EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Titjib tal-kompetizzjoni u l-inkoraġġiment tal-investiment fl-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss tan-netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika

Titjib tal-kompetizzjoni u l-inkoraġġiment tal-investiment fl-aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss tan-netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika

L-għan ta’ din ir-rakkomandazzjoni hija li jittejbu l-kundizzjonijiet regolatorji meħtieġa għall-promozzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva u l-inkoraġġiment ta’ investimenti f’netwerks ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA).

ATT

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Settembru 2013 dwar obbligi mhux diskriminatorji konsistenti u metodoloġiji tal-ikkostjar li jippromwovu l-kompetizzjoni u jtejbu l-ambjent tal-investiment fil-broadband (2013/466/UE)

SOMMARJU

Din ir-rakkomandazzjoni għandha l-għan illi tagħti spinta lill-kompetizzjoni u lill-investiment fin-netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (NGA) b’veloċità kbira. Tfittex li tippromwovi l-kompetizzjoni billi tapplika regoli mhux diskriminatorji aktar stretti u li tippromwovi investiment billi tippermetti l-flessiblità fl-ipprezzar ta’ servizzi ġodda ta’ NGA bl-ingrossa. Fl-istess ħin tiżgura prezzijiet stabbli bl-ingrossa għalcopper access.

Ir-rakkomandazzjoni tapplika għas-swieq tal-aċċess għall-infrastruttura għal netwerk bl-ingrossa u għal aċċess għal broadband bl-ingrossa.

L-għan ewlieni huwa l-inkoraġġiment tal-innovazzjoni u ż-żieda fil-produttività, livelli ta’ impjiegi u tkabbir ekonomiku. Se tippermetti wkoll illi l-Ewropej igawdu minn servizzi ġodda u innovattivi ta’ kwalità għolja

L-isfond għal dan huwa li l-Kummissjoni Ewropea qed tfittex li tiżviluppa s-suq intern tal-UE għan-netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika b’mod partikolari permezz ta’ tnedija ta’ netwerks tal-internet b’veloċità kbira. Dan sejjer isir bl-inkoraġġiment ta’ investiment aktar malajr f’infrastruttura ta’ NGA.

Waħda mill-miri għall-broadband (jiġifieri internet aktar b’saħħtu) fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, li hija parti mill-istrateġija għall-Ewropa 2020, hija li jkun hemm netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss (30 Mbps jew aktar) għal kulħadd sal-2020.

Ir-rakkomandazzjoni kienet akkumpanjata minn liġi proposta li timmira li timxi aktar lejn suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika.

L-istabbiliment tal-ambjent regolatorju tajjeb sejjer jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ suq dinamiku u kompetittiv. Għandu jipprovdi l-bilanċ tajjeb ta’ riskju u qligħ għal dawk li huma lesti li jinvestu.

Wieħed mill-għanijiet tar-rakkomandazzjoni huwa li tiġi pprovduta stabbiltà fuq perjodu ta’ żmien twil fil-prezzijiet tal-copper access, kif ukoll li tiżgura li dawk li jixtiequ l-aċċess għall-konnettività ikollhom aċċess indaqs għan-netwerks tal-operaturi preżenti permezz ta’ regoli mhux diskriminatorji aktar stretti. Dan jiżgura kundizzjonijiet indaqs bejn l-operaturi preżenti (li normalment huma l-operaturi l-kbar tat-telefonija li kienu stabbiliti żmien ilu minn gvernijiet nazzjonali) u kumpaniji oħrajn li jixtiequ jikkompetu fis-swieq tal-broadband.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Rakkomandazzjoni 2013/466/UE

-

-

ĠU L 251 tal-21.9.2013

ATTI RELATATI

Proposta għal Regolament li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 (COM(2013)627 final tal-11.9.2013 - mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali)

L-aħħar aġġornament: 22.04.2014

Top