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 75-134)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259-280).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, pp. 11-26)

Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27-43).

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1-41)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 28.07.2017

Top