This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Combating fraud in the marketing of foods - restoring consumer confidence
Il-ġlieda kontra l-frodi fil-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel - it-treġġigħ lura tal-fiduċja tal-konsumatur
Il-ġlieda kontra l-frodi fil-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel - it-treġġigħ lura tal-fiduċja tal-konsumatur
Il-ġlieda kontra l-frodi fil-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel - it-treġġigħ lura tal-fiduċja tal-konsumatur
Fil-każ ta' suspett ta' frodi fl-oqsma tal-ikel għall-bnedmin u l-għalf għall-annimali, il-Kummissjoni Ewropea għandha s-setgħat li tirrakkomanda pjanijiet mifruxin madwar l-UE kollha kkoordinati sabiex tistabbilixxi l-prevalenza ta' perikli u riskji fl-għalf, fl-ikel jew fl-annimali.
ATT
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2013 dwar pjan ta’ kontroll koordinat bil-ħsieb li jistabbilixxi l-prevalenza tal-prattiċi frawdolenti fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ikel (2013/99/UE)
SOMMARJU
Kmieni fl-2013, kontrolli uffiċjali f'bosta Stati Membri kixfu li ċerti prodotti ppakkjati minn qabel, bħal hamburgers, kien fihom il-laħam taż-żiemel, li ma kienx iddikjarat fil-lista ta' ingredjenti li kien hemm direttament fuq l-ippakkjar jew fuq it-tikketta tal-pakkett. It-tikkettar ta' dan l-ikel, b'mod qarrieqi kien jirreferi biss għall-preżenza ta' ċanga, ingredjent li l-prezz tiegħu huwa ferm ogħla minn dak tal-laħam taż-żiemel.
Il-laħam taż-żiemel huwa ingredjent leġittimu fih innifsu jekk miksub minn żwiemel apposta għall-ikel maqtulin f'biċċeriji approvati u jekk jgħaddi mill-ispezzjonijiet veterinarji meħtieġa. Il-kwistjoni tħawdet iktar bil-fatt li l-użu tal-mediċina veterinarja, phenylbutazone, huwa permess fil-każ taż-żwiemel mhux għall-ikel. Kien hemm il-biża' li l-laħam taż-żiemel minn dawn l-oriġini daħal fil-katina tal-ikel tal-bniedem.
Dawn iċ-ċirkustanzi wasslu lill-awtoritajiet Ewropej (il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Ikel Ewropea), flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, megħjunin mill-Europol, huma u jaħdmu flimkien sabiex jinvestigaw il-firxa tal-problema, sabiex jiżviluppaw pjan sabiex jindirizzaw u jreġġgħu lura l-fiduċja tal-konsumaturi fl-ikel li huma jixtru.
Il-Kummissjoni fasslet pjan ta' kontroll ikkoordinat madwar l-Ewropea kollha sabiex jistabbilixxi l-prevalenza ta' prattiċi frodulenti u l-awtoritajiet nazzjonali kellhom jieħdu żewġ azzjonijiet:
Ir-riżultati pożittivi kollha kellhom jiġu nnotifikati minnufih lill-Kummissjoni u ġew mgħoddija wkoll madwar l-UE kollha permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf (RASFF).
Din l-azzjoni kkoordinata madwar l-UE kollha malajr tat riżultati bl-identifikazzjoni ta' dawk involuti fil-katina tal-produzzjoni tal-ikel u l-ġbir lura tal-prodotti li ġew identifikati.
Aktar azzjonijiet meħudin jinkludu:
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
L-iskadenza għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Ġurnal Uffiċjali |
Rakkomandazzjoni 2013/99/UE |
- |
- |
ĠU L 48 tal-21.02.2013 |
Proposti
Proposal għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Saħħa tal-Annimali - (COM(2013)260 final tas-6.5.2013 - mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, Regulations (EU) Nru 1151/2012, [….]/2013, u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (COM(2013)265 final tas-6.5.2013 - mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
Komunikazzjoni
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: Annimali u Pjanti aktar b’saħħithom u Katina Agroalimentari aktar Sigura - Qafas legali modernizzat għal UE aktar kompetittiva (COM(2013)264 final tas-6.5.2013 - mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
L-aħħar aġġornament: 05.02.2014