Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Is-Saħħa għat-Tkabbir: Programm tal-UE dwar is-saħħa (2014-2020)

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Il-Programm l-UE għas-Saħħa (2021-2027)' for an updated information about the subject.

Is-Saħħa għat-Tkabbir: Programm tal-UE dwar is-saħħa (2014-2020)

Fl-2014, l-Unjoni Ewropea nediet it-tielet programm tagħha dwar is-saħħa. Il-programm għandu l-għan illi jħajjar is-saħħa billi jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn pajjiżi tal-UE għat-titjib tal-politiki tas-saħħa li jkunu ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u jinkoraġġixxu wkoll il-kondiviżjoni tar-riżorsi fejn l-ekonomiji ta' skala jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet ottimali.

ATT

Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE

SOMMARJU

Il-programm tas-saħħa għandu l-għan illi jtejjeb is-saħħa tal-Ewropej u jnaqqas l-inugwaljanzi tas-saħħa billi jikkumplimenta l-politiki tas-saħħa tal-Istati Membri b’erba’ modi. Huwa ddiżinjat sabiex:

  • jippromwovi s-saħħa u jipprevjeni l-mard: hawnhekk il-pajjiżi jkunu jistgħu jagħmlu skambju ta’ informazzjoni u prattiċi tajbin dwar kif jiġu indirizzati diversi fatturi ta’ riskju bħat-tipjip, id-drogi u l-abbuż tal-alkoħol, dieti ħżiena għas-saħħa u stili ta’ ħajja sedentarji;
  • jiżguraw li ċ-ċittadini huma protetti minn theddid tas-saħħa transfruntiera: żieda fl-ivvjaġġar u n-negozju internazzjonali tfisser li aħna potenzjalment esposti għal firxa akbar ta’ theddid għas-saħħa milli fil-passat, li jeħtieġu rispons malajr u koordinat;
  • jappoġġja l-innovazzjoni u s-sostennibilità fis-sistemi tas-saħħa tal-pajjiżi tal-UE: il-programm ifittex li jgħin fil-bini tal-kapaċità fis-settur tas-saħħa, isib modi ottimali kif riżorsi skarsi jservu aktar u jinkoraġġixxi l-użu ta’ innovazzjonijiet f’approċċi, prattiċi ta’ xogħol, kif ukoll teknoloġiji;
  • itejjeb aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità u sigura: dan ifisser, pereżempju, li jiġi żgurat li jkun hemm esperti mediċi disponibbli lil hinn minn fruntieri nazzjonali billi jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ netwerks ta’ ċentri ta’ esperti madwar l-UE.

Azzjonijiet għall-iffinanzjar

Diversi tipi u livelli ta’ ffinanzjar huma possibbli taħt ir-regolament (ara Artikolu 7). Il-proġetti għandhom ikunu kapaċi juru valur ċar għall-intervent tal-UE dwar l-infiq minn pajjiżi individwali (valur miżjud tal-UE).

Hemm ukoll regoli għal proġetti ta’ utilità eċċezjonali meta mill-anqas 30% tal-baġit tal-azzjoni proposta tkun allokata għall-Istati Membri li d-dħul gross nazzjonali tagħhom per capita jkun taħt id-90% tal-medja tal-UE, b’tal-anqas 14-il pajjiż jipparteċipa fl-azzjoni. Għall-każijiet bħal dawn, il-kontribuzzjoni tal-UE tista' tkun sa 80% tan-nefqa eleġibbli.

L-appoġġ tal-UE ma għandux jaqbeż is-60% tal-ispejjeż eliġibbli għal azzjoni relatata ma’ għan tal-programm jew għat-tħaddim ta’ korp mhux governattiv.

Eliġibilità

Il-programm huwa miftuħ ukoll għal pajjiżi oħrajn bħal membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kandidati jew kandidati potenzjali għal sħubija fl-UE u ċerti pajjiżi ġirien oħrajn (ara Artikolu 6).

Baġit

Fuq il-perjodu 2014-2020, iffinanzjar ta’ madwar EUR 450 miljun huwa disponibbli għal proġetti eliġibbli.

REFERENZI

Att li jemenda

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 282/2014

1.1.2014

-

ĠU L 86 ta' 21.3.2014

L-aħħar aġġornament: 28.07.2014

Top